Eureka 52026PC0011 Definitions Sign in

Strasburgu, 20.1.2026

COM(2026) 11 final

2026/0011(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/881 (L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2026) 11 final} - {SWD(2026) 11 final} - {SWD(2026) 12 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Minn kemm ilu li ġie adottat l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà (CSA) fl-2019, ix-xenarju tat-theddid għaċ-ċibersigurtà evolva ġmielu 1 f’realtà ġeopolitika dejjem aktar kumplessa. L-attakki ċibernetiċi żdiedu u saru aktar sofistikati, u qed jimmiraw lejn l-infrastruttura kritika, in-negozji, u l-pubbliku ġenerali, bl-attività tar-ransomware fil-qalba tagħhom 2 . It-teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-computing kwantistiku qed isawru mill-ġdid l-għodod tad-difiża u t-tattiki tal-avversarji. Bħala qasam ewlieni ta’ azzjoni li hemm bżonn fl-Unjoni Ewropea, fir-rapport tiegħu tal-2024 “Il-futur tal-kompetittività Ewropea” 3 , Mario Draghi jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied is-sigurtà u li jitnaqqsu d-dipendenzi. L-Istrateġija Ewropea għal Unjoni tal-Preparatezza 4 kif ukoll l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Interna (ProtectEU) 5 poġġew iċ-ċibersigurtà fil-qalba tal-aġenda għar-reżiljenza tal-Unjoni. Dawn l-istrateġiji jirrikonoxxu li t-theddidiet persistenti għaċ-ċibersigurtà mhumiex biss sfidi tekniċi, iżda riskji strateġiċi għad-demokrazija, għall-ekonomija u għall-istil ta’ ħajjitna. Bl-istess mod, skont il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE 6 il-prevenzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni u d-data sensittivi tista’ timmina s-sigurtà ekonomika tal-Unjoni, filwaqt li tqis il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tat-tfixkil tal-infrastrutturi kritiċi tal-Unjoni li jaffettwa lill-ekonomija tal-Unjoni bħala objettivi ta’ prijorità, li l-miżuri effettivi taċ-ċibersigurtà jaqdu rwol kruċjali fihom.

F’dan l-isfond, hemm erba’ problemi ewlenin li din ir-reviżjoni proposta tas-CSA hi maħsuba biex tindirizza: (i) in-nuqqas ta’ allinjament bejn il-qafas tal-politika dwar iċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati f’xenarju ta’ theddid dejjem aktar ostili; (ii) l-implimentazzjoni wieqfa tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (ECCF); (iii) il-kumplessità u d-diversità tal-politiki relatati maċ-ċibersigurtà li jħallu impatt fuq il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni; u (iv) iż-żieda fir-riskji għas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

Abbażi tal-problemi ewlenin identifikati, iż-żewġ objettivi ġenerali tal-intervent huma ż-żieda tal-kapaċitajiet u tar-reżiljenza taċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tal-frammentazzjoni fis-suq uniku kollu billi:

·issir ħidma biex tissaħħaħ il-governanza taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u tingħata l-għajnuna biex tiżgura li l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u partijiet ikkonċernati oħra rilevanti jkunu ppreparati aħjar biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrispondu għat-theddid għaċ-ċibersigurtà b’mod ikkoordinat u effettiv; u

·jingħata appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta’ strumenti komuni taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, bħal skemi taċ-ċertifikazzjoni, u l-provvista ta’ oqfsa armonizzati li jsawru l-fiduċja u l-interoperabbiltà fl-Istati Membri.

Dawn l-objettivi ġenerali jwieġbu għall-isfidi ewlenin identifikati fid-definizzjoni tal-problema. Jirriflettu l-għan politiku ġenerali li tissaħħaħ il-governanza taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali sigur, reżiljenti u kompetittiv.

Biex jgħin fil-kisba tal-objettivi ġenerali elenkati hawn fuq, dan l-intervent għandu l-objettivi speċifiċi (SPOs) li ġejjin:

·jindirizza n-nuqqas ta’ allinjament bejn il-qafas tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati:

·SPO1: tinħoloq il-kapaċità għal implimentazzjoni effettiva tal-politiki taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u kooperazzjoni operazzjonali kontinwa li tippermetti kooperazzjoni aktar strutturata bejn l-Istati Membri;

·SPO2: jiġu żviluppati u implimentati mezzi u mekkaniżmi li jappoġġaw u jindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-Istati Membri, tal-industrija u ta’ partijiet ikkonċernati oħra;

·jindirizza l-adozzjoni u l-effettività limitati tal-ECCF:

·SPO3: jinħolqu l-prerekwiżiti għal twassil aktar malajr tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà xprunati mill-ħtiġijiet tas-suq billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECCF, jiġu żgurati manutenzjoni effettiva u proċeduri aġli, u tiżdied it-trasparenza;

·jindirizza x-xenarju frammentat tal-konformità u l-kumplessità tal-oqfsa orizzontali u settorjali:

·SPO4: jinħolqu mekkaniżmi u kundizzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, u b’hekk l-implimentazzjoni tagħhom issir aktar koerenti u effettiva;

·jindirizza r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista:

·SPO5: jitneħħa r-riskju għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT kritiċi minn entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi jew ikkontrollati minnhom, li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà (fornituri ta’ riskju għoli) u jitnaqqsu d-dipendenzi kritiċi billi jinħoloq qafas koerenti u effettiv fil-livell tal-UE li jindirizza r-riskji għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT.

Ir-reviżjoni tas-CSA hi fil-kompetenza tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Tikkontribwixxi bil-qawwi biex titjieb iċ-ċarezza, jitneħħew l-ineffiċjenzi u jiġu allinjati l-proċeduri fl-oqfsa legali kollha. Ir-reviżjoni tas-CSA tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern filwaqt li tiżgura s-sigurtà u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

B’mod aktar konkret, tipproponi riforma sħiħa tal-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) biex din tipprovdi appoġġ effettiv għall-implimentazzjoni tal-politika u valur miżjud mil-lat ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali fl-Istati Membri.

Minħabba ż-żieda fir-riskji u fl-isfidi marbuta maċ-ċibersigurtà li qed tiffaċċja l-Unjoni, il-proposta hi maħsuba biex iżżid ir-riżorsi finanzjarji u umani tal-ENISA biex ikunu jirriflettu r-rwol imsaħħaħ, il-kompiti u l-pożizzjoni kritika tagħha fid-difiża tal-ekosistema diġitali tal-Unjoni, biex l-ENISA tkun tista’ twettaq b’mod effettiv il-kompiti mogħtija lilha minn din il-proposta.

Ir-reviżjoni se tgħin ukoll biex jitneħħew il-prattiki frammentati, ittejjeb il-koordinazzjoni u jonqsu l-kostijiet tal-konformità u operazzjonali fit-tul. Billi tħassar is-CSA attwali u tintroduċi ECCF riformat, il-proposta tipprovdi għodda aktar effettiva u effiċjenti li tippromwovi l-fiduċja fost in-negozji, il-pubbliku ġenerali u l-awtoritajiet pubbliċi u fl-istess waqt tiffaċilita l-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Iżżid l-effiċjenza billi tirrevedi l-mudell ta’ governanza u tappoġġa proċeduri taċ-ċertifikazzjoni aktar prevedibbli, koerenti u aġli biex tippermetti żvilupp u implimentazzjoni aktar malajr tal-iskemi.

Sinerġiji akbar mal-oqfsa legali eżistenti rilevanti tal-Unjoni se jippromwovu ċ-ċertifikazzjoni bħala għodda ta’ konformità għan-negozji u jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li huma attivi skont diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, billi twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECCF u tippermetti l-iżvilupp ta’ skema dwar il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, il-proposta tnaqqas il-kostijiet tal-konformità għall-entitajiet soġġetti għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà, billi tibda mill-entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2. Dan l-approċċ se jissimplifika ferm l-obbligi regolatorji għall-entitajiet soġġetti għal diversi rekwiżiti tal-konformità u jiżgura użu aktar effettiv tar-riżorsi bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Minbarra din ir-reviżjoni, proposta għal Direttiva li tintroduċi emendi mmirati tad-Direttiva NIS 2 tista’ tissimplifika l-konformità mal-qafas taċ-ċibersigurtà u tiżgura implimentazzjoni simplifikata u koerenti ta’ aspetti speċifiċi tiegħu, inkluż fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, tad-definizzjonijiet, tar-rapportar dwar ransomware u tas-superviżjoni tal-entitajiet li jipprovdu servizzi transfruntieri.

Ir-Regolament il-ġdid joħloq ukoll qafas armonizzat li jindirizza riskji mhux tekniċi li jaffettwaw il-ktajjen tal-provvista tal-ICT, u b’hekk inaqqas il-frammentazzjoni attwali tal-approċċi fl-Istati Membri. Flimkien, dawn l-aspetti jirrappreżentaw simplifikazzjoni u modernizzazzjoni sostanzjali tal-qafas legali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, allinjati għalkollox mal-prinċipji REFIT taċ-ċarezza, tal-effiċjenza u tal-prontezza diġitali.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

L-Unjoni espandiet l-għodod legali u ta’ politika tagħha bl-adozzjoni ta’ għadd ta’ strumenti legali u miżuri ta’ politika: (i) id-Direttiva NIS2 hi maħsuba biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà tal-infrastruttura kritika; (ii) il-miżuri tas-sigurtà fiżika huma definiti fid-“direttiva relatata” tagħha, id-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi (CER); (iii) l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika (CRA) isaħħaħ iċ-ċibersigurtà tal-prodotti (iv) l-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà (CSA) jibni kapaċitajiet tar-rispons mal-UE kollha; (v) il-Pjan ta’ Azzjoni Ċibernetiku tal-UE 7 jappoġġa l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-UE li fiha l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jaqdu rwoli ewlenin fit-tħejjija u r-rispons għal inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira; (vi) is-Sett ta’ Għodod għaċ-Ċibersigurtà tal-5G (is-Sett ta’ Għodod tal-5G) jappoġġa ċ-ċibersigurtà tan-networks 5G; (vii) il-pjan ta’ azzjoni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà tal-isptarijiet u l-fornituri tal-kura tas-saħħa 8 jgħin biex tiżdied iċ-ċibersigurtà tagħhom; u (viii) l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà 9 tindirizza l-isfida dejjem akbar ta’ distakk fit-talent taċ-ċibersigurtà.

Il-qafas legali taċ-ċibersigurtà msemmi hawn fuq ġie kkomplementat b’leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi, jiġifieri l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (ir-Regolament DORA) għas-settur finanzjarju, il-kodiċi tan-network dwar regoli speċifiċi għas-setturi għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku (NCCS) għas-sottosettur tal-elettriku, jew ir-regoli dwar is-sigurtà tal-informazzjoni (Parti-IS 10 ) għas-sottosettur tat-trasport bl-ajru. 

Ir-reviżjoni tas-CSA hija allinjata mad-dispożizzjonijiet tal-NIS2 rigward ir-rwol tal-ENISA fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-NIS2 u jsaħħaħhom, inkluż fir-rigward tal-appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali; hija allinjata wkoll mas-CRA, inkluż fir-rigward tal-ħarsa ġenerali u tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet fis-suq intern u żżid il-valur miżjud tal-għarfien sitwazzjonali kondiviż. Fir-rigward tal-ECCF, ir-rieżami tas-CSA hu allinjat mas-CRA fir-rigward tal-objettivi tas-sigurtà tal-prodotti u t-trattament tal-vulnerabbiltajiet, u mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (NLF) dwar l-akkreditament. Barra minn hekk, hemm sinerġija soda bis-saħħa tal-iżvilupp ta’ ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà għad-Direttiva NIS2 u potenzjalment biex tiffaċilita l-konformità ma’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi tagħhom. Barra minn hekk, il-qafas orizzontali li jindirizza riskji marbuta maċ-ċibersigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT jappoġġa l-objettiv ġenerali tad-Direttiva NIS2 li jinħoloq livell komuni għoli taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni, u jħaddem l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju tad-Direttiva NIS2.

Barra minn hekk, ir-rieżami tas-CSA, flimkien mal-proposta għal Direttiva li tintroduċi emendi mmirati fid-Direttiva NIS2 bl-iskop ta’ simplifikazzjoni, jipprovdi l-għodod meħtieġa biex dan il-qafas komprensiv isir aktar effettiv u effiċjenti fejn tidħol il-kisba tar-riżultati mistennija, jipprevedi dimensjoni Ewropea aktar b’saħħitha u jxejjen il-lakuni regolatorji li jifdal.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-reviżjoni tas-CSA tikkomplementa d-Direttiva CER li tinkludi kunsiderazzjonijiet għall-katina tal-provvista bħala parti mill-miżuri tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Barra minn hekk, tikkomplementa inizjattivi futuri, bħal: (i) l-Att tal-UE dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u l-IA (CAIDA) li għandu l-għan, fost l-oħrajn, li jindirizza n-nuqqas ta’ offerta kompetittiva bbażata fl-Unjoni ta’ servizzi tal-cloud computing fuq skala suffiċjenti biex jiġu servuti każijiet ta’ użu jew setturi kritiċi ħafna; (ii) il-proposta għall-Att dwar in-Networks Diġitali (DNA); (iii) ir-reviżjoni futura tar-Regolament (UE) 2023/1781 11 , (iv) il-qafas tal-akkwist pubbliku 12 li bħalissa qed jiġi evalwat 13 u l-Proposta għal Regolament dwar is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni diġitali (Omnibus Diġitali) 14 li toħloq l-obbligu tal-ENISA li tiżviluppa punt tad-dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti li minnu l-entitajiet ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tar-rapportar tal-inċidenti tagħhom skont diversi atti legali simultanjament. Barra minn hekk, din tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-awtoritajiet u tal-operaturi tal-Unjoni, meta jinvolvu ruħhom mas-sħab tan-Nofsinhar tal-Mediterran, b’mod partikolari billi trawwem interkonnessjoni b’infrastrutturi diġitali siguri u affidabbli madwar il-Mediterran, li hu għan fundamentali tal-Patt għall-Mediterran.

Ir-reviżjoni tas-CSA hi wkoll konformi mad-dokumenti strateġiċi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-qafas tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT. Fl-Istrateġija ProtectEU, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li approċċ armonizzat għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) jista’ jindirizza l-frammentazzjoni attwali tas-suq intern ikkawżata minn approċċi differenti fil-livell nazzjonali, jevita dipendenzi kritiċi u jnaqqas ir-riskju għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli, u b’hekk il-mod iżid is-sigurtà tal-infrastruttura kritika. L-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-ekonomija u l-katina tal-provvista tal-UE jsiru aktar reżiljenti biex tiġi promossa l-kompetittività tagħha stess 15 . Il-ħtieġa li jiġu indirizzati t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista u l-attakki ċibernetiċi ġiet enfasizzata wkoll fl-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza u fil-White Paper għad-Difiża Ewropea 16 . Hija allinjata wkoll mar-rapport dwar il-Futur tal-Kompetittività Ewropea ta’ Mario Draghi, kif enfasizzat aktar ’il fuq. U apparti minn hekk, ir-reviżjoni tas-CSA fil-qasam tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT bil-Komunikazzjoni Konġunta adottata riċentement lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE 17 .

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-bażi legali ta’ din il-proposta hi l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 114 tat-TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiġu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Oriġinarjament, ir-Regolament (UE) 2019/881 dwar l-ENISA u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, magħruf b’mod komuni bħala s-CSA 18 , kien ġie adottat skont din id-dispożizzjoni.

Fil-qasam taċ-ċibersigurtà tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, il-frammentazzjoni tal-oqfsa nazzjonali li jindirizzaw fatturi ta’ riskju mhux tekniċi ġġib effetti negattivi għall-funzjonament tas-suq intern peress li d-diverġenza fl-approċċi nazzjonali tista’ fl-aħħar mill-aħħar twassal għal vulnerabbiltà ogħla ta’ xi Stati Membri, b’effetti konsegwenzjali potenzjali madwar l-Unjoni, li jħallu impatt fuq ir-reżiljenza ġenerali kif ukoll fuq l-affidabbiltà.

Minħabba n-natura dejjem tevolvi tat-theddid għaċ-ċibersigurtà, u l-interdipendenza dejjem akbar tas-sistemi diġitali tal-Istati Membri, l-Artikolu 114 tat-TFUE jibqa’ l-bażi legali ġustifikata għar-reviżjoni tas-CSA. Ir-regolament propost jirrifletti l-aktar żviluppi riċenti fix-xenarju leġiżlattiv taċ-ċibersigurtà, speċjalment meta jitqiesu r-responsabbiltajiet dejjem akbar tal-ENISA u l-ambitu dejjem usa’ taċ-ċertifikazzjonijiet u tal-ġestjoni tar-riskju.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jeħtieġ il-valutazzjoni tan-neċessità u tal-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE. Il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà f’dan il-qasam kienet diġà rikonoxxuta meta ġie adottat is-CSA attwali.

Kif diġà ġie analizzat fir-rigward tas-CSA, l-intervent tal-Unjoni huwa kruċjali peress li t-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-isfidi relatati jestendu lil hinn mill-Istati Membri individwali. Soluzzjonijiet nazzjonali frammentati wrew li mhumiex biżżejjed biex jinkisbu l-fiduċja u l-koordinazzjoni madwar is-suq kollu. Huwa meħtieġ qafas legali rivedut tal-Unjoni biex jitneħħew l-ostakli, tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti, u jingħata appoġġ lill-Istati Membri f’ambjent regolatorju u ta’ theddid dejjem aktar kumpless. Iċ-ċibersigurtà hija kwistjoni ta’ interess komuni għall-Unjoni.

L-azzjonijiet koperti mir-regolament propost joffru valur miżjud ċar billi jappoġġaw l-armonizzazzjoni, iċ-ċarezza legali u risponsi koordinati għall-isfidi taċ-ċibersigurtà.

Il-kompiti attwali tal-ENISA twessgħu b’leġiżlazzjoni sussegwenti mingħajr reviżjoni komprensiva tar-responsabbiltajiet ewlenin u tar-riżorsi tagħha. Dan ħoloq ineffiċjenzi u prijoritizzazzjoni insuffiċjenti tal-kompiti ewlenin b’appoġġ għall-Istati Membri. Għalhekk, il-proposta għal intervent hi maħsuba biex tirfina u tipprijoritizza l-kompiti attwali ħalli ssaħħaħ il-mandat tal-ENISA, biex b’hekk din tkun tista’ taġixxi bħala punt uniku ta’ kompetenza esperta għaċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni. Dwar dan il-punt, ma hemm l-ebda differenza sostanzjali f’termini ta’ sussidjarjetà meta mqabbla mas-CSA. Barra minn hekk, skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni differenti u approċċi regolatorji differenti mill-Istati Membri joħolqu frammentazzjoni tas-suq u piżijiet regolatorji addizzjonali, li jimminaw il-kompetittività.

Il-proposta l-ġdida tipprevedi wkoll azzjonijiet ġodda, fir-rigward tal-politiki tal-katina tal-provvista u l-isforzi ta’ simplifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Tkompli ssaħħaħ is-sigurtà tal-katina tal-provvista u s-settur taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni, u żżid il-preparatezza u r-reżiljenza tal-Istati Membri u tal-industrija.

Id-dipendenzi fuq entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta riskji għaċ-ċibersigurtà, jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz, jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz (fornituri ta’ riskju għoli), jaffettwaw lil entitajiet madwar l-Unjoni, filwaqt li l-inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista spiss jinfirxu u jaqsmu l-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, minħabba n-natura transfruntiera tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ konformità fis-suq intern timmina ċ-ċertezza legali għall-entitajiet. Barra minn hekk, il-proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jagħtu mandat għall-esklużjoni ta’ fornituri ta’ riskju għoli biex jipproteġu l-integrità tal-baġit u l-interessi tas-sigurtà tal-UE. Il-qafas tal-katina tal-provvista inkluż f’dan ir-regolament jipprevedi l-mekkaniżmu biex jiġu identifikati pajjiżi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà, attività li tista’ titwettaq b’mod effettiv biss fil-livell tal-UE. Fir-rigward tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, intervent fil-livell tal-UE biss jiżgura l-istess livell minimu ta’ sigurtà madwar l-Unjoni u l-armonizzazzjoni neċessarja tal-approċċi.

L-iskop tas-CSA jinżamm u jittejjeb ulterjorment f’din ir-reviżjoni. Dan ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

•Proporzjonalità

Il-miżuri proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-proposta. Barra minn hekk, l-ambitu tal-intervent tal-Unjoni ma jimpedixxi l-ebda azzjoni nazzjonali ulterjuri dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali. Għaldaqstant, l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Il-proposta għandha l-għan li tirrifletti aħjar, f’termini legali, il-mandat tal-ENISA u l-proċess għall-iżvilupp, għall-adozzjoni u għall-manutenzjoni taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà. Filwaqt li l-proposta tinkludi ċerti kompiti ġodda għall-ENISA, l-għan tagħhom huwa li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-oqsma fejn ġew identifikati lakuni sinifikanti. L-ENISA mhix se tissostitwixxi lis-CSIRTs tal-Istati Membri. Fir-rigward tal-ECCF, iċ-ċertifikazzjoni tibqa’ volontarja u tista’ tgħin lill-entitajiet juru l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni. Dan l-approċċ jiżgura li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat.

Fir-rigward tas-soluzzjonijiet proposti fir-rigward tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, il-qafas jipprevedi l-ġbir ta’ evidenza ta’ x’jikkostitwixxi assi ewlenin u x’miżuri jkunu proporzjonati u neċessarji biex jiġi żgurat it-tnaqqis tar-riskji għall-ktajjen tal-provvista kritiċi. Qabel ma jiġu ddefiniti dawn il-miżuri, se titwettaq valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, li tqis, fost l-oħrajn, il-fattibbiltà ekonomika, l-alternattivi disponibbli fis-suq, u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti speċifiċi. Din il-valutazzjoni tinforma dwar liema miżuri bbażati fuq ir-riskju huma meħtieġa u l-aktar xierqa.

•Għażla tal-istrument

Din il-proposta tirrieżamina r-Regolament (UE) 2019/881 li jistabbilixxi l-mandat u l-kompiti attwali għall-ENISA u għall-ECCF. Għalhekk, il-mandat rivedut tal-ENISA u l-emendi tal-ECCF idealment ikunu stabbiliti taħt l-istess strument legali, billi jintuża l-istrument ta’ regolament. Il-leġiżlazzjoni proposta tinvolvi wkoll qafas effettiv fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, li għalihom regolament jindirizza b’mod aktar effettiv il-problemi identifikati u jissodisfa l-objettivi fformulati, peress li intervent fil-livell tal-UE biss jiżgura l-istess livell ta’ sigurtà madwar l-Unjoni u l-armonizzazzjoni neċessarja tal-approċċi. Il-proċess ta’ traspożizzjoni fil-każ ta’ direttiva għal tali intervent jista’ jħalli wisq lok għal diskrezzjoni fil-livell nazzjonali, li potenzjalment iwassal għal nuqqas ta’ uniformità ta’ ċerti rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà, għal inċertezza legali, għal frammentazzjoni ulterjuri jew saħansitra għal sitwazzjonijiet transfruntiera diskriminatorji.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Skont l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2019/881, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat ir-rilevanza, l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-ENISA u tal-ECCF, filwaqt li qieset ix-xenarju teknoloġiku u regolatorju li qed jevolvi. Din l-evalwazzjoni, li tlestiet f’Diċembru 2024, kopriet il-perjodu 2017-2023 u kellha l-għan li tirrieżamina l-mandat u l-attivitajiet tal-ENISA, u li tivvaluta r-rwol tal-ECCF fit-trawwim ta’ ambjent ċibernetiku sigur madwar l-UE. Is-sejbiet ewlenin jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

·Rilevanza: Ir-rilevanza tal-ENISA fil-qasam taċ-ċibersigurtà hija enfasizzata mir-risponsività tagħha għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati li dejjem jevolvu u mill-adattabilità tagħha għal xenarju li jinbidel bla heda. Għalkemm is-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati huwa ġeneralment pożittiv, hemm opportunitajiet biex jiżdied l-impatt tal-ENISA. Dan jista’ jinkiseb billi jittejbu l-appoġġ u l-viżibbiltà għal setturi varji, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li spiss jitħabtu mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà. Organizzazzjoni aħjar tar-riżorsi u koordinazzjoni aktar ċara mal-awtoritajiet nazzjonali huma essenzjali. Il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi eżistenti jallinjaw aħjar l-ENISA mal-ħtiġijiet dinamiċi tax-xenarju taċ-ċibersigurtà Ewropew.

Fir-rigward tal-ECCF, minkejja l-premessa promettenti tiegħu, il-qafas għadu meqjus li għandu aktar potenzjal milli impatt prattiku, peress li skema taċ-ċertifikazzjoni waħda biss saret operazzjonali riċentement. Il-qafas huwa mfassal biex jintegra ruħu mingħajr xkiel ma’ atti legali oħra tal-Unjoni biex jissimplifika l-proċeduri u jiffaċilita l-kummerċ transfruntier. Is-sinifikat tiegħu huwa enfasizzat f’oqsma ta’ assigurazzjoni għolja bħas-servizzi tal-cloud u l-infrastrutturi tal-5G.

·Effettività: L-ENISA ssodisfat b’suċċess il-mandat tagħha billi wettqet kważi l-outputs ippjanati kollha, filwaqt li wriet flessibbiltà u reżiljenza matul kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Madankollu, biex tiżdied l-effiċjenza huma meħtieġa prijoritizzazzjoni mtejba, enfasi ċara u allokazzjoni strateġika tar-riżorsi. Approċċ aktar aġli għall-governanza interna huwa essenzjali biex jiġu adattati d-domandi taċ-ċibersigurtà li qed jevolvu u jiġi mminimizzat id-dewmien.

L-ECCF kellu l-għan li jarmonizza ċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni iżda sab sfidi sinifikanti, inklużi limitazzjonijiet proċedurali u frammentazzjoni, li wasslu għal dewmien u għal ineffiċjenzi, bħad-dewmien fl-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq Kriterji Komuni (EUCC). Fatturi esterni, bħat-tensjonijiet ġeopolitiċi u l-pandemija tal-COVID-19, komplew jikkumplikaw il-kisba tal-objettivi tal-ECCF, u enfasizzaw il-ħtieġa għal miżuri adattabbli u għal allokazzjoni konsistenti tar-riżorsi fost il-partijiet ikkonċernati biex jinkisbu l-uniformità u l-effettività fiċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Minkejja dawn l-ostakli, kien hemm eżiti pożittivi, b’mod partikolari fit-tixrid tal-għarfien fl-Istati Membri dwar l-importanza u l-kumplessitajiet taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

·Effiċjenza: L-ENISA operat b’mod effiċjenti skont il-qafas organizzazzjonali tagħha bbażat fuq il-matriċi, filwaqt li ppromwoviet il-kooperazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kompiti. Madankollu, l-ENISA ffaċċjat sfidi biex tissodisfa d-domandi dejjem jiżdiedu u timla pożizzjonijiet speċjalizzati, sitwazzjoni aggravata minħabba nuqqas globali ta’ speċjalisti tal-IT, li jwassal għal dewmien u għal volum kbir ta’ xogħol. Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, l-ENISA tista’ tottimizza l-forza tax-xogħol interna tagħha u talloka mill-ġdid ir-riżorsi b’mod effettiv, kif muri minn aġġustamenti strateġiċi bħall-bidla fl-2022 fir-riżorsi lejn l-Azzjoni ta’ Appoġġ għaċ-Ċibersigurtà. Barra minn hekk, it-titjib tal-ġestjoni tal-baġit u t-tnaqqis fin-nefqa amministrattiva jkomplu jtejbu l-effiċjenza operazzjonali tal-Aġenzija.

L-effiċjenza tal-ECCF ġiet ikkritikata minħabba skedi taż-żmien estiżi għall-adozzjoni ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-kumplessitajiet involuti, bl-ewwel skema adottata biss fil-bidu tal-2024 kważi ħames snin wara l-adozzjoni tas-CSA. L-isfidi politiċi u tekniċi, bħad-dibattiti dwar is-sovranità tad-data u d-diffikultajiet fil-konverżjoni tal-abbozzi f’atti legali, ikkontribwew għal dewmien. L-isfidi politiċi u d-domandi tekniċi xekklu l-progress, kif jidher fl-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Cloud tal-UE (EUCS, EU Cloud Certification Scheme) u fl-Iskema tal-EU5G. Minkejja dawn l-ineffiċjenzi, il-qafas wassal għal diversi aspetti pożittivi. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa għal titjib fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati u fil-governanza interna biex jiġi żgurat l-aħjar funzjonament u kontribut strateġiku.

·Koerenza: Il-koerenza tal-ENISA hija appoġġata minn involviment u allinjament sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati mal-oqfsa leġiżlattivi riċenti. Madankollu, biex jissaħħu l-koerenza u l-allokazzjoni tar-riżorsi, huwa essenzjali li jittejbu s-sinerġiji ma’ korpi oħra tal-Unjoni, bħaċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC, European Cybersecurity Industrial, Technology and Research Competence Centre), u mal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni interna u l-ġestjoni tar-riżorsi fl-ENISA, flimkien ma’ interazzjoni trasparenti mal-partijiet ikkonċernati privati, iridu jiġu rfinati. Id-delineazzjoni ċara tal-kompiti tal-ENISA, li huma konsistenti mas-CRA u mad-Direttiva NIS2, se ttejjeb kemm l-effiċjenza kif ukoll il-konsistenza regolatorja.

Fir-rigward tal-ECCF, konsistenza sħiħa ma’ strumenti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva NIS2 u s-CRA, hija kruċjali biex jiġi żgurat approċċ unifikat taċ-ċibersigurtà. Filwaqt li l-ECCF juri allinjament teoretiku ma’ dawn il-miżuri leġiżlattivi, l-integrazzjoni tad-dinja reali għadha kumplessa u teħtieġ sorveljanza diliġenti. L-implimentazzjoni tal-iskema tal-EUCC adottata fil-qafas tas-CRA se tkun test sinifikanti f’dan ir-rigward.

·Valur miżjud tal-UE: L-ENISA għamlet kontributi sostanzjali għall-ekosistema taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni billi ppromwoviet il-kooperazzjoni u allinjat il-prattiki. Ir-rwol tagħha fil-faċilitazzjoni tal-isforzi nazzjonali u fil-provvista ta’ informazzjoni intuwittiva dwar theddid emerġenti kien vitali. Madankollu, il-kritika minn partijiet ikkonċernati tas-settur privat dwar il-ħtieġa għal aktar appoġġ imfassal apposta tindika l-ħtieġa għal involviment imtejjeb tal-partijiet ikkonċernati u għal kollaborazzjoni industrijali. Il-valutazzjoni mill-ġdid strateġika tal-ġestjoni tar-riżorsi tippermetti lill-ENISA tadatta aħjar għall-isfidi taċ-ċibersigurtà li qed jevolvu u taqdi lill-partijiet ikkonċernati varjati b’mod aktar effettiv. L-ECCF kellu l-għan li jintroduċi proċessi ta’ ċertifikazzjoni armonizzati iżda ffaċċja sfidi ta’ implimentazzjoni minħabba skedi ta’ żmien imdewma u frammentazzjoni. Il-valur miżjud tal-ECCF kien limitat minħabba n-nuqqasijiet tiegħu fil-kisba tal-objettivi tiegħu u n-nuqqas ta’ effiċjenza tiegħu. Minkejja dawk l-isfidi, l-ECCF fil-fatt tejjeb l-armonizzazzjoni fost l-Istati Membri u stabbilixxa opportunitajiet ta’ kooperazzjoni aħjar, b’mod partikolari billi ħoloq fora ta’ kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati bħall-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCG, European Cybersecurity Certification Group).

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bejn l-2023 u l-2025, saru diversi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kemm fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-CSA kif ukoll tar-rieżami tas-CSA kif ġej hawn taħt.

–Fl-2023, saru 65 intervista (li 52 minnhom iffokaw aktar fuq l-ENISA u 13 prinċipalment fuq l-ECCF), twettaq programm ta’ stħarriġ, li rċieva 209 tweġibiet (li minnhom 70 kienu dwar l-ECCF), ġiet konkluża konsultazzjoni pubblika, u ġew organizzati żewġ workshops dwar l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet SWOT (elementi sodi, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid) b’26 u b’70 parteċipant rispettivament. Dawn l-attivitajiet kellhom l-għan speċifiku li jiġbru l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati biex jevalwaw l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-ENISA. Ir-rapport finali intitolat Study to Support the Evaluation of the European Union Agency for Cybersecurity (ENISA) and the European Cybersecurity Certification Framework imwettaq għall-Kummissjoni minn PwC, Intellera Consulting u PPMI (2024) tlesta f’Diċembru 2024. 

–Fl-2025, il-Kummissjoni nediet sejħa għal evidenza. B’mod partikolari, il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jissottomettu kontributi bil-miktub, inklużi dokumenti ta’ pożizzjoni, rapporti tekniċi, jew kummenti dwar proposti speċifiċi ta’ riforma.  Waslu total ta’ 184 kontribut individwali minn firxa wiesgħa ta’ kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi assoċjazzjonijiet tal-industrija, ditti taċ-ċibersigurtà, SMEs, istituzzjonijiet akkademiċi, u organizzazzjonijiet ta’ interess pubbliku.

–Bejn April u Ġunju 2025, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika bħala parti mir-rieżami tas-CSA u rċeviet 193 tweġiba. Il-konsultazzjoni kienet tikkonsisti fi 38 mistoqsija, kemm magħluqa kif ukoll miftuħa, li jkopru l-mandat tal-ENISA, l-ECCF, is-sigurtà u s-simplifikazzjoni tal-katina tal-provvista tal-ICT.

–Konsultazzjoni mmirata (intervisti): Saret serje ta’ intervisti semistrutturati ma’ partijiet ikkonċernati magħżula. Dawn inkludew ir-rappreżentanti tal-ENISA kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali li żviluppaw jew jimmaniġġjaw pjattaformi nazzjonali ta’ rapportar. L-intervisti ffokaw fuq ir-rwol u fuq il-kapaċità tal-ENISA, il-funzjonament operazzjonali tal-ECCF, l-isfidi prattiċi fl-allinjament tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, il-piżijiet tar-rapportar, u l-ostakli għall-implimentazzjoni. Dawn id-diskussjonijiet ipprovdew għarfien kwalitattiv li saħħaħ l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u appoġġa l-irfinar tal-għażliet ta’ politika.

–Konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-qafas tal-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill 19 u f’diskussjonijiet bilaterali, fejn l-Istati Membri setgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar ir-rieżami tas-CSA.

–Konsultazzjoni mmirata (il-gruppi tal-ECCF – l-ECCG, il-Grupp ta’ Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tal-Partijiet Ikkonċernati (SCCG, Stakeholder Cybersecurity Certification Group)): Fil-kapaċità tagħha bħala l-President taż-żewġ gruppi, il-Kummissjoni ippreżentat is-sitwazzjoni attwali dwar ir-reviżjoni tas-CSA fil-laqgħat tal-ECCG fit-12 ta’ Marzu u fit-3 ta’ Lulju 2025, u fil-laqgħa tal-SCCG fis-17 ta’ Marzu 2025. Barra minn hekk, permezz ta’ kwestjonarji nġabru opinjonijiet esperti supplimentari mingħand il-membri tal-ECCG.

Il-konsultazzjoni ffokat fuq ħames oqsma ewlenin identifikati bħala ċentrali għall-funzjonament u għall-koerenza futuri tal-qafas taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni:

·il-mandat u r-rwol operazzjonali tal-ENISA, inklużi l-appoġġ għall-Istati Membri u l-kompetenza esperta fit-teknoloġiji emerġenti;

·l-effettività tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, inklużi l-proċessi ta’ governanza u ta’ żvilupp;

·il-kumplessità u l-frammentazzjoni tal-obbligi taċ-ċibersigurtà, b’attenzjoni għall-piżijiet tar-rapportar u għas-simplifikazzjoni potenzjali;

·il-proporzjonalità tar-rekwiżiti għall-SMEs u l-potenzjal għal perkorsi ta’ konformità differenzjati; u

·l-impatti soċjetali u ekonomiċi tar-regoli armonizzati dwar iċ-ċibersigurtà, inklużi l-effetti fuq il-konsumaturi, fuq id-drittijiet, fuq l-innovazzjoni u fuq il-kompetittività.

•Valutazzjoni tal-impatt

Ir-reviżjoni tas-CSA, flimkien mal-proposta għal Direttiva li tintroduċi emendi mmirati tad-Direttiva NIS2, kienu appoġġati minn valutazzjoni tal-impatt, ara s-sommarju ta’ hawn taħt. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB, Regulatory Scrutiny Board) ħareġ “opinjoni pożittiva b’riżervi” dwar l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt sottomess mill-ġdid relatat mar-reviżjoni tas-CSA 20 . Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet aġġustata biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti tal-RSB.

Il-proposta ta’ politika finali ma tiddevjax mill-għażliet ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt.

Il-Kummissjoni eżaminat l-għażliet f’erba’ oqsma ta’ intervent, fid-dawl tal-objettivi speċifiċi li għandhom jinkisbu: (1) il-mandat tal-ENISA (ukoll parti mis-CSA attwali); (2) l-ECCF (ukoll parti mis-CSA attwali); (3) emendi mmirati għad-Direttiva NIS 2 bl-iskop ta’ simplifikazzjoni iżda anki interkonnessi mal-mandat tal-ENISA u mal-ECCF; u (4) is-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, li hi rilevanti wkoll għall-ekosistema tal-NIS2 u għall-ECCF. Kull sett ta’ għażliet jirrappreżenta qasam ta’ intervent fih innifsu, filwaqt li fl-istess ħin huma interkonnessi ma’ xulxin u rilevanti għal xulxin.

Għażliet biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ allinjament tal-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati f’ambjent dejjem aktar ostili

Għażla A.1: Il-kjarifika tal-mandat tal-ENISA u l-previżjoni tal-prijoritizzazzjoni – Din l-għażla tipprovdi qafas ċar u stabbli għall-kompiti tal-ENISA billi tinkorpora l-kompiti stabbiliti minn biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni.

Għażla A.2: Ir-riforma tal-mandat tal-ENISA – Din l-għażla tħassar u tissostitwixxi s-CSA, b’bidla sħiħa fil-mandat tal-Aġenzija.

Għażla A.3: Ir-riforma tal-mandat tal-ENISA b’enfasi qawwija fuq l-appoġġ operazzjonali – Din l-għażla tibni fuq l-għażla A.2. Barra minn hekk, l-ENISA tiżviluppa kapaċitajiet biex tappoġġa lill-entitajiet tad-Direttiva NIS2, direttament fir-rispons għal inċidenti taċ-ċibersigurtà u fl-irkupru minnhom, meta jintalbu minn Stat Membru.

Għażliet għall-ECCF

Għażla B.1: Il-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-elementi u tal-objettivi tal-ECCF u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ manutenzjoni – Din l-għażla tipprevedi mekkaniżmu ta’ manutenzjoni ġdid għall-iskemi, wara l-adozzjoni tagħhom, li għandhom jiġu implimentati mill-ENISA.

Għażla B.2: Ir-riforma tal-ECCF billi jiġu riveduti l-proċeduri tiegħu u jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni biex tiġi ffaċilitata s-simplifikazzjoni tal-konformità regolatorja – Din l-għażla tħassar is-CSA u tissostitwih b’regolament ġdid. Minbarra l-għażla B.1, jiġu riveduti l-proċeduri relatati mat-talba, mal-iżvilupp u mal-adozzjoni tal-iskemi biex jittejbu l-akkontabilità u l-effiċjenza.

Għażla B.3: Ir-riforma tal-ECCF kif previst fl-għażla B.2 u l-introduzzjoni ta’ ċertifikazzjoni obbligatorja għall-qagħda taċ-ċibersigurtà – Din l-għażla tibni fuq l-għażla B.2, iżda għandha l-għan li żżid aktar l-impatt tal-qafas billi tintroduċi ċertifikazzjoni obbligatorja ta’ entitajiet essenzjali li jikkunsidraw xenarji ta’ riskju speċifiċi, minflok ma jiddependu biss fuq iċ-ċertifikazzjoni volontarja tal-entitajiet.

Għażliet għas-simplifikazzjoni

Għażla C.1: It-tħaddim ta’ approċċ ta’ strumenti legali nonvinkolanti u mhux leġiżlattivi, inkluż l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti (l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 23(11) tad-Direttiva NIS2) – Din l-għażla tipprevedi l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni permezz tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti skont id-Direttiva NIS2 biex ikun żgurat grad ogħla ta’ armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà, limiti għar-rapportar tal-inċidenti, kif ukoll it-tip ta’ informazzjoni, il-formati u l-proċedura tan-notifiki. Tipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ sett ta’ linji gwida biex jissaħħu ċ-ċertezza legali u l-implimentazzjoni armonizzata.

Għażla C.2: Intervent immirat – simplifikazzjoni ulterjuri tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv rilevanti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni – Din l-għażla tinvolvi intervent limitat permezz ta’ bidliet fis-CSA u fid-Direttiva NIS 2 bl-għan li jiġu ssimplifikati aspetti speċifiċi tal-qafas taċ-ċibersigurtà, inklużi adattamenti tal-kamp ta’ applikazzjoni, armonizzazzjoni massima għall-atti ta’ implimentazzjoni, prova tal-konformità permezz taċ-ċertifikazzjoni, u l-adozzjoni tas-sett ta’ linji gwida kif previst fl-għażla C.1.

Għażla C.3: L-armonizzazzjoni tal-miżuri relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Din l-għażla tibni fuq l-għażla C.2 u tneħħi l-miżuri kollha tal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà inklużi fil-leġiżlazzjoni settorjali u s-setgħat fir-rigward ta’ dawk il-miżuri. Minflok, l-ekosistema tad-Direttiva NIS 2 tiġi emendata biex tipprevedi rekwiżiti ssimplifikati għat-tipi kollha ta’ entitajiet, bl-għan li tippromwovi l-armonizzazzjoni.

Għażliet għas-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista tal-ICT 

Għażla D.1: It-teħid ta’ approċċ ta’ liġi nonvinkolanti biex jiġu indirizzati r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT - Din l-għażla ma tipprevedix intervent regolatorju fil-livell tal-UE. Minflok, il-Kummissjoni żżid in-numru ta’ valutazzjonijiet tar-riskju kkoordinati u s-settijiet ta’ għodod volontarji.

Għażla D.2: Intervent regolatorju ad hoc li jikkodifika s-Sett ta’Għodod tal-5G – Din l-għażla tikkodifika l-miżuri tas-Sett ta’ Għodod tal-5G. Hija tintroduċi obbligu għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-komponenti minn fornituri ta’ riskju għoli ma jintużawx f’assi ewlenin tan-network.

Għażla D.3: Qafas komprensiv u orizzontali biex jiġu indirizzati r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT – Din l-għażla tistabbilixxi qafas regolatorju orizzontali, teknoloġiku u newtrali għas-settur biex jiġu indirizzati r-riskji mhux tekniċi marbuta maċ-ċibersigurtà fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT.

Wara analiżi estensiva, il-kombinament ta’ għażliet li ġej ħareġ bħala l-pakkett ta’ politika preferut: għażla A.2 (ir-riforma tal-mandat tal-ENISA); għażla B.2 (ir-riforma tal-ECCF billi jiġu riveduti l-proċeduri tiegħu u jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni biex tiġi ffaċilitata s-simplifikazzjoni tal-konformità regolatorja); u għażla C.2 (intervent immirat – aktar simplifikazzjoni tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv rilevanti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni) u għażla D.3 - Qafas komprensiv u orizzontali biex jiġu indirizzati r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT.

Dan il-kombinament joffri rispons ibbilanċjat sew għall-isfidi ta’ politika identifikati, li jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza madwar l-Unjoni.

It-tranżizzjoni għall-għażla ppreferuta proposta għall-qafas regolatorju ġġarrab kostijiet, kemm għall-ENISA biex tissodisfa l-kompiti l-ġodda tagħha (stmati sa EUR 161,3 miljun fuq ħames snin) kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi madwar l-Unjoni għas-superviżjoni (stmati sa EUR 80 miljun fuq ħames snin, filwaqt li jitqies l-iffrankar rilevanti tal-kostijiet). Fir-rigward tan-negozji, fuq medda ta’ ħames snin, l-eliminazzjoni gradwali ta’ tagħmir speċifiku ta’ riskju għoli tista’ twassal għal kostijiet annwali ta’ EUR 3,4 sa 4,3 biljun għall-operaturi tan-networks mobbli, filwaqt li l-investimenti f’fornituri fdati jistgħu jikbru sa EUR 2 biljun fis-sena.

Fl-istess ħin, l-obbligi simplifikati u mnaqqsa tal-konformità mistennija jiġġeneraw iffrankar fil-kostijiet sa EUR 15,3 biljun għan-negozji fuq medda ta’ ħames snin. Barra minn hekk, it-titjib tal-qagħda taċ-ċibersigurtà u tas-sovranità teknoloġika ġenerali tal-Unjoni u l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività jrendu benefiċċji sinifikanti għall-pubbliku ġenerali, għall-awtoritajiet pubbliċi u għan-negozji. Dan huwa mistenni li jikkumpensa fil-biċċa l-kbira n-nefqiet inizjali fit-tul.

Bit-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-suq u bl-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji, l-għażliet ippreferuti jsaħħu l-ugwaljanza kompetittiva madwar l-Unjoni, billi jipprovdu lin-negozji b’perkorsi aktar ċari għall-konformità u għall-innovazzjoni.

L-għażliet ippreferuti jikkontribwixxu wkoll għas-simplifikazzjoni permezz ta’ gwida ċara u sistemi integrati, li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. L-għażliet jikkonformaw mal-prinċipju ta’ “one in, one out” billi jiżguraw li l-obbligi l-ġodda jiġu kontrobilanċjati minn tnaqqis xi mkien ieħor.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni tas-CSA, permezz tal-għażliet ta’ politika magħżula A.2, B.2, C.2 u D.3, tikkontribwixxi bis-sħiħ għat-titjib taċ-ċarezza, għat-tneħħija tal-ineffiċjenzi u għall-allinjament tal-proċeduri fl-oqfsa legali kollha. B’mod aktar konkret, l-għażla A.2 tipproponi riforma sħiħa tal-mandat tal-ENISA, li tappoġġa b’mod effettiv l-implimentazzjoni tal-politika u l-kooperazzjoni operazzjonali fost l-Istati Membri. Din il-konsolidazzjoni tgħin ukoll biex jiġu eliminati prattiki frammentati, u tittejjeb il-koordinazzjoni filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u dawk operazzjonali fit-tul. L-għażla B.2, li tinvolvi t-tħassir tas-CSA attwali u l-introduzzjoni ta’ ECCF riformat, iżżid l-effiċjenza billi tirrieżamina l-mudell ta’ governanza u tappoġġa proċeduri taċ-ċertifikazzjoni aktar prevedibbli, koerenti u aġli. Din se tippermetti adozzjoni aktar rapida tal-iskema u allinjament aħjar mal-leġiżlazzjoni trażversali, u b’hekk tnaqqas il-frammentazzjoni regolatorja u ttaffi l-piż kemm fuq il-partijiet ikkonċernati pubbliċi kif ukoll fuq dawk privati. L-għażla C.2 tnaqqas il-kostijiet tal-konformità għall-entitajiet soġġetti għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta’ bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni u billi tippermetti skemi organizzazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2 u ta’ atti legali oħra. Dan l-approċċ se jissimplifika ferm l-obbligi regolatorji għall-entitajiet soġġetti għal diversi rekwiżiti u jiżgura użu aktar effettiv tar-riżorsi fost l-awtoritajiet nazzjonali. L-għażla D.3 toħloq qafas armonizzat li jindirizza r-riskji mhux tekniċi li jaffettwaw il-ktajjen tal-provvista tal-ICT, u b’hekk titnaqqas il-frammentazzjoni attwali tal-approċċi fl-Istati Membri. Flimkien, dawn l-għażliet jirrappreżentaw simplifikazzjoni u modernizzazzjoni sostanzjali tal-qafas legali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, allinjati bis-sħiħ mal-prinċipji REFIT ta’ ċarezza, ta’ effiċjenza u ta’ prontezza diġitali.

Il-proposta hija konsistenti mal-“Kontroll Diġitali”, peress li l-enfasi tagħha fuq proċessi diġitali simplifikati turi l-impenn tal-Unjoni għal approċċ diġitali l-ewwel, filwaqt li tiżgura skambju tad-data u teħid ta’ deċiżjonijiet aktar rapidi u affidabbli. L-għażla D.3 jista’ jkollha wkoll impatt kbir fuq id-diġitalizzazzjoni peress li tkun tinvolvi s-sostituzzjoni ta’ komponenti minn entitajiet stabbiliti f’entitajiet minn pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà (fornituri ta’ riskju għoli) jew ikkontrollati minn tali pajjiżi terzi.

•Drittijiet fundamentali

Il-proposta leġiżlattiva ġiet ivvalutata abbażi tal-potenzjal tagħha li ssaħħaħ jew tpoġġi f’riskju d-drittijiet fundamentali u tippromwovi l-ugwaljanza u l-fiduċja, b’enfasi partikolari fuq l-impatti fuq is-soċjetà u fuq id-drittijiet, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-kapaċità tal-individwi li jifhmu, jeżerċitaw u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom.

L-estensjoni tal-mandat tal-ENISA se tikkontribwixxi għal aktar reżiljenza ċibernetika madwar l-ekonomija u s-soċjetà b’mod ġenerali, li twassal għal protezzjoni aħjar tal-privatezza u tad-data personali tan-nies. Il-proposta se tappoġġa wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà peress li tiċċara r-rwol tal-ENISA fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-forza tax-xogħol fiċ-ċibersigurtà.

Barra minn hekk, l-ECCF se jtejjeb il-fiduċja fost il-pubbliku ġenerali u n-negozji fl-Unjoni f’soluzzjonijiet tal-ICT ċċertifikati li jappoġġaw il-ħajja ta’ kuljum. L-istabbiliment ta’ skemi addizzjonali jżid dan l-impatt.

Il-proposta tikkontribwixxi għall-fiduċja tan-nies billi tinċentiva lill-entitajiet f’setturi kritiċi biex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u b’hekk turi pubblikament il-livell għoli tagħhom ta’ ċibersigurtà. Barra minn hekk, billi jiġi żgurat rapportar armonizzat dwar inċidenti ta’ ransomware u billi jittieħdu miżuri għat-tranżizzjoni lejn kriptografija postkwantistika, tiżdied il-fiduċja pubblika fil-protezzjoni ta’ data sensittiva f’setturi kritiċi.

Id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista se jkollhom xi impatt fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali billi jillimitaw l-indħil barrani. Attivitajiet bħal spjunaġġ u sorveljanza jimminaw ħafna d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini. Dan il-qafas orizzontali jkollu l-potenzjal li jtejjeb il-fiduċja, is-sigurtà u l-privatezza f’diversi teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-baġit stmat tal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), li se jikkontribwixxi għal spinta sinifikanti għas-sigurtà tal-UE, ġie stmat għal EUR 341 miljun għal 7 snin jew baġit medju annwali ta’ EUR 49 miljun (projezzjoni għall-2028 sal-2034). Dan jirrappreżenta żieda ta’ 81,5 % fil-baġit tal-Aġenzija fl-2025. Il-benefiċċji ġġenerati tal-inizjattiva proposta, kif analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt se jkunu sinifikanti b’massimu ta’ EUR 14,6 biljun f’kostijiet iffrankati għan-negozji. Barra minn hekk, filwaqt li d-daqs tal-iffrankar potenzjali tal-kostijiet marbut mat-titjib ġenerali tat-preparatezza tal-Unjoni kontra inċidenti taċ-ċibersigurtà hu fin-natura tiegħu diffiċli biex jiġi kkwantifikat, hu stmat li l-iffrankar tal-kostijiet marbut ma’ rispons aktar malajr u mat-tnaqqis fir-ritmu tal-proliferazzjoni tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà jista’ jvarja minn EUR 3,7 sa 4,4 biljun fuq medda ta’ ħames snin. Fil-kuntest tal-inizjattivi ta’ politika li ġejjin, il-Kummissjoni se tħares lejn id-distribuzzjonijiet ġenerali tar-riżorsi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-aġenziji u għall-uffiċċji Ewropej u fi ħdanhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà biex tisfrutta l-għarfien u l-kompetenza esperta, u biex tidentifika u tiżviluppa sinerġiji.

Ir-riżorsi addizzjonali proposti għat-tisħiħ tal-Aġenzija qed jissarrfu f’118-il FTE u f’kostijiet operazzjonali addizzjonali li jkopru l-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni attwali bejn l-ENISA u l-Kummissjoni bħall-manutenzjoni tal-Pjattaforma Unika ta’ Rapportar; għall-FTEs li jaħdmu fuq l-operat u fuq l-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, kif ukoll għal inizjattivi importanti tal-Kummissjoni bħall-iżvilupp tal-Punt Uniku ta’ Dħul skont il-Proposta Omnibus Diġitali. Kostijiet operazzjonali oħra huma relatati mal-programm tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet, mal-ġbir u l-analiżi tal-intelligence dwar iċ-ċibertheddid, il-komunikazzjonijiet siguri, u l-bini tal-maturità taċ-ċibersigurtà għall-ENISA. Il-kostijiet operazzjonali għall-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, l-awtorizzazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u s-servizz tal-għodod tal-ittestjar jiżdiedu wkoll f’dan il-baġit, madankollu, dawn il-kostijiet jinkludu wkoll mekkaniżmi ta’ awtofinanzjament permezz ta’ tariffi.

Aspett importanti tal-proposta huwa l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ tariffi li fost objettivi ta’ politika oħrajn jikkontribwixxu wkoll għal ċirkwit finanzjarju sostenibbli fi ħdan l-Aġenzija. Is-CSA rivedut jippreżenta tliet tipi ta’ tariffi li se jikkontribwixxu għall-baġit tal-ENISA, jiġifieri t-tariffi mill-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-attestazzjonijiet tal-ħiliet, it-tariffi mis-servizz tal-għodod tal-ittestjar u t-tariffi mill-appoġġ tal-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà. Il-benefiċċju ġġenerat mistenni għall-baġit tal-UE huwa stmat għal madwar EUR 18,5 miljun fuq perjodu ta’ 7 snin mill-2028 sal-2034.

It-talba baġitarja tal-Kummissjoni tissarraf f’50 pożizzjoni FTE addizzjonali, li se jkunu qed jimplimentaw il-qafas tal-katina tal-provvista, kif ukoll kompiti relatati mal-abbozzar ta’ atti ta’ implimentazzjoni għall-mekkaniżmi tat-tariffi, il-manutenzjoni tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, l-istandardizzazzjoni u l-appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali, fost l-oħrajn. Il-kost għall-Kummissjoni biex timplimenta l-qafas tal-katina tal-provvista huwa mistenni li jkun affettwat speċifikament mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tas-sjieda u tal-kontroll (OCA, Ownership and Control Assessments) li l-Kummissjoni se tkun qed twettaq. Madankollu, ir-riżultati ta’ dan il-kompitu se jikkontribwixxu ħafna għall-iffrankar għall-Istati Membri meta jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-obbligi ta’ mitigazzjoni imposti fuq l-entitajiet tal-NIS2 mill-qafas. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jisfruttaw ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-OCA direttament, minflok ma kull wieħed minnhom jagħmel dan individwalment biex jiddedika r-riżorsi għall-istess ħtiġijiet ta’ valutazzjonijiet.

Għal informazzjoni aktar dettaljata ara l-iskeda informattiva finanzjarja mehmuża mal-pakkett ċibernetiku.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-applikazzjoni tar-regolament propost u kull ħames snin se tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn ir-rapporti se jkunu pubbliċi u għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regolament propost.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli peress li l-proposta hija regolament.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tiċċara r-rwol tal-ENISA u tafdaha b’kompiti konkreti biex tappoġġa lill-partijiet ikkonċernati tagħha, li fuq quddiem nett tagħhom hemm l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-kooperazzjoni operazzjonali, il-bini tal-kapaċitajiet, iċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni taċ-ċibersigurtà u t-titjib tal-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà u l-mobilità tagħha madwar l-Unjoni. Il-proposta għandha l-għan ukoll li tagħmel il-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCF) aktar effettiv u effiċjenti biex jittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u tagħti s-setgħa lill-klijenti biex jagħmlu għażliet informati meta jakkwistaw prodotti, servizzi, proċessi u servizzi tas-sigurtà ġestiti tal-ICT fis-suq intern kollu. Barra minn hekk, flimkien mal-proposta għal Direttiva li tintroduċi emendi mmirati għad-Direttiva NIS 2, din il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-konformità mal-obbligi taċ-ċibersigurtà u tiżblokka r-riżorsi biex issaħħaħ il-preparatezza operazzjonali taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet fis-setturi kritiċi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-proposta tindirizza l-ħtieġa li l-ekonomija tal-Unjoni u l-katina tal-provvista tal-ICT isiru aktar reżiljenti biex jiġu promossi s-sigurtà u l-kompetittività tagħha stess. Id-dettalji huma pprovduti hawn taħt.

Titolu I: Dispożizzjonijiet Ġenerali

It-Titolu I tar-Regolament propost fih id-dispożizzjonijiet ġenerali: is-suġġett (l-Artikolu 1) u d-definizzjonijiet (l-Artikolu 2), inklużi referenzi għad-definizzjonijiet rilevanti minn strumenti oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2022/2555 21 (id-Direttiva NIS 2), ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 22 u r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 23 .

Titolu II: ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà)

It-Titolu II tar-Regolament propost fih id-dispożizzjonijiet ewlenin relatati mal-ENISA.

Il-Kapitolu I jiddeskrivi l-missjoni (l-Artikolu 3) u l-objettivi tal-ENISA (l-Artikolu 4).

Il-Kapitolu II jiddeskrivi l-kompiti tal-Aġenzija fi tliet taqsimiet.

It-Taqsima 1 tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kompiti relatati mal-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni. Hija tispeċifika liema entitajiet u organizzazzjonijiet għandhom jirċievu appoġġ u l-mod li bih dan għandu jsir (l-Artikolu 5). L-Artikolu 6 jiddelinja r-responsabbiltajiet tal-Aġenzija għall-bini tal-kapaċitajiet, fosthom li din toffri għarfien u kompetenza esperta lill-Istati Membri dwar kif jevitaw u jindirizzaw iċ-ċibertheddid, jaġġornaw l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà, u jkattru l-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà. L-ENISA se tassisti wkoll lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom tat-tixrid tal-għarfien (l-Artikolu 7) u se tagħmel analiżi tax-xejriet ewlenin tas-suq fiċ-ċibersigurtà u tipprovdi pariri u analiżijiet tekniċi (l-Artikolu 8). L-ENISA se tikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet taċ-ċibersigurtà u tippromwoviha kif deskritt fl-Artikolu 9.

It-Taqsima 2 tistabbilixxi l-kompiti tal-ENISA rigward il-kooperazzjoni operazzjonali fir-rigward tal-Istati Membri, tal-entitajiet tal-Unjoni u tas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE), tan-network tal-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), tan-Network ta’ Organizzazzjoni ta’ Kollegament f’każ ta’ Ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) u ta’ partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-ħruġ ta’ linji gwida u l-implimentazzjoni ta’ għodod siguri ta’ komunikazzjoni (l-Artikolu 10). L-ENISA se tgħin ukoll biex ittejjeb l-għarfien sitwazzjonali dwar iċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi billi (fost l-oħrajn) tiżviluppa repożitorju wieħed jew aktar tal-intelliġence dwar iċ-ċibertheddid twettaq analiżijiet u toħroġ twissijiet bikrija (l-Artikolu 11). Ir-regoli dwar dawn it-twissijiet bikrija (il-kontenut, il-ħin opportun, is-servizz) huma stabbiliti fl-Artikolu 12. Biex tgħin lil entitajiet essenzjali u importanti fit-tħejjija u r-rispons għal inċidenti ta’ ransomware, u fl-irkupru minnhom, l-ENISA għandha tħaddem ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà kif spjegat fl-Artikolu 13 u b’kooperazzjoni mal-Europol u s-CSIRTs jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kif applikabbli. L-Artikolu 14 jinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rwol tal-ENISA fl-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, inkluża l-kumpilazzjoni ta’ programm kontinwu annwali ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni. Minbarra dawn il-kompiti, l-ENISA għandha tipprovdi għodod u pjattaformi, b’mod partikolari l-pjattaforma unika ta’ rapportar stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847 (l-Artikolu 15). Fl-aħħar nett, l-Aġenzija trid tiżviluppa kapaċità ta’ servizz komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet (l-Artikolu 16).

It-Taqsima 3 dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni taċ-ċibersigurtà tistabbilixxi l-kompiti tal-Aġenzija f’dan ir-rigward. L-Artikolu 17 jiddeskrivi r-rwol tal-ENISA fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-ECCF, inkluż ir-rwol ewlieni tagħha fit-tħejjija tal-iskemi u fl-iżgurar tal-manutenzjoni u tal-bini tal-kapaċitajiet tagħhom, filwaqt li l-Artikolu 18 jistabbilixxi kif l-ENISA għandha timpenja ruħha fl-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-algoritmi kriptografiċi.

It-Taqsima 4 tagħti dettalji dwar il-kompiti tal-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà. L-Artikolu 19 jinkludi dispożizzjonijiet relatati mar-rwol tal-ENISA fir-rigward tal-qafas Ewropew tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà (ECSF), filwaqt li l-kompiti tagħha rigward l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà huma stabbiliti fl-Artikolu 20. Ir-rekwiżiti biex wieħed isir fornitur awtorizzat tal-attestazzjoni huma stipulati fl-Artikolu 21 u dawk relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet fl-Artikolu 22. L-ENISA trid tipprovdi informazzjoni pubblika relatata mal-ECSF u mal-attestazzjonijiet individwali tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà (l-Artikolu 23).

Il-Kapitolu III jikkonċerna l-organizzazzjoni tal-ENISA. L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija tinkludi wkoll Viċi Direttur Eżekuttiv (l-Artikolu 24). Id-dispożizzjonijiet relatati mal-Bord tat-Tmexxija, mal-kompożizzjoni tiegħu, il-President tiegħu, u mal-laqgħat, il-funzjonijiet u r-regoli tal-votazzjoni tiegħu huma inklużi fit-Taqsima 1 (l-Artikoli 25 sa 29). Il-Bord Eżekuttiv irid jassisti lill-Bord tat-Tmexxija kif stabbilit fl-Artikolu 30 fit-Taqsima 2. It-Taqsima 3 tinkludi regoli dwar il-ħatra, it-tkeċċija u l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv (l-Artikolu 31) u regoli dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv (l-Artikolu 32). Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li joħloq rwol ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv biex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv (it-Taqsima 4, l-Artikoli 33 u 34). Il-Bord tat-Tmexxija jrid jistabbilixxi l-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, li jrid jagħti pariri lill-ENISA skont ir-regoli fl-Artikolu 35. It-Taqsima 6 tistabbilixxi regoli dwar il-ħolqien u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell (l-Artikolu 36) u tal-membri tiegħu (l-Artikolu 37). L-Artikolu 38 jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom il-membri tal-Bord tal-Appell iridu jastjenu mill-proċedura tal-appell u jiddeskrivi r-raġunijiet għal oġġezzjoni għal kwalunkwe membru tal-Bord. Jistgħu jitressqu appelli quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-ENISA jew jekk l-ENISA tonqos milli taġixxi (l-Artikolu 39). L-Artikolu 40 jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-persuni intitolati għal appell, it-terminu u l-forma tal-appell. L-Artikoli 41 sa 43 jistabbilixxu regoli dwar ir-reviżjoni interlokutorja, l-eżami ta’ deċiżjonijiet dwar appelli, u l-azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 44 jipprevedi l-proċess relatat mad-dokument uniku ta’ programmazzjoni.

Il-Kapitolu IV jikkonċerna l-istabbiliment u l-istruttura tal-baġit tal-Aġenzija, kif ukoll ir-regoli li jiggwidaw il-preżentazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu (l-Artikoli 45 sa 55). Jinkludi wkoll id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw il-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħra (l-Artikolu 51).

Il-Kapitolu V jirrigwarda l-persunal tal-Aġenzija. Jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-regolamenti tal-persunal u l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ aġenti oħra u regoli li jiggwidaw il-privileġġi u l-immunità (l-Artikoli 56 u 57). Dan jintroduċi dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Istati Membri jaħtru uffiċjali ta’ kollegament bħala esperti nazzjonali sekondati lill-ENISA u r-rwol tagħhom fl-Aġenzija (l-Artikolu 58). Jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jiggwidaw l-użu ta’ esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija (l-Artikolu 59).

Fl-aħħar nett, il-Kapitolu VI fih id-dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-Aġenzija. Huwa jiddeskrivi l-istatus legali tagħha (l-Artikolu 60), jistabbilixxi s-sede tagħha (l-Artikolu 61) u fih dispożizzjonijiet dwar il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi tal-Aġenzija, u dwar il-kontroll amministrattiv mill-Ombudsman (l-Artikoli 62 u 63). Jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà, arranġamenti lingwistiċi, u l-protezzjoni ta’ data personali (l-Artikoli 64 sa 66), kif ukoll regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata (l-Artikolu 67). Jipprovdi regoli għall-kooperazzjoni mal-entitajiet tal-Unjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali (l-Artikolu 68) u ma’ partijiet ikkonċernati oħra (l-Artikolu 69). Jiddeskrivi r-regoli li jiggwidaw il-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikolu 70).

Titolu III: Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

It-Titolu III tar-Regolament propost jistabbilixxi l-ECCF.

Il-Kapitolu I jintroduċi l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-proċeduri tal-qafas. L-objettivi (l-Artikolu 71) jinkludu t-tisħiħ taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni u l-faċilitazzjoni ta’ approċċ armonizzat għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet. Il-qafas għandu jisfrutta wkoll iċ-ċertifikazzjoni biex tiġi ssimplifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni permezz tal-preżunzjoni tal-konformità, u b’hekk jitnaqqas il-piż għan-negozji (l-Artikolu 78). Imbagħad, il-Kapitolu I jagħti d-dettalji dwar l-aspetti proċedurali, billi jibda b’konsultazzjonijiet dwar il-prijoritajiet strateġiċi taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà u l-informazzjoni pubblika relatata mal-iżvilupp tal-iskema mill-Kummissjoni u l-ħolqien ta’ Assemblea Ewropea ġdida taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (l-Artikolu 72). Wara talba dettaljata mill-Kummissjoni (l-Artikolu 73), l-ENISA hija mistennija tipprovdi skema kandidata fi żmien 12-il xahar. L-Artikolu 74 jipprevedi skedi ta’ żmien addizzjonali relatati mas-sottomissjoni tal-opinjoni tal-ECCG u s-sottomissjoni tal-iskema fid-dawl tal-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. L-Artikolu 75 jintroduċi mekkaniżmu ta’ manutenzjoni ċar għall-iskemi eżistenti, li jista’ jwassal għar-rieżami ta’ tali skemi (l-Artikolu 76). Ir-rieżami ta’ skema jista’ jiġi informat ulterjorment minn evalwazzjoni perjodika tal-effettività u tal-impatt tal-iskema fuq is-suq Uniku. L-Artikolu 77 jipprovdi bażi għall-ENISA biex tfassal speċifikazzjonijiet tekniċi b’appoġġ għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Meta tadotta jew tirrieżamina skema, il-Kummissjoni tista’ tinkludi referenzi għal speċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawn (l-Artikolu 74). Id-diversi proċeduri jiżguraw it-trasparenza u l-kwalità tat-twassil billi jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati esperti u ġenerali f’diversi stadji tal-ippjanar, tal-iżvilupp, tal-adozzjoni u tal-manutenzjoni tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni. L-Artikolu 79 jipprevedi sit web dedikat tal-ENISA dwar skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, li għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-iskemi adottati kif ukoll ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa skont dawk l-iskemi.

Il-Kapitolu II jipprovdi regoli ġenerali għall-kontenut tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

L-Artikolu 80 jistabbilixxi lista ta’ objettivi tas-sigurtà li fuq il-bażi tagħhom għandha titfassal skema mill-ENISA u jiżgura l-allinjament mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà. Kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tipprovdi għall-elementi speċifikati fl-Artikolu 81. Dawn l-elementi jridu jkunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jistgħu jiġu armonizzati fl-iskemi kollha permezz ta’ dispożizzjonijiet mudell. Iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprovdu l-flessibbiltà neċessarja biex wieħed jadatta għal tipi differenti ta’ skemi. Dispożizzjonijiet addizzjonali jispeċifikaw ir-regoli relatati mal-livelli ta’ assigurazzjoni (l-Artikolu 82) u mal-awtovalutazzjoni tal-konformità (l-Artikolu 83). Il-kapitolu jistabbilixxi wkoll lista ta’ informazzjoni supplimentari (l-Artikolu 84) li l-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT irid jagħmel disponibbli.

Fl-aħħar nett, il-Kapitolu III jistabbilixxi r-regoli ta’ governanza għall-ECCF, maqsuma fi tliet taqsimiet.

It-Taqsima 1 tirrigwarda r-regoli dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà inklużi dawk fil-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni (l-Artikolu 85). Barra minn hekk, tistabbilixxi regoli għall-armonizzazzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u maċ-ċertifikati taċ-ċibersigurtà (l-Artikolu 86) u tipprovdi għall-possibbiltà ta’ rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, abbażi tal-prinċipju ta’ ekwivalenza (l-Artikolu 87). It-taqsima tiddeskrivi wkoll ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u r-regoli applikabbli għalihom (l-Artikolu 88) u tistabbilixxi regoli għal mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari bejn dawk l-awtoritajiet, filwaqt li tiżgura standards ekwivalenti madwar l-Unjoni (l-Artikolu 89), u għall-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet fl-ECCG (l-Artikolu 90).

It-Taqsima 2 tipprovdi għal: (i) regoli armonizzati dwar l-akkreditament u l-awtorizzazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità (l-Artikoli 91 sa 92); (ii) regoli dwar in-notifika, inkluż l-awtorizzazzjoni biex jiġi żgurat allinjament ulterjuri mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u mal-NLF (l-Artikolu 93); u (iii) proċedura ta’ kontestazzjoni (l-Artikolu 94) li tiżgura li jiġu rrispettati r-rekwiżiti għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Fl-aħħar nett, it-Taqsima 3 tipprovdi għad-drittijiet u għar-rimedji ġudizzjarji kontra deċiżjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni (l-Artikolu 96) u teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jinfurzaw penali proporzjonati għal ksur regolatorju.

Titolu IV:

Il-Kapitolu I, l-Artikolu 98, jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT. Il-qafas se jindirizza r-riskji mhux tekniċi f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-mekkaniżmu għandu jidentifika l-assi ewlenin tal-ICT fil-ktajjen kritiċi tal-provvista tal-ICT u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati dwar it-tip ta’ entitajiet imsemmija fl-Anness I u fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-qafas se jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni, mitluba mill-Kummissjoni jew mill-inqas minn tliet Stati Membri. L-Artikolu 99 jagħti dettalji dwar kif se jitwettqu dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju u li għandhom jistabbilixxu wkoll miżuri ta’ mitigazzjoni. Dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu ffinalizzati fi żmien sitt xhur mit-talba. Meta jintalab mill-Kummissjoni, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tas-Sistemi tan-Network u tal-Informazzjoni (NIS) jista’ jaqbel fuq perjodu iqsar. Il-qafas jipprevedi possibbiltà ta’ proċedura ta’ emerġenza meta intervent immedjat ikun iġġustifikat biex jiġi ppreservat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u meta l-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex temmen li hemm ċibertheddida sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni b’rabta ma’ ktajjen kritiċi tal-provvista tal-ICT. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri dwar il-ħtieġa li tittieħed miżura ta’ mitigazzjoni waħda jew aktar u għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju. L-Artikolu 100 jipprevedi li fejn, bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 99, jew abbażi ta’ sorsi oħra, bħal dikjarazzjoni pubblika f’isem l-Unjoni jew Stat Membru, ikun jidher li pajjiż terz jippreżenta riskji mhux tekniċi serji u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni għandha tivverifika t-theddida ppreżentata minn dak il-pajjiż, filwaqt li tqis l-elementi elenkati fl-Artikolu 100. Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li pajjiż terz joħloq riskji mhux tekniċi serji u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, l-Artikolu 100 jipprovdi għal proċedura għall-Kummissjoni biex tiddeżinja lil tali pajjiż terz bħala pajjiż li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT. L-entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà ddeżinjat f’konformità ma’ dan l-Artikolu, jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz, jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz, mhux se jitħallew iwettqu xi attivitajiet li hemm speċifikati f’dan l-Artikolu. L-Artikolu 101 jipprevedi mekkaniżmu ġenerali tal-katina tal-provvista tal-ICT fejn mat-tlestija tal-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà mill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS jew mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 99, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri previsti fl-Artikoli 102 u 103.

Il-Kummissjoni tista’ tidentifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-assi ewlenin tal-ICT użati għall-manifattura ta’ prodotti, il-forniment ta’ servizzi mit-tipi ta’ entità msemmija fl-Anness I u fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-Artikolu 102 jagħti aktar dettalji dwar l-elementi li għandhom jitqiesu għall-identifikazzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT. L-Artikolu 103 jistabbilixxi miżuri potenzjali ta’ mitigazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ICT. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-entitajiet li joperaw f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra jridu jkunu soġġetti għal miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi, li huma spjegati aktar fid-dettall fl-Artikolu.

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi listi ta’ fornituri ta’ riskju għoli rilevanti għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 103(1), mal-Artikolu 103(7) jew għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 110(1), wara li twettaq valutazzjoni tal-istabbiliment u tas-sjieda u tal-kontroll. Għandha tikkonsulta lill-fornituri kkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti (l-Artikolu 104).

Entità stabbilita f’entitajiet minn pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà deżinjat f’konformità mal-Artikolu 100 jew li hija kkontrollata minn tali pajjiż terz, tista’ titlob li titħalla tipprovdi komponenti tal-ICT f’assi ewlenin tal-ICT ta’ entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tipparteċipa fl-akkwist pubbliku fir-rigward tal-forniment ta’ tali komponenti tal-ICT. L-Artikolu 105 jispeċifika x’għandu jkun fiha t-talba u x’inhi l-proċedura għal eżenzjoni bħal din. L-Artikolu 106 jispeċifika d-drittijiet tad-difiża għal entità inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet rigward l-eżenzjonijiet (l-Artikolu 107). L-Artikoli 108 u 109 jispeċifikaw ir-regoli u t-tariffi ta’ kunfidenzjalità relatati mal-proċedura ta’ eżenzjoni.

Il-Kapitolu II jipprevedi applikazzjoni tal-qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT għan-networks tal-komunikazzjoni elettronika mobbli, fissi u satellitari, li tiżgura l-allinjament mal-Att propost dwar in-Networks Diġitali.

L-assi ewlenin tal-ICT għan-networks tal-komunikazzjoni elettronika mobbli, fissi u satellitari huma stabbiliti fl-Anness II. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-eliminazzjoni gradwali tal-komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli għall-assi ewlenin tal-ICT tan-network tal-komunikazzjoni elettronika mobbli ma għandux jaqbeż is-36 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-perjodi ta’ tranżizzjoni għan-networks ta’ komunikazzjoni elettronika fissi u satellitari għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-assi ewlenin tal-ICT u l-perjodi ta’ tranżizzjoni magħżula, inkluż għall-ġenerazzjonijiet mobbli futuri (l-Artikolu 110). L-Artikolu 111 jistipula li l-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika mobbli, fissi u satellitari ma jistgħux jużaw, jinstallaw jew jintegraw, fi kwalunkwe forma, komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli u ma jistgħux jingħataw awtorizzazzjoni ġenerali jew individwali.

Awtoritajiet kompetenti, superviżjoni u infurzar, ġuriżdizzjoni, drittijiet ta’ difiża (Kapitolu III)

Il-Kapitolu III jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar l-awtoritajiet kompetenti, is-superviżjoni u l-infurzar u l-ġuriżdizzjoni. 

L-Artikoli 112 sa 114 jispeċifikaw is-setgħat, il-mezzi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu IV. L-Istati Membri jridu jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. L-Artikolu 113 jipprevedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi network għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-konformità, filwaqt li l-Artikolu 114 jispeċifika l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar li l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati li jieħdu. Il-penali f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV huma speċifikati fl-Artikolu 115. L-Artikolu 116 jagħti dettalji dwar il-possibbiltà li l-Istati Membri jassistu lil xulxin b’mod reċiproku meta l-entitajiet ikollhom attivitajiet transfruntiera jew meta l-assi ewlenin tal-ICT tagħhom ikunu jinsabu f’diversi Stati Membri. L-Artikolu 117 jipprevedi r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni u t-territorjalità.

Titolu VI: Dispożizzjonijiet Finali

It-Titolu VI tar-Regolament propost jinkludi d-dispożizzjonijiet finali, li jiddeskrivu r-regoli għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati, il-proċess ta’ evalwazzjoni tar-regolament propost, u t-tħassir u s-suċċessjoni tar-Regolament (UE) 2019/881. Jispeċifika wkoll id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost.

2026/0011 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/881 (L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 24 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 25 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Minn kemm ilu li ġie adottat ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , ix-xenarji ġeopolitiċi, teknoloġiċi u ta’ politika nbidlu mill-qiegħ. Żiedu l-inċidenti taċ-ċibersigurtà, sew jekk ikkawżati minn fallimenti ta’ sistemi, minn żball uman, minn atti malizzjużi jew minn fenomeni naturali, u l-attakki ċibernetiċi saru aktar sofistikati, u qed jaffettwaw lil entitajiet essenzjali, lin-negozji, u lill-pubbliku ġenerali. L-ekosistema taċ-ċiberkriminalità proliferat, bl-attività tar-ransomware fil-qalba tagħha. Intensifikaw ukoll l-inċidenti relatati mal-katina tal-provvista, sew dawk ikkawżati minn kriminali għal gwadann finanzjarju jew minn atturi tal-Istat għal tfixkil, għal spjunaġġ, għal diżinformazzjoni jew għal gwerra. Bħala parti minn strateġija ibrida usa’, inċidenti li jinħolqu minħabba attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi u fallimenti ta’ sistemi qed jikkaġunaw effetti konsegwenzjali u jxekklu s-servizzi essenzjali, idgħajfu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet, u jaffettwaw il-prontezza tas-soċjetà u tad-difiża tal-Unjoni. Inċidenti bħal dawn urew li kapaċi jħallu impatt fuq l-attività ekonomika, fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ħajjet in-nies. Fl-istess ħin, il-vulnerabbiltà tal-infrastruttura u tas-sistemi ċivili kritiċi toħloq riskju għall-kapaċitajiet tad-difiża, meta dawn ikunu jiddependu fuqhom.

(2)B’mod paralleli, ċerti teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali u l-computing kwantistiku għandhom effett ta’ tfixkil fuq iċ-ċibersigurtà u fuq iċ-ċiberdifiża. Dawn qed isawru mill-ġdid l-għodod tad-difiża u t-tattiki tal-avversarji, u qed joħolqu theddid għaċ-ċibersigurtà u għaċ-ċiberdifiża filwaqt li jiftħu bibien ukoll għall-avvanzi teknoloġiċi. Għalkemm jistgħu jikkontribwixxu għaċ-ċibersigurtà b’detezzjoni aħjar tad-theddid jew b’rispons awtomatizzat għall-inċidenti, dawn qed iżidu wkoll il-wiċċ kumplessiv tal-attakki għall-organizzazzjonijiet, huma miri potenzjali għall-manipulazzjoni, u jistgħu jimminaw il-vijabbiltà fit-tul ta’ miżuri tas-sigurtà bħall-kriptaġġ.

(3)Biex tindirizza dawk l-iżviluppi, l-Unjoni tejbet l-għodod legali u ta’ politika tagħha. Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 issaħħaħ iċ-ċibersigurtà għall-infrastruttura kritika, ikkomplementata mid-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 għas-sigurtà fiżika. Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 itejjeb iċ-ċibersigurtà tal-prodotti b’elementi diġitali. Ir-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 jibni l-kapaċitajiet tar-rispons għall-Unjoni kollha, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2025 dwar pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi 31 (ir-“Rakkomandazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ċibernetiku”) tappoġġa l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Is-Sett ta’ Għodod għaċ-Ċibersigurtà tal-5G 32 jikkostitwixxi l-ewwel pass għal approċċ ikkoordinat fil-livell tal-Unjoni biex ikollna networks 5G siguri. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà 33 tindirizza l-isfida dejjem akbar ta’ distakk fit-talent taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, il-qafas taċ-ċibersigurtà ssaħħaħ b’leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 għas-settur finanzjarju, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 35 għas-sottosettur tal-elettriku, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 36 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 37 (PARTI-IS) kif ukoll ir-regoli rilevanti dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583 38 għas-sottosettur tat-trasport bl-ajru, u dokumenti ta’ politika oħra bħall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà tal-isptarijiet u tal-fornituri tal-kura tas-saħħa 39 . L-entitajiet tal-Unjoni qed jissaħħu wkoll bir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 li jistabbilixxi miżuri biex l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jiksbu livell komuni għoli taċ-ċibersigurtà. Dan il-qafas legali mtejjeb għaċ-ċibersigurtà speċifika aktar il-kompiti tal-ENISA.

(4)F’dan il-kuntest, u kif dikjarat fi ProtectEU: l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà Interna 41 , l-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza 42 , biex ikunu żgurati l-preparatezza, is-sigurtà u r-reżiljenza tas-soċjetà u tal-ekonomija tal-Unjoni hemm bżonn koordinazzjoni Ewropea, fiduċja u kondiviżjoni tal-informazzjoni b’saħħithom bejn il-partijiet ikkonċernati, oqfsa sodi biex tkun żgurata s-sigurtà tal-prodotti, tas-servizzi, tal-proċessi u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), kif ukoll it-tkabbir u t-tisħiħ tal-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà. Tappella wkoll li jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-ICT billi tkun żgurata s-sovranità teknoloġika Ewropea fuq l-assi ewlenin, biex b’hekk tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni u tista’ tkun ta’ ġid għall-isforzi taċ-ċiberdifiża. Barra minn hekk, fost l-objettivi ta’ prijorità, il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE 43 tidentifika l-ħtiġijiet li jkun evitat l-aċċess għal informazzjoni u data sensittivi li jista’ jimmina s-sigurtà ekonomika tal-UE, u li jkun evitat u jittaffa t-tfixkil fl-infrastruttura kritika tal-UE li jaffettwa l-ekonomija tal-UE. Din tagħraf ir-rwol essenzjali li l-miżuri effettivi taċ-ċibersigurtà għandhom f’dan ir-rigward.

(5)Inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira li jaffettwaw l-infrastruttura kritika, is-servizzi diġitali jew il-funzjonijiet essenzjali tas-soċjetà jaf iħallu impatti fuq il-popolazzjoni li jkunu jeħtieġu azzjoni koordinata ta’ protezzjoni ċivili u ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni. Bi qbil mal-approċċ “tal-perikli kollha” tal-Istrateġija Ewropea għal Unjoni tal-Preparatezza u tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-arranġamenti għall-għarfien sitwazzjonali, ir-rispons għall-inċidenti u l-eżerċizzji skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC).

(6)Din il-proposta tikkomplementa u hija konsistenti mal-[Proposta għal Direttiva li tikkomplementa [r-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/881] u temenda d-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri għal livell għoli komuni taċ-ċibersigurtà mal-Unjoni kollha], kif ukoll mal-[Proposta għal Regolament dwar is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni diġitali (Omnibus Diġitali) 44 li tipprovdi l-obbligu fuq l-ENISA li tiżviluppa punt ta’ dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti li bih l-entitajiet jistgħu jissodisfaw simultanjament l-obbligi tagħhom tar-rapportar tal-inċidenti skont diversi atti legali.

(7)Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 stabbilixxa l-ENISA biex din tikkontribwixxi ħalli jkun żgurat livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni fl-Unjoni, u tissawwar kultura ta’ sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni għall-ġid taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-intrapriżi u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-mandat tal-ENISA kien ġie estiż tliet darbiet qabel ma r-Regolament (UE) 2019/881 taha mandat permanenti. Biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet li qed joħloq ix-xenarju evolventi tat-theddid u tat-teknoloġiji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali u l-ħtieġa akbar ta’ professjonisti taċ-ċibersigurtà, il-mandat tal-ENISA jenħtieġ li jkompli jissaħħaħ. Fl-interess taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) 2019/881 jenħtieġ li jiġi sostitwit.

(8)F’xenarju evolventi tat-theddid, fejn l-inċidenti taċ-ċibersigurtà qed isiru dejjem aktar sinifikanti, l-għoti tal-fiduċja lin-nies, lill-awtoritajiet pubbliċi u lin-negozji fl-użu ta’ kuljum tat-teknoloġiji sar saħansitra importanti aktar minn qatt qabel. Iż-żieda fil-fiduċja tista’ tiġi ffaċilitata b’tisħiħ taċ-ċertifikazzjoni tal-ECCF li tkopri l-Unjoni kollha biex jinħolqu rekwiżiti taċ-ċibersigurtà komuni u kriterji tal-evalwazzjoni komuni għas-swieq u s-setturi nazzjonali kollha. Il-qafas il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti orizzontali ewlenin għall-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jippermetti li ċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE jiġu rikonoxxuti u jintużaw fl-Istati Membri kollha. B’dan il-mod, jenħtieġ li jistabbilixxi qafas ta’ proċedura u governanza li jippermetti l-iżvilupp u l-manutenzjoni fil-ħin u prevedibbli tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha biex tkun żgurata implimentazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, jinkisbu kundizzjonijiet ekwi u jkun evitat ix-“shopping ta’ ċertifikazzjoni” abbażi tal-livelli differenti ta’ strettezza fi Stati Membri differenti. L-ENISA jenħtieġ li taqdi rwol ewlieni permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi meta jkun qed jiġi previst l-iżvilupp tal-iskemi, u biex ikun żgurat li dawn l-iskemi jibqgħu aġġornati teknikament. Barra minn hekk, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq b’mod effettiv, il-qafas jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà ta’ ċertifikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà fil-konfront tal-entitajiet u jiffaċilita l-konformità ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà. L-allinjament mal-liġi eżistenti tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) 2024/2847 u d-Direttiva (UE) 2022/2555, hu essenzjali għall-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà biex jikkontribwixxu ħalli jonqos il-piż regolatorju fuq in-negozji, iżidu l-attraenza tagħhom u jsaħħu r-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni.

(9)Il-missjoni tal-ENISA jenħtieġ li tkun li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-entitajiet tal-Unjoni biex jiksbu livell għoli ta’ ċibersigurtà, reżiljenza u fiduċja fl-Unjoni. Għal dak l-għan, l-ENISA jenħtieġ li taġixxi bħala punt ta’ referenza għal pariri u kompetenza esperta dwar iċ-ċibersigurtà, u ħidmitha jenħtieġ li primarjament tkun tirrigwarda erba’ oqsma ewlenin taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni. L-ewwel, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri għal implimentazzjoni konsistenti tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà u tassisti lill-Istati Membri b’attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex itejbu kontinwament il-kapaċitajiet tagħhom mil-lat ta’ preparatezza, reżiljenza u rispons. It-tieni, l-ENISA jenħtieġ li tikkontribwixxi għal kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni, fost l-Istati Membri, u għal titjib fl-għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar it-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi fost l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni. It-tielet qasam ewlieni jenħtieġ li jkun iċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni taċ-ċibersigurtà, filwaqt li r-raba’ jenħtieġ li jkun l-implimentazzjoni tal-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà, li jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol Ewropea taċ-ċibersigurtà prosperuża b’ħiliet li jenħtieġ li jkunu trasferibbli bejn l-Istati Membri.

(10)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni u jipprevedi l-mandat tas-CERT-UE, li jistabbilih bħala s-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ambjent tal-ICT mhux klassifikat tal-entitajiet tal-Unjoni billi jagħtihom pariri dwar iċ-ċibersigurtà, jappoġġahom biex jevitaw, jidentifikaw, jittrattaw, itaffu, jirrispondu għal inċidenti u jirkupraw minnhom, u jaġixxu bħala ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tagħhom għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u għal rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, is-CERT-UE għandu l-kompitu li joffri servizzi rilevanti taċ-ċibersigurtà lill-entitajiet tal-Unjoni. Bħala parti mill-missjoni tagħha, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa wkoll lill-entitajiet tal-Unjoni. B’mod partikolari, dan jenħtieġ li tagħmlu billi tinvolvi ruħha b’kooperazzjoni strutturata mas-CERT-UE dwar il-bini tal-kapaċitajiet, il-kooperazzjoni operazzjonali u l-analiżi strateġika fit-tul taċ-ċibertheddid. Meta jkun rilevanti, l-ENISA tista’ tuża l-kooperazzjoni strutturata mas-CERT-UE għas-servizzi taċ-ċibersigurtà tal-ENISA jew għal appoġġ li jista’ jkun ta’ valur miżjud għall-entitajiet tal-Unjoni, b’mod ikkoordinat biex ikunu żgurati sinerġiji tal-isforzi tas-CERT-UE.

(11)Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-ENISA jenħtieġ li jkun li tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2022/2555, tar-Regolament (UE) 2024/2847, u tar-Regolament (UE) 2025/38. Biex tgħin ħalli ssir implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-acquis taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, l-ENISA jenħtieġ li toħroġ gwida u rapporti tekniċi, tipprovdi pariri u l-aqwa prattiki, u tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti għal dan il-għan. Barra minn hekk, l-ENISA qed tivvaluta l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u tadotta rapport għal dak il-għan f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ENISA jenħtieġ li tkun tista’ tirrispondi wkoll għal talbiet għal pariri u assistenza mill-Istati Membri u, meta applikabbli, mill-entitajiet tal-Unjoni, dwar materji li jinsabu fil-mandat tal-ENISA.

(12)Biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati u fis-settur privat, b’mod partikolari biex tiġi appoġġata l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan is-setturi u bejniethom, b’mod partikolari s-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u l-informazzjoni dwar prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847. Dan l-appoġġ jista’ jieħu l-forma ta’ provvista tal-aqwa prattiki u gwida dwar l-għodod u l-proċeduri disponibbli, kif ukoll provvista ta’ gwida dwar kif jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji relatati mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, pereżempju billi jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ Ċentri settorjali tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni (ISACs).

(13)Fid-dawl tal-appoġġ u tal-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni, l-ENISA jenħtieġ li tikkontribwixxi għal ħidmet il-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bid-Direttiva (UE) 2022/2555 (“Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS”), b’mod partikolari billi tipprovdi kompetenza esperta, pariri u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki, fost l-oħrajn, b’rabta mad-dipendenzi transfruntieri, fir-rigward tar-riskji u tal-inċidenti. L-ENISA jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għal ħidmet il-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 , il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, u l-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ADCO) stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/2847.

(14)Il-qalba pubblika tal-internet miftuħ, jiġifieri l-protokolli u l-infrastruttura ewlenin tiegħu, li huma ben pubbliku dinji, jipprovdu l-funzjonalità essenzjali tal-internet b’mod kumplessiv u huma l-bażi tal-operazzjoni normali tiegħu. Fil-mandat tagħha, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa s-sigurtà u r-reżiljenza tal-qalba pubblika tal-internet miftuħ u l-istabbiltà tal-funzjonament tiegħu, inkluż il-varar u l-operat siguri tal-protokolli ewlenin (b’mod partikolari s-Sistema tal-Ismijiet ta’ Dominji, il-Border Gateway Protocol, u l-verżjoni 6 tal-Protokoll tal-Internet) u l-operazzjoni tas-sistema ta’ ismijiet tad-dominju (bħall-operazzjoni tad-dominji tal-ogħla livell kollha) iżda mhux limitati għalihom, bil-promozzjoni tal-aqwa prattiki, bi gwida, u b’kooperazzjoni, f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti ta’ governanza dinjija tal-internet b’diversi partijiet ikkonċernati, u r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-korpi tekniċi u operazzjonali internazzjonali rilevanti.

(15)L-ENISA taġixxi bħala punt ta’ referenza għall-pariri u l-kompetenza esperta dwar iċ-ċibersigurtà. Għalhekk, meta tintalab mill-Kummissjoni, l-ENISA jenħtieġ li tassistiha bil-kompetenza esperta, b’pariri tekniċi, b’informazzjoni, b’analiżijiet, inkluż bi studji tal-fattibbiltà, opinjonijiet u ħidma preparatorja dwar xi materja speċifika fil-qasam taċ-ċibersigurtà biex dawn iservu ta’ tagħrif għat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà.

(16)Bl-istess mod, filwaqt li tqis il-kompetenza esperta tagħha, l-ENISA jenħtieġ li tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jibnu u jtejbu l-kapaċitajiet u l-preparatezza biex jevitaw, jidentifikaw u jirrispondu għal theddid u inċidenti ċibernetiċi u fir-rigward tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni. B’mod partikolari, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp u t-titjib tal-iskwadri tar-rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (“CSIRTs”) previsti fid-Direttiva (UE) 2022/2555, biex fl-Unjoni jinkiseb livell għoli komuni ta’ maturità tas-CSIRTs.

(17)L-ENISA appoġġat u jenħtieġ li tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ linji gwida għall-istrateġiji nazzjonali tagħhom għaċ-ċibersigurtà li jikkontribwixxu għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji taċ-ċibersigurtà mill-Istati Membri kollha. L-ENISA jenħtieġ li tippromwovi t-tixrid ta’ dawk l-istrateġiji permezz tal-Mappa Interattiva tal-Istrateġiji Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà (NCSS) u jenħtieġ li tkompli ssegwi l-progress tal-implimentazzjoni tagħhom, inkluż billi tipprovdi appoġġ fl-iżvilupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni f’dan il-kuntest.

(18)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 inkariga lill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà biex jappoġġa lill-entitajiet tal-Unjoni biex jelevaw il-qagħdiet taċ-ċibersigurtà rispettivi tagħhom, u lis-CERT-UE biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ambjent tal-ICT mhux klassifikat tal-entitajiet kollha tal-Unjoni. L-ENISA jenħtieġ li tħaddem l-esperjenza tagħha fiċ-ċibersigurtà biex tappoġġa lill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà u lis-CERT-UE fil-kompiti tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841, inkluż billi tikkontribwixxi għall-analiżijiet taċ-ċibertheddid, l-għarfien sitwazzjonali, l-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, il-koordinazzjoni dwar ir-rispons għall-inċidenti, u l-iskambju ta’ għarfien prattiku u tal-aqwa prattiki.

(19)Abbażi tal-kompetenza esperta tal-ENISA u biex tikkomplementa l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-Unjoni, l-ENISA jenħtieġ li tipprovdi taħriġ permezz tal-Qafas Ewropew tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà (ECSF) bħala bażi, b’mod partikolari biex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-politika, il-kooperazzjoni operazzjonali, u t-tixrid tal-għarfien.

(20)Biex ikunu żgurati sinerġiji maċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC) u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 , l-ENISA jenħtieġ li tappoġġahom billi tikkondividi informazzjoni dwar ir-riskji u ċ-ċibertheddid attwali u emerġenti, inkluż ir-riskji u t-theddid rigward it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

(21)L-Istrateġija tal-Preparatezza tenfasizza li l-litteriżmu diġitali, li jiddependi fuq il-kisba ta’ ħiliet diġitali bażiċi, hu essenzjali biex ċittadini aktar reżiljenti jkollhom aktar setgħat quddiem il-kriżijiet potenzjali. Iżda kif enfasizzat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet 48 , kważi nofs il-popolazzjoni adulta m’għandhiex ħiliet diġitali bażiċi minkejja li aktar minn 90% tal-impjiegi jeħtiġuhom. Biex ikun żgurat li l-forza tax-xogħol attwali u futura potenzjali jkollha l-ħiliet meħtieġa f’ambjent diġitali li qed jevolvi malajr, u bħala kontribut għall-iżvilupp tal-pipeline Ewropew tat-talenti fiċ-ċibersigurtà, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-attivitajiet tat-tixrid tal-għarfien dwar iċ-ċibersigurtà, maħsuba biex jattiraw it-talent u jgħinu biex jinformaw dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet meħtieġa fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bħall-Isfida Ewropea taċ-Ċibersigurtà. F’dan ir-rigward, l-ENISA jenħtieġ li tikkoordina l-kompetizzjonijiet taċ-ċibersigurtà, l-avvenimenti tat-tip capture-the-flag u eżerċizzji prattiċi simili, bħala mezz biex jiġu żviluppati l-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u jitrawwem il-bini tal-kapaċitajiet madwar l-Unjoni. Meta twettaq attivitajiet tat-tixrid tal-għarfien, l-ENISA jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-entitajiet tal-Unjoni, kif ukoll il-ħtiġijiet tan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, u tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, billi tħaddem oqfsa u taħriġiet prattiċi bħal awareness-raising-in-a-box. L-ENISA jenħtieġ li tkompli tiżviluppa gwida prattika u azzjonabbli biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-Unjoni. L-ENISA jenħtieġ li taħdem ukoll biex tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, eżempju billi tipprovdi linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

(22)Biex tappoġġa lin-negozji li joperaw fis-settur taċ-ċibersigurtà, u lill-utenti tas-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà, u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, l-ENISA jenħtieġ li tiżviluppa u tmantni “osservatorju tas-suq” billi twettaq analiżijiet regolari u xxered informazzjoni dwar ix-xejriet ewlenin fis-suq taċ-ċibersigurtà, kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll fuq dik tal-provvista. Barra minn hekk, biex tappoġġa lill-utenti tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2025/38, l-ENISA jenħtieġ li tħejji l-immappjar tas-servizzi meħtieġa mit-tali utenti, u tad-disponibbiltà ta’ tali servizzi, skont dak ir-Regolament.

(23)It-theddid għaċ-ċibersigurtà huwa kwistjoni dinjija. Hija meħtieġa kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib biex tittejjeb iċ-ċibersigurtà, inkluż biex jiġu definiti n-normi ta’ mġiba komuni u approċċi komuni. Għal dak l-għan, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, b’enfasi fuq il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni, u fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-NATO, billi tipprovdi l-kompetenza esperta u l-analiżijiet meħtieġa lill-Kummissjoni u lill-entitajiet rilevanti tal-Unjoni, meta xieraq. L-attivitajiet tal-ENISA fix-xena internazzjonali jenħtieġ li jkunu dejjem allinjati mal-prijoritajiet tal-Unjoni.

(24)Biex tgħin fil-kisba ta’ livell għoli taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali fost l-Istati Membri, b’kooperazzjoni mas-CERT-UE, fost l-entitajiet tal-Unjoni, u bejn il-partijiet ikkonċernati. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-ENISA. L-ENISA jenħtieġ li ssir membru tan-network tas-CSIRTs, u tikkontribwixxi għall-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni tan-network. L-ENISA jenħtieġ li tippromwovi u tappoġġa aktar il-kooperazzjoni bejn is-CSIRTs rilevanti fil-każ ta’ inċidenti, ta’ attakki jew ta’ tfixkil tan-networks jew tal-infrastruttura ġestita jew protetta mis-CSIRTs. L-appoġġ attiv tal-ENISA għal ħidmet in-network tas-CSIRTs u tal-EU-CyCLONe jenħtieġ li jippermetti lil dawk in-networks ikomplu jsaħħu l-livell tal-maturità tagħhom. Ir-rwol tal-ENISA fl-appoġġ ta’ tali kooperazzjoni jinkludi l-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà u l-integrità tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-elezzjonijiet u proċessi oħra, u l-infrastruttura kritika li jiddependu fuqha, f’konformità mat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija: It-Tisħiħ ta’ Demokraziji b’Saħħithom u Reżiljenti 49 .

(25)Biex tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet, il-kooperazzjoni operazzjonali, u l-analiżijiet strateġiċi fit-tul taċ-ċibertheddid, l-ENISA jenħtieġ li tuża l-kompetenza esperta teknika u operazzjonali disponibbli tas-CERT-UE b’kooperazzjoni strutturata, pereżempju b’arranġamenti apposta.

(26)Biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà mal-Unjoni u tiżgura rispons malajr u effettiv għaċ-ċibertheddid, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri meta jitolbuha, inkluż billi tagħtihom pariri dwar it-titjib tal-kapaċitajiet tagħhom biex jevitaw, jidentifikaw, jirrispondu għal inċidenti u jirkupraw minnhom, billi tiffaċilita t-trattament tekniku ta’ inċidenti sinifikanti skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2022/2555, b’mod partikolari billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja ta’ soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri, jew billi tiżgura l-analiżi tat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi. L-ENISA jenħtieġ li tassisti wkoll lill-EU-CyCLONe fit-tħejjija ta’ rapporti fil-livell politiku tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(27)Biex tnaqqas l-esponiment għall-indħil barrani, għal manipulazzjoni tal-katina tal-provvista, u għal esfiltrazzjoni ta’ data strateġika, fin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe l-ENISA jenħtieġ li tuża għodod għall-komunikazzjoni sigura. Abbażi tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ċibernetiku, tali għodod jenħtieġ li jipprovduhom entitajiet legali stabbiliti jew meqjusa stabbiliti fl-Unjoni u kkontrollati minn Stati Membri jew minn ċittadini ta’ Stati Membri.

(28)Biex tikkontribwixxi għall-preparatezza u r-rispons fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta’ inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, l-ENISA jenħtieġ li twettaq attivitajiet ta’ tixrid tal-għarfien sitwazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà.

(29)L-aċċess għal intelligence fil-ħin reali, verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid (CTI) hu kruċjali biex jissawwar għarfien sitwazzjonali kondiviż fl-Unjoni. L-ENISA, il-Kummissjoni, is-CERT-UE u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) fil-Europol diġà żviluppaw repożitorji tal-intelligence dwar iċ-ċibertheddid imfasslin apposta skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. L-ENISA u entitajiet rilevanti oħra tal-Unjoni jenħtieġ li jikkooperaw b’mod volontarju biex jiżviluppaw repożitorji ta’ Intelligence (CTI) fil-ħin reali, verifikata u affidabbli, u jistinkaw għal sinerġiji li jiżguraw ekonomiji ta’ skala u jsaħħu l-ġestjoni finanzjarja tajba. Din il-ħidma jenħtieġ li tinkludi wkoll lil entitajiet settorjali tal-Unjoni bħall-aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali. Dawn jenħtieġ li jikkondividu biss analiżijiet, xejriet, u tattiki, tekniki u proċeduri (TTPs) derivati, u mhux sorsi mhux ipproċessati, u jenħtieġ li jirrispettaw l-indipendenza tal-entitajiet li jimmaniġġaw iċ-ċiklu tal-ħajja tas-CTI tagħhom stess bi qbil mal-mandati u r-regoli tagħhom dwar il-ħtieġa għall-informazzjoni.

(30)Biex tikkontribwixxi għal rispons fil-ħin u kkoordinat, l-ENISA jenħtieġ li tkun tista’ toħroġ twissijiet bikrija fuq inċident sinifikanti jew ta’ skala kbira potenzjali jew attwali, jew fuq xi ċibertheddida ta’ natura transfruntiera potenzjali għas-CSIRT(s) ikkonċernati u, meta xieraq, għan-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe, b’mod partikolari fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-informazzjoni f’tali twissijiet bikrija tista’ tinkludi vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament u jekk dawn ikunux jaffettwaw lil prodotti b’elementi diġitali koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847, kif ukoll tekniki u proċeduri, indikaturi ta’ kompromess, tattiki tal-avversarji, informazzjoni speċifika għall-atturi tat-theddid u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri tal-mitigazzjoni.

(31)Biex tissokta l-fiduċja u ma tiġix perikolata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, hu importanti li l-ENISA tagħmel immarkar viżibbli li jkun jindika sa liema punt dokument jew informazzjoni li tkun ipproduċiet jew irċeviet jistgħu jiġu kondiviżi aktar. B’mod simili, id-dokumenti jew l-informazzjoni li tirċievi, l-ENISA jenħtieġ li tużahom bl-iskop biex twettaq l-attivitajiet tagħha, soġġetti għal kull limitazzjoni skont immarkar viżibbli rigward aktar distribuzzjoni ta’ dik l-informazzjoni.

(32)Biex tgħin għal aktar għarfien dwar l-indikaturi taċ-ċibertheddid u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri tal-mitigazzjoni, l-ENISA jenħtieġ li tagħmel servizz ta’ twissija bikrija disponibbli għall-entitajiet li joperaw fis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Dawn it-twissijiet bikrija ġeneriċi u volontarji jenħtieġ li jkunu ta’ benefiċċju b’mod partikolari għall-SMEs, u jenħtieġ li jsiru b’format disponibbli pubblikament li jista’ jinqara minn magna. Fi kwalunkwe każ, tali servizz volontarju hu separat minn sħubija pubblika privata li l-ENISA tista’ tistabbilixxi jew diġà stabbiliet, u lanqas mhu relatat magħha.

(33)B’appoġġ għall-għarfien sitwazzjonali kondiviż taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni, l-ENISA, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, jenħtieġ li tħejji Rapport dettaljat dwar is-Sitwazzjoni Teknika taċ-Ċibersigurtà fl-UE dwar iċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, analiżijiet tagħha stess u r-rapporti kondiviżi magħha mis-CSIRTs tal-Istati Membri jew mill-punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali dwar is-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni (“punti uniċi ta’ kuntatt”) previsti fid-Direttiva (UE) 2022/2555, it-tnejn b’mod volontarju, il-Europol u s-CERT-UE. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Kunsill, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni u l-Europol.

(34)Biex issaħħaħ l-għarfien sitwazzjonali kondiviż tax-xenarju taċ-ċibertheddid u tal-inċidenti ċibernetiċi fost il-partijiet ikkonċernati, l-ENISA jenħtieġ li tanalizza x-xejriet tat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi. Dak jenħtieġ li jinkludi analiżijiet regolari li jindirizzaw lis-setturi ta’ kritikalità għolja u lil setturi kritiċi oħra elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, inkluż lis-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-enerġija u tat-trasport. Dawk l-analiżijiet jenħtieġ li jinkludu livelli tal-maturità tas-setturi u, fost l-oħrajn, jidentifikaw sfidi possibbli speċifiċi għal settur partikolari. Meta rilevanti, u biex jiġu identifikati l-effetti tal-katina tal-provvista, l-analiżi jenħtieġ li turi ċ-ċibertheddid u x-xejriet relatati mal-kategoriji tal-prodotti koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847. L-ENISA jenħtieġ li tiżviluppa kompetenza esperta fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi u d-dipendenzi kritiċi tal-katina tal-provvista tagħhom, b’mod partikolari biex tappoġġa s-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847. Għal dan il-għan, l-ENISA jenħtieġ li tikkoopera wkoll, meta xieraq, ma’ entitajiet rilevanti oħra tal-Unjoni.

(35)Barra minn hekk, biex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam taċ-ċibersigurtà, l-ENISA jenħtieġ li tanalizza t-teknoloġiji attwali u emerġenti u tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi għas-suġġett dwar l-impatt soċjetali, legali, ekonomiku u regolatorju mistenni tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi fuq iċ-ċibersigurtà. Biex tiżgura aċċess eħfef lill-pubbliku għall-informazzjoni dwar riskji marbuta maċ-ċibersigurtà u rimedji possibbli, l-ENISA tista’ tipprovdi informazzjoni rilevanti fuq is-sit web tagħha, b’mod li jkun faċli għall-utenti u strutturat sew.

(36)Ir-rwol imsaħħaħ tal-ENISA fit-trawwim tal-għarfien sitwazzjonali, fl-analiżijiet tat-theddid u fl-għoti tal-pariri tekniċi se jikkontribwixxi biex jissaħħu l-isforzi kollettivi taċ-ċibersigurtà fir-rigward ta’ prodotti b’elementi diġitali u jappoġġa l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847. F’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2847, l-ENISA tista’ tipproponi attivitajiet konġunti fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal verifika tal-konformità tal-prodotti mal-elementi diġitali u biex jiġu identifikati kategoriji tal-prodotti b’elementi diġitali li għalihom jistgħu jiġu organizzati sweeps. L-informazzjoni fl-analiżijiet taċ-ċibertheddid u fit-twissijiet bikrija jenħtieġ li ssaħħaħ l-appoġġ li l-ENISA tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet u tikkontribwixxi għal infurzar effettiv tar-Regolament (UE) 2024/2847 biex jiġu evitati l-effetti tal-katina tal-provvista tal-ċiberattakki fis-suq intern kollu u tissaħħaħ il-preparetezza ġenerali tal-Unjoni.

(37)L-attakki tar-ransomware huma theddida prominenti taċ-ċibersigurtà għall-Unjoni. Biex tagħti spinta liċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u tiġġieled ir-ransomware, l-ENISA jenħtieġ li tiżviluppa kapaċitajiet għall-għarfien sitwazzjonali u biex jappoġġaw ir-rispons għall-inċidenti u l-irkupru minnhom. Meta tassisti lil entitajiet essenzjali u importanti individwali biex jirrispondu għal attakk ta’ ransomware u jirkupraw minnu, l-ENISA jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-Europol u s-CSIRTs jew l-awtoritajiet kompetenti kif applikabbli, u b’hekk tistrieħ fuq l-esperjenza stabbilita tal-Europol fil-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mar-ransomware. Dik l-assistenza jenħtieġ li tikkomplementa l-attivitajiet tas-CSIRTs li jappoġġaw ir-rispons għall-inċidenti. Biex tikseb sinerġiji f’ħidmitha kontra r-ransomware, l-ENISA jenħtieġ li tistabbilixxi helpdesk u, għal dak il-għan, tista’ takkumula l-kapaċitajiet rilevanti u s-servizzi kontra r-ransomware, u tipprovdi faċilment informazzjoni, gwida, u għodod li jistgħu jgħinu lil entitajiet essenzjali u importanti jirrispondu għal inċident tar-ransomware u jirkupraw minnu.

(38)L-ENISA jenħtieġ li tipprovdi kompetenza esperta u appoġġ tekniċi lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ programm kontinwu annwali ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni f’konformità mar-Rakkomandazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ċibernetiku għat-tħejjija għal kriżijiet ċibernetiċi, biex jiġi ttestjat il-livell taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li jipparteċipaw f’eżerċizzji bħal dawn, u biex tiġi minimizzata d-duplikazzjoni tal-isforz. L-ENISA jenħtieġ li, pereżempju, tagħti pariri dwar it-tipi xierqa ta’ eżerċizzju, bħal dak ta’ simulazzjoni, ibridu jew għalkollox fil-ħin reali, kif ukoll dwar l-objettivi, ix-xenarji u l-parteċipazzjoni.

(39)L-aċċess għal informazzjoni korretta u fil-ħin fuq il-vulnerabbiltajiet u ġestjoni soda tal-vulnerabbiltajiet huma imperattivi biex fis-suq intern ikun żgurat livell għoli taċ-ċibersigurtà. Għal dik ir-raġuni, l-ENISA jenħtieġ li żżomm bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 u toħloq kapaċità ta’ servizz komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet, filwaqt li tiżgura livell ta’ servizz reżiljenti u sostenibbli u tnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil. Għal dak l-għan, l-ENISA jenħtieġ li tesplora l-possibbiltajiet li tapprofondixxi l-kooperazzjoni strutturata ma’ programmi, reġistri jew bażijiet tad-data simili għall-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet, biex tevita duplikazzjoni tal-isforzi u tfittex komplementarjetà fuq livell internazzjonali, meta xieraq. Barra minn hekk, l-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet bejn diversi partijiet fil-livell tal-Unjoni u tipprovdi servizzi ta’ valur miżjud, bħal konsulenza dwar il-vulnerabbiltajiet, l-għoti ta’ punteġġi skont is-severità, u listi ta’ prodotti, u tipprovdi katalgu Ewropew imsaħħaħ tal-vulnerabbiltajiet sfruttati magħrufa biex lill-entitajiet jgħinhom fil-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet tagħhom.

(40)Ir-rwol tal-ENISA fl-iżvilupp tal-ECCF jenħtieġ li jkun aspett ewlieni tal-mandat tagħha. L-ENISA jenħtieġ li tipprovdi l-kompetenza esperta teknika tagħha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fid-dawl ta’ skema futura, l-ENISA jenħtieġ li tidentifika standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti li fuqhom tkun tista’ tissejjes dik l-iskema u, meta rilevanti, tabbozza speċifikazzjonijiet tekniċi hi stess li jistgħu jiġu referenzjati fi skema. L-ENISA jenħtieġ li tkun responsabbli għat-tħejjija ta’ skema kandidata meta tintalab mill-Kummissjoni. Għall-iskemi diġà fis-seħħ, l-ENISA jenħtieġ li tkun responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom. B’dan il-mod, l-ENISA jenħtieġ li tikkontribwixxi biex tinbena u tiżviluppa ekosistema taċ-ċertifikazzjoni, li tikseb rispons mingħand l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati privati biex jissaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċertifikazzjoni tagħhom. Dak jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll it-tħaddim ta’ sit web apposta għaċ-ċertifikazzjoni biex l-informazzjoni rilevanti relatata mal-iskemi adottati, inkluż iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità, tkun aċċessibbli liberament u pubblikament.

(41)Biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, l-ENISA jenħtieġ li tikseb l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fiċ-ċibersigurtà billi tipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż fid-dawl tar-referenzjar potenzjali tagħhom fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-ENISA jenħtieġ li timmonitorja wkoll il-ħolqien u l-evoluzzjoni tal-istandards mill-korpi tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex jiġu segwiti x-xejriet tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u dinji, u kull meta jkun meħtieġ, issawwar dawk l-istandards billi tipparteċipa f’attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, inkluż bl-abbozzar ta’ kontributi. Waqt din il-ħidma, l-ENISA jenħtieġ li tibqa’ imparzjali. Pereżempju, jaf ikun hemm sitwazzjonijiet meta l-ENISA jenħtieġ li tirtira mill-attivitajiet rilevanti fil-korpi tal-istandardizzazzjoni jekk tkun intalbet tivvaluta standards Ewropej mitluba mill-Kummissjoni b’appoġġ għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-ENISA jenħtieġ li ma tipprovdix kontribut għall-abbozzar tal-istandards li tkun responsabbli biex tivvaluta.

(42)Biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u t-tħejjija ta’ attivitajiet potenzjali tal-istandardizzazzjoni, l-ENISA jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ algoritmi kriptografiċi, b’mod partikolari fil-qasam tal-kriptografija postkwantistika. F’dak il-kuntest, meta tintalab mill-Kummissjoni u soġġetta għal ftehim ta’ kontribuzzjoni kif definit fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 , l-ENISA tista’ tistabbilixxi proċess biex titlob u tevalwa algoritmi għall-algoritmi kriptografiċi mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari l-komunitajiet kriptografiċi, akkademiċi u tar-riċerka, kif ukoll manifatturi, CSIRTs, awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta l-ENISA tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ proċessi bħal dawn, din jenħtieġ li tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti u timplimenta l-aspetti organizzazzjonali. Il-proċess jenħtieġ li jkun formali, miftuħ, trasparenti u inklużiv, u jkun jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-abbozzi tar-rekwiżiti minimi u l-proċess tal-evalwazzjoni u l-kriterji tal-evalwazzjoni, b’mod partikolari għas-sigurtà u t-twettiq tal-evalwazzjonijiet.

(43)Biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, l-ENISA tista’ tipprovdi għodod rilevanti tal-ittestjar tekniku biex tappoġġa lill-Istati Membri, lin-negozji u lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità fl-attivitajiet tal-evalwazzjoni. Dawk l-għodod jenħtieġ li jkunu maħsuba biex joħolqu sinerġiji fil-livell tal-Unjoni u tħaddim effiċjenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità biex ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Istati Membri u tas-suq. Dawk il-ħtiġijiet jaf jinħolqu pereżempju fil-qasam tas-sigurtà mid-disinn biex jappoġġaw lin-negozji, inkluż l-intrapriżi żgħar u medji, fl-isforzi tal-implimentazzjoni tagħhom fil-kuntest tar-Regolament 2024/2847. F’dan il-kuntest, l-ENISA jenħtieġ li timponi tariffi biex tkopri l-kostijiet rilevanti relatati mal-istabbiliment, id-disinn, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-kapaċitajiet meħtieġa tas-software u tal-hardware għal dawk l-għodod tal-ittestjar.

(44)Biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-iskarsezzi tal-professjonisti fiċ-ċibersigurtà u l-ħtieġa dejjem akbar ta’ forza tax-xogħol aġli b’ħiliet speċjalizzati u varjati, inkluż fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri, u biex tippermetti l-mobbiltà u t-tħejjija tal-forza tax-xogħol madwar l-Istati Membri, l-ENISA jenħtieġ li tibni fuq il-prinċipji u l-ħidma mibdija fl-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà. B’mod partikolari, l-ENISA jenħtieġ li tistabbilixxi l-Qafas Ewropew tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà (“ECSF”) bħala qafas komuni dwar il-profili tar-rwoli professjonali fiċ-ċibersigurtà. L-ENISA jenħtieġ li tappoġġa aktar lill-Istati Membri fl-indirizzar tad-disparitajiet bejn il-ġeneri fir-rwoli taċ-ċibersigurtà. Dan l-approċċ hu konsistenti mal-viżjoni deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet u jikkontribwixxi għall-objettivi tagħha. Jenħtieġ li tiġi esplorata ulterjorment tikketta tal-kwalità għall-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

(45)L-ECSF jenħtieġ li jkun għodda volontarja prattika u flessibbli li tipprovdi fehim u terminoloġija komuni tar-rwoli rilevanti u l-kompiti, il-ħiliet u l-għarfien assoċjati tant meħtieġa fir-rwoli taċ-ċibersigurtà, biex tiġi appoġġata l-identifikazzjoni tas-settijiet ta’ ħiliet kritiċi, inkluż ħiliet trażversali, meħtieġa fil-forza tax-xogħol, u biex il-fornituri tat-tagħlim, inkluż il-kumpaniji, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jew il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ikunu jistgħu jfasslu programmi, u tgħin lil dawk li jfasslu l-politika biex jiżviluppaw inizjattivi li jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet. Billi għandu l-potenzjal li jintuża bħala qafas ta’ referenza għar-rikonoxximent tal-ħiliet, dan jenħtieġ li jkun interoperabbli wkoll mal-klassifikazzjoni Ewropea tal-ħiliet u tal-okkupazzjonijiet (ESCO) biex jgħin lid-dipartimenti tar-riżorsi umani jifhmu r-rekwiżiti għal ippjanar tar-riżorsi, reklutaġġ, u żvilupp tal-karrieri b’appoġġ għall-ħtiġijiet taċ-ċibersigurtà. Filwaqt li d-DigComp 3.0 jiddeskrivi l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex in-nies ikunu kompetenti diġitalment fil-ħajja ta’ kuljum, għal parteċipazzjoni fis-soċjetà, għax-xogħol u għat-tagħlim, u jistgħu jużawh l-adulti daqskemm it-tfal, l-ECSF joffri qafas sempliċi li jidentifika r-rwoli taċ-ċibersigurtà u l-kompiti, l-għarfien, u l-ħiliet assoċjati tant meħtieġa biex dawk ikunu jistgħu jitwettqu. F’dan ir-rigward, dan jindirizza lil udjenza speċjalizzata fiċ-ċibersigurtà, li tvarja minn professjonisti taċ-ċibersigurtà reali jew potenzjali, għal istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sa impjegaturi. L-ECSF jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà billi jkun l-istrument ewlieni użat għall-iżvilupp tal-iskemi, li jippermetti l-emerġenza ta’ atturi ġodda fis-suq u jappoġġa l-kompetizzjoni fis-suq f’qafas komuni. L-ECSF jenħtieġ li jiġi evalwat u aġġornat b’mod regolari ħalli jkun żgurat li jibqa’ jirrifletti sew il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol taċ-ċibersigurtà, u l-iżviluppi teknoloġiċi u ta’ politika. L-ENISA jenħtieġ li tappoġġa l-adozzjoni tal-ECSF mill-Istati Membri u mill-entitajiet tal-Unjoni u fi ħdanhom, u tipprovdi appoġġ xieraq meta dik l-assistenza tkun meħtieġa.

(46)Il-ħiliet u l-kwalifiki taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jsiru komparabbli, trasparenti u affidabbli għas-suq intern kollu. Għal dan l-għan, l-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà 51 jenħtieġ li jappoġġaw lill-impjegaturi, inkluż lill-SMEs u n-negozji ġodda, biex jirreklutaw professjonisti taċ-ċibersigurtà reali jew potenzjali b’mod effettiv fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet. Biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti fl-Istati Membri, l-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu bbażati fuq fehim komuni, fil-livell tal-Unjoni, tal-ħiliet meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi u jenħtieġ li jipprovduhom fornituri awtorizzati mill-ENISA skont sett komuni ta’ kriterji. Dan l-approċċ jenħtieġ li jkun konsistenti mal-objettivi tal-Inizjattiva dwar it-Trasferibbiltà tal-Ħiliet futura u jikkontribwixxi għalihom.

(47)L-iżvilupp ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkun maħsub biex jissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi joffri l-possibbiltà lill-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi ekonomiċi li jużaw mekkaniżmu Ewropew tal-attestazzjoni, bi qbil mal-kompetenza ta’ appoġġ tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 6, il-punt (e), u fl-Artikoli 165(1) u 166(1) tat-TFUE. L-iskemi, flimkien ma’ ħidmet l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà, jistgħu jifirxu wkoll il-bażi għall-programmi tal-edukazzjoni għolja, bħal lawrji settorjali Ewropej, u għall-iżvilupp ta’ mikrokredenzjali. Għalhekk, l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li ma jkollhomx l-għan li jarmonizzaw id-dritt u r-regolamenti fl-Istati Membri, iżda pjuttost jitqiesu bħala faċilitatur u opportunità li l-Istati Membri u l-atturi ekonomiċi jistgħu jkunu jixtiequ jaħtfu u jippromwovu.

(48)L-ENISA jenħtieġ li tiżgura li l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jibqgħu qrib il-ħtiġijiet tas-suq u jibnu fuq l-esperjenza tal-fornituri pubbliċi u privati ta’ ċertifikazzjonijiet individwali, inkluż l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u n-negozji. L-ENISA jenħtieġ li tikkonsulta lill-Kummissjoni dwar il-prijoritizzazzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li tikkunsidra kif xieraq l-implimentazzjoni tal-politika u l-ħtiġijiet tas-suq.

(49)Biex ikun żgurat allinjament bejn l-ECSF u l-iskemi, reviżjoni ta’ profil tar-rwol tal-ECSF jenħtieġ li twassal awtomatikament għal evalwazzjoni tal-idoneità tal-iskema/i tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà assoċjati, li tista’ twassal għal rieżami tagħhom.

(50)Filwaqt li titqies id-diversità tal-profili tar-rwol taċ-ċibersigurtà u tal-kompiti, il-ħiliet u l-għarfien assoċjati, il-valutazzjoni tal-individwi u l-metodi tal-valutazzjoni jaf ikollhom jiġu adattati f’kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. Kull skema jenħtieġ li tiżgura li l-valutazzjoni tal-ħiliet meħtieġa ta’ individwu mil-lat ta’ eżiti tat-tagħlim, inkluż meta rilevanti l-evalwazzjoni tal-livell ta’ profiċjenza, tiġi evalwata sistematikament skont profil ta’ rwol tal-ECSF jew subsett tiegħu. Il-metodi tal-valutazzjoni jistgħu jinkludu elementi bħal ittestjar tal-għarfien teoretiku, eżami prattiku, prerekwiżiti u valutazzjoni bejn il-pari. Anki l-esperjenza tal-individwi jenħtieġ li titqies kif xieraq.

(51)Biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-individwi, l-ENISA jenħtieġ li tipprovdi taħriġ obbligatorju lill-persunal inkarigat mit-twettiq tal-valutazzjoni tal-individwi. Dak il-persunal jenħtieġ li jkollu esperjenza fil-qasam taċ-ċibersigurtà li tista’ tintwera b’attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għall-profil tar-rwol li għalih ikun qed iwettaq il-valutazzjoni u f’livell ta’ profiċjenza mqar ekwivalenti għal dak tal-individwi li jkun qed jivvaluta.

(52)Ir-rwol tal-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet hu li jivverifikaw l-għarfien u l-kompetenzi ta’ individwu biex ikun jista’ jwettaq wieħed mir-rwoli tal-ECSF u li jagħtu assigurazzjoni lill-impjegaturi madwar l-Unjoni. Peress li anke l-impjegaturi li joperaw l-infrastruttura kritika tal-Unjoni se jħarsu lejn l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwi li jiksbu attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, l-fornituri awtorizzati li jattestaw il-livell tal-ħiliet u tal-kompetenzi jenħtieġ li jkunu affidabbli mill-perspettiva taċ-ċibersigurtà u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-influwenza indebita minn pajjiż terz li jirrappreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà. Għalhekk jenħtieġ li l-entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà ddeżinjat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew li jkunu kkontrollati minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz, jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz (fornituri ta’ riskju għoli) f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ma jkunux eliġibbli li jsiru fornituri tal-attestazzjoni awtorizzati ta’ xi attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà skont it-Titolu II, it-Taqsima 4.

(53)Biex ikun żgurat li l-individwi li jkollhom attestazzjoni Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jkunu jistgħu jużawha u jikkondividuha faċilment, u li tali attestazzjoni tkun tista’ tintuża fl-Istati Membri, il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw li l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu lill-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali (il-kartiera EUDI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 meta jintalab mill-individwu. Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jenħtieġ li jitqiesu bħala fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u jkunu soġġetti għar-reġim superviżorju u tar-responsabbiltà stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014. L-iskema għall-attestazzjoni tal-attributi użata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1569 52  jenħtieġ li tiġi rreġistrata fil-katalgu tal-iskemi għall-attestazzjoni tal-attributi previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(54)Biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà u t-trasferibbiltà tal-ħiliet madwar l-Unjoni, l-ENISA jenħtieġ li tagħmel l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u l-lista tal-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(55)L-ENISA jenħtieġ li tkun regolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni 53 . Ir-rakkomandazzjonijiet fl-Approċċ Komuni jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll, kif xieraq, fil-programmi ta’ ħidma tal-ENISA, fl-evalwazzjonijiet tal-ENISA, u fir-rapportar u l-prattika amministrattiva tal-ENISA.

(56)Biex il-Bord tat-Tmexxija jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv, b’mod partikolari biex jiggwida d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet tal-ENISA u jistabbilixxi l-prijoritajiet strateġiċi tagħha, hu essenzjali li l-Bord ikun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Għal dak l-għan, kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar il-kap ta’ awtorità nazzjonali kompetenti ta’ dak l-Istat Membru responsabbli għaċ-ċibersigurtà, li jkun iddeżinjat skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bħala membru tal-Bord tat-Tmexxija.

(57)Biex ikun żgurat li s-sostituti fil-Bord tat-Tmexxija jkunu jistgħu jaqdu r-rwoli tagħhom sew, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru sostituti li jkollhom kompetenza esperta u esperjenza professjonali xierqa. Fir-rigward tas-sostituti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforzi biex jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija u jenħtieġ li jillimitaw il-fatturat tagħhom biex jiżguraw il-kontinwità f’ħidmet il-Bord tat-Tmexxija.

(58)Biex l-ENISA tkun tista’ taqdi l-missjoni tagħha b’mod effettiv, il-Bord tat-Tmexxija, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet tal-ENISA, inkluż il-prijoritajiet strateġiċi tagħha, u jiżgura li din twettaq il-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bis-setgħat neċessarji biex jistabbilixxi u jivverifika l-eżekuzzjoni tal-baġit, jadotta regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-ENISA, jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA, jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi dwar l-estensjoni u t-terminazzjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, u jiddeċiedi jekk joħloqx funzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv u, jekk joħloq dik il-funzjoni, jiddeċiedi dwar il-ħatra tagħha, u l-estensjoni u t-terminazzjoni tal-mandat tagħha. Għalhekk, kwalunkwe persuna li teżerċita funzjoni eżekuttiva fl-ENISA jenħtieġ li tinħatar mill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jkun responsabbli wkoll għall-ħatra jew it-tkeċċija tal-membri tal-Bord tal-Appell, u għall-istabbiliment ta’ regoli dwar il-prevenzjoni jew il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess f’dan ir-rigward.

(59)Biex jgħin ħalli jiżgura li l-ENISA tistabbilixxi l-prijoritajiet strateġiċi tagħha u żżommhom aġġornati, il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jkollu mqar laqgħa waħda fis-sena apposta għall-prijoritajiet strateġiċi tal-ENISA. Biex jiżgura li l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija jkunu effettivi u informati sew, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil persuna/i għal-laqgħat tiegħu li l-fehma tagħhom tista’ tkun pertinenti u ta’ interess għas-suġġetti diskussi biex tipprovdi għarfien, kompetenza esperta jew pariri. Dawk il-persuni jkunu osservatur ad hoc mingħajr drittijiet tal-vot.

(60)Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jadotta d-deċiżjonijiet b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament. Minħabba l-importanza tal-materji baġitarji u tar-riżorsi umani, b’mod partikolari l-materji tal-baġit annwali, ir-rapport annwali tal-attività, l-istrateġija kontra l-frodi, ir-regoli ta’ implimentazzjoni li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal, il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u l-uffiċjal tal-kontabbiltà, is-segwitu għas-sejbiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), u l-adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-ENISA, l-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jadotta deċiżjonijiet bħal dawk biss jekk ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jixħet vot pożittiv. Għall-finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ dokument uniku finali ta’ programmazzjoni, wara li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jkun meħtieġ vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Kummissjoni biss dwar l-elementi tad-deċiżjoni li mhumiex relatati mal-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-ENISA.

(61)Il-Bord Eżekuttiv jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tal-Bord tat-Tmexxija. Bħala parti mill-ħidma preparatorja tiegħu b’rabta mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, il-Bord Eżekuttiv jenħtieġ li jeżamina l-informazzjoni rilevanti fid-dettall, jesplora l-alternattivi disponibbli u joffri pariri u soluzzjonijiet biex jitħejjew id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bord tat-Tmexxija. Dan jenħtieġ ukoll li jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

(62)Għal funzjonament bla skossi tal-ENISA, id-Direttur Eżekuttiv tagħha jenħtieġ li jinħatar abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u l-esperjenza rilevanti fiċ-ċibersigurtà. Id-doveri tad-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jitwettqu b’indipendenza sħiħa. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv mil-lista ta’ kandidati mħejjija mill-Kummissjoni, wara proċedura miftuħa u trasparenti li tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri.

(63)Id-Direttur Eżekuttiv iħejji proposta għad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA, wara konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, u jenħtieġ li jieħu l-passi neċessarji kollha biex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta’ dak id-dokument uniku ta’ programmazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jħejji rapport annwali biex jingħadda lill-Bord tat-Tmexxija, li jkun ikopri l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, ifassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-ENISA, u jimplimenta l-baġit. Barra minn hekk, id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ad hoc biex jindirizza materji speċifiċi, b’mod partikolari materji ta’ natura xjentifika, teknika, legali jew soċjoekonomika. B’mod partikolari, fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata Ewropea speċifika taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skema kandidata”), it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc hu meqjus neċessarju. It-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc jista’ jkun neċessarju wkoll għal attivitajiet tal-manutenzjoni fir-rigward ta’ skemi Ewropej speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll gruppi ta’ ħidma ad hoc biex jiżviluppaw u jħaddmu skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u jassistu lill-Aġenzija fil-governanza, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-ECSF. Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jiżgura li l-membri ta’ gruppi ta’ ħidma ad hoc jintgħażlu skont l-aqwa standards ta’ kompetenza esperta, b’mod li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u bilanċ xieraq, skont il-materji speċifiċi inkwistjoni, bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, l-entitajiet tal-Unjoni u s-settur privat, inkluż l-industrija, l-utenti, u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni, kif ukoll esperti akkademiċi fi prodotti b’elementi diġitali.

(64)Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li joħloq funzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv biex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv, meta l-Bord tat-Tmexxija jkun jidhirlu li dik il-funzjoni hemm bżonnha ħalli jkun żgurat jew jissokta l-funzjonament bla skossi tal-ENISA. Meta jiddeċiedi dwar jekk joħloqx dik il-funzjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jqis l-opinjoni tad-Direttur Eżekuttiv.

(65)L-ENISA jenħtieġ li jkollha Grupp Konsultattiv biex tiżgura djalogu regolari mas-settur privat, mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija skont proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jenħtieġ li jiffoka fuq materji rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jenħtieġ li jressaqhom għall-attenzjoni tal-ENISA. Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA jenħtieġ li jiġi kkonsultat b’mod partikolari fir-rigward tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA. Il-kompożizzjoni tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u l-kompiti assenjati lilu jenħtieġ li jiżguraw rappreżentanza suffiċjenti tal-partijiet ikkonċernati f’ħidmet l-ENISA. Ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, tal-protezzjoni tad-data u tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal rappreżentanza fil-Grupp Konsultattiv tal-ENISA.

(66)Biex isiru fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jew iġeddu l-awtorizzazzjoni tagħhom, l-applikanti jenħtieġ li jkollhom aċċess għar-rimedji meħtieġa meta dawn jiġu affettwati mid-deċiżjonijiet tal-ENISA. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq tal-appell biex id-deċiżjonijiet tal-ENISA relatati jkunu jistgħu jiġu kkontestati quddiem Bord tal-Appell, li d-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jkunu soġġetti għal rimedju ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mat-Trattati. Ir-rekwiżit li tiġi eżawrita l-proċedura tal-appell fl-ENISA qabel ma titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea japplika biss għall-persuni b’locus standi quddiem il-Bord tal-Appell.

(67)Biex tkun ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħaħ tal-ENISA u biex din tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha, l-ENISA jenħtieġ li tingħata baġit suffiċjenti u awtonomu, iffinanzjat primarjament minn kontribuzzjoni tal-Unjoni iżda anki minn kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi terzi li jipparteċipaw f’ħidmet l-ENISA, u mit-tariffi li jħallsu l-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet u l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jipparteċipaw fl-iskemi u li joħorġu ċertifikati taċ-ċibersigurtà Ewropej u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE. L-Istat Membru ospitanti u kwalunkwe Stat Membru ieħor jenħtieġ li jitħallew jagħmlu kontibuzzjonijiet volontarji għall-baġit tal-ENISA. Jenħtieġ li l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja jew in natura li l-ENISA tirċievi mingħand l-Istati Membri, mingħand pajjiżi terzi, jew mingħand entitajiet jew persuni oħra, ma tkun tikkomprometti l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li tkun applikabbli sa fejn huma kkonċernati l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kull sussidju ieħor li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Awdituri jenħtieġ li twettaq awditjar l-kontijiet tal-ENISA biex tiżgura t-trasparenza u l-kontabbiltà. Biex l-Aġenzija tkun tista’ tipparteċipa fil-proġetti futuri rilevanti kollha, jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà li tirċievi għotjiet.

(68)Biex tkun żgurata l-kapaċità tal-ENISA li twieġeb għad-domanda għall-attivitajiet li twettaq, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jawtorizzaw lill-fornituri jipprovdu attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, u fir-rigward tal-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u tal-għodod tal-ittestjar, l-ENISA jenħtieġ li tingħata s-setgħa li timponi tariffi. It-tariffi assoċjati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet biex wieħed isir fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet jenħtieġ li jiġu ddeterminati kif xieraq biex jikkontribwixxu biżżejjed għal kopertura tal-kostijiet stmati tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u biex jevalwaw jekk ir-rekwiżiti u l-obbligi biex wieħed isir u jibqa’ fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet humiex u jibqgħux jiġu ssodisfati. It-tariffi assoċjati mal-kostijiet tal-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet lill-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jenħtieġ li jkunu jinkludu l-kostijiet assoċjati mal-evalwazzjonijiet li tagħmel l-ENISA jew jsiru bis-superviżjoni tagħha. It-tariffi assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u għall-ħruġ taċ-ċertifikati bi skemi bħal dawk jenħtieġ li jiġu ddeterminati kif xieraq biex jikkontribwixxu biżżejjed għall-kostijiet stmati tal-manutenzjoni ta’ dawk l-iskemi. Il-pagament ta’ tali tariffi jenħtieġ li jippermetti lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati u, meta applikabbli, lid-detenturi taċ-ċertifikati bi skema, jieħdu sehem f’tali attivitajiet u f’attivitajiet rilevanti li jibnu l-kapaċitajiet u promozzjonali biex jippromwovu l-iskambju tal-aqwa prattiki u jrawmu l-adozzjoni ta’ skemi u soluzzjonijiet iċċertifikati.

(69)Biex ikunu żgurati l-proporzjonalità, it-trasparenza u ċ-ċertezza legali, it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u ġust. In-nefqa kollha tal-ENISA għall-persunal involut fl-attivitajiet soġġetti għat-tariffi, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni pro rata tal-impjegatur għall-iskema tal-pensjoni u l-kostijiet relatati mal-Bord tal-Appell, jenħtieġ li jiġu riflessi f’dak il-kost. It-tariffi ma għandhomx iwasslu għall-impożizzjoni ta’ piżijiet finanzjarji jew amministrattivi mhux neċessarji fuq l-applikanti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi raġonevoli għall-ħlas tat-tariffi.

(70)Jeħtieġ jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi biex jitkejlu l-volum ta’ xogħol, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija b’rabta mal-attivitajiet iffinanzjati mit-tariffi. Filwaqt li tqis dawn l-indikaturi, l-Aġenzija jenħtieġ li tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha b’rabta mat-tariffi biex ikunu jistgħu jirrispondu tajjeb għal dik id-domanda u għal kull fluttwazzjoni fid-dħul mit-tariffi.

(71)Biex tidentifika u timmaniġġja sew ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi reali jew perċepit, l-ENISA jenħtieġ li jkollha regoli fis-seħħ dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess. L-ENISA jenħtieġ ukoll li tapplika r-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti li hemm stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 . L-ipproċessar tad-data personali mill-ENISA jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 . L-ENISA jenħtieġ li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-entitajiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b’mod partikolari tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE).

(72)Meta twettaq il-kompiti tagħha, l-ENISA jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni sensittiva, bħal informazzjoni dwar ċibertheddid u inċidenti ċibernetiċi. Għalhekk l-ENISA jeħtieġ tħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tittratta. B’mod partikolari, f’konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-ENISA jenħtieġ li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew il-komponenti tal-kostijiet tagħhom, anke wara li jkunu lestew jaqdu d-doveri tagħhom.

(73)Biex ikun żgurat li tilħaq għalkollox l-objettivi tagħha, l-ENISA jenħtieġ li żżomm kuntatt mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-Unjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fl-Unjoni, mal-entitajiet rilevanti tal-Unjoni, inkluż is-CERT-UE, l-EC3 fil-Europol, l-ECCC, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA), il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA), u kull entità oħra tal-Unjoni involuta fiċ-ċibersigurtà. L-ENISA jenħtieġ li żżomm kuntatt ukoll mal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-data biex tiskambja magħhom l-għarfien prattiku u l-aqwa prattiki, u jenħtieġ li tipprovdi pariri dwar metarji taċ-ċibersigurtà li jaf iħallu impatt fuq ħidmithom.

(74)Il-Europol taqdi rwol importanti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, inkluż dik relatata ma’ inċidenti tas-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni. Biex jinħolqu sinerġiji bejn il-kompiti rispettivi ta’ kull Aġenzija, l-ENISA jenħtieġ li tikkoopera mal-Europol, b’mod partikolari billi tikkondividi informazzjoni dwar xejriet fit-tekniki, id-domandi u l-impatti ta’ attakki tar-ransomware. Dik il-kooperazzjoni tista’ tikkonsisti wkoll fl-identifikazzjoni tal-aktar xejriet komuni tar-ransomware immirati lejn l-entitajiet elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jiġu appoġġati l-entitajiet essenzjali u importanti fir-rispons għall-inċidenti u l-irkupru minnhom.

(75)Biex tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali u l-għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar it-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi, hu essenzjali li l-ENISA tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati u b’mod partikolari ma’ kumpaniji u organizzazzjonijiet mis-settur privat, li magħhom l-ENISA tista’ tistabbilixxi sħubijiet pubbliċi privati.

(76)Biex tilħaq b’mod effettiv l-għanijiet deskritti f’dan ir-Regolament, l-ENISA tista’ tikkollabora b’mod partikolari ma’ istituzzjonijiet akkademiċi li għandhom inizjattivi tar-riċerka fl-oqsma rilevanti, u tiżviluppa kanali xierqa għall-kontribut minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet oħra.

(77)Minħabba n-natura bla fruntieri taċ-ċibertheddid u tal-inċidenti ċibernetiċi, il-livell taċ-ċibersigurtà u tal-preparatezza ta’ pajjiżi terzi jaf jimpatta lill-entitajiet fl-Unjoni. Għalhekk, l-ENISA jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi attivitajiet għall-bini tal-kapaċitajiet, inkluż taħriġ, bini tal-kapaċitajiet, attivitajiet ta’ ġemellaġġi f’pajjiżi terzi, u b’mod partikolari attivitajiet għall-bini ta’ kapaċitajiet imfassla apposta għal pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni jew pajjiżi sħab oħra skont il-prijoritajiet tal-Unjoni. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jitwettqu wara talba speċifika għal appoġġ xieraq, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Unjoni, u jiġu implimentati b’arranġamenti speċjali, inkluż bi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni kif imsemmi fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà hu maħsub biex jipproteġi miċ-ċibertheddid, bħal minn vulnerabbiltajiet taċ-ċibersigurtà sfruttati b’mod malizzjuż jew inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw il-funzjonalità (id-disinn u t-tħaddim) ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet. Billi jiffoka fuq ir-riskji tekniċi relatati ma’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, l-ECCF jenħtieġ li jikkomplementa s-sigurtà tal-qafas tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT, li għandu l-għan li jiżgura approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati riskji mhux tekniċi f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra.

(78)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikorru għal ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà fil-kuntest tal-akkwist pubbliku f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 .

(79)Biex tiġi ffaċilitata s-simplifikazzjoni tal-konformità għall-entitajiet, l-ECCF jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi ċċertifikata l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom. L-entitajiet, b’mod partikolari dawk li jipprovdu diversi tipi ta’ servizzi madwar l-Istati Membri, jaf isibu obbligi differenti relatati maċ-ċibersigurtà u mas-sigurtà tad-data skont strumenti orizzontali, bħar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57  u d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 , kif ukoll strumenti speċifiċi għas-setturi. Biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju ġenerali taċ-ċibersigurtà u tiġi ffaċilitata l-konformità miegħu, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tista’ tipprevedi l-possibbiltà li l-entitajiet juru l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà b’ċertifikat Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Skema rilevanti tista’ tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-konformità li jirriżultaw minn strumenti regolatorji differenti, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni tagħhom. Dawk il-miżuri tas-simplifikazzjoni għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-piż amministrattiv, filwaqt li jilliberaw ir-riżorsi biex tissaħħaħ il-preparatezza operazzjonali taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet f’setturi kritiċi tal-Unjoni.

(80)Biċ-ċertifikazzjoni Ewropea tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà żviluppati fl-ECCF, l-entitajiet jenħtieġ li jkunu jistgħu juru konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni meta skema tkun tkopri r-rekwiżiti legali rispettivi stabbiliti f’tali att u meta dan ikun jipprevedi hekk. Abbażi ta’ dak, att legali tal-Unjoni jista’ jipprevedi wkoll preżunzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Dawk l-iskemi jistgħu jikkontribwixxu biex titjieb l-implimentazzjoni koerenti tar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ħalli jinkiseb ambjent ekwu madwar l-Istati Membri u jittaffa l-piż regolatorju.

(81)Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà ta’ ċertifikazzjoni tal-proċessi tal-ICT, definiti bħala sett ta’ attivitajiet imwettqa għad-disinn, l-iżvilupp, l-għoti jew il-manutenzjoni ta’ prodott tal-ICT jew ta’ servizz tal-ICT. Profil tal-protezzjoni hu eżempju ta’ proċess tal-ICT, kif speċifikat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 59 . Eżempju ieħor ta’ proċess tal-ICT hu s-sett ta’ attivitajiet li jwettaq manifattur biex jiddisinja u jiżviluppa b’mod sigur prodott tal-ICT, inkluż dawk fiżiċi, loġiċi, proċedurali, tal-persunal, u miżuri oħra tas-sigurtà li hemm bżonn biex jipproteġi l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-disinn u tal-implimentazzjoni ta’ prodott tal-ICT fl-ambjent tal-iżvilupp tiegħu. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet spiss tissejjaħ “ċertifikazzjoni tas-sit” fil-kuntest ta’ proċess taċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482.

(82)Id-definizzjoni ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun konsistenti ma’ dik ta’ fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti fid-Direttiva (UE) 2022/2555. Dawk is-servizzi jikkonsistu fit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà tal-klijenti tagħhom, jew fl-għoti ta’ assistenza għal dawk l-attivitajiet, u kisbu importanza dejjem akbar fil-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-inċidenti. Għaldaqstant, il-fornituri ta’ dawk is-servizzi jitqiesu bħala entitajiet essenzjali jew importanti li jappartjenu għal settur ta’ kritikalità għolja skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti f’oqsma bħar-rispons għall-inċidenti, l-ittestjar tal-penetrazzjoni, l-awditjar tas-sigurtà u l-konsulenza jaqdu rwol partikolarment importanti biex l-entitajiet ikollhom assistenza fl-isforzi tagħhom biex jevitaw, jidentifikaw, jirrispondu għal inċidenti jew jirkupraw minnhom. Iżda l-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti kienu huma stess fil-mira ta’ attakki ċibernetiċi u dan joħloq riskju partikolari minħabba l-integrazzjoni mill-qrib tagħhom fl-operazzjonijiet tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, l-entitajiet essenzjali u importanti skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2022/2555 jeħtieġ jeżerċitaw diliġenza akbar fl-għażla tal-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti.

(83)L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà huma rilevanti għal komunità wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, bħal fornituri ta’ soluzzjonijiet tal-ICT, korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u utenti. Biex tippromwovi involviment akbar fost il-partijiet ikkonċernati, l-Assemblea Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (“l-Assemblea”) jenħtieġ li tiġi organizzata mqar darba fis-sena biex titrawwem kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-ENISA, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. Din se jkollha rwol ċentrali biex jingħarfu u jingħelbu sfidi ġodda taċ-ċibersigurtà u prijoritajiet strateġiċi għaċ-ċertifikazzjoni, u biex ikun żgurat li l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni jiffaċilitaw l-integrazzjoni sigura tat-teknoloġiji diġitali u jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-utenti. L-Assemblea jenħtieġ li trawwem it-tmexxija tal-Unjoni fl-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni u żżomm il-kapaċità tal-qafas taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdi fiduċja lin-negozji, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-pubbliku.

(84)Il-Kummissjoni għandu jkollha sit web appost biex tiżgura t-trasparenza billi tippubblika informazzjoni aġġornata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-ECCF. Is-sit web jenħtieġ li jkun fih informazzjoni relatata mal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li qed jitħejjew, prijoritajiet strateġiċi għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni futuri, talbiet lill-ENISA biex tħejji skemi taċ-ċertifikazzjoni kandidati, u informazzjoni dwar l-adozzjoni ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni. Is-sit web tal-Kummissjoni se jikkomplementa s-sit web tal-ENISA dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, li jenħtieġ li joffri dettalji komprensivi dwar it-tħejjija teknika tal-iskemi kandidati u dwar il-manutenzjoni tal-iskemi, b’enfasi fuq iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa.

(85)Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u biex jingħata kontribut għal proċess ta’ konsultazzjoni formali, miftuħ, trasparenti u inklużiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li meta tevalwa dan ir-Regolament tqis l-elementi espressi fil-fehmiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u fl-Assemblea Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà.

(86)L-istudji tal-fattibbiltà mwettqa mill-ENISA jenħtieġ li jgħinu fit-tħejjija tal-ippjanar u tal-iżvilupp tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-istudji jenħtieġ li jkunu jinkludu l-perspettivi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti u jallinjaw l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni futuri mal-attivitajiet attwali tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-valutazzjonijiet teknoloġiċi, filwaqt li jirrikonoxxu, b’mod partikolari, il-kontributi ta’ inizjattivi tar-riċerka tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dawk l-istudji jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi disponibbli. Dawn jenħtieġ li jsiru meta jintalab mill-Kummissjoni, jew f’konformità mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni biex ikun żgurat li x-xenarju evolventi tat-teknoloġiji u l-ħtiġijiet taċ-ċibersigurtà jiġu indirizzati u riflessi kif xieraq meta jintalbu u jinħolqu l-iskemi.

(87)Id-disinn tal-iskema kandidata u l-kopertura tagħha tal-objettivi u l-elementi tas-sigurtà jenħtieġ li jkunu jikkorrispondu għas-suġġett u l-ambitu tal-oġġett taċ-ċertifikazzjoni. Għalhekk, ngħidu aħna, skema taċ-ċertifikazzjoni ta’ servizzi tal-cloud jaf tindirizza objettivi tas-sigurtà li jkunu rilevanti għas-servizzi tal-ICT u s-sigurtà organizzazzjonali. Bħala eżempju ieħor, objettiv tas-sigurtà relatat man-noninklużjoni ta’ vulnerabbiltajiet sfruttabbli magħrufa, aktarx mhux se jkun rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ proċessi tal-ICT.

(88)Biex ikun żgurat li l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jiġu implimentati b’mod armonizzat madwar l-Istati Membri, jeħtieġ jiġu previsti regoli dwar il-manutenzjoni tal-iskemi. L-attivitajiet tal-manutenzjoni huma neċessarji wkoll biex ikun żgurat li l-iskemi u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn tagħhom jibqgħu aġġornati, speċjalment fiċ-ċibersigurtà, fejn ix-xenarju tat-theddid u tat-teknoloġiji jevolvi kontinwament. Għalhekk, l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiġu ddisinjati u mħaddma b’mod li jevitaw ir-riskju li jiskadu malajr. L-attivitajiet tal-manutenzjoni jenħtieġ li tipikament ikunu jinvolvu l-abbozzar u l-aġġornar tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, inkluż ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u linji gwida, u l-identifikazzjoni ta’ standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu rilevanti għall-iskema. Anki l-analiżijiet tal-funzjonament tal-iskema, id-difetti potenzjali tagħha u t-titjib meħtieġ jenħtieġ li jkunu parti mill-attivitajiet tal-manutenzjoni. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-manutenzjoni jenħtieġ li jinkludu wkoll l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi u l-kontributi għall-mekkaniżmi tar-rieżami bejn il-pari u tal-valutazzjoni bejn il-pari.

(89)Minħabba n-natura teknika tal-attivitajiet tal-manutenzjoni, l-ENISA jenħtieġ li timmaniġġja tali attivitajiet b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCG) u s-sottogrupp rilevanti tiegħu dwar il-manutenzjoni. It-twaqqif tas-sottogrupp tal-ECCG dwar il-manutenzjoni jippermetti l-ġbir ta’ kontributi u informazzjoni intwittiva tekniċi mingħand l-Istati Membri favur l-armonizzazzjoni tal-approċċi.

(90)L-attivitajiet tal-manutenzjoni jenħtieġ li jkunu jinvolvu interazzjonijiet ma’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti biex ikun żgurat li l-iskemi jibqgħu rilevanti għas-suq u aġġornati, inkluż billi jiġu kondiviżi u riċevuti l-kontributi tekniċi. Dawk il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati jistgħu jkunu organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, bejjiegħa, utenti, awtoritajiet pubbliċi, jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ. L-ispeċifiċitajiet ta’ kull skema, inkluż il-fora tekniċi u l-industriji korrispondenti tagħhom, jimplikaw li l-kontributi tekniċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jinġabru b’modi differenti minn skema għall-oħra. Għal xi skemi, l-ENISA jenħtieġ li tkun tista’ tiddependi fuq grupp ta’ ħidma ad hoc li jiġbor esperti minn amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, minn entitajiet tal-Unjoni u mis-settur privat. Il-kontributi tekniċi jistgħu jingħataw ukoll mill-ISACs jew minn organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni. L-ENISA jenħtieġ li tanalizza liema format hu l-aktar adattat għal kull skema u tinkludi strateġija tal-manutenzjoni f’kull skema kandidata.

(91)L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jistrieħu fuq standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi, b’mod partikolari għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-metodoloġiji tal-evalwazzjoni. L-ENISA jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà li tabbozza speċifikazzjonijiet tekniċi biex tappoġġa t-tħejjija u l-manutenzjoni tal-iskemi, b’mod partikolari meta l-kisbiet tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni jkunu dgħajfin jew mhux tajbin biex jintlaħqu l-objettivi tal-iskema. Bħala parti mill-proċess tal-abbozzar, l-ENISA jenħtieġ li jkollha l-appoġġ tal-ECCG u, meta applikabbli, tal-grupp ta’ ħidma ad hoc stabbilit għall-iskema rilevanti. L-ENISA jenħtieġ li tfittex ukoll kontributi mingħand gruppi ta’ partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, l-ENISA jenħtieġ li tikkunsidra l-aċċettazzjoni tas-suq, kif ukoll standards Ewropej u internazzjonali. Filwaqt li titqies il-kwalità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-objettivi tal-iskema, il-Kummissjoni jenħtieġ li fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun tista’ tagħmel referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi abbozzati mill-ENISA.

(92)L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi żviluppati mill-ENISA u msemmija fi skema jenħtieġ li jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-ENISA dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà biex il-partijiet interessati kollha jkunu jistgħu jaċċessawhom. Iżda f’każijiet speċifiċi, il-pubblikazzjoni fuq is-sit web tista’ toħloq riskju għaċ-ċibersigurtà ta’ prodotti tal-ICT iċċertifikati, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, u b’estensjoni għas-sikurezza pubblika. Pereżempju, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jista’ jkun fihom informazzjoni eżatta dwar modi ġodda ta’ attakki li jekk isiru pubbliċi jaf jintużaw minn atturi malizzjużi. Din it-tip ta’ informazzjoni jenħtieġ li titqassam b’mod ristrett skont il-ħtieġa għall-informazzjoni lil partijiet ikkonċernati rilevanti, bħal awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u bejjiegħa li jkunu qed jiġu ċċertifikati. Minħabba d-distribuzzjoni ristretta tagħhom, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li ma jiġux referenzjati fi skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u, għalhekk, jenħtieġ li jkollhom natura mhux vinkolanti.

(93)L-iskemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jitfasslu b’mod modulari, biex ikunu jistgħu jintwerew il-konformità u l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti taċ-ċibersigurtà stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, meta dik il-leġiżlazzjoni tkun tipprevedi hekk. Għalhekk, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawn l-atti legali tidħol fis-seħħ biss bħala mod possibbli biex tintwera l-konformità, meta l-atti legali rispettivi jkunu jippermettu dik il-preżunzjoni tal-konformità. Għalhekk, id-dettalji ta’ skema bħal din, b’mod partikolari l-għan, l-objettivi jew l-elementi, aktarx li jkunu jvarjaw minn dawk ta’ skemi oħra. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu żviluppati skemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet biex jipprevedu valutazzjoni tal-konformità kontinwa ta’ entità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, m’hemmx bżonn li l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà jkunu jkopru l-elementi kollha tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, bħal livelli tal-assigurazzjoni, u dan jenħtieġ li jkun rifless fir-regoli għall-iskemi.

(94)Qafas għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà fl-ECCF jippermetti l-iżvilupp ta’ skema li biha l-entitajiet li jipprovdu servizzi f’diversi Stati Membri jkunu jistgħu juru l-konformità mal-obbligi tal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Abbażi ta’ hekk, bil-kapaċità li juru l-konformità, l-entitajiet jistgħu jibbenefikaw minn approċċi superviżorji fis-suq intern li jkunu aktar koerenti u inqas ikkumplikati. L-iżvilupp ta’ skema taċ-ċertifikazzjoni bħal dik jenħtieġ li jiġi ffaċilitat bl-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Bi profili ta’ estensjoni, skema għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tista’ turi l-konformità mar-rekwiżiti meta Stat Membru jkun adotta jew żamm dispożizzjonijiet li jiżguraw livell ogħla ta’ ċibersigurtà skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Abbażi ta’ dan, entità li tipprovdi servizzi f’diversi Stati Membri tista’ turi konformità mal-profili ta’ estensjoni rilevanti kollha b’ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà uniku.

(95)L-objettivi tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà b’rabta mas-sigurtà tal-prodotti jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2847. Din il-koerenza hija neċessarja biex ikun żgurat li l-manifatturi li l-prodotti tagħhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847 ma jsibux rekwiżiti kontradittorji meta jiċċertifikaw il-prodotti tagħhom bi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, il-konsistenza tar-rekwiżiti tiffaċilita l-preżunzjoni tal-konformità mill-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2024/2847 li biha l-manifatturi ta’ prodotti b’elementi diġitali ċċertifikati bi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistgħu jibbenefikaw skont ċerti kundizzjonijiet mill-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(96)Fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi speċifikat profil ta’ estensjoni, billi jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi għall-każijiet tal-użu, inkluż kapaċitajiet addizzjonali bħal karatteristiċi aħjar tal-prodott, offerti jew assi speċjalizzati ta’ servizz, proċessi ottimizzati, u miżuri avvanzati tas-sigurtà. Billi l-profili ta’ estensjoni ma jikkorrispondux għal livell speċifiku ta’ assigurazzjoni, dawn jenħtieġ li jkunu jiddeskrivu l-għan tagħhom fid-dettall, inkluż it-theddid għas-sigurtà indirizzat. Il-profili ta’ estensjoni huma maħsuba b’mod partikolari biex juru l-konformità ma’ standards u rekwiżiti regolatorji speċifiċi, inkluż meta applikabbli rekwiżiti rigward miżuri addizzjonali tal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti minn Stat Membru skont il-prinċipju minimu ta’ armonizzazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(97)Mingħajr preġudizzju għas-sistema ġenerali ta’ rieżami bejn il-pari li trid tiddaħħal fl-awtoritajiet nazzjonali kollha taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fi ħdan l-ECCF, l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta’ valutazzjoni bejn il-pari għall-korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti u l-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, b’mod partikolari għal dawk il-korpi li joħorġu ċertifikati b’livell “għoli” ta’ assigurazzjoni b’dawk l-iskemi. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu jinkludu wkoll lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li joħorġu ċertifikati fil-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni. L-ECCG jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi tal-valutazzjoni bejn il-pari. Il-valutazzjonijiet bejn il-pari jenħtieġ li jistħarrġu b’mod partikolari jekk il-korpi kkonċernati jkunux wettqu l-kompiti tagħhom b’mod armonizzat, u jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta’ appell.

(98)Ċerti kriżijiet bħal gwerer, diżastri naturali, u pandemiji jaf iħallu impatt negattiv fuq l-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni. F’xenarji ta’ kriżijiet ta’ din in-natura, jaf ma jkunx fattibbli, pereżempju, li tkun żgurata s-sigurtà tas-siti minħabba qerda ta’ infrastruttura, attakki ċibernetiċi, skarsezzi tal-persunal, u inaċċessibbiltà tas-sit. Għalhekk, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li tkun tispeċifika regoli temporanji dwar il-kontinwità tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni waqt xenarji bħal dawn.

(99)Il-konverżjoni ta’ skemi kandidati tekniċi f’atti ta’ implimentazzjoni teħtieġ għarfien tekniku u legali kumpless u tista’ toħloq piż amministrattiv sinifikanti. Barra minn hekk, ċerti elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, bħall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet jew il-kundizzjonijiet li skonthom ikunu jistgħu jintużaw marki jew tikketti bħal dawn, huma transsettorjali u jistgħu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet ta’ referenza armonizzati. Biex tkun żgurata l-kwalità tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati u jonqos il-piż regolatorju għan-negozji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet mudell li jkopru ċerti elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(100)Biex tiżgura l-konsistenza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu speċifikati l-livelli ta’ assigurazzjoni għaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa b’dik l-iskema. Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jirreferi għal wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni: “bażiku”, “sostanzjali” jew “għoli”, filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jenħtieġ li tirreferi biss għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni. Il-livelli ta’ assigurazzjoni jenħtieġ li jipprovdu l-grad tar-rigorożità u l-profondità korrispondenti tal-evalwazzjoni ta’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità, u jenħtieġ li dawn ikunu karatterizzati minn referenza għal speċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri relatati magħhom, inkluż il-kontrolli tekniċi, li l-iskop tagħhom ikun li jimmitigaw jew jevitaw l-inċidenti. Kull livell ta’ assigurazzjoni jenħtieġ li jkun konsistenti mal-oqsma settorjali differenti fejn tiġi applikata ċ-ċertifikazzjoni.

(101)L-għażla taċ-ċertifikazzjoni xierqa u r-rekwiżiti tas-sigurtà assoċjati mill-utenti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu bbażati fuq analiżi tar-riskji assoċjati mal-użu tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-kuntest taċ-ċertifikazzjoni tal-entitajiet. Għaldaqstant, l-livell tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jkun jikkorrispondi għal-livell tar-riskju assoċjat mal-użu maħsub tal-prodott tal-ICT, is-servizz tal-ICT, il-proċess tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew l-ambjent operazzjonali u n-natura tal-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun soġġetta għal ċetifikazzjoni.

(102)Għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun gwidata mqar mill-komponenti tal-assigurazzjoni li ġejjin: l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi mqar rieżami tad-dokumentazzjoni teknika tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-ssigurtà ġestit jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità. Meta ċ-ċertifikazzjoni tinkludi proċessi tal-ICT, anki l-proċess użat għad-disinn, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità jenħtieġ li jkun soġġett għar-rieżami tekniku. Meta skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tipprevedi awtovalutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li jkun suffiċjenti li l-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew li l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni, ikunu wettqu awtovalutazzjoni tal-konformità tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà tal-ICT jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità mal-iskema taċ-ċertifikazzjoni.

(103)Għal-livell “sostanzjali” ta’ assigurazzjoni, minbarra r-rekwiżiti għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun gwidata mqar mill-verifika tal-konformità tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità mad-dokumentazzjoni teknika tiegħu.

(104)Għal-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni, minbarra r-rekwiżiti għal-livell “sostanzjali” ta’ assigurazzjoni, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun gwidata mqar minn ittestjar tal-effiċjenza li jivvaluta r-reżistenza tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà kontra attakki ċibernetiċi elaborati, li jsir minn persuni b’ħiliet u riżorsi sinifikanti. L-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għal-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni jenħtieġ li jsiru fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u anki meta skema tkun ġiet iddisinjata biex turi l-konformità u tipprevedi preżunzjoni tal-konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit jiġġustifikah il-fatt li l-attivitajiet tal-valutazzjoni li jsiru barra miż-Żona Ekonomika Ewropea joħolqu theddid addizzjonali għaċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari għall-proprjetà intellettwali tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-entitajiet evalwati. Pereżempju, il-kodiċi tas-sors ta’ prodott tal-ICT jista’ jiġi skrutinizzat meta jaqsam il-fruntiera ta’ pajjiż terz, u dan jikkostitwixxi riskju għall-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, il-laboratorji tal-ittestjar stabbiliti fil-pajjiżi terzi ma joperawx f’ambjent ikkonċernat mill-miżuri taċ-ċibersigurtà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, bħad-Direttiva (UE) 2022/2555 jew ir-Regolament (UE) 2024/2847. Pereżempju, laboratorju tal-ittestjar jista’ jistrieħ fuq fornitur terz ta’ servizzi tal-cloud li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Iżda skema taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li titħalla tipprevedi mekkaniżmi ta’ deroga li jkunu pereżempju relatati maċ-ċertifikazzjoni tas-sit, jew meta l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità ma jkunux jistgħu jsiru b’mod raġonevoli fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

(105)Xi drabi jaf ikunu meħtieġa approċċi differenti biex jintlaħqu l-objettivi tas-sigurtà ta’ livell ta’ assigurazzjoni partikolari, ħalli jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet ta’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet. Biex jitħaddem approċċ aktar granulari, fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkun jista’ jiġi speċifikat livell ta’ evalwazzjoni wieħed jew aktar li jkunu jikkorrispondu għal wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni. B’hekk ikunu jistgħu jinħolqu skemi fejn diversi livelli ta’ evalwazzjoni mfassla għal skop differenti jkunu jistgħu jikkorrispondu għal-livell tas-sigurtà assoċjat ma’ livell speċifiku ta’ assigurazzjoni.

(106)L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jitħallew jipprevedu t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-konformità bir-responsabbiltà unika tal-manifattur jew tal-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun iċċertifikata (“awtovalutazzjoni tal-konformità”). F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun suffiċjenti li l-manifattur, il-fornitur jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun iċċertifikata, iwettqu l-kontrolli kollha huma stess biex jiżguraw li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità jkunu konformi mal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. L-awtovalutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li titqies xierqa għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizz tas-sigurtà ġestit jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità li jkunu b’kumplessità baxxa u li jippreżentaw riskju baxx għall-pubbliku u li jkollhom disinn sempliċi jew mekkaniżmi sempliċi tal-produzzjoni.

(107)Meta skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tippermetti awtovalutazzjonijiet tal-konformità u awtoċertifikazzjonijiet ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ xi entità, f’dak il-każ l-iskema taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li tkun tipprevedi mezzi ċari u komprensibbli biex il-konsumaturi jew utenti oħra jiddivrenzjaw bejn il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità li jkunu awtovvalutati u dawk li jkunu ċċertifikati minn partijiet terzi.

(108)Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit, jew l-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorħu u jiffirmaw id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bħala parti mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità. Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE hija dokument li jiddikjara li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà speċifika ta’ entità hija konformi mar-rekwiżiti tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Bil-ħruġ u bl-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit, jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun iċċertifikata, ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott tal-ICT, is-servizz tal-ICT, il-proċess tal-ICT, is-servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li tiġi ppreżentata kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA.

(109)Il-manifatturi jew il-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew l-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata, jenħtieġ li jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha relatata mal-konformità ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal perjodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rilevanti u f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. Id-dokumentazzjoni teknika jenħtieġ li tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli bl-iskema sa fejn dawn ikunu rilevanti għall-awtovalutazzjoni tal-konformità. Id-dokumentazzjoni teknika jenħtieġ li tinġabar b’mod li tkun tista’ ssir il-valutazzjoni ta’ jekk prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit, jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli bl-iskema.

(110)Iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE jenħtieġ li jgħinu lill-utenti jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li tiġi ppubblikata fuq sit web immexxi mill-ENISA. Barra minn hekk, mal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew iċċertifikati jew li tkun inħarġitilhom dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jenħtieġ li tingħata informazzjoni strutturata u adattata għal-livell tekniku mistenni tal-utent intenzjonat. L-utenti kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar in-numru ta’ referenza tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità jew il-korp tal-ħruġ u, meta applikabbli, għal-livell ta’ assigurazzjoni, jew jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi aġġornata regolarment u titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq sit web apposta dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, biex tkun żgurata aċċessibbiltà kontinwa, l-manifatturi u l-fornituri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-korp taċ-ċertifikazzjoni rilevanti meta jinbidel il-post tal-informazzjoni online jew, meta rilevanti, tal-informazzjoni fiżika.

(111)Valutazzjoni tal-konformità hija proċedura għall-evalwazzjoni ta’ jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti speċifikati relatati ma’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew entità. Dik il-proċedura twettaqha parti terza indipendenti li la tkun il-manifattur jew il-fornitur tal-prodott tal-ICT, is-servizz tal-ICT, il-proċess tal-ICT jew is-servizz tas-sigurtà ġestit li jkunu qed jiġu ċċertifikati, u lanqas l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun qed tiġi vvalutata. Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jinħareġ wara l-evalwazzjoni b’suċċess ta’ prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità. Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jitqies bħala konferma li l-evalwazzjoni tkun saret sew.

(112)Is-separazzjoni stretta tal-attivitajiet superviżorji u taċ-ċertifikazzjoni hija importanti biex jiġu evitati distorsjonijiet u interferenzi li jistgħu jinħolqu meta l-entità ta’ sorveljanza tas-suq tkun qed tikkompeti wkoll fl-istess suq. Minġabba f’hekk, l-attivitajiet meta l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkunu qed jaqdu sempliċiment ir-rwol superviżorju tagħhom, bħal li japprovaw bil-quddiem il-ħruġ ta’ ċertifikat, jenħtieġ li ma jkunux jeħtieġu separazzjoni interna ulterjuri minn attivitajiet superviżorji oħra. Dan jinkludi, pereżempju, sitwazzjoni meta l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tiġbor b’mod attiv informazzjoni waqt il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mwettaq minn korpi privati tal-valutazzjoni tal-konformità u mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat minn dawk il-korpi (“mudell ta’ approvazzjoni minn qabel”).

(113)L-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li fihom il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità jista’ jkollhom bżonn ċertifikazzjoni mill-ġdid jew meta jaf ikun hemm bżonn jiċċekken l-ambitu ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà speċifiku. Barra minn hekk, l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jqisu kull effett negattiv possibbli ta’ kull vulnerabbiltà jew nonkonformità sussegwentement identifikati dwar il-prodott tal-ICT, is-servizz tal-ICT, il-proċess tal-ICT, is-servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ċċertifikata ta’ entità fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ dak iċ-ċertifikat.

(114)L-armonizzazzjoni għandha rwol kruċjali biex tkun żgurata ċibersigurtà soda u biex jiżdied l-aċċess tan-negozji għas-suq. B’kuntrast ma’ dan, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati joħolqu ostakli sinifikanti għall-fluss bla skossi tad-data, u b’hekk iżidu l-kostijiet operazzjonali għall-industrija tal-Unjoni. Biex jittaffew dawk l-isfidi, jeħtieġ tkun evitata frammentazzjoni fl-ambitu tal-kontrolli tas-sigurtà kif ukoll fil-metodi tal-valutazzjoni tal-konformità madwar l-Unjoni.

(115)L-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ECCG fi żmien suffiċjenti minn qabel ma jadottaw skemi nazzjonali ġodda taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità biex jgħinu lill-Kummissjoni u lill-ECCG jevalwaw l-impatt tal-iskema nazzjonali ġdida taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern, u fid-dawl ta’ xi interess strateġiku fit-talba ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

(116)Ir-referenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-istandards nazzjonali li ma jkunx għadhom effettivi minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jistgħu jkunu sors ta’ konfużjoni. Għalhekk, meta rilevanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jirriflettu l-adozzjoni ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

(117)Biex jiġi ffaċilitat it-tkabbir ta’ suq intern affidabbli, filwaqt li jinħolqu wkoll sħubijiet ma’ pajjiżi terzi, il-proċess taċ-ċertifikazzjoni stabbilit fl-ECCF jenħtieġ li jiġi implimentat b’mod li jiffaċilita r-rikonoxximent internazzjonali, ir-rikonoxximent reċiproku u l-allinjament mal-istandards internazzjonali.

(118)Biex jiġi ffaċilitat aktar il-kummerċ u jiġi rrikonoxxut li l-ktajjen tal-provvista tal-ICT huma internazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE, l-Unjoni tista’ tikkonludi ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku dwar ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tirrikonoxxi b’mod unilaterali l-ekwivalenza ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà. Jenħtieġ li jkunu jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet speċifiċi għal tali rikonoxximent ta’ ċertifikati minn pajjiżi terzi.

(119)Għal implimentazzjoni ekwivalenti mal-Unjoni kollha, biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku u tiġi promossa l-aċċettazzjoni ġenerali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, jeħtieġ tiġi stabbilita sistema ta’ rieżami bejn il-pari bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Ir-rieżami bejn il-pari jenħtieġ li jkopri l-proċeduri għas-sorveljanza tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, għal monitoraġġ tal-obbligi tal-manifatturi jew tal-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-entitajiet iċċertifikati li jwettqu l-awtovalutazzjoni tal-konformità, għal monitoraġġ tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, u l-adegwatezza tal-kompetenza esperta tal-persunal tal-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati għal livell “għoli” ta’ assigurazzjoni. L-ENISA jenħtieġ li tipparteċipa fir-rieżamijiet bejn il-pari bħala osservatur u tappoġġa l-organizzazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari u r-rieżamijiet bejn il-pari, inkluż billi tiżviluppa dokumenti u mudelli ta’ gwida rilevanti, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ECCG. Fuq is-sit web tagħha dwar l-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-ENISA jenħtieġ ukoll li tippubblika informazzjoni dwar l-iskeda tar-rieżamijiet bejn il-pari u l-lista tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà rieżaminati bejn il-pari li jridu jwettqu l-iskeda. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2540 60 adottat skont ir-Regolament (UE) 2019/881 jistabbilixxi l-pjan għal rieżamijiet bejn il-pari li qed jintuża mill-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati. Jeħtieġ tkun żgurata l-kontinwazzjoni tar-rieżamijiet bejn il-pari. Iżda meta meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tistabbilixxi pjan ġdid ta’ mqar ħames snin permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-rieżamijiet bejn il-pari, u tistabbilixxi wkoll kriterji u metodoloġiji għall-operazzjoni tas-sistema ta’ rieżami bejn il-pari.

(120)Ladarba tiġi adottata skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-manifatturi jew il-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità tal-għażla tagħhom fi kwalunkwe post fl-Unjoni. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkreditament jekk ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u, meta applikabbli, mar-rekwiżiti speċifikati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Is-sistema stabbilita f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi kkomplementata bis-sistema tal-akkreditament prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 .

(121)Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati jew notifikati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/2847 jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482, jaf ikollhom kompetenzi rilevanti għal skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkun għadhom kif ġew adottati. Biex ikun evitat piż finanzjarju u amministrattiv bla bżonn, jixraq jinħolqu sinerġiji għall-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti tal-akkreditament tal-iskemi jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod li jkun hemm kemm jista’ jkun allinjament mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/2847 u mar-rekwiżiti tal-akkreditament skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482. Barra minn hekk, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jsirilhom proċess tal-akkreditament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq ir-riżultati preċedenti tal-evalwazzjoni tal-kompetenzi tagħhom skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, kull meta jkun hemm trikkib fir-rekwiżiti tal-akkreditament.

(122)Biex jiġu ffaċilitati servizzi armonizzati tal-valutazzjoni tal-konformità madwar l-Unjoni, fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Fil-kuntest taċ-ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jenħtieġ li tinftiehem bħala deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, biex iwettaq attività speċifika tal-valutazzjoni tal-konformità.

(123)Meta skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jkunu awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà biex iwettqu kompiti skont dik l-iskema. Biex jevitaw diversi awtorizzazzjonijiet, isaħħu l-aċċettazzjoni u r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-awtorizzazzjoni u jwettqu monitoraġġ effettiv tal-korpi awtorizzati tal-valutazzjoni tal-konformità, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Iżda jeħtieġ ikun żgurat li korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor jekk fl-Istat Membru tiegħu stess ma jkunx hemm awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew meta l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ma jkollhiex il-kompetenza biex tipprovdi s-servizzi tal-awtorizzazzjoni mitluba. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li jkunu żgurati kooperazzjoni u skambju xierqa tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, inkluż għall-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tal-awtorizzazzjoni.

(124)Biex jiġi salvagwardjat il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ għal prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità, hu essenzjali li s-sottokuntratturi u s-sussidjarji tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu meħtieġa jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati rigward it-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk, korp tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jkollu l-kompetenza xierqa u jkun jista’ jivverifika li s-sottokuntratturi tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli.

(125)L-awtorità notifikanti jenħtieġ li tivvaluta kif xieraq il-punt sa fejn il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun beħsiebu jistrieħ fuq sottokuntratturi stabbiliti barra l-Unjoni, jew ikollu aċċess għal persunal jew faċilitajiet barra l-Istat Membru tan-notifika. L-awtorità pubblika ta’ Stat Membru jenħtieġ li tkun tista’ tiddeċiedi li ma tistax terfa’ r-responsabbiltà ġenerali bħala awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal dawk l-arranġament, u li tirtira jew tillimita l-ambitu tan-notifika.

(126)Biex jiġu evalwati r-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati jenħtieġ li jiġu notifikati mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. In-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati u, meta applikabbli, awtorizzati tindika li dawk il-korpi jistgħu jiġu fdati fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ evalwazzjoni u ċertifikazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u tikkontribwixxi għar-reputazzjoni ġenerali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea. Għalhekk hu essenzjali li jkun żgurat li matul iż-żmien il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-obbligi tagħhom, u li l-lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati tinżamm aġġornata.

(127)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3143 62 adottat skont ir-Regolament (UE) 2019/881 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li qed jintużaw mill-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati. Għalhekk jeħtieġ tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tan-notifika. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex taġġusta dawk iċ-ċirkostanzi, il-proċeduri u l-formati għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. F’dan il-kuntest, l-Kummissjoni jenħtieġ li tistrieħ fuq l-esperjenza miksuba fil-kuntest tal-iskemi eżistenti, u tfittex allinjament ma’ leġiżlazzjoni u oqfsa rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/2847 u l-qafas leġiżlattiv il-ġdid, biex tnaqqas il-piż regolatorju tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità attivi skont strumenti legali differenti.

(128)Il-ktajjen tal-provvista tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) huma magħmula minn sett konness ta’ riżorsi u proċessi bejn l-operaturi ekonomiċi. Il-ktajjen tal-provvista tal-ICT jaqdu rwol kruċjali fis-sostenn tal-istabbiltà tas-soċjetà u biex jixprunaw l-attività ekonomika madwar l-Unjoni. Dawn jaqdu rwol kritiku wkoll biex jiffaċilitaw l-infrastruttura diġitali fl-Unjoni u jirfdu l-funzjonament tas-soċjetà u tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-ktajjen tal-provvista tal-ICT jippermettu l-manifattura, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-manutenzjoni ta’ servizzi tal-ICT, sistemi tal-ICT u prodotti tal-ICT li fuqhom jissejsu bosta setturi kritiċi u kritiċi ħafna, fosthom il-kura tas-saħħa, il-finanzi, it-trasport, it-telekomunikazzjoni, l-enerġija u d-dwana. Is-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT ta’ dawk is-setturi kritiċi jaf tħalli wkoll impatt fuq is-sigurtà tal-infrastruttura tad-difiża u militari, meta din l-infrastruttura tkun tiddependi fuq setturi kritiċi ċivili u l-ktajjen tal-provvista tal-ICT tagħhom. Iżda skont ir-rapport dwar l-istatus tat-theddid għaċ-ċibersigurtà maħruġ mill-ENISA (ENISA Threat Landscape 2025) 63 , l-attakki kontra l-ktajjen tal-provvista huma fost il-ħames theddidiet ewlenin għaċ-ċibersigurtà li juru kif l-awturi tal-attakki jisfruttaw b’mod attiv perkorsi indiretti tramite fornituri terzi u dipendenzi fuq partijiet terzi. It-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT jista’ jostakola t-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern, jiġġenera telf finanzjarju, jimmina l-kunfidenza tal-utenti u jikkawża ħsara kbira lill-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni. Għalhekk, il-preparatezza u l-effettività taċ-ċibersigurtà huma essenzjali aktar minn qatt qabel għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(129)Lil hinn mir-riskji tekniċi indirizzati mid-Direttiva (UE) 2022/55 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 , mir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 u mill-Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/881, il-ktajjen tal-provvista tal-ICT huma dejjem aktar esposti għal riskji ta’ natura mhux teknika. Riskji mhux tekniċi bħal dawn iaf ikunu konnessi mal-ġuriżdizzjoni li għaliha jkun soġġett fornitur ta’ ċerti komponenti, iżda mhux limitati għaliha, b’mod partikolari meta l-pajjiż terz jew l-atturi tat-theddid ikkontrollati minn dak il-pajjiż jinvolvu ruħhom fi spjunaġġ ekonomiku, iwettqu attivitajiet jew kampanji ċibernetiċi malizzjużi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew jinvolvu ruħhom fi mġiba irresponsabbli tal-Istat fiċ-ċiberspazju. Ir-riskji mhux tekniċi jistgħu jkunu konnessi wkoll ma’ vulnerabbiltajiet moħbija jew backdoors jew tfixkil potenzjali sistemiku fil-provvista, b’mod partikolari fil-każ ta’ lock-in teknoloġiku jew dipendenza fuq fornitur. Pereżempju jistgħu jintużaw interrutturi ta’ emerġenza (kill switches) biex iħallu impatt negattiv fuq id-disponibbiltà tan-networks tal-komunikazzjoni u tal-grilji elettriċi.

(130)Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE 66 enfasizzat ir-riskju li pajjiżi terzi jiksbu aċċess għal informazzjoni u data sensittivi fl-Unjoni jew fl-Istati Membri tagħha, bħala riżultat ta’ spjunaġġ industrijali u l-użu ta’ hardware jew software tagħhom f’ċerti prodotti, jew minħabba sjieda tagħhom u kontroll ta’ ċerti negozji li jippossjedu informazzjoni u data sensittivi. Tenfasizza wkoll ir-riskju li l-infrastruttura kritika tal-Unjoni, inkluż it-trasport kritiku, is-sistemi spazjali, l-infrastruttura tal-enerġija u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari dawk identifikati bħala strateġiċi għall-mobilità militari, titħarbat minn atturi barranin, b’mod li jista’ jikkaġuna effetti kaskata fuq l-ekonomija tal-Unjoni. It-tfixkil jista’ jsir b’attakki fiżiċi, ċibernetiċi jew ibridi, inkluż bis-sabotaġġ ta’ faċilitajiet sħaħ jew ta’ partijiet minnhom jew subkomponenti tagħhom. Dawn jistgħu jkunu konnessi wkoll mal-ktajjen tal-provvista tal-ICT, li fuqhom jistrieħu ċerti komponenti jew servizzi kritiċi għall-infrastrutturi kritiċi.

(131)B’rispons għall-isfidi għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT li qed joħolqu xi riskji mhux tekniċi, xi Stati Membri ħadu għadd ta’ miżuri regolatorji fosthom iddeżinjaw fornituri ta’ riskju għoli, filwaqt li Stati Membri oħra aktarx li se jagħmlu dan. Dan jista’ jwassal għal aktar diverġenza fl-approċċi nazzjonali, u finalment iżid il-vulnerabbiltà ta’ xi Stati Membri, b’effetti konsegwenzjali potenzjali madwar l-Unjoni. Għalhekk, ċerti aspetti relatati mar-riskji mhux tekniċi b’rabta maċ-ċibersigurtà għall-katina tal-provvista tal-ICT jeħtieġ jiġu armonizzati. Dak l-intervent fil-livell tal-Unjoni hu ġġustifikat ukoll minħabba l-bżonn li jkun żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT huma maħsuba biex ineħħu diverġenzi kbar bħal dawn fost l-Istati Membri, b’mod partikolari billi jistabbilixxu regoli għall-mekkaniżmi tal-valutazzjonijiet tar-riskju għar-riskji għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT fil-livell tal-Unjoni u standards minimi ta’ protezzjoni mir-riskji għall-katina tal-provvista tal-ICT.

(132)Biex jitnaqqsu d-dipendenzi u l-vulnerabbiltajiet kritiċi, hemm bżonn jiġi stabbilit qafas affidabbli tal-katina tal-provvista tal-ICT li jenħtieġ li jindirizza r-riskji mhux tekniċi b’rabta ma fornituri ta’ riskju għoli u dipendenzi f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra. Għalhekk, hemm bżonn jinkiseb qafas oġġettiv fil-livell tal-Unjoni, abbażi tar-riskju, li jibqa’ validu għall-futur u li jkun newtrali għat-teknoloġija, biex jiġu identifikati l-assi ewlenin tal-ICT u jiġi previst sett ta’ miżuri proporzjonati tal-mitigazzjoni li jindirizzaw ir-riskji.

(133)Ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà, inkluż ir-riskji relatati mad-dipendenza fuq fornituri ta’ riskju għoli jistgħu jiġu osservati f’diversi ktajjen kritiċi tal-provvista tal-ICT fl-Unjoni, inkluż it-tagħmir tad-detezzjoni, il-vetturi konnessi u awtomatizzati, is-sistemi tal-provvista tal-elettriku u l-ħżin tal-elettriku, is-sistemi tal-provvista tal-ilma, id-droni u s-sistemi kontra d-droni, is-servizzi tal-cloud computing, l-apparati mediċi, it-tagħmir tas-sorveljanza, is-servizzi tal-ispazju u s-semikondutturi. Pereżempju, vulnerabbiltajiet fit-tagħmir tad-detezzjoni tas-sigurtà jistgħu jagħtu aċċess għal sistemi tal-ICT u atturi malizzjużi jkunu jistgħu jimmanipulaw scanners b’tali mod li l-oġġetti pprojbiti jkunu jistgħu jiddaħħlu mill-punt tal-kontroll tas-sigurtà mingħajr ma jiġu identifikati, b’konsegwenzi possibbilment katastrofiċi.

(134)Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jiżguraw livell ogħla ta’ ċibersigurtà fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT, dment li dawk il-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri stipulati fil-liġi tal-Unjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, l-impożizzjoni ta’ miżuri aktar stretti tal-mitigazzjoni fir-rigward tal-assi ewlenin tal-ICT.

(135)Biex jiġu identifikati r-riskji potenzjali marbuta maċ-ċibersigurtà li jaffettwaw lil ktajjen speċifiċi tal-provvista tal-ICT, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 (“Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS”) jista’ jivvaluta ktajjen speċifiċi tal-provvista tal-ICT permezz ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jħarsu, fost l-oħrajn, lejn l-atturi ewlenin tat-theddid, it-theddid ewlieni u l-vulnerabbiltajiet li jaffettwaw l-assi ewlenin tal-ICT. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiżviluppaw lista ta’ xenarji tar-riskju u lista ta’ miżuri li jtaffu r-riskji. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jitlestew fi żmien sitt xhur. F’każ ta’ urġenza speċifika, jenħtieġ li jkun possibbli li jitqassru l-iskadenzi.

(136)Meta l-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex temmen li hemm ċibertheddida sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni b’rabta ma’ ktajjen kritiċi tal-provvista tal-ICT u jaf ikun hemm bżonn azzjoni biex jiġi ppreservat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, mingħajr dewmien din jenħtieġ li tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-ħtieġa ta’ miżuri tal-mitigazzjoni u twettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà, filwaqt li tqis il-konsultazzjoni tal-Istati Membri.

(137)Meta bis-saħħa ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà mwettqa mill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS jew mill-Kummissjoni joħroġ fid-dieher li pajjiż terz speċifiku joħloq riskji serji u strutturali mhux tekniċi marbuta maċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni jenħtieġ litivverifika t-theddida ppreżentata minn dak il-pajjiż. Il-Kummissjoni tista’ tibda tali verifika wkoll abbażi ta’ sorsi oħra bħal dikjarazzjoni pubblika f’isem l-Unjoni jew Stat Membru b’rispons għal każijiet ta’ mġiba irresponsabbli tal-Istat fiċ-ċiberspazju li tkun wasslet għal inċident taċ-ċibersigurtà. Biex tivvaluta l-livell ta’ theddida, l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis elementi bħall-eżistenza ta’ liġijiet jew prattiki fil-pajjiż terz li jeżiġu li l-entitajiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet tas-software jew tal-hardware lill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati. Element rilevanti ieħor hu n-nuqqas ta’ rimedji ġudizzjarji effettivi, u n-nuqqas ta’ mekkaniżmi tal-kontroll indipendenti u demokratiċi, li jistgħu isewwu t-tħassib dwar is-sigurtà, inkluż dwar prattiki eżistenti, l-informazzjoni sostanzjata dwar inċidenti ta’ atturi tat-theddid li joperaw barra mit-territorju ta’ dak il-pajjiż li jwettqu attivitajiet jew kampanji ċibernetiċi malizzjużi, u n-nuqqas ta’ kapaċità jew rieda tal-pajjiż terz li jikkoopera mal-Kummissjoni jew mal-Istati Membri biex jindirizza r-riskju kkaġunat mill-operazzjoni ta’ tali atturi tat-theddid. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll l-informazzjoni li toħroġ mill-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni jew mir-rapporti maħruġa mill-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NATO.

(138)Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ kontroll jenħtieġ li jinftiehem bħala l-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali direttament, jew indirettament tramite entità legali intermedja waħda jew aktar. Il-kontroll ta’ entitajiet minn pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll meta dik l-entità jkollha strutturi ta’ tmexxija eżekuttiva f’dak il-pajjiż.

(139)L-Unjoni jenħtieġ li ma tiffinanzjax proġetti li jinvolvu fornituri ta’ riskju għoli, li jipperikolaw is-sigurtà tal-Unjoni u jimminaw l-interessi u l-kredibbiltà tal-Unjoni. Għalhekk, il-fornituri ta’ riskju għoli identifikati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunux intitolati biex jipparteċipaw f’xi programm jew strument tal-finanzjament tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta f’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE/Euratom) 2024/2509 u mar-regoli speċifiċi għas-settur tal-Unjoni, jew f’xi attività tal-finanzjament tal-Unjoni implimentata b’ġestjoni kondiviża, inkluż tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss fir-rigward tal-provvista ta’ komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT identifikati. Is-sħab ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni, bħall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jenħtieġ li ma jappoġġawx proġetti li jikkontradixxu dan ta’ hawn fuq, inkluż f’operazzjonijiet ta’ riskju proprju.

(140)L-akkwist pubbliku jista’ jkun għodda soda biex l-awtoritajiet pubbliċi jikkontribwixxu għal ekonomija aktar innovattiva, sostenibbli u kompetittiva u biex jonfqu l-flus pubbliċi b’mod strateġiku. L-akkwist pubbliku relatat mal-ktajjen tal-provvista tal-ICT jenħtieġ li ma jintużax għall-benefiċċju tal-fornituri li jheddu s-sigurtà tal-infrastruttura kritika tal-Unjoni. Għalhekk, il-fornituri ta’ riskju għoli identifikati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunux intitolati jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku għall-forniment ta’ komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT identifikati.

(141)Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha rwol biex tissaħħaħ is-sigurtà ġenerali u fil-ġlieda kontra ċ-ċibertheddid, li sservi bħala parametru referenzjarju għall-fiduċja. Din il-fiduċja tispiċċa fix-xejn jekk l-attestazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jkunu pprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli; u għalhekk jenħtieġ li ma jkunux intitolati japplikaw biex isiru fornituri awtorizzati ta’ xi attestazzjoni tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà individwali tal-Unjoni. B’mod simili, jixraq ukoll li l-fornituri ta’ riskju għoli jiġu esklużi milli jiksbu ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-ECCF, u li jsiru korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati biex jipprovdu tali ċertifikati.

(142)L-istandards taċ-ċibersigurtà jaqdu rwol kritiku fis-sigurtà u l-affidabbiltà tal-infrastrutturi diġitali. Jeħtieġ jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw l-istandardizzazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà. L-involviment ta’ entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew li jkunu kkontrollati minn dawn il-pajjiżi, li jkunu ġew identifikati li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista tal-ICT f’konformità ma’ dan ir-Regolament jista’ jwassal għal influwenzi fl-istandards taċ-ċibersigurtà b’mod li jimmina s-sigurtà u l-affidabbiltà tagħhom.

(143)Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà,l-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tidentifika liema assi tal-ICT jenħtieġ li jitqiesu bħala assi ewlenin tal-ICT minħabba l-kritikalità tagħhom u soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-mitigazzjoni. Is-sempliċi eżistenza tal-possibbiltà ta’ konnettività tal-assi jenħtieġ li tkun biżżejjed biex jitqies ir-riskju tiegħu relatat maċ-ċibersigurtà.

(144)Meta jeħtieġ ikun żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà, ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ fiduċja fl-Unjoni, il-miżuri tal-mitigazzjoni jistgħu jiġu applikati għal entitajiet fir-rigward tal-katina tal-provvista tal-ICT tagħhom u b’mod partikolari għall-assi ewlenin tal-ICT identifikati. Il-miżuri tal-mitigazzjoni proposti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskji u d-dipendenzi potenzjali, inkluż l-impatt ekonomiku u soċjetali potenzjali ta’ dawk il-miżuri fuq l-entitajiet ikkonċernati li joperaw f’setturi kritiċi ħafna jew f’setturi kritiċi oħra u b’mod partikolari l-SMEs. L-impatt ekonomiku jenħtieġ li jqis il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-mitigazzjoni, inkluż it-tul taċ-ċiklu tal-ħajja tal-komponenti rilevanti fl-assi ewlenin tal-ICT, meta l-miżuri jkunu jinkludu s-sostituzzjoni tal-fornituri. Biex ikun żgurat il-forniment kontinwu tas-servizzi, jenħtieġ li tiġi vvalutata wkoll id-disponibbiltà ta’ fornituri alternattivi fis-suq.

(145)Peress li l-miżuri tal-mitigazzjoni potenzjalment jista’ jkollhom effett restrittiv fuq il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u s-servizzi, dawn jenħtieġ li jkunu proporzjonati u mmirati favur l-objettiv leġittimu li jiżguraw iċ-ċibersigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT fir-rigward ta’ entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(146)L-użu, l-installazzjoni jew xi tip ieħor ta’ integrazzjoni ta’ komponenti pprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli fl-operat ta’ assi ewlenin tal-ICT jistgħu jkunu relatati mar-riskji ta’ trasferimenti sussegwenti tad-data lejn pajjiż terz. B’mod partikolari, ir-riskji jistgħu jinħolqu mil-livell insuffiċjenti ta’ protezzjoni mogħti lid-data fil-pajjiż terz, bħal għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, tal-proprjetà intellettwali jew tas-sigrieti kummerċjali, jew minn aċċess u sfruttament illegali ta’ dik id-data għal tfixkil futur possibbli fil-katina tal-provvista u għal skopijiet ta’ spjunaġġ. Biex jittaffew dawn ir-riskji, jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet fir-rigward tat-trasferiment ta’ tipi speċifiċi tad-data lill-pajjiżi terzi.

(147)Vulnerabbiltajiet importanti joħorġu minn nuqqas ta’ diversità fit-tagħmir użat minn entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Dipendenza fuq fornitur wieħed toħloq dipendenza fuq tagħmir jew fuq soluzzjonijiet speċifiċi. In-nuqqas ta’ diversità tal-fornituri jżid il-vulnerabbiltà ġenerali tal-infrastruttura kritika, b’mod partikolari jekk l-entitajiet ikunu jiksbu l-komponenti tal-ICT tagħhom użati fl-assi sensittivi tal-ICT mingħand fornitur li jippreżenta grad għoli ta’ riskju. Id-dipendenza taffettwa ferm ukoll ir-reżiljenza nazzjonali u tal-Unjoni kollha u toħloq punti uniċi ta’ falliment. Biex jittaffew riskji bħal dawn, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti biex ikun hemm aktar minn fornitur wieħed għal assi ewlenin tal-ICT speċifiċi.

(148)L-entitajiet tal-Unjoni jaf ikunu qed jużaw ukoll assi ewlenin kif definiti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT jenħtieġ li jkunu japplikaw għalihom ukoll. Biex ikun żgurat li titqies l-ispeċifiċità tal-entitajiet tal-Unjoni, hu importanti jiġu kkunsidrati r-riskji mhux tekniċi li joħolqu l-ktajjen tal-provvista tal-ICT fir-rigward tal-entitajiet tal-Unjoni meta jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

(149)F’ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw intervent immedjat biex jitħares il-funzjonament xieraq tas-suq intern u meta jkun hemm evidenza ċara li tagħti raġuni suffiċjenti lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-użu ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornitur speċifiku jkun jirrappreżenta theddida sinifikanti taċ-ċibersigurtà għall-attivitajiet ekonomiċi jew tas-soċjetà ta’ mqar tliet Stati Membri, il-Kummissjoni tista’ tipproponi, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, li tipprojbixxi l-użu, l-installazzjoni jew l-integrazzjoni ta’ komponenti bħal dawn minn dan il-fornitur skont it-tip ta’ entitajiet imsemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(150)Biex tkun żgurata l-proporzjonalità tal-miżuri applikati, l-entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz, jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz, jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz, li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà ddeżinjat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-projbizzjoni li jipprovdu lil entitajiet ta’ tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT għall-użu, l-installazzjoni jew l-integrazzjoni tagħhom fl-assi ewlenin tal-ICT ta’ dik l-entità u li jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist pubbliku organizzati f’konformità mal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi 2014/24/UE 67 u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 , proċeduri fir-rigward tal-forniment tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT identifikati. Għal dak l-għan, l-entità jenħtieġ li turi b’evidenza ċara li qed tapplika miżuri effettivi għar-riskji mhux tekniċi u tiżgura li ma jkunx hemm interferenzi indebiti possibbli minn pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà.

(151)In-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jifformaw is-sinsla ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi tant essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ bosta funzjonijiet vitali ekonomiċi u tas-soċjetà, bħall-enerġija, it-trasport, is-settur bankarju, is-saħħa, id-difiża, kif ukoll is-sistemi tal-kontroll industrijali. Għalhekk, dawk in-networks kritiċi ħafna huma miri attraenti għat-tipi kollha ta’ attakki ċibernetiċi u theddid ibridu, għal tfixkil, spjunaġġ, ġbir tal-intelligence, kif ukoll għal frodi u kriminalità finanzjarja. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS dwar iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza tal-infrastrutturi u n-networks tal-komunikazzjoni tal-Ewropa identifikat għadd ta’ riskji u theddid ta’ importanza strateġika minn perspettiva tal-Unjoni, bħal wiper/ ransomware, attakki, attakki tal-katina tal-provvista, intrużjonijiet tan-network u Attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz (DDoS).

(152)Fid-dawl tal-interkonnessjoni u l-interdipendenza bejn in-networks differenti tal-komunikazzjonijiet elettroniċi nazzjonali, l-Istati Membri kollha jeħtieġ jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw is-sigurtà tan-networks tagħhom. Għall-istess raġunijiet, jeħtieġ jiddaħħal fis-seħħ qafas legali effettiv fil-livell tal-Unjoni li jindirizza wkoll ir-riskji mhux tekniċi u jiżgura s-sigurtà tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi interkonnessi b’mod komprensiv.

(153)B’mod partikolari, iċ-ċibersigurtà tan-networks 5G hi materja ta’ importanza strateġika għall-Unjoni għax dawk in-networks jifformaw is-sinsla għal firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ importanza essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u huma lkoll kruċjali biex niksbu l-prontezza tad-difiża tagħna, inkluż fir-rigward tal-mobbiltà militari. In-networks 5G kapaċi jipprovdu konnettività ultraveloċi affidabbli, pereżempju għall-kondiviżjoni tad-data u l-informazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ droni, u koordinazzjoni fuq il-kamp tal-battalja fil-ħin reali.

(154)L-implimentazzjoni tal-5G tikkonsisti qabelxejn f’networks mhux awtonomi, fejn in-network tal-aċċess għar-radju biss jiġi aġġornat għat-teknoloġija 5G, filwaqt li l-bqija tan-network tibqa’ tiddependi fuq network ewlieni tal-4G eżistenti. In-networks mhux awtonomi tal-5G jissejsu qabelxejn fuq infrastruttura diġà fis-seħħ, u għalhekk is-sigurtà tan-networks 5G futuri hi, sa ċertu punt, iddeterminata minn tagħmir tan-network imħaddem diġà u mill-konfigurazzjoni ta’ tali tagħmir. Għalhekk, il-miżuri tal-mitigazzjoni jenħtieġ li jkopru wkoll lin-networks 4G li fuqhom jiddependi l-varar tal-5G.

(155)Biex jiġu indirizzati sfidi importanti tas-sigurtà fin-networks 5G, l-Istati Membri fil-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, flimkien mal-Kummissjoni u l-ENISA, wettqu valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà kkoordinata fil-livell tal-Unjoni tan-networks 5G, li teżamina r-riskji tekniċi kif ukoll ir-riskji mhux tekniċi. Din il-valutazzjoni identifikat diversi riskji, fosthom interferenza potenzjali minn pajjiżi terzi jew minn atturi ta’ pajjiżi terzi tul il-katina tal-provvista, u kkategorizzat l-assi skont il-kritikalità tagħhom. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tittieħed bħala bażi għad-definizzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT għan-networks tal-komunikazzjonijiet 5G.

(156)Biex jittaffew ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tan-networks 5G ikkoordinata fil-livell tal-Unjoni, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS adotta s-Sett ta’ Għodod tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà 5G, li jistabbilixxu miżuri strateġiċi u tekniċi. Minkejja li l-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom oqfsa legali li jippermettu restrizzjonijiet jew esklużjonijiet ta’ fornituri b’riskju għoli kif irrakkomandat fis-Sett ta’ Għodod tal-5G, l-implimentazzjoni ta’ dawk l-oqfsa ma kinitx uniformi. Dan jirriżulta f’numru importanti ta’ siti 5G madwar l-Unjoni li jiġu fornuti minn fornituri ta’ riskju għoli kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-Sett ta’ Għodod tal-5G 69 . Din is-sitwazzjoni toħloq vulnerabbiltajiet, inklużi dipendenza strateġika u esponiment potenzjali għall-interferenza minn pajjiżi terzi, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-infrastruttura futura tas-6G mibnija fuq in-networks tal-5G eżistenti. L-implimentazzjoni frammentata tal-miżuri rakkomandati tas-Sett ta’ Għodod tal-5G, b’mod partikolari fir-rigward tal-ambitu tar-restrizzjonijiet fuq fornituri ta riskju għoli, wasslet għal diverġenzi bejn l-Istati Membri, li jirriżultaw f’kundizzjonijiet mhux ekwi li jaqsmu s-suq intern u jdgħajfu s-sigurtà ġenerali tan-network. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri enfasizzat dawn id-disparitajiet, u tat twissija li n-nuqqas ta’ approċċ ikkoordinat jimmina l-funzjonament tas-suq intern. Id-dipendenza persistenti fuq fornituri ta’ riskju għoli toħloq riskji serji għas-sigurtà tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni u tista’ tnaqqas il-fiduċja fis-suq intern, peress li livelli ta’ sigurtà inkonsistenti jistgħu jiskoraġġixxu lill-konsumaturi u lin-negozji milli jiddependu fuq prodotti u fuq servizzi bbażati fuq il-5G madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm miżuri fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat approċċ armonizzat għas-sigurtà tan-networks tal-5G.

(157)Għall-fini tal-istabbiliment ta’ perjodu ta’ eliminazzjoni gradwali għall-assi ewlenin tal-ICT tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi u satellitari, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis kif xieraq il-grad tar-riskji għas-sigurtà relatati ma’ kull assi ewlieni tal-ICT speċifiku tan-networks fissi u satellitari, it-tul tal-ħajja tal-komponenti rilevanti u l-impatt ekonomiku li t-tneħħija ta’ dawk il-komponenti jkollha fuq l-operaturi kkonċernati. Abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-istabbiliment ta’ perjodi differenti ta’ eliminazzjoni gradwali għall-assi ewlenin tal-ICT partikolari u l-elementi integrali tagħhom.

(158)Għall-finijiet ta’ superviżjoni u ta’ infurzar effettivi tal-obbligi li jikkonċernaw il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika mobbli, fissi u satellitari, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont dan ir-Regolament jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti skont il-[proposta għall-Att dwar in-Networks Diġitali (DNA, Digital Networks Act)]. Meta jintalbu minn awtorità kompetenti deżinjata skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-ispettru tar-radju, meta xieraq, jenħtieġ li jirtiraw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 20 [il-Proposta tad-DNA] jekk il-fornitur tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma jkunx konformi mal-obbligi skont dan ir-Regolament, anki meta l-fornitur ma jeliminax gradwalment il-komponenti tal-ICT jew il-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT mingħand fornituri ta’ riskju għoli fl-operat tal-assi ewlenin tal-ICT tul il-perjodu speċifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(159)Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi nazzjonali ta’ governanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw jew jistabbilixxu awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-miżuri superviżorji u ta’ infurzar skont dan ir-Regolament.

(160)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu appoġġ lil entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għall-konformità mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk il-fornituri li jaf jiġu affettwati minn projbizzjonijiet speċifiċi, humiex stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz jew minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fi ħdan in-Network stabbiliti skont dan ir-Regolament. Abbażi tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jaqsmu l-informazzjoni rilevanti dwar il-fornituri ta’ riskju għoli mal-entitajiet rilevanti tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-entitajiet mhumiex mistennija jivverifikaw jekk fornitur hux fil-kontroll barrani iżda jistgħu jistrieħu għalkollox fuq l-informazzjoni li jirċievu mingħand l-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li ma jiġi impost l-ebda piż amministrattiv żejjed fuq dawk l-entitajiet.

(161)Biex tiġi żgurata konformità effettiva, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi miżuri superviżorji u ta’ infurzar li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissorveljaw entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżegwixxu l-kompiti superviżorji u ta’ infurzar tagħhom fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet, jenħtieġ li dawn ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju u jkunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

(162)Biex l-infurzar isir effettiv u konsistenti madwar l-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu pprovduti setgħat ta’ infurzar li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw għall-ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta jeżerċitaw dawn is-setgħat ta’ infurzar, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw b’mod xieraq għadd ta’ fatturi, inklużi n-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, id-dannu materjali jew mhux materjali kkawżat, jekk il-ksur kienx intenzjonali jew negliġenti, l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni tad-dannu materjali jew mhux materjali, il-grad ta’ responsabbiltà jew kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti, il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ infurzar, inklużi l-penali, ikunu proporzjonati u jenħtieġ li l-impożizzjoni tagħhom tkun soġġetta għal salvagwardji proċedurali xierqa f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-drittijiet tad-difiża.

(163)Huwa importanti wkoll li tiġi prevista s-setgħa li jiġu imposti ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, biex iġiegħlu lil entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 twaqqaf ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità ma’ deċiżjoni preċedenti tal-awtorità kompetenti.

(164)Biex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li kull awtorità kompetenti jkollha s-setgħa li timponi jew titlob l-impożizzjoni ta’ penali.

(165)Għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ penali fuq entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li hija impriża, jenħtieġ li impriża tinftiehem bħala impriża f’konformità mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Meta tiġi imposta multa fuq persuna li ma tkunx impriża, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis il-livell ġenerali tal-introjtu fl-Istat Membru u s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna, meta tkun qed tikkunsidra l-ammont xieraq tal-penali. Jenħtieġ li jkunu l-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-awtoritajiet pubbliċi jkunux soġġetti għal penali u sa liema punt. Jenħtieġ li l-impożizzjoni ta’ penali ma taffettwax l-applikazzjoni ta’ setgħat oħra tal-awtoritajiet kompetenti.

(166)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli ddettaljati relatati mat-tariffi imposti mill-ENISA, atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza maħsuba biex jipprevedu elementi fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw proċeduri għal approvazzjoni minn qabel jew mudelli ta’ delega ġenerali, atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati taċ-ċibersigurtà ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu pjan għal rieżami bejn il-pari, atti ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti l-proċeduri, inkluż dwar il-kooperazzjoni transfruntiera, għall-awtorizzazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, atti ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, atti ta’ implimentazzjoni li jiddeżinjaw pajjiż terz bħala pajjiż li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà lill-ktajjen tal-provvista tal-ICT, atti ta’ implimentazzjoni li jidentifikaw l-assi ewlenin tal-ICT użati għall-manifattura ta’ prodotti jew għall-forniment ta’ servizzi minn entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li l-entitajiet li joperaw f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra huma soġġetti għal miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi u li jispeċifikaw il-perjodi ta’ żmien għall-eliminazzjoni gradwali ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT ipprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli, atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ulterjorment il-kundizzjonijiet rigward l-eżenzjoni għal entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz, kif ukoll l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli ddettaljati relatati mat-tariffi imposti mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta’ eżami. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli rilevanti għal ċerti miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

(167)Huwa neċessarju li l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jirriflettu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi, theddid relatat ġdid u l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni li tistabbilixxi d-dimostrazzjoni tal-konformità u l-preżunzjoni tal-konformità permezz taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea mar-rekwiżiti rilevanti taċ-ċibersigurtà ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex iżżid jew timmodifika l-objettivi tas-sigurtà li jsegwu l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Bl-istess mod, fl-interessi ta’ qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jiġi adattat għall-iżviluppi teknoloġiċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(168)Jenħtieġ li l-attivitajiet tal-ENISA jkunu soġġetti għal evalwazzjoni regolari u indipendenti. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tqis l-objettivi tal-ENISA u r-rilevanza tal-kompiti tagħha, b’mod partikolari l-kompiti tagħha relatati mal-kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Fil-każ ta’ rieżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa kif jista’ jissaħħaħ ir-rwol tal-ENISA bħala punt ta’ referenza għall-pariri u għall-kompetenza esperta.

(169)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq Kriterji Komuni (EUCC, European Common Criteria-based cybersecurity certification scheme). L-EUCC hija l-ewwel u l-unika skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament (UE) 2019/881. Din tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, inklużi prodotti li jappartjenu għall-oqsma tekniċi “kards intelliġenti u apparati simili” u “apparati tal-hardware b’kaxxi tas-sigurtà” u profili ta’ protezzjoni (bħala proċessi tal-ICT). Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll tal-attivitajiet tal-Aġenzija.

(170)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 70 u ppreżentaw opinjoni konġunta [data].

(171)Jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 2019/881.

(172)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)il-missjoni, l-objettivi, il-kompiti u l-materji organizzattivi relatati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA);

(b)qafas għall-istabbiliment ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bil-għan li jiġi żgurat livell adegwat ta’ ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet fl-Unjoni, kif ukoll bl-għan li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni; u

(c)qafas affidabbli tal-katina tal-provvista tal-ICT.

2.Il-qafas imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi f’atti legali oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni volontarja jew obbligatorja.

3.Il-qafas imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu japplika għall-entitajiet pubbliċi jew privati ta’ tip imsemmi fl-Anness I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jipprovdu s-servizzi tagħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni.

4.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet Statali essenzjali tal-Istati Membri, inklużi l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat, iż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. B’mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa’ r-responsabbiltà unika ta’ kull Stat Membru.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet neċessarji biex jiġu protetti n-networks u sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi, u persuni oħra affettwati minn ċibertheddid;

(2)“entitajiet tal-Unjoni” tfisser entitajiet tal-Unjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841;

(3)“fornitur awtorizzat tal-attestazzjoni” tfisser entità, pubblika jew privata, li għaliha l-ENISA adottat deċiżjoni li tawtorizza lil dik l-entità tagħti attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà kif stabbilit fi skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà;

(4)“attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà” tfisser rekord, b’format diġitali jew fiżiku, li jafferma li individwu jkun jaf, jifhem u jista’ jwettaq il-kompiti assoċjati ma’ profil tar-rwol jew ma’ subsett ta’ profil tar-rwol tal-Qafas Ewropew għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà (“ECSF”), wara valutazzjoni kif inhu stabbilit fi skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà;

(5)“skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, trekwiżiti, standards u proċeduri stabbiliti mill-ENISA u assoċjati ma’ profil tar-rwol tal-ECSF jew ma’ subsett tiegħu, u li japplikaw għall-fornituri tal-attestazzjonijiet awtorizzati u li jiġu applikati minnhom;

(6)“network u sistema ta’ informazzjoni” tfisser network u sistema tal-informazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 6, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(7)“strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà” tfisser strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà kif iddefinita fl-Artikolu 6, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(8)“inċident” tfisser inċident kif iddefinit fl-Artikolu 6, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(9)“inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira” tfisser inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira kif iddefinit fl-Artikolu 6, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(10)“trattament tal-inċident” tfisser trattament tal-inċident kif iddefinit fl-Artikolu 6, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(11)“ċibertheddida” tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali li tista’ tagħmel ħsara, tfixkel jew timpatta ħażin mod ieħor lil networks u sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi u lil persuni oħra;

(12)“skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, ta’ rekwiżiti tekniċi, ta’ standards u ta’ proċeduri li huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet speċifika;

(13)“skema nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà” tfisser sett komprensiv ta’ regoli, ta’ rekwiżiti tekniċi, ta’ standards u ta’ proċeduri żviluppati u adottati minn awtorità pubblika nazzjonali u li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-iskema speċifika;

(14)“ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà” tfisser dokument li jinħareġ minn korp rilevanti, li jiddikjara li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti partikolari, jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità tkun ġiet evalwata għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(15)“dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE” tfisser dokument maħruġ minn manifattur jew minn fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew mill-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, li jiddikjara li l-issodisfar tar-rekwiżiti li jikkorrispondu għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni, stabbilit fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, ikun intwera permezz ta’ awtovalutazzjoni tal-konformità;

(16)“prodott tal-ICT” tfisser element jew grupp ta’ elementi ta’ network jew sistema ta’ informazzjoni;

(17)“servizz tal-ICT” tfisser servizz li jikkonsisti b’mod sħiħ jew prinċipalment mit-trażmissjoni, mill-ħżin, mis-sejbien jew mill-ipproċessar ta’ informazzjoni permezz ta’ network u sistemi tal-informazzjoni;

(18)“proċess tal-ICT” tfisser sett ta’ attivitajiet imwettqa biex jiġi ddisinjat, żviluppat, fornit jew mantnut prodott tal-ICT jew servizz tal-ICT;

(19)“servizz tas-sigurtà ġestit” tfisser servizz ipprovdut lil parti terza li jikkonsisti fit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà, bħat-trattament tal-inċidenti, l-ittestjar tal-penetrazzjoni, l-awditjar tas-sigurtà u l-konsulenza, inkluż pariri esperti relatati mal-appoġġ tekniku, jew l-għoti ta’ assistenza għal dawk l-attivitajiet;

(20)“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(21)“korp nazzjonali tal-akkreditament” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditament kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(22)“valutazzjoni tal-konformità” tfisser valutazzjoni ta’ konformità kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(23)“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(24)“standard” tfisser standard kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 71 ;

(25)“speċifikazzjoni teknika” tfisser speċifikazzjoni teknika kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(26)“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(27)“livell ta’ assigurazzjoni” tfisser bażi għall-kunfidenza li prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà speċifika, u tindika l-livell li fih prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT, servizz tas-sigurtà ġestit jew qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità tkun ġiet evalwata iżda fil-fatt ma tkejjilx is-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entità kkonċernata;

(28)“awtovalutazzjoni tal-konformità” tfisser azzjoni mwettqa minn manifattur jew minn fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew mill-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni, li tevalwa jekk dawk il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ skema Ewropea speċifika ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(29)“qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet” tfisser il-livell ta’ ċibersigurtà tal-entitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà;

(30)“mudell ta’ approvazzjoni minn qabel” tfisser mudell li bih korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ joħroġ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bbażat fuq il-valutazzjoni minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-kuntest ta’ proċess ta’ ċertifikazzjoni speċifiku taħt skema rilevanti;

(31)“mudell ta’ delega ġenerali” tfisser mudell li bih korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ joħroġ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bbażat fuq delega ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(32)“skwadra ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters” jew “CSIRT” tfisser CSIRT kif innominata jew stabbilita skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(33)“komponenti tal-ICT” tfisser prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT jew proċessi tal-ICT li jistgħu jintużaw fl-operat tal-assi tal-ICT;

(34)“assi tal-ICT” tfisser assi ta’ software jew ta’ hardware fin-network u fis-sistemi ta’ informazzjoni użati minn entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(35)“assi ewlenin tal-ICT” tfisser assi tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102;

(36)“network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) XX/XXXX [il-proposta għad-DNA];

(37)“kontroll” tfisser il-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali, direttament jew indirettament, permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar;

(38)“stabbiliment” tfisser l-eżerċizzju effettiv tal-attività permezz ta’ arranġamenti stabbli fil-pajjiż fejn l-entità għandha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew is-sede prinċipali tagħha;

(39)“fornitur ta’ riskju għoli” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)entità stabbilita f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 100, jew ikkontrollata minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz;

(b)entità deżinjata f’konformità mal-Artikolu 103(7) u entitajiet ikkontrollati minn dik l-entità;

(40) “katina tal-provvista tal-ICT” tfisser ġabra ta’ servizzi tal-ICT, prodotti tal-ICT u proċessi tal-ICT li jinkludu attivitajiet u atturi involuti fl-istadji kollha upstream ta’ prodott li jkun qiegħed isir disponibbli jew servizz li jkun qiegħed jiġi pprovdut fis-suq;

(41)“pajjiż terz” tfisser pajjiż terz kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2023/2675 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 72 ;

(42)“riskju mhux tekniku” tfisser il-probabbiltà li l-fornitur ikun soġġett għal influwenza ta’ pajjiż terz bil-potenzjal li jikkawża telf jew tfixkil tas-servizz ipprovdut jew li jikkomprometti l-prodott immanifatturat minn entità jew li jwassal għal esfiltrazzjoni tad-data, inkluż għall-finijiet ta’ spjunaġġ jew ġenerazzjoni tad-dħul;

(43)“riskju mhux tekniku sinifikanti marbut maċ-ċibersigurtà” tfisser riskju mhux tekniku marbut maċ-ċibersigurtà li jista’ jiġi preżunt li għandu probabbiltà għolja li jikkawża inċident li jista’ jwassal għal impatt negattiv serju, inkluż billi jikkawża telf jew tfixkil materjali jew mhux materjali konsiderevoli;

(44)“funzjonijiet ewlenin tan-network ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli” tfisser l-element arkitettoniku ċentrali tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli li jgħaqqad nodi ewlenin tan-network mal-Internet u jimmaniġġja funzjonijiet essenzjali tas-sistema li jinkludu l-awtentikazzjoni tat-tagħmir tal-utenti, il-funzjonijiet ta’ interċettazzjoni legali (LI, Lawful Interception), il-gateways tas-sigurtà (SeGW, Security Gateways) fit-tarf tan-network, il-funzjonijiet tas-sigurtà tas-sinjalar, il-ġestjoni tar-roaming u tas-sessjonijiet, it-trasport tad-data tal-pjan tal-utent u tal-kontroll, il-ġestjoni tal-politika tal-aċċess, ir-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ servizzi tan-network, il-ħżin ta’ data tal-utent finali u tan-network, is-servizzi kritiċi tan-network inkluża s-sistema ta’ ismijiet ta’ dominji (DNS, Domain Name System), l-interkonnessjoni ma’ networks mobbli ta’ partijiet terzi, l-esponiment ta’ funzjonijiet tan-network ewlenin għal applikazzjonijiet esterni, u l-għażla u l-ġestjoni ta’ partizzjonijiet tan-network;

(45)“virtwalizzazzjoni tal-funzjoni tan-network (NFV, Network Function Virtualisation) u l-ġestjoni u l-orkestrazzjoni tan-network (MANO, Management And Network Orchestration) ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli” tfisser il-qafas tas-software u arkitettoniku li jiżgura l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-orkestrazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-funzjonijiet tan-network virtwalizzati (VNFs, Virtualised Network Functions), il-funzjonijiet tan-network nattivi fuq il-cloud (CNFs, Cloud-native Network Functions) u l-għażla u l-ġestjoni ta’ partizzjonijiet tan-network fin-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli;

(46)“network ta’ aċċess għar-radju (RAN, Radio Access Network) ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli” tfisser in-network li jgħaqqad it-tagħmir tal-utent mobbli man-network ewlieni, inklużi stazzjonijiet bażi (eNodeB għal 4G, gNodeB għal 5G), unitajiet tar-radju remoti (RRH, Remote Radio Heads) u unitajiet tal-baseband (BBU, Baseband Units), sistemi tal-antenna attivi (AAS, Active Antenna Systems), u fejn applikabbli, komponenti diżaggregati tal-RAN bħal unitajiet ċentralizzati (CU, Centralised Units) u unitajiet distribwiti (DU, Distributed Units), u l-kontrollur intelliġenti tal-RAN (RIC, RAN Intelligent Controller);

(47)“funzjonijiet ewlenin tan-network ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi” tfisser l-intelliġenza ewlenija tan-network, il-konnessjoni tan-nodi ewlenin u t-trattament ta’ firxa ta’ funzjonijiet essenzjali, inklużi l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-utent (AAA, Authentication And Authorisation), il-funzjonijiet ta’ inċertezzazzjoni legali (LI), is-sistema ta’ ismijiet ta’ dominji (DNS) u s-servizzi tal-indirizzi tal-IP (DHCP, Dynamic Host Configuration Protocol), il-ġestjoni tal-politika tal-aċċess, il-ħżin tad-data tal-utent finali u tan-network, il-qlib u r-routing tal-IP, u l-gateways tal-internet internazzjonali (IIG, International Internet Gateways);

(48)“sistema ta’ ġestjoni tan-network ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi ” tfisser il-pjattaformi ċentralizzati u l-komponenti tas-software kollha neċessarji għall-operat, għall-amministrazzjoni, għall-manutenzjoni u għall-proviżjonament (OAM&P, Operation, Administration, Maintenance and Provisioning) tan-network u għall-monitoraġġ ta’ informazzjoni relatata man-network;

(49)“funzjonijiet tat-trasport u tat-trażmissjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fissi” tfisser il-komponenti kollha neċessarji għall-backhaul u għall-aggregazzjoni tat-traffiku fin-network kollu, inklużi tagħmir ottiku tat-trasport, konnessjonijiet tal-microwave u sistemi ta’ kejbil taħt il-baħar li jinkludu t-tagħmir ta’ taħt l-ilma kif ukoll it-tagħmir terminali tal-linja taħt il-baħar (SLTE, Submarine Line Terminal Equipment) u l-faċilitajiet tal-istazzjon tal-ħatt fiżiku;

(50)“network ta’ aċċess ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi” tfisser in-network li jgħaqqad il-bini tal-utent finali mal-aggregazzjoni jew man-network ewlieni, inkluż it-terminazzjoni ta’ linja ottika (OLT, Optical Line Termination) u t-terminazzjoni tan-network ottiku (ONT, Optical Network Termination) għal networks tal-fibra; sistema ta’ terminazzjoni tal-modem bil-kejbil koassjali (CMTS, Coaxial Cable Modem Termination System) u modems tal-kejbil għal networks tal-kejbil koassjali, u komponenti fissi ta’ aċċess bla fili meta użati bħala sostitut għal linja fissa.

TITOLU II
L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAĊ-ĊIBERSIGURTÀ

Kapitolu I
Missjoni u Objettivi

Artikolu 3 Missjoni tal-ENISA

1.Il-missjoni tal-ENISA hija li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-entitajiet tal-Unjoni fil-kisba ta’ livell għoli ta’ ċibersigurtà, ta’ reżiljenza u ta’ fiduċja ċibernetiċi fl-Unjoni.

2.L-ENISA għandha taġixxi bħala punt ta’ referenza għal pariri u għal kompetenza esperta dwar iċ-ċibersigurtà għall-Istati Membri, kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħra fl-Unjoni.

3.L-ENISA għandha tagħti kontribut biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern billi twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

4.L-ENISA għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha mill-atti legali tal-Unjoni.

5.L-ENISA għandha tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha stess, inklużi kapaċitajiet u ħiliet tekniċi u umani, neċessarji biex twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4 Objettivi tal-ENISA

1.L-ENISA għandha tkun ċentru tal-kompetenza esperta dwar iċ-ċibersigurtà bis-saħħa tal-indipendenza tagħha, tal-kwalità xjentifika u teknika tal-konsulenza, tal-kontribuzzjonijiet u l-assistenza li toffri, tal-informazzjoni li tipprovdi, tat-trasparenza tal-proċeduri tal-operat tagħha, tal-metodi tal-operat u tad-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

2.L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri u, fejn xieraq, lill-entitajiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni orizzontali u settorjali tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà, inklużi l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

3.L-ENISA għandha tipprovdi l-kompetenza esperta tagħha u tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà.

4.L-ENISA għandha tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet u l-preparatezza madwar l-Unjoni billi tassisti lill-Istati Membri, lill-entitajiet tal-Unjoni, tramite s-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) imsemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841, u lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex iżidu l-protezzjoni tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom, jiżviluppaw u jtejbu r-reżiljenza ċibernetika u l-kapaċitajiet ta’ rispons.

5.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà u għat-tkabbir tal-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi tappoġġa l-isforzi għall-iżvilupp tat-trasferibbiltà tal-ħiliet madwar l-Unjoni, inkluż bil-manutenzjoni u l-adozzjoni tal-ECSF u bl-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-adozzjoni ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Kapitolu II, it-Taqsima 4, ta’ dan it-Titolu, u billi tiżgura l-għoti ta’ taħriġ f’konformità mal-Artikolu 6(8).

6.L-ENISA għandha tippromwovi l-kooperazzjoni, inklużi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, fost l-Istati Membri, l-entitajiet tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti privati u pubbliċi f’materji marbuta maċ-ċibersigurtà.

7.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għal aktar kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni taċ-ċibertheddid u r-rispons għalih.

8.L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni, inkluż billi tikkontribwixxi għall-għarfien sitwazzjonali kondiviż tax-xenarju taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi fost l-Istati Membri u, b’kooperazzjoni mas-CERT-UE, fost l-entitajiet tal-Unjoni.

9.L-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Europol, is-CSIRTs u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra biex ittejjeb il-preparatezza għaċ-ċibersigurtà u r-rispons għal inċidenti tar-ransomware.

10.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u għall-manutenzjoni ta’ qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f’konformità mat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. L-ENISA għandha tippromwovi l-użu taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà, biex tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern.

11.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tas-suq uniku diġitali billi tinvolvi ruħha f’ħidma ta’ standardizzazzjoni rilevanti għall-politiki tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà u billi tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi.

12.L-ENISA għandha tippromwovi livell għoli ta’ għarfien fiċ-ċibersigurtà fost l-organizzazzjonijiet u n-negozji.

Kapitolu II
Kompiti

Taqsima 1 Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni

Artikolu 5Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni

1.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni billi:

(a)tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, inkluż billi toħroġ gwida u rapporti tekniċi, billi tipprovdi pariri u tikkondividi l-aqwa prattiki, u billi tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward;

(b)tappoġġa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan is-setturi u bejniethom, b’mod partikolari fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tal-prodotti b’elementi diġitali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847, billi tipprovdi l-aqwa prattiki u gwida dwar l-għodod u l-proċeduri disponibbli;

(c)meta tintalab mill-Kummissjoni, tassisti lill-Istati Membri billi tipprovdi appoġġ, bħal gwida teknika, inkluż dwar miżuri tal-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà, għodod għall-valutazzjoni tal-maturità taċ-ċibersigurtà u l-playbooks dwar ir-rispons għall-inċidenti, imfassla għas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 jew appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ prinċipji ta’ “sigurtà mid-disinn” għall-prodotti b’elementi diġitali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2847, biex jiġu ffaċilitati t-titjib tal-livelli tal-maturità taċ-ċibersigurtà u l-konformità mal-liġi tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà;

(d)tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 (“Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS”), tal-Grupp Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali stabbilit skont l-Artikolu 46e(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, tal-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (“ECCG”) kif imsemmi fl-Artikolu 90 ta’ dan ir-Regolament, u tal-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ADCO) stabbilit skont l-Artikolu 52(15) tar-Regolament (UE) 2024/2847;

(e)tassisti lill-Istati Membri u lill-entitajiet rilevanti fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta’ politiki dwar iċ-ċibersigurtà relatati mal-appoġġ għad-disponibbiltà u għall-integrità ġenerali tal-qalba pubblika tal-Internet miftuħ;

(f)f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2847, tipprovdi pariri u appoġġ tekniċi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar materji relatati mal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament;

(g)tassisti lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ assistenza reċiproka u fl-iffaċilitar ta’ tali proċessi ta’ kooperazzjoni għal entitajiet essenzjali u importanti skont [l-Artikolu 37a tad-Direttiva (UE) 2022/2555];

(h)meta tintalab mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tipprovdi pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi taċ-ċibersigurtà tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

2.L-ENISA għandha tikkontribwixxi għal valutazzjonijiet tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni, inkluż dawk imwettqa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

3.L-ENISA għandha toħroġ linji gwida dwar l-interoperabbiltà tan-network u tas-sistemi ta’ informazzjoni użati għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż fir-rigward taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2025/38.

4.L-ENISA għandha tkun membru tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

5.Meta tintalab mill-Kummissjoni, l-ENISA għandha tipprovdi kompetenza esperta, pariri tekniċi, informazzjoni jew analiżijiet, jew twettaq ħidma preparatorja dwar materji speċifiċi taċ-ċibersigurtà biex isservu ta’ tagħrif għat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 6Bini tal-kapaċitajiet

L-ENISA għandha tassisti:

(1)lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-analiżi taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi, u l-kapaċità li jirrispondu għalihom, billi tipprovdilhom għarfien u kompetenza esperta;

(2)lill-Istati Membri, meta jitolbu dan, huma u jistabbilixxu u jimplimentaw b’mod volontarju politiki dwar l-iżvelar tal-vulnerabbiltajiet;

(3)f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841, lis-CERT-UE u lill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà fl-isforzi tagħhom biex jappoġġaw lill-entitajiet tal-Unjoni fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà tagħhom, itejbu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-analiżi taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi, u l-kapaċità li jirrispondu għal dawn iċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi;

(4)lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ CSIRTs nazzjonali, fejn mitluba skont l-Artikolu 10(10) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(5)lill-Istati Membri fl-iżvilupp jew fl-aġġornament ta’ strateġija nazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għall-valutazzjoni ta’ dik l-istrateġija, fejn mitluba skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, tippromwovi t-tixrid ta’ dawk l-istrateġiji u tieħu nota tal-progress fl-implimentazzjoni tagħhom fl-Unjoni kollha biex tippromwovi l-aqwa prattiki;

(6)lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jitolbu dan, huma u jiżviluppaw u jirrieżaminaw l-istrateġiji tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà, jippromwovu t-tixrid tagħhom u jsegwu l-progress fl-implimentazzjoni tagħhom;

(7)lis-CSIRTs nazzjonali biex itejbu l-livell tal-kapaċitajiet tagħhom, inkluż bil-promozzjoni ta’ djalogu u skambji tal-informazzjoni, ħalli jkun żgurat li, fir-rigward tal-ogħla livell tal-iżvilupp tekniku, kull CSIRT jkollha sett komuni ta’ kapaċitajiet minimi u topera skont l-aqwa prattiki;

(8)lill-Istati Membri, lill-entitajiet tal-Unjoni u lil partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati fl-isforzi tagħhom biex jivvalutaw, ikabbru u jtejbu l-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà, inkluż billi jiżviluppaw, iħaddmu u jippromwovu l-adozzjoni ta’ għodod rilevanti, bħall-ECSF u skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà f’konformità mat-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu;

(9)lill-korpi pubbliċi rilevanti kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati privati billi twettaq taħriġ immirat, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(10)lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS fl-iskambju tal-aqwa prattiki u tal-informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 skont l-Artikolu 14(4), il-punt (c), ta’ dik id-Direttiva;

(11)lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq deżinjati skont ir-Regolament (UE) 2024/2847 fl-attivitajiet tagħhom li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ dak ir-Regolament, inklużi l-appoġġ għall-gwida u l-pariri tekniċi lill-operaturi ekonomiċi, l-appoġġ għall-kontrolli tal-konformità, l-evalwazzjoni tar-riskji, l-attivitajiet konġunti u s-sweeps kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/2847;

(12)lill-membri tal-ECCG fl-iskambju tal-aqwa prattiki u meta jintalab minn Stati Membri individwali tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-livell nazzjonali;

(13)lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-partijiet ikkonċernati privati fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ evalwazzjoni, inklużi l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex jappoġġaw ekosistema ta’ valutazzjoni tal-konformità robusta, kompetittiva, inklużiva u armonizzata li tappoġġa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2847 u l-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(14)liċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/887 billi tikkondividi informazzjoni dwar ir-riskji u ċ-ċibertheddid attwali u emerġenti, inkluż fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ġodda u emerġenti;

(15)lill-Istati Membri billi tipprovdi appoġġ tekniku, inkluż għall-istabbiliment u għall-operat ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja fil-qasam taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 7Tixrid tal-għarfien u riżerva tat-talenti

L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ixerrdu l-għarfien dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà u tippromwovi l-viżibbiltà tagħhom billi tiżviluppa għodod u gwida azzjonabbli. L-ENISA għandha tappoġġa inizjattivi li għandhom l-għan li jżidu r-riżerva ta’ talenti fiċ-ċibersigurtà Ewropea, b’mod partikolari billi tikkoordina l-kompetizzjonijiet.

Artikolu 8Għarfien u analiżijiet tas-suq

1.L-ENISA għandha twettaq u xxerred analiżijiet tax-xejriet ewlenin tas-suq fis-suq taċ-ċibersigurtà kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll fuq in-naħa tal-provvista, b’mod partikolari relatati mal-oqsma fejn jeżistu jew huma ppjanati skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u l-kategoriji ta’ prodotti koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847, inklużi l-Annessi III u IV ta’ dak ir-Regolament.

2.L-ENISA għandha twettaq u xxerred analiżijiet tax-xejriet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet u tal-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tal-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847.

3.L-ENISA għandha tibni l-għarfien u xxerred il-pariri tekniċi u l-analiżijiet dwar l-għodod taċ-ċibersigurtà tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, l-istandards tal-oqfsa u l-aqwa prattiki.

Artikolu 9Kooperazzjoni internazzjonali

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fi ħdan oqfsa rilevanti ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà, billi:

(a)fejn xieraq, tkun involuta bħala osservatur fl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji internazzjonali, u tanalizza u tirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-eżitu ta’ dawn l-eżerċizzji;

(b)meta tintalab mill-Kummissjoni, tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)meta tintalab mill-Kummissjoni, tipprovdilha kompetenza esperta;

(d)tagħti pariri esperti u appoġġ lill-Kummissjoni dwar materji relatati mar-rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 87;

(e)tagħti pariri esperti u appoġġ lill-Kummissjoni dwar materji li jikkonċernaw l-istandardizzazzjoni internazzjonali u tkun involuta ma’ organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni internazzjonali rilevanti, fejn rilevanti, f’kollaborazzjoni mal-ECCG stabbilit skont l-Artikolu 90.

Taqsima 2

Kooperazzjoni Operazzjonali

Artikolu 10 Kooperazzjoni operazzjonali fil-livell tal-Unjoni

1.L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri, l-entitajiet tal-Unjoni permezz tas-CERT-UE, u bejn partijiet ikkonċernati oħra.

2.L-ENISA għandha tkun membru tan-network tas-CSIRTs nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u għandha tipprovdi s-segretarjat tan-network tas-CSIRTs skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

3.L-ENISA għandha tipprovdi lis-segretarjat tan-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) skont l-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

4.L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni teknika u operazzjonali fost l-Istati Membri, b’mod partikolari bin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe. Dan l-appoġġ għandu jinkludi:

(a)tagħti pariri dwar titjib tal-kapaċitajiet biex jiġu evitati, identifikati u indirizzati l-inċidenti u jsir irkupru minnhom;

(b)meta tintalab minn Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi pariri u valutazzjonijiet rigward ċibertheddid jew inċidenti ċibernetiċi speċifiċi potenzjali jew attwali, inkluż billi tipprovdi kompetenza esperta u tiffaċilita trattament tekniku ta’ dawk l-inċidenti, u billi tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja bejn l-Istati Membri ta’ informazzjoni rilevanti u soluzzjonijiet tekniċi;

(c)tanalizza vulnerabbiltajiet, theddid u inċidenti;

(d)meta tintalab minn Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi appoġġ f’inkjesti tekniċi ex post fir-rigward ta’ inċidenti sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 23(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(e)tikkontribwixxi fl-appoġġ għal ġestjoni kkoordinata ta’ inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell operazzjonali, b’mod partikolari billi tassisti lill-EU-CyCLONe fit-tħejjija ta’ rapporti fil-livell politiku u billi tiffaċilita l-kondiviżjoni fil-ħin ta’ informazzjoni bejn in-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe;

5.Meta tintalab minn Stat Membru jew entità tal-Unjoni u b’kooperazzjoni mas-CERT-UE, l-ENISA għandha tappoġġa komunikazzjoni pubblika konsistenti dwar ċibertheddida jew inċident ċibernetiku.

6.L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bis-CERT-UE fost l-entitajiet tal-Unjoni rigward il-varar ta’ għodod tal-komunikazzjoni sigura. Fin-network tas-CSIRTs u fl-EU-CyCLONe, l-ENISA għandha tħaddem għodod tal-komunikazzjoni sigura pprovduti minn entitajiet legali stabbiliti jew meqjusa stabbiliti fl-Unjoni u kkontrollati minn Stati Membri jew minn ċittadini ta’ Stati Membri.

Artikolu 11Għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar iċ-ċibersigurtà

1.Biex ittejjeb l-għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar ix-xenarju taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi fost l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni, l-ENISA għandha:

(a)tiżviluppa b’kooperazzjoni mal-EU-CyCLONe, man-network tas-CSIRTs, mal-Kummissjoni, mas-CERT-UE, mal-Europol u ma’ entitajiet rilevanti oħra tal-Unjoni, repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid, inkluż xejriet f’inċidenti, tattiki, tekniki u proċeduri;

(b)f’konformità mal-Artikolu 12, toħroġ twissijiet bikrija ta’ inċident sinifikanti jew fuq skala kbira potenzjali jew attwali, jew ta’ ċibertheddida ta’ natura transfruntiera potenzjali, b’mod partikolari fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(c)tipprovdi analiżijiet ad hoc fil-ħin dwar xejriet emerġenti fl-inċidenti meta tintalab min-network tas-CSIRTs, l-EU-CyCLONe jew il-Kummissjoni;

(d)tipprovdi analiżijiet jew informazzjoni oħra meta tintalab minn xi Stati Membri jew mill-Kummissjoni, dwar riskji jew theddid reali jew perċepiti b’rabta maċ-ċibersigurtà;

(e)tipprovdi analiżi u pariri tekniċi dwar ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà fil-prodotti b’elementi diġitali, inkluż biex tiġi appoġġata s-sorveljanza tas-suq u billi tfassal rapport tekniku biennali dwar ix-xejriet emerġenti f’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2024/2847;

(f)tħejji Rapport dwar is-Sitwazzjoni Teknika taċ-Ċibersigurtà fl-UE regolari u dettaljat dwar inċidenti u ċibertheddid, u tagħmel ir-rapport disponibbli għall-Kunsill, l-EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni, għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Europol;

(g)timmonitorja x-xejriet fit-tekniki, id-domandi u l-impatt tal-attakki tar-ransomware u tipprovdi informazzjoni dwar tali xejriet lill-Kummissjoni, in-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe u l-Europol.

2.Biex ittejjeb l-għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar ix-xenarju taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi fost il-partijiet ikkonċernati, l-ENISA għandha:

(a)twettaq analiżijiet ta’ ċibertheddid, inċidenti, xejriet, teknoloġiji emerġenti u l-impatti tagħhom, inkluż analiżijiet regolari li jindirizzaw lis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u kategoriji tal-prodotti rilevanti koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847;

(b)tipprovdi, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u, meta xieraq, man-network tas-CSIRTs, pariri, gwida u l-aqwa prattiki għas-sigurtà tan-networks u s-sistemi tal-informazzjoni, b’mod partikolari għas-sigurtà tal-infrastrutturi li jappoġġaw is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(c)twettaq analiżijiet strateġiċi fit-tul dwar iċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi biex tidentifika xejriet emerġenti u tgħin fil-prevenzjoni tal-inċidenti.

3.L-ENISA tista’ tagħmel l-analiżijiet, il-pariri, il-gwida, l-aqwa prattiki u r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 pubbliċi, bi qbil mal-entitajiet kontribwenti msemmija fil-paragrafu 2.

4.Fit-twettiq tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (d) u (f), u fil-paragrafu 2, l-ENISA għandha tuża l-analiżijiet tagħha stess u, kif xieraq, l-informazzjoni li tirċievi fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inklużi:

(a)informazzjoni pprovduta f’sorsi disponibbli għall-pubbliku, inklużi vulnerabbiltajiet magħrufa għall-pubbliku fi prodotti tal-ICT jew f’servizzi tal-ICT disponibbli fil-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b)informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri, mill-entitajiet tal-Unjoni, mis-CERT-UE, mis-settur privat jew mis-sħab mhux governattivi u minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġetta għal kwalunkwe limitazzjoni permezz ta’ marka viżibbli dwar distribuzzjoni ulterjuri ta’ dik l-informazzjoni.

5.L-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri fit-tħejjija tar-Rapport tal-UE dwar is-Sitwazzjoni Teknika taċ-Ċibersigurtà msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e). Ir-Rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni disponibbli pubblikament, l-analiżi tal-ENISA stess u r-rapporti kondiviżi minn, fost l-oħrajn, is-CSIRTs tal-Istati Membri jew il-punti uniċi ta’ kuntatt stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2022/2555, it-tnejn fuq bażi volontarja, l-EC3 u s-CERT-UE. Bi qbil mal-entitajiet kontribwenti, l-ENISA tista’ tagħmel verżjoni aggregata tar-Rapport disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 12Twissijiet bikrija

1.It-twissijiet bikrija msemmija fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar inċident sinifikanti jew fuq skala kbira potenzjali jew attwali, jew fuq ċibertheddida ta’ natura transfruntiera potenzjali, fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Tali informazzjoni tista’ tinkludi vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament u jekk dawn jaffettwawx prodotti b’elementi diġitali koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847, tekniki u proċeduri, indikaturi ta’ kompromess, tattiċi kontradittorji, informazzjoni speċifika għall-atturi tat-theddid u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri ta’ mitigazzjoni.

2.It-twissijiet bikrija msemmija fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jinħarġu mill-aktar fis possibbli lis-CSIRT(s) ikkonċernati u, meta xieraq, lin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe.

3.L-ENISA għandha toffri servizz ta’ twissija bikrija lill-entitajiet li joperaw fis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

4.Is-servizz imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jingħata meta jintalab mill-entità u b’format disponibbli għall-pubbliku li jista’ jinqara minn magna. Dak is-servizz għandu jinkludi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-indikaturi taċ-ċibertheddid u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri tal-mitigazzjoni.

5.L-ENISA għandha tistabbilixxi proċedura għat-tixrid tat-twissijiet bikrija lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 13 Appoġġ fir-rispons u fir-rieżami tal-inċidenti

1.L-ENISA għandha topera u tamministra r-Riżerva taċ-Ċibersigurtà tal-UE, kompletament jew parzjalment, f’konformità mar-Regolament (UE) 2025/38.

2.Meta tintalab mill-Kummissjoni jew l-EU-CyCLONe, l-ENISA, bl-appoġġ tan-network tas-CSIRTs u bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tirrieżamina u tivvaluta inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2025/38.

3.L-ENISA għandha tassisti, b’kooperazzjoni mal-Europol u s-CSIRTs jew awtoritajiet kompetenti oħra kif applikabbli, lil entitajiet essenzjali u importanti individwali elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fit-tħejjija u r-rispons għal inċident tar-ransomware u fl-irkupru minnu. Għal dak il-għan, l-ENISA għandha tistabbilixxi helpdesk u, b’mod partikolari, tuża l-għarfien sitwazzjonali kondiviż dwar ix-xenarju taċ-ċibertheddid u l-inċidenti ċibernetiċi skont l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (g), ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14 Eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni

1.L-ENISA għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-kompilazzjoni ta’ programm kontinwu annwali ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni

2.L-ENISA għandha żżomm repożitorju tat-tagħlimiet meħuda mill-eżerċizzji msemmija fil-paragrafu 1 u tirrakkomanda lill-Istati Membri u, fejn rilevanti, lill-entitajiet tal-Unjoni kif jimplimentaw it-tagħlimiet meħuda b’mod effettiv u effiċjenti.

3.Meta tintalab mill-EU-CyCLONe jew il-Kummissjoni, l-ENISA għandha torganizza jew tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, inkluż biex tittestja l-preparatezza tar-rispons għal inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-Unjoni.

4.Meta tintalab minn Stati Membri, l-ENISA għandha tappoġġahom fl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji nazzjonali taċ-ċibersigurtà.

5.Meta tintalab mis-CERT-UE, l-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà organizzati mis-CERT-UE skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841.

Artikolu 15Forniment ta’ għodod u ta’ pjattaformi

1.L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif meħtieġ, għodod tekniċi operazzjonali, inklużi pjattaformi relatati maċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-pjattaforma unika ta’ rapportar stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847 [u l-punt ta’ dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti stabbilit skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555], u għodod ta’ ttestjar biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2.Fejn xieraq għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni man-network tas-CSIRTs u, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 16Servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet

L-ENISA għandha tiżviluppa kapaċità ta’ servizzi komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet u tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet lill-partijiet ikkonċernati billi:

(a)tmantni l-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b)tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet lill-partijiet ikkonċernati, abbażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet, u tuża informazzjoni rilevanti disponibbli għall-ENISA;

(c)fejn xieraq, tidħol f’kooperazzjoni strutturata ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu programmi, reġistri jew bażijiet tad-data simili għall-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet;

(d)tappoġġa b’mod attiv lis-CSIRTs deżinjati bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jistgħu jimpattaw b’modi sinifikanti lil entitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(e)tiżviluppa u twettaq manutenzjoni ta’ metodoloġiji u mekkaniżmi ta’ governanza għall-identifikazzjoni u l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, is-CSIRTs, l-industrija u l-komunità tar-riċerka.

Taqsima 3

Ċertifikazzjoni u Standardizzazzjoni taċ-Ċibersigurtà

Artikolu 17Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.L-ENISA għandha tikkontribwixxi u tippromwovi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif stabbilit fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. L-ENISA għandha tkun responsabbli:

(a)biex tħejji skemi kandidati Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) għal prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti, u l-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet f’konformità mal-Artikolu 74 u, meta applikabbli, tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi f’konformità mal-Artikolu 77;

(b)tħaddem skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 75, inkluż fid-dawl ta’ rieżami possibbli tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 76;

(c)tippromwovi l-adozzjoni tal-iskemi adottati u tħaddem sit web apposta biex tipprovdi informazzjoni u pubbliċità dwar skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 79;

(d)torganizza bini tal-kapaċitajiet b’rabta ma’ proċessi taċ-ċertifikazzjoni, attivitajiet tal-evalwazzjoni, rieżami bejn il-pari, u valutazzjoni bejn il-pari, inkluż billi tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri meta jitolbuha f’konformità mal-Artikolu 6, il-punt (12).

2.L-ENISA għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fi:

(a)il-governanza tal-ECCG skont l-Artikolu 90;

(b)l-organizzazzjoni ta’ Assemblea Ewropa taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 72(1);

(c)attivitajiet relatati mar-rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 87;

(d)l-organizzazzjoni ta’ rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 89;

(e)it-tħejjija ta’ dispożizzjonijiet mudell li jridu jiġu referenzjati fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti, u l-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet f’konformità mal-Artikolu 81(5).

Artikolu 18Standardizzazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi u gwida

1.L-ENISA għandha tabbozza speċifikazzjonijiet u gwida tekniċi biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà. Meta tabbozza dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ENISA għandha tikkunsidra l-istandards Ewropej u internazzjonali eżistenti kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra. L-ENISA għandha tiżgura l-konsistenza tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tal-gwida tagħha.

2.L-ENISA għandha timmonitorja u, meta rilevanti, tipparteċipa u tmexxi attivitajiet li joħolqu standardizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u, f’konformità mal-Artikolu 9, fil-livell internazzjonali, biex tappoġġa l-politiki tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà.

3.L-ENISA għandha tappoġġa l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ algoritmi kriptografiċi. Meta l-ENISA tevalwa xi algoritmu kriptografiku b’mod pożittiv, din għandha tikkoopera mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 biex tappoġġa l-istandardizzazzjoni tiegħu.

4.L-ENISA għandha tipprovdi pariri tekniċi lill-Kummissjoni u, meta rilevanti, lill-Istati Membri, dwar standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi xierqa li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni b’rabta maċ-ċibersigurtà, inkluż għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/2847, oqsma tekniċi għall-finijiet tal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(1), il-punt (d).

5.L-ENISA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-abbozzi ta’ standards armonizzati biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

6.L-ENISA għandha tippromwovi l-adozzjoni ta’ standards Ewropej u internazzjonali għaċ-ċibersigurtà.

7.L-ENISA għandha twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 6 b’integrità, b’imparzjalità u b’kunfidenzjalità, inkluż billi tirtira jew twaqqaf il-parteċipazzjoni tagħha minn korpi tekniċi speċifiċi meta dik il-parteċipazzjoni tkun f’kunflitt ma’ kompiti jew objettivi oħra.

Taqsima 4Implimentazzjoni tal-Akkademja tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà

Artikolu 19Qafas Ewropew għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà

1.L-ENISA għandha tiżviluppa u tippubblika Qafas Ewropew għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà (“ECSF”). Qabel ma tagħmel l-ECSF disponibbli għall-pubbliku jew taġġornah skont il-paragrafu 4, l-ENISA għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni.

2.L-ECSF għandu jiddefinixxi l-profili tal-professjonisti taċ-ċibersigurtà u l-assoċjazzjoni ta’ kompiti, ta’ ħiliet u ta’ għarfien speċifiċi ma’ profil ta’ rwol partikolari. L-użu tal-ECSF għandu jkun volontarju għall-entitajiet pubbliċi u privati.

3.L-ENISA tista’ tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati dwar l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-ECSF.

4.L-ENISA għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġi aġġornat l-ECSF fuq bażi regolari u, meta rilevanti, taġġornah.

Artikolu 20Żvilupp, adozzjoni u manutenzjoni ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà

1.L-ENISA għandha tiżviluppa, tadotta u tmantni skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. L-użu ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għandu jkun volontarju għall-korpi pubbliċi nazzjonali u għall-entitajiet privati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mil-liġi nazzjonali.

2.Qabel ma tibda skema ġdida tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, l-ENISA għandha tikkonsulta lill-Kummissjoni. L-ENISA għandha tadotta biss skema bħal din wara opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni. Meta tkun qed tħejji skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, l-ENISA tista’ tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

3.Skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)is-suġġett u l-ambitu tal-iskema ta’ attestazzjoni abbażi tal-profili tar-rwol tal-ECSF jew tas-subsettijiet tagħhom;

(b)ir-rekwiżiti applikabbli għall-individwi mħarrġa biex iwettqu valutazzjonijiet (“assessuri”) f’konformità mal-Artikolu 21, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza neċessarji kif ukoll il-metodi ta’ taħriġ;

(c)analiżi tal-adozzjoni mis-suq, speċifika għal kull skema tal-attestazzjoni;

(d)l-eżiti tal-apprendiment, il-metodi ta’ valutazzjoni u l-kundizzjonijiet li l-fornituri tal-attestazzjoni awtorizzati għandhom jużaw biex jevalwaw id-dimostrazzjoni ta’ individwu tal-ħiliet meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 21;

(e)fejn rilevanti, livell ta’ profiċjenza wieħed jew aktar;

(f)ir-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords mill-fornituri ta’ attestazzjoni awtorizzati;

(g)il-kontenut u l-format tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li jitqies kif xieraq l-Artikolu 21(5), il-punt (e);

(h)il-perjodu ta’ validità massimu ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema ta’ attestazzjoni.

4.Skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà tista’ tinkludi l-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

5.L-ENISA għandha tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri matul it-tħejjija tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

6.Il-modifika ta’ skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà ma għandhiex taffettwa l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 22(3)(a), li għandha tibqa’ valida għall-perjodu li għalih tkun ingħatat.

Artikolu 21 Fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet

1.Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk l-individwi jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u, meta dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, joħorġu attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. Il-fornituri tal-attestazzjonijiet jista’ jkollhom diversi awtorizzazzjonijiet, kull waħda minnhom mogħtija għal skema partikolari tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

2.L-ENISA għandha tipprovdi gwida għall-assessuri, u tagħtihom taħriġ obbligatorju, rigward ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ valutazzjoni inklużi fl-iskema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), il-punt (b).

3.L-entitajiet li jixtiequ jsiru fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jew iġeddu l-awtorizzazzjoni tagħhom (“applikanti”) għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-ENISA. Dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)għandu jkollhom personalità ġuridika;

(b)għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, irrispettivament minn jekk il-valutazzjoni jagħmilhiex il-fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet innifsu jew f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu;

(c)għandu jkollhom il-mezzi neċessarji biex iwettqu l-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-iskema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà b’mod xieraq u għandu jkollhom aċċess għat-tagħmir u għall-faċilitajiet neċessarji kollha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), kwalunkwe sottokuntrattar lil persunal estern, jew konsultazzjoni tiegħu, għandu jkun iddokumentat kif suppost, ma għandu jinvolvi l-ebda intermedjarju u għandu jkun soġġett għal ftehim bil-miktub li jkopri, fost affarijiet oħra, il-kunfidenzjalità u l-kunflitti ta’ interess.

4.L-applikanti ma għandhomx ikunu fornituri ta’ riskju għoli.

5.Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jissodisfaw l-obbligi li ġejjin:

(a)għall-implimentazzjoni ta’ kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà:

(i)ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-assessuri u l-persunal neċessarji biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom kif stabbilit f’dik l-iskema fil-ħin;

(ii)jiżguraw li l-assessuri josservaw is-segretezza professjonali, ikunu imparzjali u jwettqu xogħolhom b’mod indipendenti u bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali;

(iii)ikollhom proċeduri bil-miktub għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom taħt l-iskema li huma awtorizzati għaliha.

(b)ma jivvalutawx jew ma joħorġux attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà lill-assessuri tagħhom stess;

(c)jiżguraw, fejn rilevanti, billi jistabbilixxu salvagwardji xierqa, li l-assessuri tagħhom ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod indipendenti, b’mod partikolari meta tali individwi jappartjenu għall-istruttura tagħhom stess jew ikunu impjegati jew studenti ta’ tali struttura;

(d)ma jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew mal-integrità tal-assessuri tagħhom;

(e)jiżguraw li, meta jintalab mill-individwu, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’format li jista’ jinħażen fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

6.Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jinformaw minnufih lill-ENISA jekk xi wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafi 3 u 4 jew mill-obbligi elenkati fil-paragrafu 5, ma jibqax issodisfat jew jekk ikun hemm xi dubju li dawk ir-rekwiżiti jew l-obbligi ma jkunux issodisfati, inkluż fir-rigward tal-indipendenza tal-assessuri.

7.Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jistgħu jitolbu tariffa mingħand individwi għall-valutazzjoni u għall-ħruġ tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li jqisu l-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 20(4) kif disponibbli fuq sit web apposta f’konformità mal-Artikolu 23, il-punt (d).

8.L-applikanti u l-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jippermettu lill-ENISA twettaq evalwazzjonijiet bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjoni jew mill-manutenzjoni tal-awtorizzazzjoni u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, jew l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 5, jiġu ssodisfati jew ikomplu jiġu ssodisfati f’konformità mal-Artikolu 22(2).

Artikolu 22 Eżami tal-applikazzjonijiet biex wieħed isir fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-awtorizzazzjonijiet

1.L-applikanti għandhom iħallsu tariffa lill-ENISA għall-eżami tal-applikazzjoni tagħhom. Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom iħallsu tariffa lill-ENISA għall-manutenzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

2.L-ENISA għandha tevalwa jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u (4) u l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21(5) iunux issodisfati jew għadhomx issodisfati mill-applikanti u mill-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

3.Wara li teżamina applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u (4), l-ENISA tista’ toħroġ waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)tagħti lill-applikant l-istatus ta’ fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet jew iġġedded dan l-istatus;

(b)tirrifjuta l-applikazzjoni għal fornitur awtorizzat tal-attestazzjonijiet jew ma ġġeddidhiex;

(c)tagħlaq l-ipproċessar tal-applikazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni tal-applikant wara talba għal informazzjoni addizzjonali mill-ENISA.

L-ENISA tista’ temenda, tissospendi jew tirrevoka deċiżjonijiet bħal dawn abbażi tal-evalwazzjoni tagħha skont l-Artikolu 22(2) jew fil-każ imsemmi fl-Artikolu 21(6).

4.L-ENISA għandha toħroġ id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21(3). Meta l-ENISA tkun talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant, l-ENISA għandha toħroġ id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien xahar minn meta tirċievi informazzjoni addizzjonali.

5.Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a), għandu ttul sa tliet snin u tindika t-tariffa relatata mal-manutenzjoni annwali tal-awtorizzazzjoni.

6.L-ENISA għandha tiżgura li l-attivitajiet tagħha relatati mal-iżvilupp u mal-adozzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà kif stabbiliti fl-Artikolu 20 ikunu strettament separati u mwettqa b’mod indipendenti mill-attivitajiet dwar l-eżami tal-applikazzjonijiet u dwar l-evalwazzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, il-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 23 Informazzjoni pubblika

L-ENISA għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar:

(a)l-ECSF, inkluż il-qafas u l-iskeda taż-żmien tiegħu għall-aġġornament;

(b)l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, il-progress u l-iskedi taż-żmien tagħhom għall-iżvilupp tagħhom;

(c)it-tariffi assoċjati ma’ kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament;

(d)il-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 20(4);

(e)il-lista ta’ fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

Kapitolu III 
Organizzazzjoni tal-ENISA

Artikolu 24 Struttura amministrattiva u maniġerjali tal-ENISA

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-ENISA għandha tinkludi:

(a)Bord tat-Tmexxija li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28;

(b)Bord Eżekuttiv li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30;

(c)Direttur Eżekuttiv li għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 32;

(d)Viċi Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 34;

(e)Grupp Konsultattiv tal-ENISA;

(f)Bord tal-Appelli li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 39 u 42.

Taqsima 1 Bord tat-Tmexxija

Artikolu 25 Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn membru wieħed maħtur minn kull Stat Membru u minn żewġ membri maħtura mill-Kummissjoni. Il-membri kollha għandu jkollhom id-dritt li jivvotaw.

2.Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu sostitut. Is-sostituti għandhom jirrappreżentaw lill-membri fl-assenza tagħhom.

3.Kull Stat Membru għandu jaħtar il-kap ta’ awtorità nazzjonali kompetenti deżinjat skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bħala l-membru tal-Bord tat-Tmexxija. Fejn dan ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri għandhom jaħtru rappreżentant ta’ livell għoli ta’ awtorità nazzjonali kompetenti deżinjat skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bħala l-membru tal-Bord tat-Tmexxija.

4.Il-membri maħtura mill-Kummissjoni u s-sostituti tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tas-sostituti għandu jkollhom l-għan li jiksbu bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord tat-Tmexxija u għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw id-dawran tagħhom biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija.

5.Il-mandat tal-membri maħtura mill-Istati Membri għandu jkun ugwali għall-mandat tal-funzjoni tagħhom imsemmi fil-paragrafu 3.

6.Il-mandat tas-sostituti u tal-membri maħtura mill-Kummissjoni għandu jtul erba’ snin. Dak il-mandat għandu jkun jista’ jiġġedded.

Artikolu 26 President tal-Bord tat-Tmexxija

1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi drittijiet tal-vot.

2.Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk il-President ikun ipprevenut milli jwettaq dmirijietu.

3.Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jtul erba’ snin u jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe mument tul il-mandat tagħhom, dak il-mandat għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

Artikolu 27 Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

1.Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot.

3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza mill-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa’ b’inizjattiva tal-President tiegħu, jew meta jintalab mill-Kummissjoni jew minn imqar terz tal-membri tiegħu.

4.Rappreżentant miċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/887 għandu jkun osservatur permanenti, mingħajr drittijiet tal-vot, fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

5.Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi laqgħa, jew parti minn laqgħa, bħala osservatur ad hoc, mingħajr drittijiet tal-vot u soġġetta għar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

6.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jistgħu ikunu assistiti fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija minn konsulenti jew minn esperti, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 28 Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

(a)jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li l-ENISA topera f’konformità mar-regoli u mal-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament; għandu jiżgura wkoll il-konsistenza tal-ħidma tal-ENISA mal-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni;

(b)jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 44, qabel ma dan jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni;

(c)filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA f’konformità mal-Artikolu 29(2), il-punt (a);

(d)jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm pluriennali u annwali inkluż fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni;

(e)jadotta l-baġit annwali tal-ENISA f’konformità mal-Artikolu 29(2), il-punt (b), u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-ENISA f’konformità mal-Kapitolu IV;

(f)jivvaluta u jadotta r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, inklużi l-kontijiet u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha; jissottometti kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-valutazzjoni ta’ dan sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jagħmel ir-rapport annwali pubbliku;

(g)jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA f’konformità mal-Artikolu 50;

(h)jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jikkunsidra analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(i)jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet interni jew esterni u mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);

(j)jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inklużi r-regoli għal deċiżjonijiet proviżorji dwar id-delega ta’ kompiti speċifiċi, skont l-Artikolu 30(7);

(k)jeżerċita, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-persunal tal-ENISA, is-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropej (il-“Kundizzjonijiet tal-Impjieg”) stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 73 , rispettivament, dwar l-awtorità tal-ħatra u dwar l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(l)jadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

(m)jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, jekk jiddeċiedi li joħloq il-funzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, u fejn rilevanti jestendi l-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-kariga f’konformità mal-Artikolu 31;

(n)jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu;

(o)jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ENISA u, fejn neċessarja, il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni, filwaqt li jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-ENISA u jqis il-ġestjoni baġitarja soda;

(p)jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol fir-rigward tal-Artikolu 68;

(q)jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 70;

(r)jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikolu 29(2), il-punt (d);

(s)jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bord tal-Appell.

2.F’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq mal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom tkun tista’ tiġi sospiża dik id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jissottodelega dawk is-setgħat.

3.Meta jkun meħtieġ hekk minn ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe setgħa tal-awtorità tal-ħatra li tkun ġiet sottodelegata mid-Direttur Eżekuttiv u, minflok, jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 29 Regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni

1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot, ħlief jekk previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

2.Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-drittijiet tal-vot għal dawn:

(a)l-adozzjoni tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 28(1)(c);

(b)l-adozzjoni tal-baġit annwali msemmi fl-Artikolu 28(1)(e);

(c)il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv, kif imsemmi fl-Artikoli 31 u 33;

(d)il-ħatra u t-tneħħija tal-membri tal-Bord tal-Appell, kif imsemmi fl-Artikolu 36.

3.Deċiżjonijiet dwar materji baġitarji jew tar-riżorsi umani, b’mod partikolari materji msemmija fl-Artikolu 28(1), il-punti (c), (e), (f), (g), (h), (i), (k), (l), (m), (n), għandhom jiġu adottati biss jekk ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jixħtu vot pożittiv. Għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-punt (c), rigward id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA, għandu jkun meħtieġ vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Kummissjoni biss fuq l-elementi tad-deċiżjoni li mhumiex relatati mal-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-ENISA.

4.Kull membru bi drittijiet tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ membru bid-dritt tal-vot, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tal-membru.

5.Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

6.Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

7.Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti tal-votazzjoni aktar fid-dettall, b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi meta membru jkun jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor.

Taqsima 2 Bord Eżekuttiv

Artikolu 30 Bord Eżekuttiv

1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2.Il-Bord Eżekuttiv għandu:

(a)iħejji d-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(b)jiżgura, flimkien mal-Bord tat-Tmexxija, li jkun hemm segwitu xieraq għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti tal-awditjar jew mill-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE;

(c)mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv stabbiliti fl-Artikolu 32, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

3.Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni għall-Bord tat-Tmexxija u minn tliet membri oħra li jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Il-mira tal-ħatriet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandha tkun li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv mingħajr id-dritt għal vot.

4.Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jtul erba’ snin. Dak il-mandat għandu jkun jista’ jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

5.Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu mqar laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.

6.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

7.Meta jkun neċessarju minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f’isem il-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari dwar materji ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluża s-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u materji baġitarji. Kwalunkwe deċiżjoni proviżorja bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Bord tat-Tmexxija mingħajr dewmien żejjed. Imbagħad, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proviżorja mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux jieħu deċiżjonijiet f’isem il-Bord tat-Tmexxija li jirrikjedu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi drittijiet tal-vot.

Taqsima 3 Direttur Eżekuttiv

Artikolu 31Ħatra, sensja u estensjoni tal-mandat

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, abbażi tal-mertu u tal-ħiliet minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ selezzjoni miftuħa u trasparenti.

2.Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri.

3.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-ENISA skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.

4.Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-ENISA għandha tiġi rrappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

5.Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jtul ħames snin. Fi żmien xieraq qabel jintemm dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-ENISA.

6.Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi skont proposta tal-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux aktar minn ħames snin.

7.Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura ta’ selezzjoni oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu ġenerali.

8.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-paragrafu 6. Fi żmien tliet xhur qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv, jekk jiġi mistieden, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri.

9.Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 32 Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jamministra l-ENISA u għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.

2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe korp ieħor.

3.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu meta jiġi mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

4.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-ENISA.

5.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-ENISA minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu:

(a)jiżgura l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-ENISA;

(b)jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)jiżgura l-konformità mar-regoli finanzjarji tal-ENISA;

(d)iħejji l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni għal opinjoni;

(e)jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(f)iħejji r-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, inkluża l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni;

(g)iħejji pjan ta’ azzjoni li jimxi mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi tal-ENISA kif imsemmi fl-Artikolu 121, u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni;

(h)iħejji pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar u ta’ evalwazzjonijiet interni jew esterni, u investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b’mod regolari lill-Bord tat-Tmexxija;

(i)iħejji l-abbozz tar-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA kif imsemmija fl-Artikolu 50;

(j)iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-ENISA u jimplimenta l-baġit tagħha;

(k)jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva tal-OLAF u tal-UPPE, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(l)iħejji strateġija kontra l-frodi, strateġija ta’ titjib fl-effiċjenza u ta’ sinerġija, strateġija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u strateġija għall-ġestjoni organizzazzjonali u għas-sistemi ta’ kontroll intern għall-ENISA, u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(m)jiżviluppa u jżomm kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(n)jiskambja fehmiet u informazzjoni b’mod regolari mal-entitajiet rilevanti tal-Unjoni rigward l-attivitajiet tagħhom relatati maċ-ċibersigurtà biex tiġi żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni f’dak il-qasam;

(o)jippromwovi d-diversità u l-bilanċ bejn il-ġeneri fir-reklutaġġ tal-persunal tal-ENISA;

(p)jadotta skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 20(1);

(q)jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikanti biex isiru fornituri awtorizzati tal-attestazzjoni jew biex iġeddu l-awtorizzazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 22(3);

(r)iwettaq kompiti oħra assenjati minn dan ir-Regolament lid-Direttur Eżekuttiv.

6.Fejn neċessarju, u fi ħdan l-objettivi u l-kompiti tal-ENISA, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jwaqqaf gruppi ta’ ħidma ad hoc magħmulin minn esperti, inklużi esperti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf b’dan lill-Bord tat-Tmexxija bil-quddiem. Il-proċeduri, b’mod partikolari dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma, il-ħatra tal-esperti fil-gruppi ta’ ħidma mid-Direttur Eżekuttiv u l-operat tal-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-ENISA.

7.Fejn neċessarju għall-fini li l-kompiti tal-ENISA jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv u abbażi ta’ analiżi xierqa tal-kostijiet u l-benefiċċji, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Qabel ma jiddeċiedi jekk għandux jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttivi għandu jitlob l-opinjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-Istat Membru li fih tkun tinstab is-sede tal-ENISA, u għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istati Membri kkonċernati, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kunsill għal diskussjoni. L-għadd aggregat ta’ membri tal-persunal fl-uffiċċji lokali kollha għandu jinżamm f’livell minimu u ma għandux jaqbeż l-40 % tal-għadd totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tal-ENISA. L-għadd tal-membri tal-persunal f’kull uffiċċju lokali ma għandux jaqbeż l-10 % tal-għadd totali tal-membri tal-persunal tal-ENISA li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun tinstab is-sede tal-ENISA.

8.Id-deċiżjoni li tistabbilixxi uffiċċju lokali għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jkunu se jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’tali mod li jiġu evitati kostijiet żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ENISA.

Taqsima 4 Viċi Direttur Eżekuttiv

Artikolu 33 Viċi Direttur Eżekuttiv

1.Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li joħloq kariga ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv biex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv.

2.Fil-każ li l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li joħloq kariga ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 għandhom japplikaw għall-Viċi Direttur Eżekuttiv kif xieraq.

Artikolu 34 Kompiti u responsabbiltajiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv

Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv fil-ġestjoni tal-ENISA u fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 32. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, jew il-kariga tkun vakanti, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu matul iż-żmien tal-assenza jew sakemm timtela l-kariga.

Taqsima 5 Grupp Konsultattiv tal-ENISA

Artikolu 35Grupp Konsultattiv tal-ENISA

1.Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi b’mod trasparenti l-Grupp Konsultattiv tal-ENISA. Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jkun magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-industrija taċ-ċibersigurtà, l-industrija tal-ICT, l-SMEs, l-entitajiet li joperaw fis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-manifatturi ta’ prodotti b’elementi diġitali u l-amministraturi tas-software b’sors miftuħ skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/2847, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità nnotifikati skont il-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 93 u fir-Regolament (UE) 2024/2847, l-entitajiet li joperaw fil-qasam tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, il-gruppi tal-konsumaturi, l-esperti akkademiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet superviżorji tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tad-data. Dawk l-esperti rikonoxxuti għandhom ikunu ċittadini ta’ Stati Membri. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jimmira li jiżgura bilanċ xieraq bejn il-ġeneri u ġeografiku, kif ukoll bilanċ bejn il-gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati.

2.Il-proċeduri għall-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu, il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, l-għadd u l-ħatra ta’ membri tiegħu u l-operat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-ENISA u għandhom isiru pubbliċi.

3.Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jippresedih id-Direttur Eżekuttiv jew xi persuna li d-Direttur Eżekuttiv jaħtar abbażi ta’ każ b’każ.

4.Il-mandat tal-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jtul sentejn u nofs u jkun jista’ jiġġedded darba. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija ma għandhomx ikunu membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA. L-esperti mill-Kummissjoni u l-esperti mill-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jkunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jistieden rappreżentanti ta’ korpi oħra li ma jkunux membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA jattendu l-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.

5.Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jagħti pariri lill-ENISA fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ENISA, ħlief għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titoli III, IV u V ta’ dan ir-Regolament. Għandu, b’mod partikolari, jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma annwali.

6.Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija bl-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.

7.L-ENISA għandha tipprovdi l-appoġġ loġistiku neċessarju għall-Bord Konsultattiv tal-ENISA u tipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

Taqsima 6 Bord tal-Appell

Artikolu 36 Ħolqien u kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell

1.L-ENISA għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

2.Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u minn tliet membri oħra. Kull membru tal-Bord tal-Appell għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-President, lill-membri l-oħra u lis-sostituti tagħhom minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni. Il-lista tal-kandidati kwalifikati għandha tibqa’ valida għal erba’ snin. Il-validità ta’ din il-lista jista’ jestendiha l-Bord tat-Tmexxija għal perjodi ta’ erba’ snin addizzjonali skont proposta tal-Kummissjoni.

4.Meta l-Bord tal-Appell jidhirlu li n-natura tal-appell tkun tirrikjedi dan, jista’ jitlob lill-Bord tat-Tmexxija jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

5.Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

Artikolu 37 Membri tal-Bord tal-Appell

1.Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tal-Bord tal-Appell għandu jtul erba’ snin. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jġedded il-mandat tagħhom għal perjodi ta’ erba’ snin addizzjonali skont proposta tal-Kummissjoni.

2.Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u ma għandhomx iwettqu dmirijiet oħra fl-ENISA. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, dawn la għandhom ifittxu u lanqas ma għandhom jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern, kwalunkwe korp ieħor jew kwalunkwe entità privata.

3.Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati waqt il-mandat tagħhom, dment li ma jkunx hemm raġuni serja għal tali tneħħija u l-Bord tat-Tmexxija jieħu din id-deċiżjoni għal dak l-għan, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 38 Esklużjoni u oġġezzjoni

1.Il-membri tal-Bord tal-Appell ma għandhomx jieħdu sehem f’xi proċediment tal-appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk kienu ħadu sehem fl-adozzjoni tad-deċiżjoni li dwarha jkun tressaq l-appell.

2.Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell jikkunsidra li huwa ma għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura tal-appell, huwa għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b’mod xieraq.

3.Parti għall-proċeduri tal-appell tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe membru tal-Bord tal-Appell dwar kwalunkwe raġuni elenkata fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett li l-membru ma jkunx imparzjali. Kwalunkwe oġġezzjoni ta’ dan it-tip ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja dwar raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri tal-appell tkun ħadet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri tal-Bord tal-Appell.

4.Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-finijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi ssostitwit fil-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu.

Artikolu 39 Appelli kontra deċiżjonijiet u nuqqasijiet li tittieħed azzjoni

1.Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra:

(a)deċiżjonijiet adottati mill-ENISA skont l-Artikolu 22(3);

(b)in-nuqqas tal-ENISA li taġixxi fi ħdan it-termini applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 22(4).

2.Appell imressaq skont il-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal reviżjoni interlokutorja f’konformità mal-Artikolu 41 qabel ma jitressaq quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami.

3.Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv.

Artikolu 40 Persuni intitolati li jappellaw, terminu u forma

1.L-applikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3) jistgħu jappellaw kontra

(a)deċiżjoni tal-ENISA indirizzata lilhom, skont l-Artikolu 22(3);

(b)in-nuqqas tal-ENISA li taġixxi fir-rigward ta’ applikazzjoni ppreżentata minnhom lill-ENISA fi ħdan it-termini applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 22(4).

2.Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 36(5) fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-applikant ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-jum meta l-applikant ikun sar jaf bid-deċiżjoni.

3.Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-appell għandu jiġi ppreżentat lill-ENISA bil-miktub f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 36(5) fi żmien xahrejn mill-jum tal-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 22(4).

Artikolu 41 Reviżjoni interlokutorja

1.Jekk l-ENISA tqis li l-appell ikun ammissibbli u li għandu bażi soda, hija għandha tirrettifika d-deċiżjoni jew in-nuqqas li tittieħed azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 40(1).

2.Jekk l-ENISA ma tirrettifikax id-deċiżjoni fi żmien xahar wara li jasal l-appell, hija għandha tiddeċiedi minnufih tissospendix l-applikazzjoni tad-deċiżjoni tagħha u għandha tirreferi l-appell lill-Bord tal-Appell.

Artikolu 42 Eżami tad-deċiżjonijiet dwar l-appelli

1.Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta jitressaq l-appell jekk jagħtix jew jekk jirrifjutax dak l-appell. Meta jeżamina appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi sal-iskadenzi stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Kull meta jkun neċessarju, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċeduri tal-appell biex iressqu, fi ħdan it-termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċeduri tal-appell. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali.

2.Meta l-Bord tal-Appell isib li r-raġunijiet għall-appell ikollhom bażi tajba, huwa għandu jgħaddi l-każ lill-ENISA. L-ENISA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f’konformità mas-sejbiet tal-Bord tal-Appell u għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. L-ENISA għandha tinforma lill-partijiet tal-proċeduri tal-appell kif xieraq.

Artikolu 43 Rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.Ir-rikorsi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ENISA adottati skont l-Artikolu 22(3), jew ir-rikorsi għal nuqqas ta’ azzjoni fi ħdan it-termini applikabbli skont l-Artikolu 22(4), jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara li tkun ġiet eżawrita l-proċedura ta’ appell fl-ENISA stabbilita fl-Artikoli 39 sa 42 jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni fi ħdan it-terminu applikabbli skont l-Artikolu 41(2).

2.L-ENISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 7 Operazzjonijiet

Artikolu 44Dokument uniku ta’ programmazzjoni

1.L-ENISA għandha topera skont dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tagħha, u li għandu jinkludi l-attivitajiet ippjanati kollha tagħha.

2.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bl-ippjanar finanzjarju u tar-riżorsi umani korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 74 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

3.Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 32(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715. Jekk il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li ma jqisx kwalunkwe element tal-opinjoni tal-Kummissjoni, huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni ddettaljata għal dik id-deċiżjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħaddi d-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, kif ukoll kull verżjoni ta’ dak id-dokument aġġornata sussegwentement.

4.Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

5.Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi l-objettivi ddettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji ta’ bbaġitjar u ta’ ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 7. Huwa għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti.

6.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jiġi assenjat kompitu ġdid lill-ENISA. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel programm ta’ ħidma annwali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa lid-Direttur Eżekuttiv biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.

7.Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluriennali u l-persunal.

8.Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata kull meta jkun xieraq u b’mod partikolari meta jkun neċessarju biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 120.

Kapitolu IV 
Stabbiliment u struttura tal-baġit tal-ENISA

Artikolu 45 Stabbiliment tal-baġit tal-ENISA

1.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz proviżorju tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-ENISA għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż it-tabella tal-persunal, u għandu jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija.

2.L-abbozz proviżorju tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi u fuq ir-riżultati mistennija tal-programm ta’ ħidma annwali u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji neċessarji biex jinkisbu dawk l-objettivi u r-riżultati mistennija, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni u ta’ prestazzjoni finanzjarja tajba.

3.Abbażi tal-abbozz proviżorju tal-estimi, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-ENISA għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

4.Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-abbozz tal-estimi għandu jkun disponibbli wkoll għall-ENISA.

5.Abbażi tal-abbozz tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tikkunsidra neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni, li għandha tissottometti lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

6.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-ENISA.

7.L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal tal-ENISA.

8.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-ENISA. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun neċessarju, għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

9.Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-ENISA, għandu japplika r-Regolament Delegat (UE) 2019/715.

Artikolu 46 Struttura tal-baġit tal-ENISA

1.L-estimi tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-ENISA għandhom jitħejjew kull sena finanzjarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-ENISA. Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.

2.Il-baġit tas-ENISA għandu jkun ibbilanċjat f’termini tad-dħul u tan-nefqa.

3.Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-ENISA għandu jkun magħmul minn dawn:

(a)kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)id-dħul assenjat lilpartiti speċifiċi tan-nefqa f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 50;

(c)il-finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ta’ għotjiet ad hoc f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-ENISA msemmija fl-Artikolu 50 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(d)it-tariffi imposti fuq l-applikanti għal attivitajiet relatati mal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 22(1);

(e)it-tariffi imposti fuq il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-parteċipazzjoni u għall-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 47(2);

(f)it-tariffi imposti fuq l-awtoritajiet pubbliċi jew fuq il-korpi privati għall-għodod tal-ittestjar kif imsemmi fl-Artikolu 47(3);

(g)kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-ENISA, kif previst mill-Artikolu 70(4);

(h)kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri fi flus jew in natura.

4.L-Istati Membri li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji, kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (g), ma għandhom jitolbu l-ebda dritt jew servizz speċifiku b’riżultat ta’ dan.

5.In-nefqa tal-ENISA għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, in-nefqiet amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operazzjonali.

Artikolu 47 Tariffi

1.Fir-rigward ta’ kull attività tal-iskema ta’ attestazzjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 22(1), it-tariffi li ġejjin għandhom jiġu imposti fuq l-applikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3) jew fuq il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet biex jikkontribwixxu biex ikopru l-kostijiet kollha tal-attivitajiet imwettqa mill-ENISA:

(a)il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet wara l-eżami tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u (4), inkluż it-twettiq tal-evalwazzjonijiet;

(b)il-manutenzjoni annwali tal-awtorizzazzjoni;

(c)it-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għall-fornituri tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, inkluż it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet.

2.Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, għandhom jiġu imposti t-tariffi li ġejjin fuq il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li taħthom jinħarġu ċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari:

(a)tariffa annwali għall-parteċipazzjoni fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; 

(b)tariffa għall-ħruġ ta’ ċertifikati taċ-ċibersigurtà Ewropej skont skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

It-tariffi msemmija fil-punt b) għandhom jiġu imposti meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissottometti ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà lill-ENISA għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu skont l-Artikolu 79.

3.Fir-rigward tal-għodod tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 15(1), għandha tiġi imposta tariffa fuq kull awtorità pubblika jew korp privat meta jużawhom.

4.It-tariffi għandhom ikunu espressi u pagabbli f’euro.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mad-determinazzjoni tat-tariffi li għandhom jiġu imposti mill-ENISA, li jispeċifikaw b’mod partikolari l-kostijiet stmati attribwibbli għal kull ważda mill-materji li għalihom huma imponibbli t-tariffi skont il-paragrafi 1, 2 u 3, u l-ammonti tat-tariffi individwali imponibbli, kif ukoll il-modi u l-kundizzjonijiet li bihom għandhom jitħallsu t-tariffi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA meta tħejji dawk l-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni.

6.It-tariffi ddeterminati mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu stabbiliti minn qabel biex ikunu proporzjonati għall-kostijiet stmati tal-attivitajiet imwettqa jew tas-servizzi mogħtija kif iddeterminat b’mod kosteffettiv u għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru dawk il-kostijiet. In-nefqa kollha tal-ENISA attribwita lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tiġi riflessa fil-kostijiet li għandhom jiġu koperti. It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f’livell tali li jiġi evitat defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus fil-baġit tal-ENISA. Is-surpluses baġitarji ġġenerati permezz tat-tariffi għandhom jiġu riportati biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-ENISA, b’mod partikolari l-attivitajiet futuri relatati mat-tariffi, jew biex jiġi kkumpensat it-telf imġarrab. Jekk bilanċ pożittiv sinifikanti fil-baġit, li jirriżulta minn attivitajiet koperti minn tariffi, isir rikorrenti, jew jekk bilanċ negattiv sinifikanti jirriżulta mill-forniment tas-servizzi koperti minn tariffi, il-Kummissjoni għandha temenda l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 biex tirrevedi l-metodu għall-kalkolu tat-tariffi f’konformità mal-Artikolu 118(2).

L-ammont tat-tariffi għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit f’livell tali biex jiġi żgurat li d-dħul fir-rigward tagħhom jikkontribwixxi biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-attivitajiet relatati mal-iżvilupp u mal-manutenzjoni ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej, mal-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet u mat-twassil u mat-tiġdid ta’ awtorizzazzjonijiet u dawk neċessarji għal dawk l-attivitajiet ta’ sorveljanza mill-ENISA.

L-ammont tat-tariffi għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit f’tali livell biex jiġi żgurat li d-dħul fir-rigward tagħhom jikkontribwixxi biżżejjed biex ikopri l-kostijiet kollha tal-attivitajiet relatati mal-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Artikolu 75.

L-ammont tat-tariffi għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 għandu jiġi stabbilit f’tali livell li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom jikkontribwixxi biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tal-attivitajiet relatati mal-forniment ta’ għodod ta’ ttestjar kif stabbilit fl-Artikolu 15(1).

7.L-ENISA għandha tipprovdi rapport dwar it-tariffi imposti u l-impatt tagħhom fuq il-baġit tagħha bħala parti mill-proċedura għall-preżentazzjoni tal-kontijiet stabbilita fl-Artikolu 50.

8.L-ENISA għandha tistabbilixxi sett ta’ indikaturi biex tkejjel il-volum ta’ xogħol, l-effettività u l-effiċjenza fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tat-tariffi. L-ENISA għandha tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha fir-rigward tat-tariffi biex tkun tista’ tlaħħaq b’mod adegwat ma’ tali domanda u ma’ kwalunkwe fluttwazzjoni fid-dħul mit-tariffi. L-ENISA għandha taqsam ir-rapport mal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni tista’ tuża għall-finijiet tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 120(1).

Artikolu 48 Implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA u għandu jaġixxi bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

2.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-ENISA bħalma jeżerċita fuq id-dipartimenti tal-Kummissjoni.

3.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri tal-evalwazzjoni.

Artikolu 49 Preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza

1.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ENISA għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara (sena N + 1).

2.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ENISA għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, fil-mod u fil-format meħtieġ minnu, sal-1 ta’ Marzu tas-sena N + 1.

3.L-ENISA għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.

4.Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-ENISA għas-sena N, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-ENISA għandu jfassal il-kontijiet finali tal-ENISA fir-responsabbiltà tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

5.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-ENISA għas-sena N.

6.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ENISA għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena N + 1, il-kontijiet finali għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

7.Link għall-paġni web li fihom il-kontijiet finali tal-ENISA għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena N + 1.

8.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, sat-30 ta’ Settembru tas-sena N + 1, tweġiba għall-osservazzjonijiet magħmula fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Kummissjoni.

9.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, meta jintalab minn dan tal-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni bla skossi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, f’konformità mal-Artikolu 267(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 50Regoli finanzjarji

1.Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-ENISA għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715 sakemm devjazzjoni bħal din ma tkunx meħtieġa b’mod speċifiku għall-operat tal-ENISA u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

2.L-ENISA għandha tistabbilixxi u timplimenta l-baġit tagħha f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha u mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 51 Ġlieda kontra l-frodi

1.Biex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 75 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni għall-attivitajiet tal-ENISA.

2.L-ENISA għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) 76 fi żmien sitt xhur minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta, kif imsemmija fl-Artikolu 127] u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal tagħha billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

3.Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditu, abbażi ta’ dokumenti u ta’ verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, fuq il-kuntratturi u fuq is-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-ENISA.

4.L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni ma’ għotja jew ma’ kuntratt iffinanzjat mill-ENISA, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 77 .

5.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4, il-ftehimiet ta’ ħidma ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja tal-ENISA għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

6.F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-UPPE jista’ jinvestiga u jieħu passi legali kontra każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 78 .

Artikolu 52 Dikjarazzjoni tal-interessi

1.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom kull wieħed jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni li tindika n-nuqqas jew il-preżenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jkun ikkunsidrat li jkun ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu akkurati u kompluti, għandhom isiru annwalment bil-miktub, u għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun neċessarju.

2.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, l-esperti esterni li jieħdu sehem fi gruppi ta’ ħidma ad hoc, għandhom, kull wieħed, mhux aktar tard mill-bidu ta’ kull laqgħa, jiddikjaraw b’mod akkurat u komplut kwalunkwe interess li jista’ jiġi kkunsidrat li jkun ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom b’rabta mas-suġġetti fuq l-aġenda u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni rigward tali suġġetti jew fil-votazzjoni dwarhom.

3.Fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-ENISA għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ interess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 53 Trasparenza

1.L-ENISA għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza u f’konformità mal-Artikolu 55.

2.L-ENISA għandha tiżgura li l-pubbliku u kull parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżultati ta’ ħidmitha. Hija għandha tqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet tal-interessi magħmula f’konformità mal-Artikolu 52.

3.Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jista’ jawtorizza lill-partijiet interessati biex josservaw il-proċedimenti ta’ xi wħud mill-attivitajiet tal-ENISA.

4.L-ENISA għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 54 Kunfidenzjalità fi ħdan l-ENISA

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, l-ENISA ma għandhiex tiddivulga lil persuni terzi l-informazzjoni li hija tipproċessa jew tirċievi li fir-rigward tagħha tkun saret talba mmotivata għal trattament kunfidenzjali.

2.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA, l-esperti esterni li jieħdu sehem fi gruppi ta’ ħidma ad hoc u l-membri tal-persunal tal-ENISA, inklużi l-uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità tal-Artikolu 339 tat-TFUE, anke wara t-terminazzjoni tad-dmirijiet tagħhom.

3.L-ENISA għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 55 Aċċess għad-dokumenti

1.Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-ENISA.

2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.Id-deċiżjonijiet meħuda mill-ENISA skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-oġġett ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-TFUE jew ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 263 tat-TFUE.

Kapitolu V 
Persunal u Uffiċjali ta’ Kollegament

Artikolu 56 Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, kif ukoll ir-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra jsiru effettivi għandhom japplikaw għall-persunal tal-ENISA.

2.Il-persunal tal-ENISA, l-uffiċjali ta’ kollegament u l-esperti nazzjonali sekondati lill-ENISA għandhom jgħaddu minn proċedura xierqa ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà.

Artikolu 57 Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TFUE għandu japplika għall-ENISA u għall-persunal tagħha.

Artikolu 58 Uffiċjali ta’ kollegament

1.Kull Stat Membru għandu jiddeżinja mill-anqas żewġ uffiċjali ta’ kollegament minn awtorità nazzjonali kompetenti deżinjata skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bħala esperti nazzjonali sekondati lill-ENISA biex jaħdmu fis-sede tagħha jew fl-uffiċċju lokali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 59(2). Il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja wkoll uffiċjal ta’ kollegament.

2.L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkontribwixxu għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ENISA, inkluż billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jappoġġaw ukoll lill-ENISA fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati rilevanti madwar l-Unjoni. Għandhom jaġixxu wkoll bħala punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-mistoqsijiet tal-Istati Membri tagħhom u marbuta mal-Istati Membri tagħhom, billi jwieġbu dawk il-mistoqsijiet direttament jew billi jikkoordinaw mal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

3.L-uffiċjali ta’ kollegament deżinjati mill-Istati Membri tagħhom għandhom ikunu intitolati jitolbu u jirċievu l-informazzjoni rilevanti kollha mill-Istati Membri tagħhom, kif previst minn dan ir-Regolament, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt nazzjonali u l-prattiki tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u tal-kunfidenzjalità.

Artikolu 59 Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.L-ENISA tista’ tuża esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-ENISA, fi kwalunkwe qasam ta’ ħidmitha. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ma għandhomx japplikaw għal persunal bħal dan.

2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar tal-esperti nazzjonali, inklużi l-uffiċjali ta’ kollegament, lill-ENISA.

Kapitolu VI 
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-ENISA

Artikolu 60Status ġuridiku tal-ENISA

1.L-ENISA għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.F’kull Stat Membru, l-ENISA għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tista’ tingħata lil persuni ġuridiċi skont id-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. B’mod partikolari, tista’ takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għal proċedimenti legali.

3.L-ENISA għandu jirrappreżentaha d-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 61 Sede

L-ENISA għandu jkollha s-sede tagħha f’Ateni, il-Greċja.

Artikolu 62 Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat

1.L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-ENISA fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti lid-Direttur Eżekuttiv, lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija, lill-persunal tal-ENISA u lill-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-ENISA u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

2.L-Istat Membru ospitanti tal-ENISA għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tal-ENISA, b’kont meħud tal-aċċessibbiltà tal-post, tal-eżistenza ta’ faċilitajiet ta’ edukazzjoni adegwati għat-tfal tal-membri tal-persunal, ta’ aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, għas-sigurtà soċjali u għall-kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi tal-membri tal-persunal.

Artikolu 63 Kontroll amministrattiv

L-operazzjonijiet tal-ENISA għandhom jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.

Artikolu 64 Responsabbiltà tal-ENISA

1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-ENISA għandha tkun irregolata bid-dritt applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni li taqta’ sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinstab f’kuntratt konkluż mill-ENISA.

3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-ENISA għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat minnha jew mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijietu, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri.

4.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni f’tilwimiet fuq kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

5.Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-ENISA fil-konfront tal-ENISA għandhom tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

Artikolu 65 Arranġamenti lingwistiċi

1.Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 79 għandu japplika għall-ENISA. L-Istati Membri u l-korpi l-oħra maħtura mill-Istati Membri jistgħu jindirizzaw lill-ENISA u jirċievu tweġiba bil-lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-għażla tagħhom.

2.It-traduzzjoni u s-servizzi lingwistiċi l-oħra kollha meħtieġa għall-funzjonament tal-ENISA, minbarra l-interpretazzjoni, għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 66 Protezzjoni tad-data personali

1.L-ipproċessar tad-data personali mill-ENISA għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta miżuri addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-ENISA.

Artikolu 67 Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ informazzjoni klassifikata

Bi qbil mal-Kummissjoni, l-ENISA għandha tadotta regoli tas-sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ IKUE, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 80 u 2015/444 81 . Dawk ir-regoli tas-sigurtà għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 68 Kooperazzjoni mal-entitajiet tal-Unjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali

1.Biex tiżgura l-konsistenza, toħloq sinerġiji u tindirizza materji ta’ tħassib komuni, l-ENISA għandha tikkoopera fuq materji relatati maċ-ċibersigurtà mas-CERT-UE u entitajiet rilevanti tal-Unjoni, inkluż il-Europol, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/887, u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi żgurata permezz ta’:

(a)l-iskambju tal-kompetenza esperta u tal-aqwa prattiki;

(b)il-forniment ta’ pariri u l-ħruġ ta’ gwida dwar materji marbuta maċ-ċibersigurtà;

(c)l-istabbiliment ta’ arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

3.L-ENISA għandha timpenja ruħha b’kooperazzjoni strutturata mas-CERT-UE, b’mod partikolari f’materji relatati mal-bini tal-kapaċitajiet, il-kooperazzjoni operazzjonali u l-analiżijiet strateġiċi fit-tul taċ-ċibertheddid.

4.L-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u superviżorji rilevanti deżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, inkluż ir-Regolament (UE) 2024/2847.

Artikolu 69 Kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

1.Fejn ikun neċessarju biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-ENISA għandha tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-industrija taċ-ċibersigurtà, l-industrija tal-ICT, l-SMEs, l-entitajiet li joperaw fis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-manifatturi, l-importaturi jew id-distributuri ta’ prodotti b’elementi diġitali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/2847, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u r-Regolament (UE) 2024/2847, l-entitajiet li joperaw fil-qasam tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, il-grupp tal-konsumaturi u l-esperti akkademiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà. Għal dak l-għan, l-ENISA tista’ tistabbilixxi sħubijiet pubbliċi-privati.

2.F’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont l-Artikolu 93. B’mod partikolari, tista’ tistabbilixxi grupp ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati għall-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki, filwaqt li toħloq sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/2847.

Artikolu 70 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

1.Sa fejn ikun neċessarju biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-ENISA tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, jew mat-tnejn li huma, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Għal dak l-għan, l-ENISA tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġetta għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma ma għandhomx joħolqu obbligi legali fuq l-Unjoni u fuq l-Istati Membri tagħha.

2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ materji li għalihom tkun kompetenti l-ENISA u f’konformità mal-prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ENISA topera fi ħdan il-limiti tal-mandat tagħha u tal-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma xierqa mad-Direttur Eżekuttiv.

3.Biex tappoġġa l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi li jkunu kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni, l-ENISA tista’ twassal il-kompetenza esperta tagħha dwar il-bini tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(a)il-valutazzjoni tal-livell ta’ maturità tal-kapaċitajiet u tar-riżorsi taċ-ċibersigurtà;

(b)it-tkabbir u t-titjib tal-forza tax-xogħol taċ-ċibersigurtà, inkluż billi jiġu promossi l-ECSF u l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, u billi jiġu pprovduti attivitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ;

(c)l-appoġġ għall-ippjanar u għall-eżekuzzjoni tal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà.

4.L-ENISA għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-ħidma tal-ENISA li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni f’dak ir-rigward. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet konklużi bejn il-pajjiżi terzi u l-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ ħidma, soġġetti għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, li jispeċifikaw b’mod partikolari n-natura, il-firxa u l-mod li bih dawk il-pajjiżi terzi għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-ENISA,u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-ENISA, dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u dwar il-persunal. Fir-rigward ta’ materji tal-persunal, dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal u mal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg fi kwalunkwe każ.

5.L-ENISA għandha tirrapporta b’mod regolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 4.

TITOLU III



QAFAS EWROPEW TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ

Kapitolu I 
Objettivi, Kamp ta’ Applikazzjoni u Proċeduri

Artikolu 71 Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jiġi stabbilit bil-ħsieb li jinħoloq suq uniku diġitali għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-entitajiet. Għal dak l-għan, huwa għandu jżid il-livell taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u jippermetti approċċ armonizzat għall-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif ukoll jisfrutta ċ-ċertifikazzjoni biex jiffaċilita l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

2.Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jipprevedi mekkaniżmu li jistabbilixxi skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jattesta dan li ġej:

(a)il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew evalwati f’konformità ma’ skemi bħal dawn ikunu konformi mr-rekwiżiti tas-sigurtà speċifikati għall-finijiet tal-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna jew trażmessa jew ipproċessata, jew tal-funzjonijiet jew is-servizzi offruti minn dawk il-prodotti, is-servizzi u l-proċessi, jew aċċessibbli permezz tagħhom, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(b)is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew evalwati f’konformità ma’ skemi bħal dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà speċifikati għall-finijiet tal-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data li tiġi aċċessata, ipproċessata, maħżuna jew trażmessa b’rabta mal-forniment ta’ dawk is-servizzi, u li dawk is-servizzi jiġu pprovduti kontinwament bil-kompetenza, bl-għarfien espert u bl-esperjenza meħtieġa minn persunal b’livell suffiċjenti u xieraq ta’ għarfien tekniku rilevanti u integrità professjonali;

(c)il-qagħda taċ-ċibersigurtà ta’ entità li tkun ġiet evalwata f’konformità ma’ skemi bħal dawn tkun konformi mar-rekwiżiti speċifikati taċ-ċibersigurtà.

3.Iċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà għandha tkun volontarja, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

4.Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà u dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE maħruġa skont il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu rrikonoxxuti awtomatikament fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 72 Informazzjoni pubblika u konsultazzjoni

1.Mill-anqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha torganizza, bl-appoġġ tal-ENISA, Assemblea Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, filwaqt li tistieden lill-membri tal-ECCG u lil esperti rilevanti oħra mill-Istati Membri, lill-esperti rilevanti mill-entitajiet tal-Unjoni u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jiddiskutu l-prijoritajiet strateġiċi għall-armonizzazzjoni fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin:

(a)l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mitluba għall-iżvilupp skont l-Artikolu 73;

(b)il-prijoritajiet strateġiċi għall-armonizzazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet jew tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-oqsma potenzjali li għalihom tista’ tintalab skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

3.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-informazzjoni fuq it-talba tagħha lill-ENISA biex tħejji skema kandidata kif imsemmi fl-Artikolu 73 u d-deċiżjoni tagħha li taċċetta, tirrifjuta jew twaqqaf skema kandidata trażmessa mill-ENISA f’konformità mal-Artikolu 74(7).

4.Matul it-tħejjija ta’ skema kandidata mill-ENISA skont l-Artikolu 74, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala president tal-ECCG, u lill-ENISA, biex jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar abbozz ta’ skema kandidata. Meta tintalab mill-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-ENISA, bi qbil mal-Kummissjoni u bla preġudizzju għall-Artikolu 54, tista’ tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-partijiet rilevanti ta’ abbozz ta’ skema kandidata, b’mod li jaqbel mal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ u, meta xieraq, b’mod ristrett.

5.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni u lill-ENISA biex jiddiskutu materji li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

Artikolu 73 Talbiet għal skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ENISA tħejji skema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

2.F’każijiet debitament iġġustifikati, l-ECCG jista’ jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tressaq talba msemmija fil-paragrafu 1.

3.It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti d-dettalji dwar l-iskop, l-ambitu u l-modalitajiet biex jinkisbu l-objettivi u l-elementi rilevanti tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikoli 80 u 81. It-talba għandha tispeċifika wkoll il-pjan ta’ żvilupp tal-iskema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti li għandhom jiġu rreferenzjati jew iddefiniti fl-iskema.

4.Meta tħejji t-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta kif xieraq lill-ENISA u lill-ECCG kif ukoll tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u tal-entitajiet l-oħra kollha tal-Unjoni, inklużi, fejn applikabbli, dawk li huma rilevanti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li fihom skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà qiegħda turi konformità u tipprovdi preżunzjoni tal-konformità.

Artikolu 74 Tħejjija u adozzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tirċievi talba mingħand il-Kummissjoni skont l-Artikolu 73, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-talba, l-ENISA għandha tħejji skema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 80 u 81.

2.Għat-tħejjija ta’ kull skema kandidata, l-ENISA għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma ad hoc f’konformità mal-Artikolu 32(6) bl-għan li jipprovdi pariri ta’ kompetenza esperta lill-ENISA.

3.Meta tkun qiegħda tħejji l-iskema kandidata, l-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-ECCG. L-ECCG għandu jipprovdi assistenza u pariri esperti lill-ENISA b’rabta mat-tħejjija tal-iskema kandidata u, fejn applikabbli, tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ appoġġ.

4.Meta tħejji l-iskema kandidata, inklużi, fejn applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ appoġġ, l-ENISA għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati fil-ħin permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni formali, miftuħ, trasparenti u inklużiv. L-ENISA għandha tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri u mal-entitajiet rilevanti tal-Unjoni biex tiġbor il-pariri esperti tagħhom fir-rigward tat-tħejjija tal-iskema kandidata u, fejn applikabbli, tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ appoġġ. Meta tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni, skont il-paragrafu 6, l-ENISA għandha tiddeskrivi l-mod li bih tkun ikkonformat ma’ dan il-paragrafu.

5.Qabel ma tibgħat l-iskema kandidata u, fejn applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ appoġġ, lill-Kummissjoni, l-ENISA għandha titlob lill-membri tal-ECCG jipprovdu opinjonijiet bil-miktub dwar l-iskema kandidata. L-opinjonijiet għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tat-talba. L-ENISA għandha tqis bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-membri tal-ECCG. In-nuqqas ta’ tali opinjonijiet ma għandux jipprevjeni lill-ENISA milli tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni.

6.L-ENISA għandha tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tat-talba msemmija fil-paragrafu 5.

7.Meta tirċievi l-iskema kandidata, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-iskema tikkorrispondix għat-talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 73. Fi żmien 30 jum mid-data tat-trażmissjoni ta’ dik l-iskema kandidata, il-Kummissjoni għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)taċċetta l-iskema kandidata;

(b)tirritorna l-iskema kandidata lill-ENISA għal reviżjoni flimkien ma’ ġustifikazzjoni għal dan ir-ritorn u skadenza li ma taqbiżx id-90 jum, li fiha l-ENISA għandha tipprovdi skema kandidati riveduta;

(c)twaqqaf l-iskema kandidata.

8.Meta l-Kummissjoni tirritorna skema kandidata lill-ENISA għal reviżjoni f’konformità mal-paragrafu 7, il-punt (b), il-paragrafi 4, 5 u 7 għandhom japplikaw kif xieraq.

9.Il-Kummissjoni, abbażi tal-iskema kandidata aċċattata mħejjija mill-ENISA, għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, għas-servizzi ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 80 u 81. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

10.Il-Kummissjoni tista’ tirreferi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi żviluppati mill-ENISA fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikoli 18 u 77.

11.Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 87.

Artikolu 75 Manutenzjoni ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tistabbilixxi strateġija ta’ manutenzjoni. L-istrateġija ta’ manutenzjoni għandha tiddeskrivi l-aspettattivi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-iskema u mal-interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u appoġġata mill-ECCG u s-sottogrupp ta’ manutenzjoni rilevanti tagħha, l-ENISA għandha tiżgura l-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż fid-dawl tar-rieżami possibbli ta’ tali skemi mill-Kummissjoni. L-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-entitajiet u mal-gruppi rilevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni.

3.L-ENISA tista’ torganizza l-involviment tas-settur privat għall-manutenzjoni ta’ skema fil-forma ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc f’konformità mal-istrateġija ta’ manutenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.L-attivitajiet ta’ manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)it-tħejjija, l-aġġornament u l-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-linji gwida tekniċi biex tiġi appoġġata l-operazzjoni armonizzata u uniformi tal-iskemi;

(b)l-identifikazzjoni ta’ standards jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li huma rilevanti għall-iskema;

(c)l-interazzjonijiet u, fejn rilevanti, l-istabbiliment ta’ kollegamenti, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali tal-istandardizzazzjoni, inkluż għall-fini li jsiru jew jiġu riċevuti kontribuzzjonijiet tekniċi;

(d)il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib u l-aġġornamenti neċessarji għall-iskemi, inkluż fid-dawl ta’ rieżami possibbli tal-iskemi;

(e)l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni prattika tal-iskemi bejn l-Istati Membri;

(f)il-kontribuzzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ rieżami bejn il-pari u ta’ valutazzjoni bejn il-pari u l-analiżijiet tal-eżitu ta’ tali valutazzjonijiet biex jittejjeb l-operat tal-iskemi u jiġi appoġġat ir-rieżami possibbli tagħhom.

5.L-ECCG jista’ joħroġ opinjoni dwar il-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 76Evalwazzjoni, rieżami u rtirar ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Imqar kull erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-ENISA għandha tevalwa l-impatt u l-effettività ta’ dik l-iskema, b’kooperazzjoni mas-sottogrupp tal-manutenzjoni rilevanti tal-ECCG, u billi tqis ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati. L-ENISA għandha twettaq l-evalwazzjoni billi twettaq l-analiżi tas-suq f’konformità mal-Artikolu 8(1).

2.Wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina jew tirtira l-atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 74(9).

3.Meta tirrieżamina jew tirtira l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA, lill-ECCG u lis-sottogrupp ta’ manutenzjoni rilevanti tiegħu, kif ukoll tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u ta’ entitajiet oħra tal-Unjoni.

4.L-ECCG jista’ joħroġ opinjoni dwar ir-rieżami jew l-irtirar ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq dan meta tirrieżamina jew tirtira l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 77 Speċifikazzjonijiet tekniċi fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.L-ENISA tista’ tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi fid-dawl ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà futura jew b’appoġġ għall-manutenzjoni ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati fil-ħin, bl-appoġġ tal-ECCG u tas-sottogruppi ta’ manutenzjoni tiegħu u, fejn applikabbli, tal-grupp ta’ ħidma ad hoc korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 75(3). Għal dan l-għan, l-ENISA għandha tfittex ukoll kontribuzzjonijiet mingħand il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti filwaqt li tqis l-istrateġija ta’ manutenzjoni msemmija fl-Artikolu 75(1).

3.Meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu rreferenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 74(10), dawn għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 79.

4.F’każijiet debitament iġġustifikati, b’mod partikolari meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkun fihom informazzjoni li tista’ tikkomprometti s-sigurtà ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti iċċertifikati jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, dawn għandhom jitqassmu biss lil dawk il-partijiet ikkonċernati mir-rekwiżiti tal-iskema. Speċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawn ma għandhomx jiġu rreferenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 74(10).

Artikolu 78 Faċilitazzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

1.Meta dan ikun previst minn att ġuridiku speċifiku tal-Unjoni, ċertifikat maħruġ skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu juri l-konformità u jagħti l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dak l-att ġuridiku.

2.L-attivitajiet ta’ evalwazzjoni skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu konsistenti mal-att legali korrispondenti tal-Unjoni li jistabbilixxi d-dimostrazzjoni tal-konformità u l-preżunzjoni tal-konformità. Meta tali attivitajiet ta’ evalwazzjoni ma jkunux speċifikati fl-att legali korrispondenti tal-Unjoni, l-iskema għandha tispeċifikahom. Valutazzjoni tal-konformità għaċ-ċertifikazzjoni li tagħti l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha titwettaq minn korp terz.

3.Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni armonizzata tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali jista’ tipprevedi wkoll li skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tintuża biex tintwera l-konformità u tiġi stabbilita l-preżunzjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti legali speċifiċi stabbiliti fid-dritt nazzjonali.

Artikolu 79Adozzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, sit web tal-ENISA u pubblikazzjoni taċ-ċertifikati

1.L-ENISA għandha torganizza attivitajiet biex tippromwovi l-adozzjoni ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati, inkluż billi tħaddem is-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.L-ENISA għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar dawn li ġejjin:

(a)l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)it-tariffi assoċjati mal-manutenzjoni ta’ kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tal-ENISA;

(d)iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluża informazzjoni fir-rigward ta’ tali ċertifikati u dikjarazzjonijiet li ma jibqgħux validi, jew li jiġu sospiżi, irtirati jew li jiskadu;

(e)l-informazzjoni supplimentari rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta f’konformità mal-Artikolu 84;

(f)is-sommarji tar-rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 89(7);

(g)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 74(10).

3.Fejn applikabbli, is-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jindika wkoll l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkunu ġew issostitwiti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Kapitolu II 
Kontenut tal-Iskemi Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

Artikolu 80 Objettivi tas-sigurtà tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha ssegwi, kif applikabbli, l-objettivi tas-sigurtà li:

(a)ikun żgurat li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu siguri b’mod awtomatiku u mid-disinn;

(b)tiġi protetta d-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor, minn ħżin, ipproċessar, aċċess jew żvelar aċċidentali jew mhux awtorizzat permezz ta’ mezzi tekniċi xierqa, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT;

(c)tiġi protetta l-integrità tad-data personali jew data oħra maħżuna, trażmessa jew ipproċessata b’mod ieħor, tal-ordnijiet, tal-programmi u tal-konfigurazzjonijiet minn kull manipulazzjoni jew modifika mhux awtorizzata mill-utent, u jsir rapport dwar il-korruzzjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT;

(d)tkun żgurata l-protezzjoni minn aċċess mhux awtorizzat b’mekkaniżmi tal-kontroll xierqa, inkluż iżda mhux biss, sistemi tal-ġestjoni tal-awtentikazzjoni, tal-identità jew tal-aċċess, u jsir rapport dwar aċċess mhux awtorizzat possibbli;

(e)jiġu identifikati u dokumentati l-komponenti u l-vulnerabbiltajiet inkluż, meta xieraq, billi titfassal lista ta’ materjali tas-software li jkopru mqar id-dipendenzi tal-ogħla livell;

(f)tingħata informazzjoni relatata mas-sigurtà billi tiġi reġistrata u monitorjata l-attività interna rilevanti, inkluż l-aċċess għad-data, għas-servizzi jew għall-funzjonijiet, jew il-modifika tagħhom, meta applikabbli, b’mekkaniżmu ta’ esklużjoni fakultattiva għall-utent;

(g)jiġi verifikat li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet sfruttabbli magħrufa;

(h)tiġi protetta d-disponibbiltà ta’ funzjonijiet essenzjali u bażiċi, inkluż wara inċident, inkluż b’miżuri tar-reżiljenza u tal-mitigazzjoni kontra l-attakki li jwaqqfu s-servizz;

(i)jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq id-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti minn networks u minn apparati oħra fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku;

(j)ikun żgurat li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT jiġu ttestjati regolarment u li tiġi rieżaminata s-sigurtà tagħhom;

(k)ikun żgurat li l-vulnerabbiltajiet jiġu indirizzati u rimedjati mingħajr dewmien, inkluż b’aġġornamenti tas-sigurtà, u li l-informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet fissi tiġi kondiviża u żvelata pubblikament, diment li r-riskji tal-pubblikazzjoni ma jkunux jisbqu l-benefiċċji tas-sigurtà;

(l)ikun żgurat li jkun hemm fis-seħħ politika dwar l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet;

(m)tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet potenzjali fil-prodotti tal-ICT, fis-servizzi tal-ICT u fil-proċessi tal-ICT;

(n)ikun żgurat li, meta jkun hemm aġġornamenti tas-sigurtà li jindirizzaw xi kwistjonijiet tas-sigurtà identifikati, dawk l-aġġornamenti tas-sigurtà jitqassmu mingħajr dewmien;

(o)ikun żgurat li s-servizzi tas-sigurtà ġestiti jingħataw il-kompetenza, l-għarfien espert u l-esperjenza meħtieġa, inkluż li l-persunal inkarigat mill-forniment ta’ dawk is-servizzi jkollu livell suffiċjenti u xieraq ta’ għarfien tekniku u ta’ kompetenza fil-qasam speċifiku, esperjenza suffiċjenti u xierqa, u l-ogħla livell ta’ integrità professjonali;

(p)ikun żgurat li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT varati fil-forniment tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jkunu siguri mid-disinn u b’mod awtomatiku u, meta applikabbli, jinkludu l-aħħar aġġornamenti tas-sigurtà u ma jkollhomx vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament;

(q)ikun żgurat li l-entità ċċertifikata jkollha fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex jiġi żgurat li s-servizzi jiġu pprovduti f’livell suffiċjenti u xieraq ta’ kwalità;

(r)ikun żgurat li l-entità ċċertifikata tkun tista’ tidentifika inċidenti, tipproteġi kontrihom, tiskoprihom, twieġeb għalihom, u tirkupra minnhom;

(s)ikun żgurat li l-entità ċċertifikata tkun tista’ timmaniġġja r-riskji ppreżentati għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi ta’ informazzjoni użati mill-entità għall-operazzjonijiet tagħhom jew għall-forniment tas-servizzi tagħha, u biex jiġi pprevenut jew imminimizzat l-impatt tal-inċidenti fuq ir-riċevituri tas-servizzi tagħha u fuq servizzi oħra;

(t)ikun żgurat li l-entità ċċertifikata tkun kapaċi tibni, tassigura u tirrieżamina l-integrità operazzjonali u l-affidabbiltà tagħha billi tiżgura, direttament jew indirettament permezz tal-użu tas-servizzi pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, li jkollha fis-seħħ il-firxa sħiħa ta’ kapaċitajiet relatati mal-ICT meħtieġa biex tindirizza s-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw mill-entità, u li jappoġġaw il-forniment kontinwu tas-servizzi u l-kwalità tagħhom, inkluż waqt tfixkil;

(u)ikun żgurat li l-entità ċċertifikata tkun tista’ timplimenta u tmantni sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni; 

(v)ikun hemm reżistenza għal kull avveniment li jista’ jikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data maħżuna, trażmessa jew ipproċessata jew tas-servizzi offruti minn, jew aċċessibbli permezz tan-network u tas-sistema ta’ informazzjoni użata mill-entità, u li jiġi żgurat il-forniment kontinwu ta’ servizzi u l-kwalità tagħhom, inkluż matul it-tfixkil;

(w)ikun żgurat li l-entità tkun tista’ tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 119 biex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi żżid jew timmodifika l-objettivi tas-sigurtà biex tiżgura li dawn jirriflettu l-aħħar żvilupp teknoloġiku u theddid relatat ġdid kif ukoll l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni li tistabbilixxi d-dimostrazzjoni tal-konformità u l-preżunzjoni tal-konformità permezz taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà mar-rekwiżiti rilevanti taċ-ċibersigurtà ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

3.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tindirizza prodotti b’elementi diġitali kif iddefiniti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/2847 għandha titfassal f’allinjament mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament u tqis l-istandards armonizzati disponibbli.

Artikolu 81 Elementi tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi mill-anqas dawn li ġejjin:

(a)is-suġġett u l-ambitu tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, jew l-assi, is-servizzi u l-funzjonijiet tal-entità koperti fl-ambitu taċ-ċertifikazzjoni;

(b)deskrizzjoni ċara tal-iskop tal-iskema u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti li għalihom iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà juru konformità u jagħtu preżunzjoni tal-konformità;

(c)l-istrateġija ta’ manutenzjoni li tispeċifika l-approċċ għall-attivitajiet ta’ manutenzjoni stabbilit fl-Artikolu 75;

(d)ir-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċibersigurtà, il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-metodi li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, u r-referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet jew, fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew xierqa, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mfassla mill-ENISA skont l-Artikolu 77 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi oħra;

(e)il-perjodu ta’ validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema.

2.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi mill-anqas ir-regoli u l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw dawn li ġejjin:

(a)il-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew mad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inklużi l-mekkaniżmi għall-wiri tal-konformità kontinwa mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati;

(b)il-ħruġ, il-konferma, l-irtirar u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, l-estensjoni jew it-tnaqqis tal-ambitu taċ-ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid;

(c)il-konsegwenzi għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-entitajiet li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, iżda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-iskema;

(d)kif għandhom jiġu rrapportati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet taċ-ċibersigurtà fi prodotti tal-ICT, f’servizzi tal-ICT u fi proċessi tal-ICT li ma jkunux ġew identifikati preċedentement;

(e)il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li għandhom jinħarġu;

(f)il-perjodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew mill-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun is-suġġett taċ-ċertifikazzjoni;

(g)kwalunkwe mekkaniżmu ta’ valutazzjoni bejn il-pari stabbilit skont l-iskema għall-awtoritajiet jew għall-korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 85(4), li għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 90;

(h)il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba mill-partijiet kollha fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu;

(i)il-format u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-manifatturi jew mill-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fil-forniment u fl-aġġornament tal-informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 84; u

(j)il-kontinwità tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi straordinarja, li huma inevitabbli u li jxekklu l-possibbiltà li jiġu applikati r-regoli tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

3.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha, fejn xieraq, tinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(a)livell ta’ assigurazzjoni wieħed jew aktar u l-livelli ta’ evalwazzjoni korrispondenti;

(b)il-profili ta’ protezzjoni biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti tas-sigurtà li huma applikabbli għal kategorija partikolari ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT jew ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti;

(c)il-profili ta’ estensjoni biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali, inklużi, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-dritt tal-Unjoni;

(d)il-kjarifika dwar liema attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni, għal-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni, jew għall-fini tad-dimostrazzjoni tal-konformità u tal-għoti ta’ preżunzjoni tal-konformità, huma permessi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);

(e)l-identifikazzjoni ta’ skemi nazzjonali jew internazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategoriji tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet;

(f)rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi li għalihom huma soġġetti l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità biex tiġi ggarantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;

(g)l-informazzjoni li hija neċessarja għaċ-ċertifikazzjoni u li applikant għandu jipprovdi jew inkella jagħmel disponibbli għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(h)il-marki jew it-tikketti u l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jintużaw it-tali marki jew tikketti;

(i)il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 87.

4.Ir-rekwiżiti speċifikati tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu prinċipji komuni u dispożizzjonijiet mudell għall-elementi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 madwar l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fejn xieraq u disponibbli, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tinkludi referenzi għal dawk il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet mudell.

6.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). Meta tiżviluppa jew tirrevedi l-prinċipji komuni u d-dispożizzjonijiet mudell għall-elementi tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA u tqis, kif xieraq, il-fehmiet espressi mill-ECCG, mill-partijiet ikkonċernati rilevanti u minn korpi rilevanti oħra.

Artikolu 82 Livelli ta’ assigurazzjoni u ta’ evalwazzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tispeċifika wieħed jew aktar mil-livelli ta’ assigurazzjoni li ġejjin għall-prodotti ICT, għas-servizzi ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet: “bażiku”, “sostanzjali” jew “għoli”. Dawn il-livelli ta’ assigurazzjoni għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tar-riskju assoċjat mal-użu maħsub tal-prodott ICT, tas-servizz ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit, jew man-natura tal-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, u l-ambjent operazzjonali tagħhom, mil-lat ta’ probabbiltà u l-impatt ta’ inċident.

2.Iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għandhom jirreferu għal kwalunkwe livell ta’ assigurazzjoni speċifikat fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li skontu jinħarġu dawk iċ-ċertifikati. Id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni.

3.Ir-rekwiżiti tas-sigurtà li jikkorrispondu għal kull livell ta’ assigurtazzjoni għandhom jiġu pprovduti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni tal-ċibersigurtà, inklużi l-kontrolli tas-sigurtà korrispondenti u l-evalwazzjoni korrispondenti li għandhom isiru fuq il-prodott tal-ICT, fuq is-servizz tal-ICT, fuq il-proċess tal-ICT, fuq is-servizz tas-sigurtà ġestit jew fuq il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entità.

4.Iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandhom jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għall-istandards u għall-proċeduri relatati magħhom, inklużi l-kontrolli tekniċi, li l-iskop tagħhom huwa li jnaqqsu r-riskju ta’ inċidenti taċ-ċibersigurtà jew jipprevenuhom.

5.Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tirreferi għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni għandha tipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li għalihom ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat jew tkun inħarġet dik id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà korrispondenti, inklużi l-kontrolli tas-sigurtà, u li jkunu ġew evalwati f’livell li jkun intiż li jimminimizza r-riskji bażiċi magħrufa ta’ inċidenti u ta’ attakki ċibernetiċi. L-attivitajiet ta’ evalwazzjoni li għandhom jitwettqu għandhom jinkludu mill-anqas rieżami tad-dokumentazzjoni teknika. Meta tali rieżami ma jkunx xieraq, għandhom isiru attivitajiet ta’ evalwazzjoni ta’ sostituzzjoni b’effett ekwivalenti.

6.Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal-livell “sostanzjali” ta’ assigurazzjoni għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li għaliha jkun inħareġ dak iċ-ċertifikat tkun tissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà korrispondenti, inklużi l-kontrolli tas-sigurtà, u li tkun ġiet evalwata b’livell li jkun intiż li jimminimizza r-riskji ta’ inċidenti u ta’ attakki ċibernetiċi magħrufa u r-riskju ta’ attakki ċibernetiċi mwettqa minn atturi b’ħiliet u b’riżorsi limitati. L-attivitajiet tal-evalwazzjoni li għandhom jitwettqu għandhom jinkludu mill-anqas rieżami biex jintwera n-nuqqas ta’ vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament u l-ittestjar biex jintwera li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entitajiet jimplimentaw sew il-kontrolli tas-sigurtà neċessarji. Meta kwalunkwe tali attività tal-evalwazzjoni ma tkunx xierqa, jistgħu jitwettqu attivitajiet tal-evalwazzjoni sostituti b’effett ekwivalenti.

7.Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li jirreferi għal-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li għaliha jkun inħareġ dak iċ-ċertifikat tkun tissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà korrispondenti, inklużi l-kontrolli tas-sigurtà, u li tkun ġiet evalwata b’livell li jkun intiż li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ inċidenti u ta’ attakki ċibernetiċi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku mwettqa minn atturi b’ħiliet u b’riżorsi sinifikanti. L-attivitajiet tal-evalwazzjoni li għandhom jitwettqu għandhom jinkludu mill-anqas dawn li ġejjin:

(a)rieżami biex jintwera n-nuqqas ta’ vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament;

(b)ittestjar biex jintwera li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entitajiet jimplimentaw sew il-kontrolli tas-sigurtà neċessarji fl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;

(c)valutazzjoni tar-reżistenza tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-entitajiet minn awturi ta’ attakki esperti, permezz ta’, meta rilevanti, ittestjar tal-penetrazzjoni.

Meta kwalunkwe tali attività tal-evalwazzjoni ma tkunx xierqa, jistgħu jsiru attivitajiet sostituti b’effett ekwivalenti. Kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni, għal-livell “għoli” ta’ assigurazzjoni għandha ssir fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

8.Meta skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun imfassla biex turi l-konformità u tagħti preżunzjoni tal-konformità ma’ att legali speċifiku tal-Unjoni, ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet iċċertifikata tissodisfa r-rekwiżiti korrispondenti taċ-ċibersigurtà ta’ dak l-att legali. Kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni, għall-fini tal-preżunzjoni tal-konformità għandha ssir fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

9.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tispeċifika diversi livelli ta’ evalwazzjoni għal livell ta’ assigurazzjoni partikolari. Kull wieħed mil-livelli ta’ evalwazzjoni għandu jikkorrispondi għal wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni.

Artikolu 83 Awtovalutazzjoni tal-konformità

1.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tippermetti l-awtovalutazzjoni tal-konformità taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-manifattur jew tal-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun is-suġġett taċ-ċertifikazzjoni. L-awtovalutazzjoni tal-konformità għandha tkun permessa biss fir-rigward ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li tippreżenta riskju baxx li jikkorrispondi għal-livell “bażiku” ta’ assigurazzjoni.

2.Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun is-suġġett taċ-ċertifikazzjoni tista’ toħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tiddikjara li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Permezz tal-ħruġ ta’ tali dikjarazzjoni, il-manifattur jew il-fornitur jew l-entità tassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà mar-rekwiżiti stabbiliti f’ dik l-iskema.

3.Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun is-suġġett taċ-ċertifikazzjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha relatata mal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà mal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà disponibbli għall-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjata skont l-Artikolu 89 għall-perjodu previst f’dik l-iskema. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA.

Artikolu 84 Informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT u għall-proċessi tal-ICT iċċertifikati

1.Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jagħmel disponibbli għall-utent l-informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja:

(a)l-iskop maħsub tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT jew tal-proċess tal-ICT rilevanti, inkluż l-ambjent tas-sigurtà pprovdut mill-manifattur jew mill-fornitur;

(b)gwida u rakkomandazzjonijiet biex jassistu lill-utenti fil-konfigurazzjoni, fl-installazzjoni, fil-varar, fl-operat u fil-manutenzjoni siguri tal-prodotti tal-ICT jew tas-servizzi tal-ICT;

(c)it-tip ta’ appoġġ tekniku għas-sigurtà offrut mill-manifattur jew mill-fornitur u d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ appoġġ li matulu l-utenti jistgħu jistennew li l-vulnerabbiltajiet jiġu trattati u li jirċievu aġġornamenti tas-sigurtà;

(d)jekk il-manifattur jew il-fornitur jiddeċiedi li jagħmel disponibbli lista ta’ materjali tas-software lill-utent, informazzjoni dwar fejn din tista’ tiġi aċċessata.

2.Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja:

(a)il-punt uniku ta’ kuntatt fejn tista’ tiġi rrapportata u riċevuta informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet, u fejn ikun hemm il-politika tal-manifattur dwar l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet;

(b)informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet fissi, inkluża deskrizzjoni tal-vulnerabbiltajiet, inkluża informazzjoni li tippermetti lill-utenti jidentifikaw il-prodott b’elementi diġitali affettwati, l-impatti tal-vulnerabbiltajiet, is-severità tagħhom, u informazzjoni ċara u aċċessibbli li tgħin lill-utenti jirrimedjaw il-vulnerabbiltajiet; f’każijiet debitament iġġustifikati, fejn il-manifatturi jqisu li r-riskji għas-sigurtà tal-pubblikazzjoni jisbqu l-benefiċċji tas-sigurtà, dawn jistgħu jdewmu l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar vulnerabbiltà fisss sakemm l-utenti jkunu ngħataw il-possibbiltà li japplikaw is-software korrettiv rilevanti.

3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun disponibbli b’format elettroniku u għandha tibqa’ disponibbli u tiġi aġġornata kif neċessarju tul il-validità u mqar għal perjodu ta’ ħames snin mill-iskadenza jew l-irtirar taċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE rilevanti.

4.L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta s-sigurtà tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT jew tal-proċess tal-ICT rilevanti tista’ tiġi kompromessa jekk l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Kapitolu III 
Governanza għall-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

Taqsima 1Regoli ġenerali u ġestjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

Artikolu 85 Ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà

1.Il-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li tkun ġiet iċċertifikata skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tkun preżunta li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ tali skema.

2.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 91 għandhom joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà abbażi tal-kriterji inklużi fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 74.

3.B’deroga mill-paragrafu 2, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tipprevedi li ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw minn dik l-iskema għandhom jinħarġu biss minn wieħed mill-korpi pubbliċi li ġejjin:

(a)awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà imsemmija fl-Artikolu 88 li tkun akkreditata bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 91(1);

(b)korp pubbliku li jkun akkreditat bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 91(1).

4.Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 74 tistabbilixxi livell “għoli” ta’ assigurazzjoni jew fejn tali skema tispeċifika mod ieħor, iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà skont dik l-iskema għandu jinħareġ biss minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 88 li tkun akkreditata bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 91(1) jew, fil-każijiet li ġejjin:

(a)minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ mudell ta’ approvazzjoni minn qabel; jew

(b)minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ mudell ta’ delega ġenerali.

5.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għall-approvazzjoni minn qabel jew il-mudelli ta’ delega ġenerali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Fil-proċess ta’ tħejjija għal dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ECCG. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

6.Il-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti għaċ-ċertifikazzjoni, jew l-entità li tapplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha, għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjata skont l-Artikolu 89, meta dik l-awtorità tkun il-korp li joħroġ iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà, jew il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 91.

7.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinformaw lill-ENISA mingħajr dewmien żejjed dwar id-deċiżjonijiet tagħhom li jaffettwaw l-istatus taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-EU f’konformità mal-Artikolu 94.

8.Id-detentur ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinforma lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u, fejn applikabbli, lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, imsemmija fil-paragrafu 7, bi kwalunkwe vulnerabbiltà jew nuqqas ta’ konformità sussegwentement identifikat fir-rigward tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit iċċertifikat jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ċċertifikata tal-entità li jkollu impatt probabbli fuq il-konformità tagħha maċ-ċertifikat. Dak il-korp għandu jgħaddi dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali kkonċernata taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jivvaluta l-impatt fuq iċ-ċertifikat f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-iskema kif imsemmi fl-Artikolu 81(2), il-punt (d).

9.Għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT jew għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti identifikati ċċertifikati tagħhom, għall-intier tagħhom jew għal partijiet minnhom, bħala assi ewlenin skont l-Artikolu 102, id-detenturi ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà ma għandhomx jużaw, jinstallaw jew b’xi mod ieħor jintegraw komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli fi prodotti tal-ICT, f’servizzi tal-ICT, fi proċessi tal-ICT jew f’servizzi tas-sigurtà ġestiti ċċertifikati.

10.Ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinħareġ għall-perjodu previst fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jista’ jiġġedded, dment li jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti.

11.Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri biex tiżgura l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà anke fl-applikazzjoni tal-Artikolu 100(4), il-punt (b). Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità u, meta rilevanti, l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha lill-Kummissjoni, meta titlobhom u mingħajr dewmien żejjed, b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE rilevanti.

Artikolu 86 Skemi u ċertifikati nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.L-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u l-proċeduri relatati għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li huma koperti mis-suġġett u mill-ambitu tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jieqfu japplikaw mid-data stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 74(9). L-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-proċeduri relatati għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi tas-sigurtà ġestiti u l-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li mhumiex koperti mis-suġġett u mill-ambitu ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jibqgħu jeżistu.

2.L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ġodda jew proċeduri relatati ġodda għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet diġà koperti mis-suġġett u mill-ambitu ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

3.Iċ-ċertifikati eżistenti li nħarġu skont skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u li huma koperti mis-suġġett u mill-ambitu ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

4.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ECCG qabel ma jadottaw skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ġodda għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

5.Il-Kummissjoni tista’ tissuġġerixxi lil Stat Membru jirtira skema nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, fejn diġà jkun intalab l-iżvilupp ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri tali prodotti, servizzi, proċessi jew qagħda taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 73, filwaqt li jitqies il-pjan ta’ żvilupp ta’ tali skema.

Artikolu 87 Rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà

1.Iċ-ċertifikati ta’ pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet jistgħu jiġu rrikonoxxuti, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jew permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz inkwistjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jekk ir-rekwiżiti tal-iskema rilevanti ta’ pajjiż terz jew l-iskema rilevanti ta’ organizzazzjoni internazzjonali jitqiesu ekwivalenti għal dawk fl-iskemi ta’ ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

2.L-atti ta’ implimentazzjoni u l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent internazzjonali taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 74(11).

3.Il-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi jew taċ-ċertifikati ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu konklużi biss jekk jirrikonoxxu wkoll iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 88 Awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar fit-territorju tiegħu jew, bil-qbil ta’ Stat Membru ieħor, awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà waħda jew aktar f’dak l-Istat Membru l-ieħor biex ikunu responsabbli għall-kompiti superviżorji fl-Istat Membru li jiddeżinja.

2.Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjati. Fejn Stat Membru jiddeżinja aktar minn awtorità waħda, huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kompiti assenjati lil kull waħda minn dawk l-awtoritajiet.

3.Kull awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tkun indipendenti mill-entitajiet li tissorvelja fir-rigward tal-organizzazzjoni, tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, tal-istruttura legali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha.

4.L-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkunu relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont dan ir-Regolament għandhom ikunu strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 85(4), il-punti (a) u (b), u li dawk l-attivitajiet jitwettqu indipendentement minn xulxin.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jkollhom ir-riżorsi adegwati biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv u effiċjenti.

6.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)jieħdu sehem fl-ECCG skont l-Artikolu 90(2);

(b)jissorveljaw u jinfurzaw ir-regoli inklużi fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(2), il-punt (a), biex jiżguraw il-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li nħarġu fit-territorji rispettivi tagħhom, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq jew superviżorji rilevanti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 82 jew ir-Regolament (UE) 2024/2847;

(c)jimmonitorjaw, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, il-konformità mal-obbligi tal-manifatturi jew tal-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata stipulati f’dan ir-Regolament li huma stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u jinfurzaw it-tali obbligi;

(d)mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91(3), jassistu u jappoġġaw b’mod attiv lill-korpi nazzjonali tal-akkreditament jew lil awtoritajiet rilevanti oħra fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(e)jikkooperaw mal-Kummissjoni meta l-kompetenza ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tiġi kkontestata skont l-Artikolu 94;

(f)jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 85(3);

(g)fejn applikabbli, jawtorizzaw lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 93, jimmonitorjaw il-konformità mal-obbligi tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi stabbiliti fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(3), il-punt (f), u jinfurzawhom, u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti meta l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(h)jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 85(4) jew fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 83, jinvestigaw is-suġġett ta’ tali lmenti sa fejn ikun xieraq, u jinformaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perjodu raġonevoli;

(i)jipprovdu rapport annwali dwar l-attivitajiet ewlenin tagħhom lill-Kummissjoni, lill-ENISA u lill-ECCG sal-31 ta’ Marzu [is-sena tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar] kull sena, u jagħmlu dawn ir-rapporti disponibbli għat-tim tar-rieżami bejn il-pari fejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun soġġetta għal rieżami bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 89;

(j)jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà oħra, ma’ awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta’ skemi speċifiċi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(k)jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

7.Kull awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jkollha mill-anqas is-setgħat li ġejjin:

(a)titlob lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, lid-detenturi taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u lill-emittenti tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE biex jipprovdu kull informazzjoni li teħtieġ biex taqdi dmirha;

(b)twettaq investigazzjonijiet, fil-forma ta’ awditi, tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, tad-detenturi taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, u tal-emittenti tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, biex tivverifika l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu;

(c)tieħu miżuri xierqa, f’konformità mal-liġi nazzjonali, biex tiżgura li l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, id-detenturi taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, u l-emittenti tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(d) tikseb aċċess għas-sede ta’ kwalunkwe korp tal-valutazzjoni tal-konformità jew tad-detenturi taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, biex twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mal-liġi proċedurali nazzjonali;

(e)tirtira, f’konformità ml-liġi nazzjonali, ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 85(4), meta dawk iċ-ċertifikati ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament jew ma’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(f)timponi penali f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 97, u teżiġi l-waqfien immedjat tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

8.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, b’mod partikolari, billi jiskambjaw informazzjoni, esperjenza u prattiki tajbin fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u kwistjonijiet tekniċi rigward iċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

9.Sa [id-dħul fis-seħħ + 6 xhur], l-ENISA għandha tiżviluppa mudell għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6, il-punt (i), ta’ dan l-Artikolu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ECCG.

Artikolu 89 Rieżami bejn il-pari

1.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu soġġetti għal rieżami bejn il-pari.

2.Ir-rieżami bejn il-pari għandu jitwettaq abbażi ta’ kriterji u ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni korretti u trasparenti, b’mod partikolari dwar ir-rekwiżiti strutturali, tal-proċessi u tar-riżorsi umani, il-kunfidenzjalità u l-ilmenti.

3.Ir-rieżami bejn il-pari għandu jivvaluta:

(a)fejn applikabbli, jekk l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà msemmija f’dan ir-Regolament humiex strettament separati mill-attivitajiet superviżorji tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 88 u jekk dawk l-attivitajiet jitwettqux indipendentement minn xulxin;

(b)il-proċeduri għas-superviżjoni u l-infurzar tar-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet maċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 88(7), il-punt (a);

(c)il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata, skont l-Artikolu 88(7), il-punt (b);

(d)il-proċeduri għall-monitoraġġ, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

4.Ir-rieżami bejn il-pari għandu jsir imqar darba kull ħames snin minn imqar żewġ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stati Membri oħra u mill-Kummissjoni. L-ENISA għandha tipparteċipa wkoll fir-rieżami bejn il-pari bħala osservatur. It-tim tar-rieżami bejn il-pari għandu jfassal ir-rapport finali u s-sommarju tar-rieżami bejn il-pari.

5.L-ENISA għandha tappoġġa l-organizzazzjoni tal-mekkaniżmu tar-rieżami bejn il-pari, u tar-rieżamijiet bejn il-pari, inkluż billi tiżviluppa dokumenti gwida u mudelli rilevanti, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-ECCG. 

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu pjan għar-rieżami bejn il-pari li jkopri perjodu ta’ mqar ħames snin, u li jistipulaw il-kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim tar-rieżami bejn il-pari, il-metodoloġija li trid tintuża fir-rieżami bejn il-pari, u l-iskeda, il-frekwenza u kompiti oħra relatati mar-rieżami bejn il-pari. Hi u tħejji dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ECCG u lill-ENISA. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

7.Ir-rapport finali, inkluż il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet possibbli, u s-sommarju tar-rieżami bejn il-pari għandu jeżaminahom l-ECCG, li għandu japprova s-sommarju għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 79(2).

Artikolu 90Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

1.Għandu jiġi stabbilit Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (“ECGG”).

2.L-ECCG għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew minn rappreżentanti ta’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra. Membru tal-ECCG ma għandux jirrappreżenta lil aktar minn żewġ Stati Membri.

3.L-ECGG għandu jaqdi l-kompiti li ġejjin:

(a)jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli stabbiliti f’dan it-Titolu, tal-kwistjonijiet ta’ politika dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u l-koordinazzjoni tal-approċċi ta’ politika;

(b)jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ talbiet għal skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 73;

(c)jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata skont l-Artikolu 74 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi skont l-Artikolu 77;

(d)jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-ENISA u mal-Kummissjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-manutenzjoni skont l-Artikolu 75;

(e)jassisti, jagħti pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew l-irtirar ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti skont l-Artikolu 76;

(f)jissuġġerixxi li titressaq talba lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tħejjija ta’ skema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 73(2);

(g)jadotta opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni relatati mal-manutenzjoni, ir-rieżami u l-irtirar ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti;

(h)jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 86, u li jiskambja informazzjoni u prattiki tajbin dwar skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(i)jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont ir-regoli stabbiliti f’dan it-Titolu permezz tal-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(j)jappoġġa l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari skont l-Artikolu 89 u ta’ mekkaniżmi ta’ valutazzjoni bejn il-pari f’konformità mar-regoli stabbiliti fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(2), il-punt (g);

(k)jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż bħala parti mill-manutenzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti u, fejn xieraq, li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards Ewropej jew fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli.

4.Bl-assistenza tal-ENISA, il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-ECCG, u tipprovdi lill-ECCG b’segretarjat.

5.Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi sottogruppi tal-ECCG għal kwalunkwe wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:

(a)biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi abbażi tat-termini ta’ referenza stabbiliti mill-Kummissjoni;

(b)biex imantnu u jirrieżaminaw l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u abbażi tat-termini ta’ referenza stabbiliti mill-Kummissjoni.

6.Is-sottogruppi għandhom jirrapportaw lill-ECCG.

7.Is-sottogruppi għandhom ikunu kopreseduti mill-Kummissjoni u mill-ENISA, u s-segretarjat tas-sottogruppi għandu jiġi pprovdut mill-ENISA.

8.L-ECCG u s-sottogruppi tiegħu għandhom jadottaw regoli ta’ proċedura b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħhom, abbażi ta’ proposta minn, u bi qbil mal-Kummissjoni.

Taqsima 2 Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Artikolu 91Kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati mill-korpi nazzjonali tal-akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Dak l-akkreditament għandu jinħareġ biss meta l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.Fejn ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jinħareġ minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont dan ir-Regolament, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandu jiġi akkreditat bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 1.

3.L-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għal perjodu sa ħames snin u jista’ jiġġedded diment li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-korpi nazzjonali tal-akkreditament għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha fi żmien raġonevoli biex jillimitaw, jissospendu jew jirrevokaw l-akkreditament ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità maħruġ skont il-paragrafu 1, meta l-kundizzjonijiet għall-akkreditament ma jkunux ġew issodisfati jew ma jibqgħux issodisfati, jew meta l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

4.Meta jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-akkreditament addizzjonali jew speċifiċi għal skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri prodotti tal-ICT, skont l-Artikolu 92, għandhom jintalbu sinerġiji, meta xieraq, mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati skont ir-Regolament (UE) 2024/2847 u mar-rekwiżiti tal-akkreditament skont l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà diġà adottati.

5.Meta korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun akkreditat f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2847, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jużaw ir-riżultati ta’ proċess tal-akkreditament preċedenti fir-rigward ta’ xi rekwiżit li jikkoinċidi bħala evidenza tul il-proċess tal-akkreditament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 92Armonizzazzjoni addizzjonali tal-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.Fejn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi skont l-Artikolu 81(3), il-punt (f), il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu awtorizzati minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà maħtura skont l-Artikolu 88(1) biex iwettqu kompiti skont tali skema. Tali awtorizzazzjoni għandha tinħareġ biss meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie akkreditat u jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali jew speċifiċi stabbiliti skont l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.Fejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jitlob awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, huwa għandu jissottometti t-talba lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew mal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li għaliha għandu jkun irrikorra dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 88(1).

3.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni mingħand awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għajr dik imsemmija fil-paragrafu 2 fi kwalunkwe waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)fejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 1 ma tagħmilx l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom tkun qed tintalab l-awtorizzazzjoni;

(b)fejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx għaddiet minn rieżami bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 89 fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom tintalab l-awtorizzazzjoni.

4.Fejn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tirċievi talba skont il-paragrafu 3, hija għandha tgħarraf lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità rikjedenti. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ dak l-Istat Membru tista’ tipparteċipa fl-awtorizzazzjoni bħala osservatur.

5.Awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ titlob lil awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà oħra biex twettaq partijiet mill-attività ta’ valutazzjoni. F’dak il-każ, iċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni għandu jinħareġ mill-awtorità rikjedenti.

6.L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida għal perjodu li ma jkunx itwal mill-perjodu tal-validità tal-akkreditament, u tista’ tiġġedded diment li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u jkun iġġeddidlu wkoll l-akkreditament.

7.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f’perjodu taż-żmien raġonevoli biex jirrestrinġu, jissospendu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità maħruġa skont il-paragrafu 1 fejn ma jkunux ġew issodisfati jew ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jew fejn il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

8.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri, inkluż dwar il-kooperazzjoni transfruntiera, għall-awtorizzazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fil-proċess ta’ tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA u lill-ECCG. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 93 Notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.Għal kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stat Membru għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew akkreditati u, fejn applikabbli, awtorizzati skont l-Artikolu 92.

2.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom iwettqu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 bl-għodda elettronika tan-notifika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża l-proċedura ta’ oġġezzjoni minn Stati Membri oħra matul il-proċess ta’ notifika, l-identifikazzjoni unika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll iċ-ċirkostanzi għar-restrizzjoni, għas-sospensjoni jew għall-irtirar tan-notifika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 94 Sfidi fir-rigward tal-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe każ fejn ikollha dubji, jew issir taf b’dubji dwar il-kompetenza ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkun soġġett għalihom, jew dwar l-issodisfar kontinwu tagħhom minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.L-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha lill-Kummissjoni, meta titlobha, b’rabta mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat.

3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

4.Fejn il-Kummissjoni taċċerta li korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma jissodisfax jew ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tgħarraf lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif xieraq u titlobha timplimenta l-miżuri korrettivi neċessarji, inkluża d-denotifika, jekk neċessarja.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 95 Obbligu ta’ informazzjoni u ta’ żamma fuq il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà dwar dawn li ġejjin:

(a)kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-ambitu u l-kundizzjonijiet tan-notifika msemmija fl-Artikolu 93(1);

(c)kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d)fuq talba, kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u ta’ kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transfruntieri u sottokuntrattar.

2.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu wkoll lill-ENISA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), bl-għan li jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompitu tagħha skont l-Artikolu 79.

3.Lill-korpi l-oħra ta’ valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata mingħajr dewmien żejjed, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdulhom informazzjoni rilevanti dwar materji relatati ma’ riżultati negattivi tal-valutazzjoni tal-konformità u, meta jintalbu, ma’ riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

4.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu sistema ta’ reġistrazzjoni, li jkun fiha d-dokumenti u l-evidenza kollha prodotti jew riċevuti b’rabta ma’ kull evalwazzjoni u ċertifikazzjoni li jwettqu. Ir-reġistru għandu jinħażen b’mod sigur u aċċessibbli għall-perjodu neċessarju għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni u għal imqar ħames mill-iskadenza jew mill-irtirar ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà rilevanti.

Taqsima 3 Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 96Drittijiet li jitressaq ilment u dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv

1.Persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem l-emittent ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew, meta l-ilment ikun jirrigwarda ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità meta jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 85(4), quddiem l-awtorità nazzjonali rilevanti taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

2.L-awtorità jew il-korp li quddiemu jkun tressaq l-ilment għandu jinforma lill-ilmentatur dwar il-progress tal-proċedimenti, id-deċiżjoni meħuda, u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4.

3.Minkejja kwalunkwe rimedju amministrattiv jew nonġudizzjarju ieħor, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta’:

(a)deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew minn korp imsemmi fil-paragrafu 1 inkluż, fejn applikabbli, fir-rigward tal-ħruġ mhux xieraq, in-nuqqas ta’ ħruġ jew ta’ rikonoxximent ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkollhom fil-pussess tagħhom;

(b)nuqqas li tittieħed azzjoni dwar ilment imressaq quddiem awtorità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1.

4.Il-proċedimenti skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab l-awtorità jew il-korp li kontra tiegħu jkun qed jintalab rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 97 Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan it-Titolu u għall-ksur ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

TITOLU IV
SIGURTÀ TAL-KTAJJEN TAL-PROVVISTA TAL-ICT

Kapitolu I 
Qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT

Artikolu 98 Kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas

1.Il-qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT għandu jipprevedi mekkaniżmu ta’ sigurtà fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji mhux tekniċi f’setturi ta’ kritikalità għolja u f’setturi kritiċi oħra kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-mekkaniżmu għandu jidentifika l-assi ewlenin tal-ICT fil-ktajjen kritiċi tal-provvista tal-ICT u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati fuq entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

2.L-obbligi stabbiliti f’dan it-Titolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/2847 u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

3.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jiżguraw livell ogħla ta’ ċibersigurtà fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT, dment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 99 Valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà

1.Il-Kummissjoni jew grupp ta’ mill-inqas tliet Stati Membri jista’ jitlob lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 (“Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS”) biex iwettaq il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà koordinati fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva. Fejn titwettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà wara talba bħal din, din għandha tinkludi b’mod partikolari l-identifikazzjoni proposta tal-assi ewlenin tal-ICT tal-katina tal-provvista tal-ICT rispettiva kif ukoll l-atturi ewlenin ta’ theddid, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet li jaffettwaw dawk l-assi. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà koordinati fil-livell tal-Unjoni għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ riskju u jipproponu miżuri biex jimmitigaw ir-riskji identifikati.

2.Il-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà koordinati fil-livell tal-Unjoni għandhom jitlestew fi żmien sitt xhur mit-talba msemmija fil-paragrafu 1. Meta jintalab mill-Kummissjoni, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS jista’ jaqbel dwar perjodu iqsar. 

3.Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet suffiċjenti biex temmen li hemm ċibertheddida sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni b’rabta ma’ katina tal-provvista tal-ICT u li hemm bżonn jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien:

(a)tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-ħtieġa li tittieħed waħda jew aktar mill-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fl-Artikolu 103; u

(b)twettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà, filwaqt li tqis il-konsultazzjoni mal-Istati Membri. Il-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà għandha tinkludi l-identifikazzjoni proposta tal-assi ewlenin tal-ICT kif ukoll l-atturi ewlenin ta’ theddid, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet li jaffettwaw dawk l-assi. Il-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà għandha tiżviluppa xenarji ta’ riskju u tipproponi miżuri biex jittaffew ir-riskji identifikati.

Artikolu 100 Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

1.Fejn, bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 99, jew abbażi ta’ sorsi oħra, bħal dikjarazzjoni pubblika f’isem l-Unjoni jew Stat Membru, ikun jidher li pajjiż terz jippreżenta riskju mhux tekniku serju u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni għandha tivverifika r-riskju ppreżentat minn dak il-pajjiż, filwaqt li tqis l-elementi li ġejjin:

(a)l-eżistenza ta’ liġijiet fil-pajjiż terz li jeżiġu li l-entitajiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet fis-software jew fil-hardware lill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati;

(b)il-prattiki eżistenti fil-pajjiż terz, skont sorsi indipendenti, li jeżiġu li l-entitajiet fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż terz jirrapportaw informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet fis-software jew fil-hardware lill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati;

(c)in-nuqqas ta’ rimedji ġudizzjarji effettivi, u ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll indipendenti u demokratiċi, li jistgħu jikkoreġu t-tħassib identifikat dwar is-sigurtà, inkluż dwar il-prattiki eżistenti msemmija fil-punt (b);

(d)informazzjoni sostanzjata dwar inċident wieħed jew aktar ta’ atturi ta’ theddid ikkontrollati minn dak il-pajjiż u li joperaw barra mit-territorju ta’ dak il-pajjiż li jwettqu attivitajiet jew kampanji ċibernetiċi malizzjużi, u n-nuqqas ta’ kapaċità jew ta’ rieda tal-pajjiż terz li jikkoopera mal-Kummissjoni jew mal-Istati Membri biex jindirizza r-riskju li jirriżulta mill-operat ta’ tali atturi ta’ theddid;

(e)informazzjoni rilevanti li tirriżulta minn valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà koordinati fil-livell tal-Unjoni jew minn rapporti mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.Meta l-Kummissjoni, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 1, tikkonkludi li pajjiż terz jippreżenta riskji mhux tekniċi serji u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, hija tista’ tiddeżinja dak il-pajjiż terz bħala pajjiż li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

3.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafu 2 b’mod regolari. 

4.Il-fornituri ta’ riskju għoli ma għandhomx ikunu intitolati biex:

(a)jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-valutazzjoni, tal-konsultazzjoni jew tad-deċiżjonijiet dwar l-istandards Ewropej u r-riżultati tal-istandardizzazzjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 1025/2012 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2024/2847 fil-qasam taċ-ċibersigurtà;

(b)japplikaw biex isiru jew ikunu detentur ta’ kwalunkwe ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà skont it-Titolu III;

(c)isiru korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat skont it-Titolu III;

(d)japplikaw biex isiru fornituri ta’ attestazzjoni awtorizzati ta’ kwalunkwe attestazzjoni Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà individwali skont it-Titolu II, it-Taqsima 4;

(e)jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist pubbliku, organizzati f’konformità mal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE fir-rigward tal-forniment tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102;

(f)jipparteċipaw f’attività skont programmi u strumenti tal-finanzjament tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta f’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u mar-regoli speċifiċi għas-settur tal-Unjoni, jew f’attività tal-finanzjament tal-Unjoni implimentata b’ġestjoni kondiviża fir-rigward tal-forniment tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102.

L-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri msemmija fil-punti (a) sa (f) għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet neċessarji għall-fini ta’ dan il-paragrafu. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet jistgħu jibbażaw ukoll fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 104.

5.F’każijiet li fihom fornitur ta’ riskju għoli diġà jkun kiseb ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà skont it-Titolu III, l-awtorità kompetenti għandha tirtirah mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 101 Mekkaniżmu ġenerali tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT

Meta l-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS ikun wettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà koordinata fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 99(1) ta’ dan ir-Regolament, jew wara t-tlestija tal-proċedura f’każ ta’ ċibertheddid sinifikanti skont l-Artikolu 99(3) għal katina tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri previsti fl-Artikoli 102 u 103(1) u (2).

Artikolu 102 Identifikazzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT

1.Fejn il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Artikolu 99(1) jew (3) tindika riskji sinifikanti marbuta maċ-ċibersigurtà fir-rigward ta’ katina tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jidentifikaw assi ewlenin tal-ICT użati għall-manifattura ta’ prodotti jew għall-forniment ta’ servizzi minn entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2) ta’ dan ir-Regolament. 

2.Meta tidentifika l-assi ewlenin tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin:

(a)jekk dawk l-assi għandhomx funzjonijiet essenzjali u sensittivi għall-funzjonament ta’ prodotti manifatturati jew ta’ servizzi pprovduti mill-entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b)jekk l-inċidenti, inkluż dawk ikkawżati minn vulnerabbiltajiet sfruttati li jikkonċernaw dawk l-assi, jistgħux iwasslu għal tfixkil serju fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT fis-suq intern kollu jew jistgħux iwasslu għal esfiltrazzjoni tad-data;

(c)jekk hemmx dipendenza fuq għadd limitat ta’ fornituri ta’ dawk l-assi; 

(d)ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 99.

Artikolu 103 Miżuri ta’ mitigazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ICT

1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, fejn neċessarju biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà, ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ fiduċja fi ħdan l-Unjoni, li tip speċifiku ta’ entitajiet imsemmi fl-Anness I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għandu jkun ipprojbit milli juża, jinstalla jew jintegra fi kwalunkwe forma komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli kif identifikati f’konformità mal-Artikolu 104 f’assi ewlenin tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102. Atti ta’ implimentazzjoni bħal dawn għandhom jipprevedu perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa, li matulhom il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 104, kif ukoll perjodi taż-żmien addizzjonali għall-eliminazzjoni gradwali tal-komponenti tal-ICT rilevanti u tal-komponenti li jinkludu l-komponenti tal-ICT. Att ta’ implimentazzjoni bħal dan jista’ jispeċifika wkoll dawn il-komponenti tal-ICT jew il-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, fejn neċessarju biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà, ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ fiduċja fi ħdan l-Unjoni, li tip speċifiku ta’ entitajiet imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għandu jkun soġġett għal waħda jew aktar mill-miżuri ta’ mitigazzjoni li ġejjin fir-rigward tal-katina tal-provvista tal-ICT tagħhom u b’mod partikolari għall-assi ewlenin tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102, biex jiġu mmitigati r-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà mwettqa skont l-Artikolu 99:

(a)l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ICT għall-assi ewlenin tal-ICT deżinjati f’konformità mal-Artikolu 102;

(b)il-projbizzjoni relatata mat-trasferimenti tad-data lejn pajjiżi terzi u l-ipproċessar remot tad-data minn pajjiż terz;

(c)miżuri tekniċi li għandhom jiġu awditjati minn parti terza, inklużi: 

(i) l-użu ta’ pproċessar fuq l-apparat;

(ii) is-segmentazzjoni speċifika tas-sistemi tan-network;

(iii) id-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe aċċess remot jew fiżiku għall-assi ewlenin tal-ICT;

(iv) id-diżattivazzjoni ta’ funzjonijiet mhux essenzjali;

(v) il-monitoraġġ operazzjonali tan-network;

(vi) l-ittestjar tal-hardware u tas-software.

(d)restrizzjonijiet relatati mal-kontroll operazzjonali, inkluża l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet organizzazzjonali lill-fornituri ta’ servizzi ġestiti;

(e)restrizzjonijiet relatati mar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-entità mal-fornituri tagħha;

(f)ir-rekwiżit li s-servizz jiġi operat, ġestit, mantnut jew appoġġat minn persunal eżaminat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(g)id-diversifikazzjoni tal-provvista ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti inklużi fil-komponenti tal-ICT.

3.Meta tintroduċi l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi għall-miżuri.

4.Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riskji u d-dipendenzi potenzjali u b’mod partikolari:

(a)meta applikabbli, il-livell tar-riskju assoċjat mal-użu, l-installazzjoni jew l-integrazzjoni, f’xi forma, ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli f’assi ewlenin tal-ICT;

(b)l-impatti ekonomiċi u soċjetali potenzjali li l-obbligu jista’ jkollu fuq l-entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(c)id-disponibbiltà ta’ fornituri alternattivi għal dawk ta’ riskju għoli;

(d)it-tfixkil potenzjali tal-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà transfruntieri kkawżat minn inċident li jaffettwa l-katina tal-provvista tal-ICT ta’ entità.

5.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2) u għandhom jiġu rrieżaminati mill-inqas kull 36 xahar. 

6.F’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jiġġustifikaw intervent biex jitħares il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u meta l-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li l-użu, l-installazzjoni jew l-integrazzjoni ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn entità speċifika stabbilita f’pajjiż terz jew ikkontrollata minn pajjiż terz jew minn entitajiet minn pajjiż terz, jew minn ċittadin ta’ pajjiż terz tkun tirrappreżenta riskju sinifikanti mhux tekniku marbut maċ-ċibersigurtà għall-attivitajiet ekonomiċi jew tas-soċjetà ta’ mqar tliet Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar il-ħtieġa li jittieħdu miżuri fil-livell tal-Unjoni.

7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi li tip speċifiku ta’ entitajiet imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għandu jkun ipprojbit li juża, jinstalla jew jintegra komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn entità msemmija fil-paragrafu 6. Għal dak l-għan, hija għandha tikkonsulta lill-entitajiet tat-tipi msemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li potenzjalment ikunu kkonċernati mill-projbizzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). Fejn rilevanti, dawn għandhom jinkludu perjodi xierqa għall-eliminazzjoni gradwali ta’ dawn il-komponenti tal-ICT jew il-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT. Att ta’ implimentazzjoni bħal dan jista’ jispeċifika wkoll dawn il-komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT soġġetti għall-projbizzjoni. Din il-projbizzjoni għandha tikkonċerna wkoll il-komponenti tal-ICT jew il-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT mill-entitajiet kollha kkontrollati mill-entità speċifika msemmija fil-paragrafu 6.

8.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi (1), (2) u (7) jistgħu jispeċifikaw ukoll li l-miżuri ta’ mitigazzjoni jkunu applikabbli biss għat-tipi ta’ entitajiet imsemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 ta’ daqs speċifiku.

9.L-Artikolu 100(4) għandu japplika għall-entità speċifika stabbilita f’pajjiż terz jew ikkontrollata minn pajjiż terz jew minn entità minn pajjiż terz, jew ċittadin ta’ pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 7. 

10.L-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafi (1), (2) u (7) applikabbli għat-tip ta’ entitajiet imsemmi fl-Anness I, il-punt 10, tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji Ewropej.

Artikolu 104 Identifikazzjoni ta’ fornituri ta’ riskju għoli

1.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi listi ta’ fornituri ta’ riskju għoli rilevanti għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 103(1), mal-Artikolu 103(7) jew mal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 111(1). 

2.Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-fornituri li jipprovdu komponenti tal-ICT u komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT rilevanti għall-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni inizjali biex tidentifika liema mill-fornituri mmappjati jkunu potenzjalment stabbiliti f’pajjiż terz iddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 100 jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz, minn entità stabbilita f’tali pajjiż terz jew minn ċittadin ta’ tali pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll immappjar inizjali dwar il-fornituri potenzjalment ikkontrollati mill-entità msemmija fl-Artikolu 103(6).

3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-post tal-istabbiliment kif ukoll l-istruttura ta’ sjieda u kontroll tal-fornituri inizjalment identifikati f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.Għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob l-informazzjoni neċessarja mingħand il-fornituri. Jekk il-fornitur ma jipprovdix l-informazzjoni neċessarja sal-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-fornitur ikun stabbilit f’pajjiż terz iddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 100 jew ikkontrollat minn tali pajjiż terz, minn entitajiet ta’ tali pajjiż terz jew minn ċittadini ta’ tali pajjiż terz. Fejn il-Kummissjoni tkun qed twettaq valutazzjoni għall-fini tal-Artikolu 103(7) u l-fornitur ma jipprovdix l-informazzjoni neċessarja sal-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-fornitur ikun ikkontrollat minn entità deżinjata f’konformità ma’ dak l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 112 għandhom jikkondividu wkoll informazzjoni rilevanti mal-Kummissjoni meta titlobhom.

5.Il-Kummissjoni għandha taqsam is-sejbiet preliminari dwar il-valutazzjoni tal-istabbiliment, tal-kontroll u tas-sjieda mal-fornitur ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-fornitur l-opportunità li jinstema’ rigward dawk is-sejbiet preliminari.

6.Il-Kummissjoni tista’ titlob lil awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni tal-istabbiliment, tas-sjieda u tal-kontroll inizjali ta’ fornitur, fejn dan ikun iġġustifikat fid-dawl tal-karatteristiċi tal-operat ta’ dan il-fornitur. Awtorità kompetenti tista’ toffri li twettaq tali valutazzjoni inizjali. Il-Kummissjoni għandha tivverifika dawn is-sejbiet inizjali bil-ħsieb li tiddeċiedi jekk il-fornitur għandux jiġi inkluż fil-lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli.

7.Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli regolarment bil-ħsieb li tneħħi jew iżżid fornituri ta’ riskju għoli. Il-fornituri ta’ riskju għoli inklużi fil-lista jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-istruttura ta’ stabbiliment, ta’ kontroll u ta’ sjieda tagħhom mal-għoti ta’ evidenza li kien hemm bidliet rilevanti. 

8.Fejn awtorità kompetenti ssir konxja, inkluż abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li fornitur jista’ jkollu bżonn jiġi inkluż f’lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 105Eżenzjoni għall-entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz jew ikkontrollati minn entitajiet minn pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

1.Entità stabbilita f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà deżinjat f’konformità mal-Artikolu 100 jew ikkontrollata minn entitajiet minn tali pajjiż terz tista’ tagħmel talba motivata lill-Kummissjoni biex tiġi eżentata:

(a)milli tkun soġġetta għall-projbizzjoni imposta fuq l-entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jużaw, jinstallaw jew jintegraw fi kwalunkwe forma komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT tagħhom f’assi ewlenin tal-ICT ta’ dawk l-entitajiet permezz ta’ deroga mill-Artikolu 111 jew mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 103(1);

(b)milli tkun soġġetta għall-projbizzjoni li tipparteċipa fi proċeduri tal-akkwist pubbliku organizzati f’konformità mal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2014/24/UE u d-Direttiva 2014/25/UE fir-rigward tal-forniment tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT li jridu jintużaw fl-assi ewlenin tal-ICT definiti f’konformità mal-Artikolu 102 b’deroga għall-Artikolu 100(4).

2.It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)tispeċifika l-interess tal-entità stabbilita f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà deżinjat f’konformità mal-Artikolu 100 jew ikkontrollata minn entitajiet minn tali pajjiż terz meta tingħata l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; u

(b)turi b’evidenza ċara li se jiġu stabbiliti miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji mhux tekniċi u jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe eżerċizzju possibbli ta’ interferenza indebita mill-pajjiż terz deżinjat skont l-Artikolu 100 fir-rigward tal-forniment ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT għall-użu, għall-installazzjoni jew għall-integrazzjoni fl-assi ewlenin tal-ICT ta’ entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), u biex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

4.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta’ proċess ġust u trasparenti, filwaqt li tqis:

(a)iċ-ċirkostanzi u l-elementi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 100(1) u (2) fir-rigward tal-pajjiż deżinjat li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT fejn tkun stabbilita l-entità jew minn fejn tkun ikkontrollata;

(b)l-effettività tal-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b);

(c)jekk l-eżenzjoni għall-entità stabbilita f’pajjiż terz jew ikkontrollata minn entitajiet minn pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT tkunx ta’ detriment għall-interess tal-Unjoni.

5.Meta l-Kummissjoni, wara l-valutazzjoni fil-paragrafu 3, tikkonkludi li jkun iġġustifikat li tingħata eżenzjoni, hija għandha tagħmel dan permezz ta’ deċiżjoni, li hija għandha tinnotifika lill-applikant fi żmien 9 xhur minn meta tirċievi t-talba.

6.Meta tadotta deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-eżenzjoni għal perjodu taż-żmien speċifiku u tista’ tissoġġetta l-eżenzjoni għall-kundizzjonijiet għall-entità, inklużi:

(a)skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b);

(b)awditi ta’ partijiet terzi fuq bażi regolari biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ mitigazzjoni;

(c)obbligi ta’ rapportar rigward il-konformità.

7.Meta l-Kummissjoni, wara l-valutazzjoni fil-paragrafu 3, tikkonkludi li ma jkunx iġġustifikat li tingħata eżenzjoni, hija għandha tagħmel dan permezz ta’ deċiżjoni, u għandha tinnotifika lill-applikanti fi żmien 9 xhur minn meta tirċievi t-talba. 

8.Fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ tirtira jew timmodifika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)tkun seħħet bidla materjali fil-fatti li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni;

(b)l-entità li tkun talbet l-eżenzjoni taġixxi kontra l-impenji tagħha;

(c)l-eżenzjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa mogħtija mill-entità li tkun għamlet it-talba.

Artikolu 106Drittijiet tad-difiża

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, qabel ma tadotta att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 103(7), jew qabel ma tadotta deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 105(7) abbażi ta’ elementi mhux sottomessi mill-applikant, jew qabel ma tirtira deċiżjoni skont l-Artikolu 105(8), l-entità kkonċernata tingħata l-opportunità ta’ smigħ, filwaqt li f’xi każijiet titqies il-ħtieġa ta’ proċedura ta’ urġenza.

Artikolu 107Reġistru

Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku bid-deċiżjonijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 105(5). Ir-reġistru għandu jiddikjara l-ismijiet tal-entitajiet li kienu soġġetti għal tali deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni għandha taġġorna r-reġistru fuq bażi regolari.

Artikolu 108Kunfidenzjalità

L-informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 105 u 106 għandha tintuża biss għall-fini li għalih tkun inkisbet.

Artikolu 109Tariffi

1.Il-Kummissjoni għandha timponi tariffi għat-talbiet ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 105(1).

2.It-tariffi għandhom ikunu espressi u pagabbli f’euro.

3.It-tariffi għandhom ikunu proporzjonati mal-kostijiet marbuta mal-ipproċessar tat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 105(1), il-valutazzjoni tal-kriterji u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2), u l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-operat tar-reġistru msemmija fl-Artikolu 107. In-nefqa kollha tal-Kummissjoni attribwita lill-persunal involut f’dawk l-attivitajiet għandha tiġi inkluża f’tali kostijiet.

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mat-tariffi, li jispeċifikaw l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Kapitolu II 
Ktajjen tal-provvista tal-ICT fin-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Artikolu 110Assi ewlenin tal-ICT għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

1.L-assi ewlenin tal-ICT għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

2.Il-komponenti tal-ICT jew il-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT ipprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli għandhom jiġu eliminati gradwalment mill-assi ewlenin tal-ICT tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari.

3.Il-perjodu taż-żmien għall-eliminazzjoni gradwali tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT ipprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli fir-rigward tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli ma għandux jaqbeż is-36 xahar mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 104 rilevanti għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 118(2) biex tispeċifika l-perjodi taż-żmien għall-eliminazzjoni gradwali tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT ipprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli fir-rigward tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi u satellitari.

5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 119 biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi billi tqis l-elementi msemmija fl-Artikolu 103(4).

Artikolu 111Projbizzjonijiet għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

1.Il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari ma għandhomx jużaw, jinstallaw jew jintegraw, fi kwalunkwe forma, komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli fl-operat tal-assi ewlenin tal-ICT imsemmija fl-Anness II.

2.Meta l-awtorità kompetenti deżinjata skont dan ir-Regolament fi Stat Membru tkun differenti mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [il-Proposta tad-DNA], l-awtorità kompetenti deżinjata skont dan ir-Regolament għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [il-Proposta tad-DNA] dwar il-miżuri imposti fuq il-fornituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari f’konformità mal-Artikolu 114. L-awtoritajiet għandhom jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib għall-finijiet ta’ superviżjoni u ta’ infurzar effettivi ta’ dawk il-miżuri.

Kapitolu III 
Awtoritajiet kompetenti, superviżjoni u infurzar, ġuriżdizzjoni, drittijiet tad-difiża

Artikolu 112Awtoritajiet kompetenti

1.Kull Stat Membru għandu jiddeżinja l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bħala awtoritajiet responsabbli biex iwettqu l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 114. 

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kompletament imparzjali fil-livelli strutturali u funzjonali u ħielsa minn kwalunkwe influwenza esterna, kemm diretta kif ukoll indiretta; b’mod partikolari la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi awtorità pubblika oħra jew mingħand xi parti privata oħra.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat xierqa, riżorsi umani u tekniċi biżżejjed u l-kompetenza esperta biex iwettqu b’mod effettiv il-miżuri superviżorji u ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 114.

4.Kull Stat Membru għandu jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1, bil-kompiti rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet u dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Stat Membru għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 113Network għal kooperazzjoni u servizzi tal-appoġġ tal-Kummissjoni

Fid-dawl ta’ superviżjoni effettiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network għal kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 112 u tal-Kummissjoni biex ikun pjattaforma għal kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni, b’mod partikolari għall-fini tal-valutazzjoni tal-istabbiliment, il-kontroll u s-sjieda msemmija fl-Artikolu 104. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ amministrattiv għan-network.

Artikolu 114Miżuri superviżorji u ta’ infurzar

1.L-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 112 huma intitolati li jieħdu l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar fil-konfront ta’ entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ hawn fuq ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ppromulgati għal dak l-għan u dwar l-emendi sussegwenti tagħhom.

2.Meta jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati li jissoġġettaw dawk l-entitajiet għal dawn li ġejjin: 

(a)talbiet għal lista dettaljata u aġġornata tal-fornituri u tal-fornituri ta’ servizzi rilevanti tagħhom;

(b)talbiet għal aċċess għad-data, għad-dokumenti u għall-informazzjoni neċessarji għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament;

(c)verifiki fuq il-post u superviżjoni mhux fuq il-post, inklużi kontrolli aleatorji mwettqa minn professjonisti mħarrġa;

(d)talbiet rigward il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-hardware jew tas-software installati jew integrati fi kwalunkwe forma fin-network jew fis-sistema, inklużi l-komponenti u d-dipendenzi tranżittivi, f’format użat b’mod komuni u li jista’ jinqara bil-magna.

3.Meta jeżerċitaw is-setgħat ta’ infurzar tagħhom fir-rigward ta’ entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati:

(a)joħorġu twissijiet dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-entitajiet ikkonċernati, li jistabbilixxu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali rilevanti;

(b)jadottaw deċiżjonijiet li jirrikjedu li l-entitajiet ikkonċernati jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament jew in-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni;

(c)jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jwaqqfu attivitajiet li jiksru dan ir-Regolament u ma jirrepetux tali attivitajiet; u

(d)jimponu penali, f’konformità mar-regoli, relatati mal-ammont stabbilit fl-Artikolu 115 jew jitolbu l-impożizzjoni ta’ tali penali mill-korpi, il-qrati jew it-tribunali rilevanti, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

4.Meta jieħdu kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ infurzar imsemmija fil-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali u jqisu kif xieraq il-fatturi li ġejjin:

(a)is-serjetà tal-ksur u l-importanza tad-dispożizzjonijiet miksura;

(b)id-durata tal-ksur;

(c)il-fatturat tar-rilevanza tal-entità kkonċernata;

(d)kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-entità kkonċernata;

(e)fejn applikabbli, kwalunkwe dannu materjali jew mhux materjali kkawżat mill-ksur, inkluż kwalunkwe telf finanzjarju jew ekonomiku, l-effetti fuq entitajiet oħra u l-għadd ta’ utenti affettwati;

(f)kwalunkwe intenzjoni jew negliġenza min-naħa entità kkonċernata;

(g)kwalunkwe miżura meħuda mill-entità biex tipprevjeni jew timmitiga d-dannu materjali jew mhux materjali;

(h)il-livell ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi miżmuma responsabbli.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), dan li ġej għandu jikkostitwixxi ksur serju:

(i)ksur ripetut;

(j)nuqqas ta’ notifika jew ta’ rimedju ta’ inċidenti sinifikanti;

(k)nuqqas ta’ rimedju għan-nuqqasijiet wara struzzjonijiet vinkolanti mill-awtoritajiet kompetenti.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-entitajiet ikkonċernati dwar is-sejbiet preliminari tagħhom qabel ma jieħdu miżuri ta’ infurzar. L-entitajiet ikkonċernati għandhom jingħataw żmien raġonevoli biex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar is-sejbiet preliminari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu raġunament dettaljat għall-miżuri ta’ infurzar tagħhom.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u kummerċjali.

7.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ superviżjoni u infurzar skont dan it-Titolu f’konformità mal-Artikolu 116.

Artikolu 115Penali

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati.

2.Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

3.Il-penali għandhom jiġu imposti flimkien ma’ xi waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 114(3), il-punti (a), (b) u (c).

4.Meta jkun qed jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi imposta penali u kemm ikun l-ammont tagħha f’kull każ individwali, għandha tingħata attenzjoni mqar għall-fatturi msemmija fl-Artikolu 114(4), l-ewwel subparagrafu.

5.F’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-Artikolu 103(2), il-punt (a), għandu jkun soġġett għal penali sa 1% tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li għaliha tappartjeni l-entità.

6.F’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-Artikolu 103(2), il-punti (b) sa (g), għandu jkun soġġett għal penali sa 2% tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li għaliha tappartjeni l-entità.

7.F’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-Artikolu 103(1) u tal-Artikolu 111 għandu jkun soġġett għal penali sa 7% tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li għaliha tappartjeni l-entità.

Artikolu 116Assistenza reċiproka

1.Fejn entità tat-tip imsemmi fl-Annessi I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tipprovdi servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew tipprovdi servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-assi ewlenin tal-ICT tagħha jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni u għandhom jassistu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tar-Regolament. Għal dak l-għan, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw bħala minimu:

(a)l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw miżuri superviżorji jew ta’ infurzar fi Stat Membru għandhom jinformaw u jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri superviżorji u ta’ infurzar meħuda;

(b)awtorità kompetenti fi Stat Membru tista’ titlob lil awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru ieħor tieħu miżuri superviżorji jew ta’ infurzar;

(c)malli tirċievi talba sostanzjata mingħand awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru ieħor, awtorità kompetenti fi Stat Membru għandha tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti l-oħra assistenza reċiproka, fuq bażi tal-aħjar sforz, biex il-miżuri superviżorji jew ta’ infurzar ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv, effiċjenti u konsistenti.

2.L-assistenza reċiproka msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), tista’ tkopri talbiet għal informazzjoni u miżuri superviżorji, inklużi talbiet biex isiru verifiki fuq il-post jew superviżjoni mhux fuq il-post jew awditi tas-sigurtà mmirati. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għal assistenza ma għandhiex tirrifjuta dik it-talba sakemm ma jkunx stabbilit li ma jkollhiex kompetenza biex tipprovdi l-assistenza mitluba, li l-assistenza mitluba ma tkunx proporzjonata għall-kompiti superviżorji tal-awtorità kompetenti, jew li t-talba tkun tikkonċerna informazzjoni jew tinvolvi attivitajiet li, jekk jiġu ddivulgati jew jitwettqu, ikunu kuntrarji għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika jew tad-difiża tal-Istat Membru. Qabel ma tirrifjuta talba bħal din, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u, meta tintalab minn xi Stat Membru kkonċernat, mal-Kummissjoni.

3.Fejn ikun xieraq u bi qbil komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ diversi Stati Membri jistgħu jwettqu azzjonijiet superviżorji konġunti.

4.Fid-dawl tal-obbligu tal-konformità mal-prinċipji tal-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 114(6), kull informazzjoni skambjata fil-kuntest ta’ talba għal assistenza u pprovduta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss fir-rigward tal-materja li għaliha tkun intalbet.

Artikolu 117Ġuriżdizzjoni u territorjalità

1.L-entitajiet ta’ tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, ħlief fil-każ ta’ dawn:

(a)il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih jipprovdu s-servizzi tagħhom;

(b)il-fornituri ta’ servizzi DNS, ir-reġistri ta’ ismijiet ta’ dominji tal-ogħla livell (TLD, Top-Level-Domain), il-fornituri ta’ servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta’ servizzi ta’ ċentri tad-data, il-fornituri ta’ networks ta’ twassil tal-kontenut, il-fornituri ta’ servizzi ġestiti, il-fornituri ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri ta’ postijiet tas-suq online, ta’ magni tat-tiftix online, jew ta’ pjattaformi ta’ servizzi ta’ networking soċjali, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn għandhom is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni skont il-paragrafu 2;

(c)l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li jappartjenu għalihom;

(d)it-trasportaturi bl-ajru, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tal-liċenzjar tiegħu tkun tat il-liċenzja operattiva lill-entità skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 83 , jew, meta l-liċenzja operattiva jew l-ekwivalenti ma tkunx ingħatat f’konformità ma’ dak ir-Regolament, dawn għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollhom is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni skont il-paragrafu 2.

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, entità kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha titqies li jkollha s-sede prinċipali tagħha fl-Unjoni fl-Istat Membru fejn jittieħdu l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet relatati mal-miżura ta’ mmaniġġjar tar-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat jew jekk tali deċiżjonijiet ma jittiħdux fl-Unjoni, is-sede prinċipali għandha titqies li tkun fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, is-sede prinċipali għandha titqies li tkun fl-Istat Membru fejn l-entita kkonċernata jkollha s-sede bl-akbar numru ta’ impjegati fl-Unjoni.

3.Jekk entità ta’ tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, iżda toffri servizzi fl-Unjoni, din għandha tiddeżinja rappreżentant fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn huma offruti s-servizzi. Tali entità għandha titqies li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant. Fejn tali entità tkun entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), din għandha titqies li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih tipprovdi s-servizzi tagħha. Fin-nuqqas ta’ rappreżentant fl-Unjoni deżinjat skont dan il-paragrafu, kwalunkwe Stat Membru fejn l-entità tipprovdi s-servizzi jista’ jieħu azzjonijiet legali kontriha għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

4.Id-deżinjazzjoni ta’ rappreżentant minn entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra l-entità nnifisha.

5.L-Istati Membri li jkunu rċevew talba għal assistenza reċiproka fir-rigward ta’ entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jistgħu, fil-limiti ta’ dik it-talba, jieħdu miżuri superviżorji u ta’ infurzar xierqa fir-rigward tal-entità kkonċernata fejn l-entità tipprovdi servizzi jew li għandha network u sistema ta’ informazzjoni fit-territorju tagħhom.

TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 118Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandu jassistiha kumitat. Dak il-kumitat għandu jkollu żewġ konfigurazzjonijiet. Fir-rigward tat-Titoli II u III, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fl-ewwel konfigurazzjoni, filwaqt li fir-rigward tat-Titolu IV, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fit-tieni konfigurazzjoni. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 119Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikoli 80(2) u 110(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 80(2) u fl-Artikolu 110(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 80(2) u 110(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jgħaddi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. 

Artikolu 120Evalwazzjoni u rieżami

1.Sa [JJ XX SSSS], u mbagħad kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni li trid issir skont il-linji gwida tal-Kummissjoni.

2.L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi valutazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)il-prestazzjoni tal-ENISA fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat, tal-missjoni, tal-kompiti, tal-governanza u tal-post tagħha;

(b)l-effettività, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-UE tal-iskemi Ewropej ta’ attestazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà individwali kif stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu II, it-Taqsima 4, ta’ dan ir-Regolament;

(c)l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-objettivi li jkun żgurat livell adegwat taċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-entitatjiet fl-Unjoni u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern;

(d)l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-objettivi tal-qafas fdat tal-katina tal-provvista tal-ICT.

3.B’mod partikolari, l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jinbidel il-mandat tal-ENISA u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ bidla bħal din.

4.Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riżultati miksubin mill-ENISA b’kunsiderazzjoni tal-objettivi, tal-mandat, tal-missjoni, tal-governanza u tal-kompiti tagħha, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-kontinwazzjoni tal-ENISA tkunx għadha ġġustifikata fir-rigward ta’ dawn l-objettivi, il-mandat, il-missjoni, il-governanza u l-kompiti.

5.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 121Tħassir u kontinwazzjoni tal-attivitajiet

1.Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassar b’effett minn JJXXSSSS.

2.Ir-referenzi għar-Regolament (UE) 2019/881, għall-ENISA u għall-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif stabbiliti b’dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.L-ENISA kif irregolata b’dan ir-Regolament għandha tkompli bl-operazzjonijiet u bl-attivitajiet tal-ENISA kif stabbiliti bir-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-sjieda, tal-ftehimiet, tal-obbligi legali, tal-kuntratti ta’ impjieg u tal-impenji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv adottati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/881 għandhom jibqgħu validi, dment li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

4.Id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont l-Artikolu 15(1), il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2019/881 għandu jibqa’ fil-kariga u jeżerċita l-kompiti u r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament għall-bqija tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Il-kundizzjonijiet l-oħrajn tal-kuntratt għandhom jibqgħu l-istess.

5.L-iskemi kandidati li t-tħejjija tagħhom intalbet skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881 għandhom jitqiesu li ntalbu skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawk l-iskemi kandidati kif xieraq.

6.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura mill-Kummissjoni u s-sostituti maħtura skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/881 għandhom jibqgħu fil-kariga u jeżerċitaw il-funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament għall-bqija tal-mandat tagħhom. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/881 għandhom jibqgħu fil-kariga u jeżerċitaw il-funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament dment li jkollhom il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 122Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti disponibbli ta’ finanzjament, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/881 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Titolu fil-qosor: L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2 (CSA2)

u

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tal-miżuri tas-simplifikazzjoni u l-allinjament mal-[Proposta għall-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2]

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam ta’ politika: 09 – Networks ta’ komunikazzjoni, kontenut u teknoloġija

Attività: 09.02 Suq uniku diġitali

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettivi ewlenin tal-intervent huma:

(1)    Tisħiħ tal-kapaċitajiet u tar-reżiljenza taċ-ċibersigurtà

Kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-governanza taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u għajnuna biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u partijiet ikkonċernati oħra rilevanti jkunu ppreparati aħjar biex jipprevjenu u jidentifikaw it-theddid għaċ-ċibersigurtà u jirrispondu għalih b’mod koordinat u effettiv.

(2)    Prevenzjoni tal-frammentazzjoni fis-suq intern kollu billi:

Jingħata appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni u għall-adozzjoni ta’ strumenti komuni taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, bħal skemi ta’ ċertifikazzjoni u l-provvista ta’ oqfsa armonizzati li jibnu l-fiduċja u l-interoperabbiltà madwar l-Istati Membri.

Dawn l-objettivi ġenerali jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fid-definizzjoni tal-problema tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-inizjattiva proposta. Jirriflettu l-għan politiku ġenerali li tissaħħaħ il-governanza taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali sigur, reżiljenti u kompetittiv.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ allinjament bejn il-qafas ta’ politika dwar iċ-ċibersigurtà tal-UE u l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati:

Objettiv speċifiku Nru 1: Tinħoloq il-kapaċità li jiġu implimentati b’mod effettiv il-politiki taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali kontinwa li tippermetti kooperazzjoni aktar strutturata bejn l-Istati Membri.

Objettiv speċifiku Nru 2: Jiġu żviluppati u implimentati mezzi u mekkaniżmi biex jiġu appoġġati u indirizzati b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-Istati Membri, tal-industrija u ta’ partijiet ikkonċernati oħra.

Biex jiġu indirizzati l-adozzjoni u l-effettività limitati tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCF):

Objettiv speċifiku Nru 3: Jinħolqu l-prerekwiżiti għat-twassil aktar mgħaġġel tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, xprunati mill-ħtiġijiet tas-suq, billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECCF, jiġu żgurati manutenzjoni effettiva u proċeduri aġli u tiżdied it-trasparenza.

Biex jiġu indirizzati x-xenarju frammentat tal-konformità u l-kumplessità tal-oqfsa orizzontali u settorjali:

Objettiv speċifiku Nru 4: Jinħolqu mekkaniżmi u kundizzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, u b’hekk l-implimentazzjoni tagħhom issir aktar koerenti u effettiva.

Biex jiġu indirizzati r-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista: 

Objettiv speċifiku Nru 5: Jitneħħa r-riskju għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT kritiċi minn entitajiet stabbiliti f’entitajiet minn pajjiżi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiżi (fornituri ta’ riskju għoli) u jitnaqqsu d-dipendenzi kritiċi billi jiġi żviluppat qafas koerenti u effettiv fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Ir-riżultati mistennija huma kif ġej:

(1)    Riforma funzjonali tal-ENISA

(2)    Riforma tal-ECCF – estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, proċedura ġdida u governanza riveduta

(3)    Aktar simplifikazzjoni tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv rilevanti taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni

(4) Qafas komprensiv u orizzontali biex jiġu indirizzati r-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT

Impatt ġenerali:

Il-proposta se tħalli impatt enormi fuq iċ-ċibersigurtà fl-Unjoni għax din tindirizza bosta oqsma fosthom it-tisħiħ meħtieġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà, issaħħaħ l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, tintroduċi riformi għal implimentazzjoni bla skossi tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni, tappoġġa l-fehim konġunt tal-Unjoni taċ-ċibertheddid, u tindirizza l-mitigazzjoni tar-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà skont ir-realtà ġeopolitika. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti se tiżgura livelli għoljin ta’ effiċjenza u ta’ koerenza u tevita piż regolatorju eċċessiv. Il-pakkett huwa mfassal biex ikun reżiljenti għall-isfidi tal-implimentazzjoni u biex jappoġġa l-koerenza tal-politika fit-tul fl-ekosistema diġitali u taċ-ċibersigurtà. Itejjeb iċ-ċarezza, ineħħi l-ineffiċjenzi u jallinja l-proċeduri fl-oqfsa legali kollha, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ ċibersigurtà fl-UE. Bħala wieħed mill-għanijiet prijoritarji ewlenin tal-Kummissjoni tal-UE, l-isforzi ta’ simplifikazzjoni previsti se jrendu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti għan-negozji, inklużi l-SMEs, ta’ aktar minn EUR 14,63 biljun u għall-awtoritajiet pubbliċi ta’ EUR 7,5 miljun.

Ir-riżultati speċifiċi jinkludu:

-    aktar tixrid tal-għarfien u koordinazzjoni operazzjonali aħjar, li jistgħu jiffrankaw b’mod konsiderevoli l-kostijiet relatati ma’ detezzjoni u rispons aktar malajr f’każ ta’ inċidenti għan-negozji, għall-awtoritajiet pubbliċi u għaċ-ċittadini;

-    l-għoti ta’ ċarezza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mandat tal-ENISA, filwaqt li tiġi żgurata l-prijoritizzazzjoni neċessarja tal-kompiti primarji tagħha;

-    jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati jirċievu appoġġ adegwat għall-implimentazzjoni tal-politika, għall-attivitajiet operazzjonali u għall-koordinazzjoni ġenerali;

-    appoġġ għall-għarfien sitwazzjonali kondiviż tal-Unjoni

-    kooperazzjoni mtejba mal-EU-CyCLONe, in-network ta’ CSIRTs, il-Kummissjoni, il-Europol u s-CERT-UE u l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni biex jiġu żviluppati repożitorji tal-intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid;

-    appoġġ għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tal-attakki ta’ ransoware;

-    koordinazzjoni aħjar mas-settur privat dwar suġġetti relatati maċ-ċibersigurtà;

-    it-tixrid ta’ informazzjoni fil-ħin bi twissijiet bikrija dwar inċidenti sinifikanti jew fuq skala kbira, jew theddida ċibernetika ta’ natura transfruntiera, fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

-    it-trawwim ta’ sinerġiji effettivi ma’ korpi u ma’ aġenziji oħra tal-UE;

-    it-tnaqqis fil-prezz taċ-ċertifikazzjonijiet tal-ħiliet, inkluż billi tiżdied l-offerta fis-suq billi jiġu introdotti l-iskemi tal-attestazzjonijiet Ewropej tal-ħiliet;

-    l-appoġġ għat-tnaqqis tad-diskrepanza fil-ħiliet fl-Ewropa permezz ta’ attestazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà individwali u l-appoġġ lill-Istati Membri u lill-industrija fit-tisħiħ tal-forza tax-xogħol tagħhom;

-    l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ċarezza tal-qafas tal-ECCF u l-impatt limitat tiegħu, l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u t-titjib tal-mudell ta’ governanza tiegħu;

-    iż-żieda tar-reputazzjoni tal-iskemi adottati bl-istabbiliment ta’ struttura ta’ manutenzjoni u bl-introduzzjoni ta’ proċess ta’ żvilupp f’waqtu u trasparenti;

-    l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu tat-tariffi fir-rigward tal-kostijiet imġarrba għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lill-fornituri, u għall-manutenzjoni tal-iskemi, adottati skont l-ECCF, li se jikkontribwixxu għall-istabbiltà finanzjarja tal-Aġenzija u joħolqu kostijiet iffrankati fil-baġit tal-UE;

-    skemi ta’ ċertifikazzjoni Ewropej allinjati mal-qafas leġiżlattiv eżistenti u, b’hekk, qadi aħjar tal-isforzi ta’ implimentazzjoni u appoġġ għall-ħtiġijiet ta’ konformità tan-negozji;

-    l-abilitazzjoni tal-adozzjoni ta’ skemi li bħalissa huma mblukkati;

-    it-trawwim tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej billi jiġi promoss l-allinjament bejn l-istandards internazzjonali u dawk Ewropej;

-    il-limitazzjoni tal-frammentazzjoni fil-miżuri u fir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;

-    l-għoti taċ-ċarezza legali u t-tnaqqis sostanzjali tal-piż amministrattiv, mingħajr ma jwassal għal inċertezza legali sinifikanti fost il-partijiet ikkonċernati li jinsabu fil-proċess li jadattaw għall-oqfsa legali adottati reċentement;

-    l-iffaċilitar tal-konformità għall-entitajiet tal-NIS 2, li jikkontribwixxi wkoll għal rata ta’ konformità aħjar b’mod ġenerali u għal miżuri taċ-ċibersigurtà aktar sinifikanti stabbiliti, filwaqt li l-proċess ta’ superviżjoni min-naħa tal-awtoritajiet isir aktar effiċjenti;

Oħrajn

-    l-SMEs ikollhom għadd ta’ impatti pożittivi mill-inizjattiva li tikkunsidra kompetittività mtejba fis-suq taċ-ċibersigurtà tal-UE, kif ukoll kostijiet u piż amministrattiv imnaqqsa:

1.    Rwol pożittiv fuq l-SMEs li jibbenefikaw minn reżiljenza ċibernetika akbar minħabba rwol imsaħħaħ tal-ENISA u gwida teknika, ipprovduta mill-Aġenzija.

2.    L-SMEs bħala fornitur awtorizzat biex joħorġu attestazzjonijiet skont l-iskema tal-attestazzjonijiet Ewropej tal-ħiliet jiksbu l-viżibbiltà, ir-reputazzjoni u jiksbu l-klijenti. Barra minn hekk, l-attestazzjonijiet Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà individwali jappoġġaw lill-SMEs fl-identifikazzjoni ta’ kandidati bis-sett it-tajjeb ta’ ħiliet.

3.    Skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni li jaħdmu tajjeb jistgħu jiffaċilitaw l-għażla ta’ teknoloġiji tal-ICT affidabbli għall-SMEs u jikkontribwixxu għat-titjib tar-reżiljenza ċibernetika ġenerali tagħhom.

4.    Bħala fornituri tad-DNS, l-SMEs jibbenefikaw minn miżuri relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS 2 minħabba l-esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-fornituri tad-DNS.

5.    L-SMEs jibbenefikaw mill-kjarifiki tal-kamp ta’ applikazzjoni li jillimitaw l-applikazzjoni tal-obbligi għal ċerti entitajiet f’xi setturi elenkati fid-Direttiva NIS 2.

6.    Għall-miżuri ta’ sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT, l-SMEs b’mod ġenerali, jibbenefikaw mill-użu ta’ teknoloġiji fdati. Bħala l-fornituri attivi fis-setturi soġġetti għal restrizzjonijiet, dawn jiġu affettwati b’mod aktar qawwi meta mqabbla ma’ kumpaniji akbar mill-kost tas-sostituzzjonijiet u tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, l-SMEs bħala fornituri fdati jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda tas-suq.

-    L-ebda objettiv mhu mistenni jħalli impatt ambjentali sinifikanti.

-    Rigward il-baġit tal-UE, hu mistenni jsir xi titjib fl-effiċjenza għaliex se jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet bejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE. Huwa mistenni li fit-tul jiġu ffrankati l-kostijiet permezz tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi tat-tariffi.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv: Tinħoloq il-kapaċità għall-implimentazzjoni effettiva tal-politiki taċ-ċibersigurtà tal-UE u għall-kooperazzjoni operattiva regolari/kontinwa li tippermetti kooperazzjoni aktar strutturata bejn l-Istati Membri.

- In-numru ta’ kontribuzzjonijiet rilevanti mill-ENISA għall-implimentazzjoni tal-politiki u tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE u dawk nazzjonali

- Feedback pożittiv mill-partijiet ikkonċernati dwar il-kontribuzzjonijiet rilevanti tal-ENISA

- Żieda b’25 % meta mqabbla max-xenarju ta’ referenza tal-2023 kif irrapportat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-ENISA (għan-numru ta’ kontribuzzjonijiet rilevanti) u skont l-istħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-ENISA (għall-feedback pożittiv)

- L-istatistika dwar l-użu tal-Bażi tad-Data tal-UE tal-Vulnerabbiltajiet

- Żieda b’25 % tan-numru ta’ utenti meta mqabbel mal-2025

Disponibbiltà, sigurtà u funzjonament tal-Pjattaforma tas-CRA

- Tnaqqis b’25 % fil-qtugħ tal-pjattaforma u n-numru ta’ inċidenti meta mqabbla mal-Istatistika tal-2025 dwar il-qtugħ u l-inċidenti fil-pjattaforma

Objettiv: Jiġu żviluppati u varati mezzi u mekkaniżmi biex jiġu appoġġati u indirizzati b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-Istati Membri, tal-industrija u ta’ partijiet ikkonċernati oħra.

- In-numru ta’ partijiet ikkonċernati appoġġati mill-ENISA u l-kwalità tal-appoġġ ipprovdut.

- In-numru ta’ miżuri varati biex jappoġġaw lill-partijiet ikkonċernati.

- Żieda b’10 % tan-numru ta’ partijiet ikkonċernati appoġġati u żieda b’10 % tal-livell ta’ sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati appoġġati meta mqabbla mal-2025

Objettiv: Jinħolqu l-prerekwiżiti għat-twassil aktar mgħaġġel tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, xprunati mill-ħtiġijiet tas-suq, billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECCF, jiġu żgurati manutenzjoni effettiva u proċeduri aġli u tiżdied it-trasparenza.

- In-numru ta’ skemi adottati

- Tnaqqis fiż-żmien biex tiġi żviluppata skema b’50 % meta mqabbel mal-2025

- In-numru ta’ ċertifikati validi maħruġa kull sena

- Żieda b’25 % fuq ix-xenarju ta’ referenza tal-2025

- Feedback pożittiv tal-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-involviment tagħhom fl-iżvilupp tal-iskema u tat-trasparenza tal-ECCF

- Żieda b’25 % fuq ix-xenarju ta’ referenza fl-istħarriġ annwali dwar is-sodisfazzjon tal-ENISA meta mqabbel mal-2027

Objettiv: Jiġu stabbiliti mekkaniżmi u kundizzjonijiet li jgħinu biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, u b’hekk l-implimentazzjoni tagħhom issir aktar koerenti u effettiva.

- Il-perċentwal tal-kost tal-SMEs għall-konformità mar-regoli tal-NIS 2 u taċ-ċibersigurtà, bħala proporzjon tal-kostijiet tal-konformità kollha

- >70 % tal-SMEs jirrapportaw tnaqqis fil-kostijiet tal-konformità għaċ-ċibersigurtà meta mqabbla mal-2025

- In-numru ta’ attakki ta’ ransomalware u l-ammont ta’ danni f’EUR

- Tnaqqis fin-numru ta’ attakki ta’ ransomalware b’> 1 % meta mqabbel mal-2027

- Il-perċentwal ta’ inċidenti transfruntieri li matulhom jew warajhom l-awtoritajiet tal-Istati Membri użaw mekkaniżmi ta’ assistenza reċiproka

- Żieda fil-proporzjon ta’ każijiet li fihom l-assistenza reċiproka ntużat b’> 20 punt perċentwali meta mqabbla mal-2025

Objettiv: Tnaqqis tad-dipendenzi kritiċi billi jiġi żviluppat qafas koerenti u effettiv fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT.

- In-numru ta’ miżuri adottati 

- Żieda b’25 % tan-numru ta’ miżuri adottati u ta’ assi ewlenin identifikati meta mqabbla mad-data tal-adozzjoni + 6 xhur

- Tnaqqis b’25 % fid-dipendenzi fuq fornituri ta’ riskju għoli fl-assi ewlenin tal-ICT meta mqabbla mal-2025

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida (Titolu IV Katina tal-Provvista, Titolu V Simplifikazzjoni)

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 84  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti (Titolu II Mandat tal-ENISA u Titolu III Ċertifikazzjoni)

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

F’Lulju 2024, fil-Linji Gwida politiċi tagħha 85 , il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen appellat għas-simplifikazzjoni, għall-konsolidazzjoni u għall-kodifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE biex jiġu eliminati kwalunkwe trikkib u kontradizzjoni filwaqt li jinżammu standards għoljin. L-Ittra ta’ Missjoni lill-Viċi President Eżekuttiv Virkkunen 86 issemmi b’mod partikolari t-titjib tal-proċess ta’ adozzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-ħtieġa li jiġu protetti l-industriji, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħna kontra theddid intern u estern. Barra minn hekk, ir-rapport Niinistö tal-2024 87 jappella għat-tnaqqis tar-riskji fid-dipendenzi mhux mixtieqa tal-katina tal-provvista f’teknoloġiji kritiċi. L-aspetti ċentrali tar-rapporti Draghi 88 u Letta 89 , ikkummissjonati mill-President tal-UE, jirriflettu l-ħtieġa li s-suq uniku jibqa’ kompetittiv permezz tas-simplifikazzjoni u jiżgura l-ogħla livelli ta’ sigurtà u ta’ awtonomija strateġika. B’dan il-mod, ir-reviżjoni tas-CSA hija l-pedament fil-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà u t-tnedija ta’ reviżjoni ambizzjuża tal-ekosistema regolatorja Ewropea taċ-ċibersigurtà. Il-proposta għas-CSA2 qed tintroduċi mekkaniżmi biex jiġu indirizzati r-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista u mekkaniżmi biex jitnaqqsu x-xenarju frammentat tal-konformità u l-kumplessità tal-oqfsa orizzontali u settorjali. Huwa mistenni li l-ENISA se tkun ukoll veikolu li jwassal għal simplifikazzjoni akbar fl-obbligi ta’ rapportar permezz tal-integrazzjoni ta’ Punt Uniku ta’ Servizz.

Barra minn hekk, fid-dawl tan-numru ta’ dispożizzjonijiet settorjali introdotti wara l-adozzjoni tas-CSA fl-2019, kif ukoll ix-xenarju tat-theddid għaċ-ċibersigurtà li qed jevolvi malajr, il-mandat tal-ENISA jeħtieġ li jiġi rrieżaminat, biex jiġi stabbilit sett ta’ kompiti aktar iffukat u mġedded, bil-ħsieb li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-isforzi ta’ partijiet ikkonċernati oħra jiġu appoġġati b’mod effettiv u effiċjenti biex jiġi żgurat ċiberspazju sigur fl-Unjoni Ewropea. Permezz tat-tisħiħ tal-Qafas Ewropew għaċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCF), il-proposta qed tiżgura li l-UE jkollha sistema ta’ ċertifikazzjoni effiċjenti, moderna u adattabbli li se taqdi l-iskopijiet tal-azzjonijiet tal-katina tal-provvista u l-implimentazzjoni rapida tal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika. Bħala konklużjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni suġġerit tal-mandat huwa delineat, u jissaħħu dawk l-oqsma fejn l-Aġenzija wriet valur miżjud ċar u żżid dawk l-oqsma l-ġodda fejn huwa meħtieġ appoġġ fid-dawl tal-prijoritajiet u tal-istrumenti ta’ politika l-ġodda u biex issaħħaħ l-ECCF.

Għalhekk, ir-reviżjoni tas-CSA hija ddisinjata biex tkun pass kbir ’il quddiem fil-pożizzjoni ċibernetika tal-UE u fis-sigurtà, fit-tħejjija u fir-reżiljenza ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà ġie adottat fl-2019 bil-bażi legali tal-Artikolu 114 tat-TFUE, li jagħti s-setgħa lil-leġiżlatur tal-UE li jadotta miżuri li jarmonizzaw il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li għandhom bħala l-objettiv tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Il-proposta riveduta tas-CSA għandha l-għan li tissimplifika l-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE, tissupplimenta u tirrieżamina l-Att attwali dwar iċ-Ċibersigurtà, fis-seħħ mill-2019 (CSA1). L-objettivi skont is-CSA1 biex jingħata mandat permanenti lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà, iddedikata biex tappoġġa l-livell għoli komuni taċ-ċibersigurtà fl-UE, kif ukoll għall-fini li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern fir-rigward tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jinżammu fi ħdan ir-reviżjoni mibdija. Dawk l-objettivi, kif diġà ġew analizzati kif xieraq fi ħdan il-proposta tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà fl-2017, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda biss fil-livell tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-proposta għar-reviżjoni tas-CSA li tiffoka b’mod ċar fuq is-simplifikazzjoni, il-prijoritizzazzjoni u l-kodifikazzjoni tal-kompiti fil-leġiżlazzjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà tista’ tinkiseb biss fil-livell tal-UE u ma hemmx inizjattiva bħal din li teżisti bħalissa. Il-proposta l-ġdida tkompli ssaħħaħ is-sigurtà tal-katina tal-provvista u s-settur taċ-ċibersigurtà fl-UE u ttejjeb il-preparatezza u r-reżiljenza tal-Istati Membri u tal-industrija. Id-dipendenzi fuq entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiżi terzi ( fornituri ta’ riskju għoli) jaffettwaw entitajiet fl-Unjoni, filwaqt li inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista spiss jinfirxu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. L-indirizzar tal-kwistjoni fil-livell nazzjonali waħdu x’aktarx li ma jkunx effiċjenti.

Il-kompiti li għadhom kif ġew assenjati għall-ENISA huma ta’ importanza kruċjali biex jinkisbu livelli għoljin ta’ ċibersigurtà fl-UE. Minkejja l-fatt li l-Aġenzija qed taħdem f’koordinazzjoni ma’ korpi oħra tas-sigurtà tal-UE, bħall-Europol, kif ukoll maċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-missjoni u l-kompiti tal-Aġenzija huma uniċi u bħalissa ma hemm l-ebda korp ieħor li jwettaq dan it-tip ta’ responsabbiltajiet. Fl-ekosistema taċ-ċibersigurtà tal-UE, l-entitajiet kollha involuti qed jaħdmu f’sinerġiji stretti u fi ħdan mandati ċari. Għalhekk, il-proposta għas-CSA2 issaħħaħ biss dawk il-partijiet fejn hemm valur miżjud ċar, filwaqt li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda ambigwità f’termini ta’ duplikazzjoni tal-kompiti, fuq is-sustanza, iżda wkoll f’finanzjament ma’ korpi oħra fl-ekosistema taċ-ċibersigurtà.

F’aktar dettall

Il-mandat tal-ENISA espanda permezz ta’ leġiżlazzjoni sussegwenti, mingħajr reviżjoni komprensiva tar-responsabbiltajiet ewlenin u tar-riżorsi tagħha. Dan ħoloq trikkib, ineffiċjenzi, u prijoritizzazzjoni insuffiċjenti tal-kompiti ta’ appoġġ ewlenin għall-Istati Membri.

Diversi Stati Membri implimentaw l-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tagħhom stess, li jvarjaw b’mod sinifikanti fl-ambitu u fil-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dan joħloq frammentazzjoni tas-suq u piżijiet duplikati għall-operaturi u għall-SMEs, li jfittxu li jiġu ċċertifikati darba u joperaw madwar l-UE. L-ECCF ġie stabbilit fis-CSA biex jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, iżda l-implimentazzjoni miexja bil-mod u hija inkonsistenti.

B’mod simili, diversi atti legali orizzontali u settorjali jistabbilixxu miżuri taċ-ċibersigurtà b’għanijiet u b’objettivi differenti, li jwasslu wkoll għal differenzi fil-kontroll tal-konformità u fl-approċċi superviżorji stabbiliti mill-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, l-entitajiet, speċjalment l-SMEs jew in-negozji li joperaw f’diversi Stati Membri, jiffaċċjaw piż regolatorju addizzjonali, li jkollu impatt negattiv fuq il-kompetittività tagħhom.

Approċċi differenti għas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u miżuri differenti meħuda mill-Istati Membri jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq, u rekwiżiti ta’ konformità differenti għall-entitajiet. B’mod partikolari, minħabba n-natura transfruntiera tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ konformità fis-suq intern timmina ċ-ċertezza legali għall-entitajiet. Oqfsa nazzjonali differenti għar-restrizzjoni ta’ fornituri ta’ riskju għoli jirriskjaw li joħolqu ostakli għall-moviment ta’ oġġetti u ta’ servizzi bejn il-fruntieri fi ħdan is-suq intern. Fl-aħħar nett, peress li l-ktajjen tal-provvista tal-ICT jistgħu jinvolvu entitajiet u infrastruttura kritiċi, irrispettivament minn fejn ikunu stabbiliti dawk il-fornituri, il-frammentazzjoni u d-diskrepanzi fil-miżuri taċ-ċibersigurtà joħolqu riskji addizzjonali għas-sigurtà għal dawk l-entitajiet.

Barra minn hekk, il-proposti għall-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jinkludu dispożizzjoni orizzontali li tagħti mandat għall-esklużjoni ta’ fornituri ta’ riskju għoli identifikati skont id-dritt tal-UE, biex tiġi protetta l-integrità tal-baġit tal-UE u jiġi żgurat li n-nefqa tal-Unjoni ma tmurx kontra l-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni. Il-qafas tal-katina tal-provvista tas-CSA jkun il-mekkaniżmu li jippermetti din l-identifikazzjoni fil-qasam tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT u, għalhekk, jista’ jitwettaq biss fil-livell tal-UE.

B’mod prestabbilit, l-attakki ċibernetiċi għandhom natura transfruntiera, speċjalment meta jitqiesu l-effetti konsegwenzjali li jistgħu jirriżultaw minn punt uniku ta’ servizz affettwat inizjalment. It-theddid u r-riskji għaċ-ċibersigurtà għandhom impatt fuq l-Unjoni Ewropea kollha u għalhekk, stampa tal-għarfien sitwazzjonali kondiviż tista’ ttejjeb b’mod sinifikanti l-livelli taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-proposti fi ħdan il-mandat rivedut tal-ENISA jindirizzaw din il-kwistjoni bl-objettiv li tiżdied b’mod sinifikanti r-reżiljenza ċibernetika tal-UE.

Bħala konklużjoni, l-intervent tal-UE huwa kruċjali peress li t-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-isfidi relatati jestendu lil hinn mill-Istati Membri individwali. Soluzzjonijiet nazzjonali frammentati wrew li mhumiex biżżejjed biex jinkisbu l-fiduċja u l-koordinazzjoni madwar is-suq kollu. Huwa meħtieġ qafas legali rivedut tal-UE biex jitneħħew l-ostakli, tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti, u jingħata appoġġ lill-Istati Membri f’ambjent regolatorju u ta’ theddid dejjem aktar kumpless. 

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-ENISA twaqqfet fl-2004 b’mandat ta’ terminu fiss. Fl-2019, daħal fis-seħħ l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, li ta mandat permanenti u objettiv lill-ENISA biex issir iċ-ċentru tal-kompetenza esperta ċibernetika fl-Ewropa. Illum, l-ENISA hija ditta rikonoxxuta u sieħeb fdat fost il-partijiet ikkonċernati tal-UE. Il-kompetenzi tal-Aġenzija nbnew gradwalment matul 25 sena, u dan jirrifletti l-ekosistema taċ-ċibersigurtà li dejjem tevolvi.

Skont l-Artikolu 67 tas-CSA, kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-ENISA u tal-prattiki tax-xogħol tagħha, il-ħtieġa possibbli għal modifiki u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ modifiki bħal dawn. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni.

Skont id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-Aġenzija u tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, li kienu jinkludu konsultazzjoni pubblika u studju indipendenti. F’konformità mal-prattiki ta’ regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni nediet ukoll konsultazzjoni pubblika speċifikament dwar ir-reviżjoni tas-CSA, kif ukoll sejħa għal evidenza biex tinġabar data mill-gruppi tal-partijiet ikkonċernati. L-evalwazzjoni waslet għall-konklużjoni li l-ENISA ssodisfat il-mandat tagħha billi tat kważi l-outputs ippjanati kollha. L-objettivi tal-Aġenzija għadhom rilevanti llum bl-output rikonoxxut b’mod speċjali mill-partijiet ikkonċernati matul żminijiet ta’ sfida bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna. Minkejja l-feedback ġeneralment pożittiv mill-partijiet ikkonċernati dwar l-outputs tal-ENISA, intwera wkoll li hemm lok sinifikanti għal titjib biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati b’mod konsistenti.

It-tagħlimiet meħuda wrew li biex jiżdied il-livell ta’ effiċjenza, l-ENISA tkun teħtieġ fokus aktar strateġiku, prijoritizzazzjoni tal-kompiti u tisħiħ tal-kapaċità tagħha li tipprovdi għarfien f’waqtu dwar it-theddid emerġenti u l-għodod strateġiċi biex tindirizzahom. Barra minn hekk, kif indikat minn għadd ta’ partijiet ikkonċernati, l-ENISA tista’ tistabbilixxi metodi aktar strutturati u trasparenti ta’ involviment ta’ entitajiet privati, b’enfasi fuq l-appoġġ lill-SMEs. Fil-konsultazzjonijiet esterni kollha, ġiet enfasizzata l-importanza li jiżdiedu l-finanzjament, il-persunal u l-kapaċità operazzjonali tal-ENISA biex din tkun tista’ tissodisfa d-domandi dejjem akbar tax-xenarju taċ-ċibersigurtà tal-UE. Fir-rapport tal-evalwazzjoni tagħha, wara l-istudju, is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw ħtieġa ċara ta’ leġiżlazzjoni li tibqa’ valida fil-futur u li tista’ tadatta għax-xenarju kumpless u evolventi malajr taċ-ċibertheddid, u rispettivament biex l-Aġenzija tissaħħaħ bir-riżorsi meħtieġa biex tiżgura l-appoġġ għall-ogħla livelli ta’ ċibersigurtà fl-Ewropa. Abbażi tad-data miġbura u l-esperjenza bl-implimentazzjoni tas-CSA, ġie konkluż li l-koordinazzjoni ma’ korpi oħra jenħtieġ li tiġi simplifikata, u li ssir enfasi fuq l-appoġġ tal-ENISA għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u fuq l-appoġġ lill-Kummissjoni, meta titlob dan, biex tabbozza leġiżlazzjoni relatata maċ-ċibersigurtà. Il-proposta qed tħares lejn is-sinerġiji mal-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-Kummissjoni biex tindirizza riskji bħad-dipendenzi dejjem akbar minn entitajiet stabbiliti f’pajjiżi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà u kkontrollati minnhom (fornituri ta’ riskju għoli) fl-Ewropa. Bħala ċentru ta’ kompetenza esperta, bħalissa l-ENISA hija wkoll repożitorju essenzjali ta’ informazzjoni li huwa kruċjali għall-bini ta’ fehim komuni rigward it-theddid u r-riskji għall-entitajiet tal-UE. Għalhekk, il-qafas propost qed jibni fuq l-esperjenza mis-CSA1 u qed jimmobilizza l-koordinazzjoni tal-flussi tal-informazzjoni biex tinkiseb stampa ħolistika tal-għarfien sitwazzjonali.

L-evalwazzjoni tal-ECCF tiżvela diversi rakkomandazzjonijiet strateġiċi. Minkejja r-rwol ċentrali tal-ENISA fit-trawwim tal-kooperazzjoni u tal-koeżjoni operazzjonali fost l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra, ir-restrizzjonijiet fuq l-effiċjenza u fuq l-effettività tal-ECCF kienu evidenti l-aktar minħabba l-kumplessitajiet tal-proċessi tal-adozzjoni tal-iskemi. Dawn il-kwistjonijiet enfasizzaw in-neċessità għal reviżjoni sostanzjali fl-istrutturi ta’ governanza biex jissaħħu ċ-ċarezza u l-akkontabilità operazzjonali fil-livelli kollha, li l-proposta għar-reviżjoni tas-CSA qed tindirizza. L-esperjenza tal-funzjonament tal-ECCF attwali wriet li hemm bżonn jiġi modernizzat u ċċarat il-qafas taċ-ċertifikazzjoni u tiddaħħal proċedura tal-manutenzjoni għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħtiġijiet tas-suq u x-xenarju tat-theddid. Fl-aħħar nett, il-qafas oriġinali ma antiċipax riskji mhux tekniċi, li jistgħu jiġu identifikati bħala sors ta’ implimentazzjoni mwaħħla tal-ECCF fuq skemi tal-5G u tal-cloud.

Il-kumplessità fl-ekosistema taċ-ċibersigurtà tal-UE qed tiżdied skont iċ-ċibertheddid evolventi. Fis-sottomissjonijiet bil-miktub mill-partijiet ikkonċernati, kien hemm kunsens qawwi dwar il-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-SMEs u sar appell għal proċeduri tal-konformità simplifikati. Filwaqt li l-isforz ewlieni ta’ simplifikazzjoni se jiġi indirizzat permezz tal-inizjattiva Omnibus Diġitali, il-proposta tirrifletti l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati billi tintroduċi bidliet fid-Direttiva NIS 2 biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ implimentazzjoni

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Is-CSA2 jintroduċi r-reviżjonijiet meħtieġa biex l-UE tiġi mgħammra b’għodod u b’mekkaniżmi biex tirrispondi għax-xenarju taċ-ċibersigurtà u għall-objettivi tal-politika. Ir-regolament propost se jkompli jsaħħaħ lill-ENISA bil-kapaċitajiet neċessarji biex jiġu appoġġati l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u fil-ġlieda kontra r-riskji ċibernetiċi. Filwaqt li tqis ir-rapporti Draghi u Letta msemmija hawn fuq, il-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034 tpoġġi l-kompetittività, is-sigurtà u l-awtonomija strateġika fil-qalba tagħha.

B’riżultat ta’ dan, il-proposti fil-pakkett orizzontali tal-QFP 2028-2034, b’mod partikolari l-proposti tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u tal-Orizzont Ewropa, jintroduċu kriterji ta’ eliġibbiltà ġodda bbażati fuq il-prinċipju tal-esklużjoni ta’ “fornituri ta’ riskju għoli” milli jirċievu fondi tal-UE. Is-CSA2 huwa allinjat bis-sħiħ ma’ dan il-prinċipju, u barra minn hekk, jirrappreżenta għodda li tippermetti l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda ta’ “fornitur ta’ riskju għoli” peress li jagħti qafas proċedurali biex jinħatru pajjiżi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE. F’dan ir-rigward, is-CSA2 huwa proposta strateġika, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-kisba tas-sovranità teknoloġika u għat-tisħiħ tal-kompetittività fl-Ewropa.

L-eliminazzjoni tal-frammentazzjoni eżistenti se tiġi indirizzata permezz ta’ armonizzazzjoni ulterjuri fis-suq taċ-ċertifikazzjoni tal-UE, li tagħmel il-proċess ta’ ċertifikazzjoni Ewropew aktar effiċjenti u sostenibbli.

Il-proposti tal-QFP għall-2028-2034 jieħdu l-isforz ta’ simplifikazzjoni bħala prijorità fil-qafas kollu. Is-seba’ intestaturi baġitarji nġabru f’erbgħa, filwaqt li n-numru tal-programmi ta’ finanzjament orizzontali tnaqqas bil-kbir minn 52 għal 16, biex jipprovdi flessibbiltà u adattabbiltà għall-ħtiġijiet tal-lum. Il-valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà saħaq eżattament fuq dawn l-objettivi: il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà f’diversi oqfsa leġiżlattivi, li jiġu kodifikati u ffokati l-kompiti tal-ENISA fuq l-oqsma bl-aktar impatt biex tinkiseb reżiljenza mtejba tal-ekosistema taċ-ċibersigurtà tal-UE. Wara dawn is-sejbiet, id-dispożizzjonijiet proposti jagħtu spinta lill-kompetittività permezz tas-simplifikazzjoni; jiżguraw livelli għoljin ta’ sigurtà permezz ta’ koordinazzjoni u analiżi mtejba tar-riskji u, tal-vulnerabbiltajiet; jappoġġaw livelli ogħla ta’ armonizzazzjoni permezz tal-eliminazzjoni tal-frammentazzjoni, preżenti f’għadd ta’ skemi nazzjonali. Barra minn hekk, l-ENISA hija ddisinjata biex tkun l-veikolu ewlieni li se jixpruna l-isforzi ta’ simplifikazzjoni diġitali peress li se jintegra l-Punt Uniku ta’ Servizz għan-notifiki, kif deskritt fl-inizjattiva Omnibus Diġitali 90 .

Parti essenzjali mill-pakkett tal-QFP 28-34 hija l-proposta għal Fond għall-Kompetittività (FEK) ġdid, li jiġbor taħt saqaf wieħed aktar minn 16-il programm ta’ finanzjament bħall-Programm Ewropa Diġitali (DEP, Digital Europe Programme), Health4EU, il-Fond Ewropew għad-Difiża, eċċ. Orizzont Ewropa (HEP, Horizon Europe Programme) se jibqa’ programm awtonomu, interkonness mill-qrib mal-FEK. Dan il-qafas il-ġdid ta’ programmazzjoni jappella għal koordinazzjoni soda u finanzjament li jikkorrispondu għall-prijoritajiet attwali. F’din il-linja, id-dispożizzjonijiet proposti fis-CSA2 huma l-pedament għall-approfondiment tal-koordinazzjoni bejn l-ENISA u l-ECCC, responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm tal-partijiet relatati maċ-ċibersigurtà tad-DEP u tal-HEP. Id-dispożizzjonijiet proposti jiżguraw il-koerenza u jisħqu fuq is-sinerġiji bejn l-ENISA u l-ECCC. L-istess approċċ kien tħaddem ukoll fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ aġenziji u korpi oħra, bħall-Europol.

Aspett ieħor tal-allinjament bejn il-proposta għas-CSA2 u l-QFP 28-34 huwa fil-prinċipju tal-flessibbiltà. Bir-reviżjoni, il-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu ta’ “tariffa”, li jagħti lill-ENISA mod flessibbli biex tiffinanzja parzjalment l-attivitajiet tagħha, b’mod aktar speċifiku relatati mal-iżvilupp u mal-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, u l-ipproċessar u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lill-fornituri, u l-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. B’din il-bidla, l-Aġenzija se jkollha l-flessibbiltà u l-iskalabbiltà li tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati u jkollha nefqa sostenibbli permezz tar-rifinanzjament tas-servizzi tagħha.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mill-aħħar reviżjoni tal-mandat tal-ENISA fl-2019, ix-xejra kienet lejn tkabbir esponenzjali tal-kontribuzzjonijiet mistennija tal-Aġenzija lejn l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE. Dan wassal għal talbiet għal żidiet annwali fil-baġit u fil-persunal ogħla mil-livelli inizjalment ippjanati. Ir-reviżjoni proposta tintroduċi kompiti ġodda importanti, kif ukoll iddaħħal il-kompiti ta’ mandat tal-ENISA, li ġew imposti minn atti leġiżlattivi oħra wara li ġie adottat is-CSA1, u b’hekk testendi l-kapaċitajiet tal-ENISA, li jeħtieġu rinforzi finanzjarji u umani addizzjonali. Il-proposta, xprunata mill-għan li tagħmel is-sigurtà diġitali l-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa, tappella għal impatt reali fi ħdan l-ekosistema taċ-ċibersigurtà. Dan jista’ jkun possibbli biss b’investiment sinifikanti li jikkorrispondi għall-effett mixtieq u fuq kollox – għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri u ta’ partijiet ikkonċernati oħra. Il-kompiti l-ġodda jinkludu l-ħtieġa ta’ persunal tekniku u speċjalizzat, kif ukoll investimenti finanzjarji (jiġifieri għal għodod u għal pjattaformi), li jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ allokazzjoni finanzjarja addizzjonali mill-baġit tal-UE.

Biex titjieb il-flessibbiltà u fl-istess waqt jinkiseb baġit sostenibbli fit-tul tal-Aġenzija, ir-reviżjoni tipproponi mekkaniżmu tat-tariffi li se jiffinanzja parzjalment is-servizzi pprovduti għall-manutenzjoni tal-qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u fir-rigward tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u l-ipproċessar u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lill-fornituri.

L-istimi kollha għar-riżorsi addizzjonali fir-reviżjoni tas-CSA jsiru mill-perspettiva tal-baġit bażi tal-ENISA fl-2025 (kostijiet operazzjonali u ekwivalenti għall-full time (FTEs, Full-Time Equivalents). Il-Kummissjoni għamlet analiżi estensiva għall-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni fi ħdan l-Aġenzija biex takkomoda l-kompiti l-ġodda previsti fil-mandat rivedut. Il-fatt li l-Aġenzija qed taħdem fuq il-kapaċitajiet massimi tagħha mingħajr għażliet għat-tnaqqis tal-kompiti u azzjoni ta’ deprijoritizzazzjoni wkoll meħuda mill-Bord tat-Tmexxija fl-2023, iwassal b’mod ċar għall-konklużjoni li l-ebda kompitu ġdid ma jista’ jiġi akkomodat bl-istruttura attwali, mingħajr ma jissaħħu kemm il-baġit kif ukoll ir-riżorsi umani. Barra minn hekk, ħafna mill-kompiti attwali huma koperti bi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni bejn l-ENISA u l-Kummissjoni. Għalhekk, il-proposta għandha l-għan li żżid dawk il-kompiti mal-mandat tal-ENISA u li tirċievi baġit stabbli għas-snin li ġejjin.

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, l-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija mill-2028 ’il quddiem se jiġu kkumpensati permezz ta’ riallokazzjonijiet minn programmi skont il-QFP 2028-2034. Jekk ikun meħtieġ tnaqqis kumpensatorju, ir-riżorsi allokati lill-Aġenzija u l-flussi u s-sorsi ta’ finanzjament tagħhom jista’ jkollhom bżonn jiġu riveduti. Il-miżuri stabbiliti fil-qafas tas-CSA2 propost jinvolvu wkoll l-adozzjoni ta’ kompiti addizzjonali għad-DĠ sieħeb tal-ENISA (id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, id-DĠ CNECT). Ta’ min jinnota b’mod speċjali li l-qafas tal-katina tal-provvista tal-ICT se jiġi implimentat bis-sħiħ fil-livell tal-Kummissjoni, inkluża analiżi tas-suq li takkumpanja l-valutazzjonijiet tar-riskju u t-tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, se jkun meħtieġ sett addizzjonali ta’ atti ta’ implimentazzjoni abbozzati u adottati mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-modalitajiet tal-mekkaniżmi tat-tariffi. Se jkunu meħtieġa superviżjoni u assistenza addizzjonali fil-livell tal-Kummissjoni għall-infurzar tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, għall-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet mudell, għall-manutenzjoni ta’ skemi taċ-ċibersigurtà, għall-ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku ma’ pajjiżi terzi u għas-sorveljanza tal-ENISA.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

–    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–    impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

– lill-korpi tad-dritt pubbliku

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti


2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Il-monitoraġġ u r-rapportar se jimxu mal-prinċipji deskritti fir-Regolament tas-CSA 91 attwali, fir-Regolament Finanzjarju 92 u f’konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati 93 .

Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament Finanzjarju, l-ENISA kull sena trid tibgħat Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih il-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u l-programmazzjoni tar-riżorsi. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendar tal-mandat tal-ENISA tintroduċi r-rekwiżit għall-Kummissjoni, bħala membru tal-Bord tat-Tmexxija, li tixħet vot pożittiv għall-Bord tat-Tmexxija tal-ENISA biex jadotta l-SPD, għal kwistjonijiet, relatati mar-riżorsi umani u mal-baġit. Il-Kummissjoni se toħroġ ukoll opinjoni dwar l-abbozz tal-SPD qabel ma ssir il-proċedura ta’ votazzjoni fil-Bord tat-Tmexxija, li jenħtieġ li tiġi implimentata qabel l-adozzjoni tal-SPD 94 .

L-ENISA trid tippreżenta wkoll Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat lill-Bord tat-Tmexxija. Dan ir-rapport jinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi u tar-riżultati stabbiliti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni. Ir-rapport irid jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttur Ġenerali tal-ENISA jenħtieġ li jippreżenta evalwazzjoni ex post kull sentejn tal-attivitajiet tal-ENISA lill-Bord tat-Tmexxija. L-Aġenzija jenħtieġ li tħejji wkoll pjan ta’ azzjoni ta’ segwitu rigward il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi, u darba kull sentejn tirrapporta dwar il-progress lill-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jkun responsabbli biex jimmonitorja s-segwitu adegwat ta’ dawn il-konklużjonijiet.

L-allegazzjonijiet ta’ amministrazzjoni ħażina tal-attivitajiet tal-Aġenzija jistgħu jkunu soġġetti għal inkjesti tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 228 tat-Trattat.

Ħafna drabi, is-sorsi tad-data għall-monitoraġġ ippjanat ikunu l-ENISA, il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, in-Network ta’ CSIRTs u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Minbarra d-data miksuba mir-rapporti (inkluż ir-rapporti annwali tal-attività) tal-ENISA, il-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS u n-Network ta’ CSIRTs u l-Kummissjoni se jintużaw għodod speċifiċi għall-ġbir tad-data meta meħtieġ (pereżempju stħarriġiet lill-awtoritajiet nazzjonali, l-Ewrobarometru, studji dedikati u rapporti minn eżerċizzji pan-Ewropej).

Il-proposta tal-Kummissjoni għas-CSA2 tkompli l-prattika stabbilita ta’ rieżami u l-evalwazzjoni tal-Aġenzija. Kif deskritt fl-Artikolu 119 tal-proposta għas-CSA2, sa [JJ XX SSSS] u mbagħad kull ħames snin, il-Kummissjoni trid tikkummissjona evalwazzjoni tal-ENISA. B’mod partikolari, din l-evalwazzjoni se tivvaluta l-ħtieġa possibbli li jinbidel il-mandat tal-ENISA u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm valutazzjoni tar-riżultati miksubin mill-ENISA fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat, tal-missjoni, tal-governanza u tal-kompiti tagħha, inkluża valutazzjoni ta’ jekk il-kontinwazzjoni tal-ENISA tkunx għadha ġġustifikata fir-rigward ta’ dawn l-objettivi, il-mandat, il-missjoni, il-governanza u l-kompiti.

L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament fir-rigward tal-objettivi tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà li jiżgura livell adegwat taċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-entitajiet fl-Unjoni u li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tar-Regolament fir-rigward tal-objettivi tal-qafas tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill dwar is-sejbiet kollha u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni għat-Titolu II tar-Regolament. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi. 

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Meta jitqies li l-proposta tħalli impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-ENISA, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-ENISA għandu jiġi implimentat f’konformità mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti. Għalhekk, l-ENISA hija marbuta li timplimenta strateġija ta’ kontroll xierqa koordinata fost l-atturi xierqa involuti fil-katina ta’ kontroll.

Fir-rigward tal-kontrolli ex post, l-ENISA, bħala aġenzija deċentralizzata, hija soġġetta b’mod partikolari għal:

-    awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

-    rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jipprovdu dikjarazzjoni li tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti

-    kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew

-    investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF biex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost.

-    Bħala DĠ sieħeb għall-ENISA, id-DĠ CNECT se jimplimenta l-Istrateġija ta’ Kontroll tiegħu fuq l-aġenziji deċentralizzati biex jiżgura rapportar affidabbli fil-qafas tar-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tiegħu. Filwaqt li l-aġenziji deċentralizzati għandhom responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, id-DĠ CNECT huwa responsabbli għall-ħlas regolari tal-kontribuzzjonijiet annwali stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja.

-    Fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u ta’ akkontabilità fl-ENISA.

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-Aġenzija u tal-Valutazzjoni tal-Impatt li twettqet u li ppreżentat il-proposta għar-Regolament tas-CSA2, ġie ddeterminat li huwa ta’ importanza kbira li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji adegwati biex l-ENISA twettaq il-kompiti inkarigati mill-mandat il-ġdid. Novità importanti għall-mandat rivedut tal-Aġenzija se tkun l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu tat-tariffi li huwa previst biex jiffinanzja l-kostijiet għall-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, adottati skont l-ECCF. L-ECCF rivedut se jifformalizza l-proċedura ta’ manutenzjoni. L-attività ta’ manutenzjoni se tkun immexxija mill-ENISA u parzjalment iffinanzjata minn tariffi biex tkopri n-natura skalabbli tagħha (aktar skemi jeħtieġu aktar persunal għall-manutenzjoni). L-Aġenzija se tkun mgħammra wkoll bil-kapaċità li tipprovdi għodod ta’ ttestjar biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità kemm skont l-ECCF kif ukoll skont leġiżlazzjoni ċibernetika rilevanti oħra tal-UE. Il-modalitajiet dwar it-tariffi se jitfasslu f’att ta’ implimentazzjoni, adottat mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-reviżjoni qed tipprevedi l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej u l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-fornituri biex jipprovdu attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-proposta għas-CSA2 bħala tali għandha l-għan li ttaffi r-riskji identifikati fi ħdan il-mandat tal-ENISA u l-qafas tal-ECCF, inkluż il-qafas tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u d-dispożizzjonijiet ta’ simplifikazzjoni. B’mod aktar speċifiku, l-ENISA hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li diġà teżisti u fir-reviżjoni tkompli tiddelinja l-mandat, filwaqt li ssaħħaħ l-oqsma fejn l-Aġenzija wriet valur miżjud ċar u żżid l-oqsma l-ġodda skont fejn hemm bżonn appoġġ fid-dawl tal-prijoritajiet u tal-istrumenti ta’ politika l-ġodda, bħal simplifikazzjoni bl-integrazzjoni ta’ Punt Uniku ta’ Sevizz għar-rapportar; appoġġ għal stampa Ewropea tal-għarfien sitwazzjonali kondiviż u l-kooperazzjoni operazzjonali, Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà msaħħaħ u simplifikat.

Riskju identifikat ieħor, u indirizzat fil-proposta, hu n-numru ta’ ftehimiet tal-kontribuzzjoni li l-Kummissjoni u l-Aġenzija kkonkludew fl-aħħar snin. Minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u x-xenarju tat-theddid għaċ-ċibersigurtà li dejjem jevolvi malajr, mill-2019 ’l hawn il-Kummissjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ kontribuzzjoni mal-Aġenzija li b’kollox jaqbżu l-EUR 75 miljun. Meta wieħed iqis li l-kompiti fdati lill-ENISA f’dawk il-ftehimiet minn issa għandhom natura permanenti, il-fluss instabbli tal-baġit permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jippreżenta riskju għat-twettiq fit-tul tal-outputs tal-attivitajiet tal-ENISA.

Għalhekk, fost l-oħrajn, il-proposta attwali ssaħħaħ il-kapaċità tar-riżorsi tal-Aġenzija, tiddefinixxi mill-ġdid tal-kompiti tagħha u twassal għal titjib fl-effiċjenza. B’mod partikolari, il-possibbiltà li jinġabru t-tariffi se tappoġġa fit-tul ċirkwit finanzjarju sostenibbli tal-Aġenzija b’rifinanzjament tal-kostijiet relatati mal-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni, adottati skont l-ECCF, l-ittestjar tal-għodod u għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. Fit-tul, huwa stmat li jinkiseb iffrankar għall-baġit tal-UE billi jintlaħqu EUR 18,5 miljun fis-sena. Il-Kummissjoni se tkun fuq quddiem għall-modalitajiet tat-tariffi u għall-kompożizzjoni tagħhom permezz tal-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Iż-żieda fil-kompiti operazzjonali għall-Aġenzija ma tirrappreżentax riskju reali. Dawn il-kompiti jkunu qed jikkomplementaw l-azzjoni tal-Istati Membri u jappoġġawhom, fuq talba. Dawn se jkunu limitati wkoll għal servizzi predefiniti, b’analogu għall-Att dwar iċ-Ċibersigurtà (UE) 2019/881 95 . L-elementi/kompiti l-ġodda fil-proposta se jġibu l-valur miżjud għall-partijiet ikkonċernati Ewropej li jibbenefikaw mill-ENISA bħala ċentru tal-informazzjoni li jikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jipprovdi notifika tat-twissijiet lill-kostitwenti tagħhom. 

Barra minn hekk, il-mudell propost tal-Aġenzija huwa allinjat mal-Approċċ Komuni tal-Kummissjoni lejn l-aġenziji deċentralizzati, u jiżgura li jkun hemm kontroll suffiċjenti biex jiġi previst li l-ENISA taħdem biex tikseb l-objettivi tagħha. Ir-riskji operazzjonali u finanzjarji tal-bidliet proposti jidhru li huma limitati, peress li d-dispożizzjonijiet huma magħmula biex itaffu r-riskji attwali. Madankollu, ċerti aspetti negattivi jistgħu jkunu mistennija fit-tul, fir-rigward ta’:

- riżorsi operazzjonali xotti minħabba żieda fil-ħtiġijiet operazzjonali tal-Istati Membri u riskji u theddid kontinwament evolventi fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

- żieda rapida fil-baġit bl-aspettattivi għal implimentazzjoni rapida.

- nuqqas ta’ livelli adegwati ta’ riżorsi finanzjarji u umani biex jissodisfaw il-ħtiġijiet operazzjonali.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kost imġarrab mid-DĠ CNECT għall-monitoraġġ u għas-superviżjoni tal-entitajiet fdati, inkluża l-ENISA, hija ta’ madwar EUR 5,25 miljun, kif irrapportat fir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2024 96 . Dan l-ammont jinkludi primarjament il-kostijiet tal-persunal u jirrappreżenta 0,50 % tal-pagamenti operazzjonali li saru lil dawn l-entitajiet matul l-2024. Ir-rata ġenerali tal-kost tal-kontroll żdiedet bi ftit għal 0,50% fl-2024 minn 0,46% fl-2023, iżda tibqa’ relattivament stabbli meta mqabbla mas-snin preċedenti.

B’mod aktar speċifiku, dak li jikkonċerna lill-ENISA, il-kostijiet tal-kontroll fl-2024 jammontaw għal EUR 0,32 miljun jew 0,70 % tal-kost tal-kontroll fl-2024, meta mqabbel ma’ 0,69 % fl-2023, u ma’ 1,22 % fl-2022. L-analiżi turi li kostijiet ogħla tal-kontroll huma assoċjati l-aktar mat-tħejjija u mal-monitoraġġ tal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija (il-kost tar-riżorsi umani prinċipalment), li huwa mistenni li jitnaqqas b’mod sinifikanti fil-mandat il-ġdid u b’riżultat ta’ dan huma mistennija livelli ogħla ta’ effiċjenzi. F’termini ta’ kostijiet ġenerali għad-DĠ CNECT meta mqabbla mal-entitajiet fdati l-oħra, l-ENISA tinsab fin-nofs, meta mqabbla ma’ 11-il entità oħra.

Il-proposta għas-CSA2 tipprevedi żieda fil-persunal tad-DĠ CNECT b’50 FTE, li minnhom FTE addizzjonali wieħed se jiġi assenjat speċifikament għall-kompiti fir-rigward tad-DĠ CNECT bħala DĠ sieħeb tal-Aġenzija. Din il-persuna se tkun qed tappoġġa t-tħejjija tal-opinjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA u se timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu; tappoġġa s-superviżjoni tat-tħejjija tal-baġit tal-Aġenzija u timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu. Tassisti lill-Aġenzija waqt li tkun qed tiżviluppa l-attivitajiet tagħha skont il-politiki tal-Unjoni, fosthom billi tieħu sehem fil-laqgħat rilevanti. L-azzjoni hija ġġustifikata miż-żieda fil-kompiti ta’ monitoraġġ għad-DĠ CNECT, li fost l-oħrajn jipprevedu vot pożittiv tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-baġit u mar-riżorsi umani. Ta’ min jinnota li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-deżinjazzjoni tal-pajjiżi li jippreżentaw riskji strateġiċi marbutin maċ-ċibersigurtà għal fornituri ta’ riskju għoli ta’ assi ewlenin speċifiċi se tkun proċess xprunat bis-sħiħ mill-Kummissjoni. Il-persunal stmat meħtieġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju b’rabta ma’ dan ta’ hawn fuq huwa ta’ 25 FTE. L-azzjoni hija ġġustifikata mill-volum tal-ħidma li tappella għalih l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika, b’mod aktar speċifiku l-appoġġ għall-koordinati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-UE; analiżi ekonomika għal kull prodott/servizz tal-ICT; it-tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni rispettivi u wara l-implimentazzjoni tal-qafas; it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tas-sjieda u tal-kontroll. Il-kost tal-kontrolli għall-Kummissjoni biex timplimenta l-qafas tal-katina tal-provvista huwa mistenni li jkun affettwat speċifikament mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tas-sjieda u tal-kontroll (OCA, Ownership and Control Assessments) li l-Kummissjoni se tkun qed twettaq. Madankollu, ir-riżultati ta’ dan il-kompitu se jikkontribwixxu ħafna għall-iffrankar għall-Istati Membri meta jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-obbligi ta’ mitigazzjoni imposti fuq l-entitajiet tal-NIS2 mill-qafas. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jisfruttaw ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-OCA direttament, minflok ma kull wieħed minnhom jagħmel dan individwalment biex jiddedika r-riżorsi għall-istess ħtiġijiet ta’ valutazzjonijiet. It-tisħiħ tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, l-istandardizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet relatati, l-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS2 (inkluż il-ħtiġijiet tal-implimentazzjoni rispettivi, l-atti ta’ implimentazzjoni tat-tariffi u l-appoġġ għall-manutenzjoni tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni u tal-iskemi tal-attestazzjonijiet tal-ħiliet) ġie stmat għal 19-il FTE, filwaqt li l-politiki ta’ kooperazzjoni operattiva u l-politiki tal-għarfien sitwazzjonali jeħtieġu 5 FTEs addizzjonali. Deskrizzjoni sħiħa tal-kompiti fit-taqsima 3.2.4.

L-ENISA, fir-rapport annwali tal-attività konsolidat tagħha tal-2023 97 , ikkonkludiet b’mod pożittiv dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom u pprovdiet dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni nadifa. Fir-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2023, il-QEA ħarġet opinjoni tal-awditjar nadifa dwar il-kontijiet u opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet (imsemmija wkoll fi 2.2.2). Id-DĠ CNECT ħa nota tar-rapport, u madankollu kkonkluda li ma għandux impatt fuq l-effettività tas-superviżjoni tas-CNECT. L-ENISA tirrapporta wkoll b’mod regolari dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-okkorrenza mill-ġdid tas-sejbiet u sa issa, ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ errur se tmur għall-agħar/se tkun ogħla minn 2% fis-snin li ġejjin.

Barra minn hekk, l-Artikolu 80(2) tar-Regoli finanzjarji tal-ENISA 98 jipprevedi l-possibbiltà li l-aġenzija taqsam kapaċità tal-awditjar intern ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni li jaħdmu fl-istess qasam ta’ politika jekk il-kapaċità tal-awditjar intern ta’ korp uniku tal-Unjoni ma tkunx kosteffettiva.

Bħala konklużjoni, meta jitqies id-daqs miżjud propost tal-Aġenzija b’aktar minn 100 %, meta mqabbel mat-titjib relattivament baxx tal-kostijiet tal-kontroll, l-analiżi turi proporzjon sodisfaċenti tal-kosteffettività. Wara li titqies id-data kollha disponibbli, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-errur mistenni jista’ jkun ogħla minn 2 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà se tapplika l-ogħla standards applikabbli għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet.

Pagamenti għal kwalunkwe servizz jew studju jiġu vverifikati mill-persunal tal-aġenzija qabel il-pagament, filwaqt li jitqies kwalunkwe obbligu kuntrattwali, prinċipju ekonomiku u prattika finanzjarja jew ta’ ġestjoni tajba. Id-dispożizzjonijiet kontra l-frodi (is-superviżjoni, ir-rapportar, ir-rekwiżiti, eċċ.) se jiġu inklużi fil-ftehimiet u fil-kuntratti kollha konklużi bejn l-aġenzija u r-riċevituri ta’ kwalunkwe pagament.

Biex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mingħajr restrizzjoni.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 99

mill-pajjiżi tal-EFTA 100

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 101

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Mhux diff.

IVA

LE

LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Aġenzija: ENISA

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

Linja baġitarja: <…….>/Kontribuzzjoni addizzjonali tal-baġit tal-UE għall-aġenzija

20 900

20 594

25 338

26 801

26 801

26 301

26 301

173,006

L-approprjazzjonijiet/il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE lill-aġenzija se jiġu kkumpensati bi tnaqqis tal-pakkett tal-programm <…….>/linja baġitarja li ġejja: <…….>/fis-sena/snin: <…….> .

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

20 900

20 594

25 338

26 801

26 801

26 301

26 301

173,006

Pagamenti

(5)

20 900

20 594

25 338

26 801

26 801

26 301

26 301

173,006

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

1,365

`1 365

1,470

1,785

2,100

2,415

2,625

13,125

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

22 265

21 959

26 808

28 586

28 901

28 716

28 926

186,161

Pagamenti

=5+6

22 265

20 890

24 851

26 254

26 254

25 754

25 754

186,161

DĠ: CNECT

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

Riżorsi umani

3,693

3,693

4,574

5,277

5,980

6,683

7,475

37,375

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL TAD-DĠ CNECT

Approprjazzjonijiet

3,693

3,693

4,574

5,277

5,980

6,683

7,475

37,375

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

2,328

2,328

3,104

3,492

3,880

4,268

4,850

24,25

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

24,594

24,257

29,912

32,078

32,781

32,984

33,776

210,38

Pagamenti

24,594

24,257

29,912

32,078

32,781

32,984

33,776

210,38

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 102

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 103 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

(addizzjonali)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2028 - 2034

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 4

Riżorsi umani

2,328

2,328

3,104

3,492

3,880

4,268

4,840

24,25

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 4

2,328

2,328

3,104

3,492

3,880

4,268

4,840

24,25

Barra mill-INTESTATURA 4

Riżorsi umani

1,365

1,365

1,470

1,785

2,100

2,415

2,625

13,125

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

1,365

1,365

1,470

1,785

2,100

2,415

2,625

13,125

TOTAL

3,693

3,693

4,574

5,277

5,980

6,683

7,475

37,375

3.2.4.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani (addizzjonali)

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 104

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

12

12

16

18

20

22

25

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

0

0

0

Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ Ammin.

[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4

13

13

14

17

20

23

25

TOTAL

25

25

30

35

40

45

50

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

25

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

25

L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq l-ammont ta’ persunal għall-2028 u lil hinn huwa indikattiv u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors tal-finanzjament u l-ambitu tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034 u għall-proċedura baġitarja annwali u għall-mekkaniżmu ta’ tmexxija.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu mid-DĠ tas-settur fi ħdan il-Kummissjoni

Uffiċjali u persunal temporanju

Koordinazzjoni tal-ENISA (1):

Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Jabbozza l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA u jimmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu. Is-sorveljanza tal-preparazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. L-għoti ta’ assistenza lill-Aġenzija waqt li tkun qed tiżviluppa l-attivitajiet tagħha skont il-politiki tal-Unjoni, inkluż bil-parteċipazzjoni fil-laqgħat rilevanti.

Skemi tal-attestazzjonijiet tal-ħiliet/Akkademja għall-Ħiliet (2):

Se jkun meħtieġ persunal addizzjonali fis-CNECT biex jitħejjew atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu tariffi li l-ENISA se titlob lill-applikanti biex isiru fornituri awtorizzati. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni se jkunu ta’ mill-inqas 12, wieħed għal kull profil tal-ECSF.

Katina tal-provvista (25)

L-appoġġ għat-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju koordinati tal-Unjoni.

It-twettiq ta’ analiżi ekonomika għal kull prodott tal-ICT u servizz tal-ICT ikkunsidrat.

L-abbozzar tal-atti ta’ implimentazzjoni rispettivi dwar l-identifikazzjoni ta’ assi ewlenin, il-miżuri ta’ mitigazzjoni proposti u d-deżinjazzjoni ta’ pajjiżi li jippreżentaw riskji strateġiċi marbutin maċ-ċibersigurtà għal assi ewlenin speċifiċi, l-identifikazzjoni ta’ fornituri b’riskju għoli, il-verifika tat-talbiet għal eżenzjoni u t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

L-appoġġ għall-implimentazzjoni u s-superviżjoni tal-miżuri adottati.

Qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, l-istandardizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet relatati, l-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS2 (17):

L-infurzar tas-CSA, b’mod partikolari l-governanza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (CABs, Conformity Assessment Bodies) (kontestazzjoni tar-responsabbiltajiet)

L-involviment tal-partijiet ikkonċernati (u Assemblea)

Ir-rikonoxximent reċiproku ma’ pajjiżi terzi

L-ivilupp standardizzat tal-att ta’ implimentazzjoni (talbiet dettaljati soġġetti għal konsultazzjonijiet u żvilupp ta’ dispożizzjonijiet mudell)

Il-manutenzjoni tal-iskemi, ir-rieżami legali, il-proċedura ta’ kumitat

Il-koordinazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni (CG, Coordination Group) tal-NIS u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-entitajiet

Atti ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva NIS2

L-allinjament tas-CABs mas-CSA, il-preżunzjoni tal-konformità + l-istandardizzazzjoni

Il-koordinazzjoni bejn is-sorveljanza tas-suq u l-NCCA

L-allinjament tekniku bejn is-CRA u l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni

Koordinazzjoni operazzjonali u għarfien sitwazzjonali (5):

Kompetenza esperta settorjali u tal-atturi ta’ theddid biex jikkontribwixxi għal għarfien sitwazzjonali fil-livell tal-UE dwar it-theddid għall-infrastruttura kritika inkluż b’teknoloġiji emerġenti

Il-koordinazzjoni mal-ENISA u ma’ entitajiet u ma’ networks oħra tal-UE biex iħejju għal inċidenti ċibernetiċi sinifikanti u fuq skala kbira

Persunal estern

Bħal hawn fuq

Deskrizzjoni tal-kompiti addizzjonali li għandhom jitwettqu mill-ENISA:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-ġestjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (maniġers tal-pajjiżi u appoġġ għall-implimentazzjoni, filwaqt li l-kostijiet operazzjonali attwali tar-Riżerva huma koperti kif previst fl-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà) (10)

Il-ġestjoni tas-CRA tal-Pjattaforma Unika ta’ Rapportar (SRP, Single Reporting Platform) (operazzjoni) (9)

Is-servizzi ta’ vulnerabbiltajiet marbuta mal-SRP (4)

L-estensjoni tal-SRP għall-Punt Uniku ta’ dħul (Żvilupp u operazzjoni) (8)

L-iżvilupp ta’ gwida teknika, il-kompetenza esperta dwar is-sigurtà tal-prodotti u l-analiżi tas-suq biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tas-CRA (7)

L-istandardizzazzjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni/iċ-Ċertifikazzjoni tas-CRA/NIS2 (4)

L-appoġġ għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq tas-CRA (4)

L-appoġġ għall-ittestjar tal-konformità u l-evalwazzjonijiet tas-sigurtà tal-prodotti (4)

L-appoġġ lill-Istati Membri f’assistenza reċiproka (3)

Tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet, twettaq manutenzjoni tal-bażi tad-data tal-UE tal-vulnerabbiltajiet (EUVD) u taqdi funzjonijiet ta’ konsulenza u arrikkiment (CVD) (15)

Il-kooperazzjoni operazzjonali u l-għarfien sitwazzjonali - pjattaformi tal-mitigazzjoni u tal-appoġġ bħal CNW/CyCLONe; appoġġ lil kompiti relatati man-notifiki tat-twissija; l-appoġġ għal koordinazzjoni msaħħa ma’ entitajiet rilevanti oħra biex jinħolqu repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid (l-Artikolu 11(1a) CSA2) (5)

L-appoġġ għar-reżiljenza tas-setturi kritiċi (inkluża l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-kura tas-saħħa) (4)

L-Iżvilupp tal-Iskemi tal-Attestazzjonijiet tal-Ħiliet (2)

Il-Manutenzjoni u s-Sorveljanza tal-Iskemi tal-Attestazzjonijiet tal-Ħiliet (6)

L-amministrazzjoni (Kontabilista għat-tariffi/HR/IT) (8)

Il-manutenzjoni tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni (11)

Kompiti orizzontali - żieda fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati, fl-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u fl-involviment f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni b’appoġġ għall-iskemi (1)

Persunal estern

Bħal hawn fuq

Żewġ SNEs obbligatorji għal kull Stat Membru biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Aġenzija u jservu bħala Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni operazzjonali, l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet. (13)

Is-27 SNE l-oħra huma previsti bħala mingħajr kost u, għalhekk, ma għandhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.



Kostijiet operazzjonali addizzjonali kull sena għall-ENISA 2028 2034:

Kost

Baġit

Skeda taż-żmien

Spjegazzjoni

Sit web dwar il-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà

EUR 750 000

50 % fl-2029

50 % fl-2030

Biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri, il-proposta tirrikjedi li l-ENISA tmantni sit web bil-profili tal-ECFS, bi skemi ta’ attestazzjoni, b’informazzjoni dwar it-tariffi għal kull skema, bit-tariffi rakkomandati għal kull attestazzjoni u bil-lista ta’ fornituri ta’ attestazzjoni awtorizzati.

Żvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet (CVD)

EUR 1 miljun

Mill-2028

Is-sigurtà tal-prodotti u tas-servizzi użati fl-infrastruttura kritika tagħna tiddependi ħafna fuq il-kondiviżjoni fi żmien xieraq tal-informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet skoperti u kif dawn jistgħu jiġu mmitigati.

Intelligence dwar it-Theddid għaċ-Ċibersigurtà

EUR 3 miljun

Mill-2028

Biex tinkiseb stampa tal-għarfien sitwazzjonali, b’kooperazzjoni, l-ENISA u l-Kummissjoni.

Punt ta’ Dħul Uniku

EUR 8 miljun

EUR 6 miljun fl-2028

EUR 500K fl-2029

EUR 500K fl-2030

EUR 500K fl-2031

EUR 500K fl-2032

Biex tkun tista’ twettaq il-proposta Omnibus Diġitali tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-konformità mal-inċidenti taċ-ċibersigurtà u mal-obbligi ta’ rapportar dwar il-ksur tad-data billi tiżviluppa u żżomm punt ta’ dħul uniku.

Il-manutenzjoni tal-SRP tas-CRA u oħrajn

EUR 3 miljun

Mill-2028

L-SRP introdotta mill-koleġiżlaturi hija l-akbar sistema tal-IT li qatt ġiet żviluppata fl-istorja tal-ENISA u pilastru ewlieni tas-CRA. L-istabbiliment bħalissa huwa ffinanzjat permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni, iżda l-ġestjoni tagħha ta’ kuljum se tirrikjedi FTEs (ara hawn fuq) kif ukoll kostijiet operazzjonali.

L-ENISA għandha rwol ewlieni x’taqdi biex tiżgura s-suċċess tal-qafas tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti, is-CRA.

Il-komunikazzjoni sigura u l-maturità taċ-ċibersigurtà tal-ENISA

EUR 2 miljun +

Investiment ta’ EUR 1,1 miljun fl-2028 (pjattaformi CyCLONe/CSIRTs + il-komunikazzjoni sigura)

EUR 1 miljun fis-sena għall-manutenzjoni mill-2029

EUR 1,5 miljun għall-maturità ċibernetika

L-iżgurar taċ-ċibersigurtà tal-Aġenzija u l-għodod ta’ komunikazzjoni.

Il-manutenzjoni taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà

EUR 1 400 000 miljun

2028 600K

2029 1 000 000

2030 1 200 000

2031 1 400 00

2032 1 400 000

2033 1 400 000

2034 1 400 000

Koperti mit-tariffi (kompletament mill-2032)

Skemi ta’ attestazzjoni taċ-ċibersigurtà

EUR 212 920

Mill-2030, b’50 % koperti mill-baġit tal-UE

Kompletament koperti mit-tariffi mill-2033

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorja: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 4 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 3 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/ix-xiri/l-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (eż. liċenzji, studji, ħżin tad-data, eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028 - 2034

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0

0

0

0

0

0

0

0

Subtotal tal-INTESTATURA 4

0

0

0

0

0

0

0

0

Barra mill-INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0

0

0

0

0

0

0

0

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

0

0

0

0

0

0

0

0

 

TOTAL

0

0

0

0

0

0

0

0

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, l-approprjazzjonijiet allokati lill-aġenzija mill-2028 ’il quddiem se jiġu kkumpensati permezz ta’ riallokazzjonijiet minn programmi skont il-QFP 2028-2034. Jekk ikun meħtieġ tnaqqis kumpensatorju, ir-riżorsi allokati lill-aġenzija u l-flussi u s-sorsi ta’ finanzjament tagħhom jista’ jkollhom bżonn jiġu riveduti.

–    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

–    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.2.8Riżorsi umani stmati u l-użu tal-approprjazzjonijiet meħtieġa f’aġenzija deċentralizzata

Rekwiżiti ta’ persunal addizzjonali (f’unitajiet ekwivalenti għall-full time)

Aġenzija: ENISA

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

Aġenti temporanji (Gradi AD)

5

11

17

19

19

19

19

Aġenti temporanji (Gradi AST)

4

7

11

12

12

12

12

Subtotal tal-aġenti temporanji (AD+AST)

9

18

28

31

31

31

31

Aġenti kuntrattwali

22

44

66

74

74

74

74

Esperti nazzjonali sekondati

4

8

11

13

13

13

13

Subtotal tal-aġenti kuntrattwali u tal-esperti nazzjonali sekondati

26

52

77

87

87

87

87

TOTAL tal-persunal

35

70

105

118

118

118

118

Approprjazzjonijiet koperti mill-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Aġenzija: ENISA

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL 2028 - 2034

Titolu 1: Nefqa tal-persunal

4,488

8,466

12,507

13,648

10,584

10,012

9,537

87,766

Titolu 2: Nefqa infrastrutturali u operatorja

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

16,413

11,588

11,528

11,788

11,613

11,613

11,113

85,240

TOTAL tal-approprjazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE

20,901

20,054

24,035

25,437

22,197

21,625

21,151

155,4

Approprjazzjonijiet koperti minn tariffi, jekk applikabbli, f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Aġenzija: ENISA

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL 2028 - 2034

Titolu 1: Nefqa tal-persunal

0,510

1,043

1,539

4,604

5,176

5,650

18,522

Titolu 2: Nefqa infrastrutturali u operatorja

0,000

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

 

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet koperti mit-tariffi

0,000

0,510

1,043

1,539

4,604

5,176

5,650

18,522

Ħarsa ġenerali/sommarju tar-riżorsi umani u l-approprjazzjonijiet (f’miljuni ta’ EUR) meħtieġa mill-proposta/inizjattiva f’aġenzija deċentralizzata

Aġenzija: ENISA

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL 2028-2034

Aġenti temporanji (AD+AST)

9

18

28

31

31

31

31

31

Aġenti kuntrattwali

22

44

66

74

74

74

74

74

Esperti nazzjonali sekondati

4

8

11

13

13

13

13

13

Total tal-persunal

35

70

105

118

118

118

118

118

Approprjazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE

20,901

20,054

24,035

25,437

22,197

21,625

21,151

155,4

Approprjazzjonijiet koperti minn tariffi (jekk applikabbli)

0,000

0,510

1,043

1,539

4,604

5,176

5,650

18,522

Approprjazzjonijiet kofinanzjati (jekk applikabbli)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

20,901

20,564

25,078

26,976

26,801

26,801

26,801

173,922

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–    indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 105

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Il-mekkaniżmi tat-tariffi huma relatati ma’ tliet oqsma ta’ attività tal-ENISA:

- Tariffi fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-fornituri skont l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

It-tariffi fir-rigward ta’ din l-attività se jiġu organizzati f’att ta’ implimentazzjoni, wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà rivedut. Madankollu, biex ikunu jistgħu jiġu stmati l-investiment meħtieġ u l-kostijiet, saru kalkoli permezz ta’ mudell eżistenti fi Stat Membru tal-UE 106 . Il-mudell jinkludi ħlas ta’ darba u tariffa annwali.

Kostijiet fissi: EUR 8 540

Tariffa annwali: EUR 800

It-tariffi huma maħsuba biex jiffinanzjaw mill-ġdid il-kostijiet għal din l-attività speċifika. Il-kostijiet ġew stmati fil-livell ta’ EUR 1 064 600 fuq perjodu ta’ 5 snin. Il-kostijiet speċifiċi tal-attivitajiet inklużi f’dak in-numru huma relatati mal-iżvilupp u mal-manutenzjoni tal-iskemi, inklużi l-ispejjeż tal-membri ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc li jappoġġa lill-ENISA fl-iżvilupp tal-iskemi (rimborż tal-ispejjeż u ħlas tar-rapporteurs), il-missjonijiet għall-awditjar tal-fornituri fuq il-post, u t-taħriġ tal-assessuri biex tiġi żgurata l-applikazzjoni omoġenja tal-iskemi:

A) il-grupp ta’ ħidma ad hoc jiswa EUR 800 000

B) it-taħriġ ta’ żewġ assessuri għal kull Stat Membru jammonta għal EUR 129 600

C) l-awditjar ta’ entità waħda għal kull Stat Membru jammonta għal EUR 135 000

(A + B + C )/5 = kostijiet ta’ EUR 212 920 fis-sena

Il-proposta kienet tipprevedi perjodu tat-tranżizzjoni u investiment inizjali fl-ewwel tliet snin. Tul il-perjodu tat-tranżizzjoni, il-kostijiet se jkunu koperti mill-baġit tal-UE, u fis-snin 4 u 5 se jkollna kopertura ta’ 50%, fis-snin 6 u 7 – applikazzjoni sħiħa tat-tariffi.

Sena    Tariffi

2028    0

2029    0

2030    0

2031    106 460 (dħul)

2032    106 460 (dħul)

2033    212 920 (dħul)

2034    212 920 (dħul)

- Tariffi fir-rigward tal-kopertura tal-kostijiet għall-manutenzjoni ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, adottati fi ħdan il-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCF).

It-tariffi fir-rigward ta’ din l-attività se jiġu organizzati f’att ta’ implimentazzjoni, wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà rivedut. L-istimi għall-kostijiet tal-manutenzjoni ta’ skema huma bbażati fuq analiżi tas-suq, inkluża fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-proposta għar-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. Il-kostijiet totali tal-attività għal perjodu ta’ 5 snin huma kkalkolati bħala EUR 5 600 000 għall-kostijiet operazzjonali u EUR 7 100 000 għall-FTEs.

Il-kost annwali tal-attivitajiet tal-manutenzjoni qed jiġi kkalkolat abbażi tal-esperjenza attwali fl-ammont ta’ EUR 200 000 għal kull sena ta’ manutenzjoni ta’ skema 107 u 2 FTEs dedikati għal attivitajiet bħal dawn (b’kost annwali ta’ EUR 125 887 għal kull FTE), filwaqt li titqies is-sena prevista tal-adozzjoni ta’ skemi bħal dawn. L-aspettattivi huma d-dħul minn dawn it-tariffi li jiżdied aktar ma jiġu adottati skemi ġodda u aktar ma jintużaw dawk l-iskemi ġodda. S’issa hemm skema waħda adottata (EUCC) permezz tal-ECCF u l-ewwel redditu mill-manutenzjoni ta’ dik l-iskema hu mistenni fl-2029. Il-kostijiet mistennija jiġu koperti sal-2032.

Id-dħul stmat ġie kkalkolat abbażi ta’ suppożizzjonijiet speċifiċi għal kull skema potenzjali dwar l-aspetti li ġejjin: l-użu mistenni (l-għadd ta’ ċertifikati li jridu jinħarġu), it-tul tal-validità ta’ kull ċertifikat u l-għadd ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità attivi. Mistenni jinħoloq dħul sostanzjali mill-użu ta’ skema tal-qagħda taċ-ċibersigurtà futura.

Sena    Dħul (persentaġġ tal-kostijiet koperti/Imħallsa mill-baġit tal-UE)

2028    0

2029    250 000 (11%/ - EUR 1 350 000) – skema waħda (EUCC)

2030    783 000 (29%/ - EUR 2 000 000) – tliet skemi (EUCC, Kartiera tal-ID, MSS)

2031    783 000 (25%/ - EUR 1 930 000) – tliet skemi (EUCC, Kartiera tal-ID, MSS)

2032    3 850 000 (122%/ - EUR 2 400 000) – ħames skemi (EUCC, Kartiera tal-ID, MSS, EUCS, 5G)

2033    4 000 000 (126%/ + EUR 685 000) – sitt skemi (EUCC, Kartiera tal-ID, MSS, EUCS, 5G, Qagħda taċ-Ċibersigurtà)

2034    4 500 000 (141%/ + EUR 825 000) – seba’ skemi 

Tariffi għall-għodod tal-ittestjar biex jiġu appoġġati l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità

It-tariffi għal din l-attività se jiġu organizzati f’att ta’ implimentazzjoni, wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà rivedut. Iżda biex jiġu indikati l-kostijiet stmati u d-dħul mistenni, saru kalkoli abbażi tal-istimi pprovduti mill-ENISA u inklużi fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-proposta għar-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. Il-kostijiet relatati mal-appoġġ għall-attivitajiet tal-ittestjar u tal-evalwazzjoni huma stmati kif ġej:

FTEs: 4 fis-sena

Kostijiet operazzjonali: 800 K fis-sena

Kostijiet totali: 6 500 000 M (5 snin); fis-sena: EUR 1 300 000

Għall-ENISA, wara l-investimenti ta’ darba tal-ewwel sena mistennija jkun hemm kostijiet tal-manutenzjoni. Dawk il-kostijiet jiġu koperti gradwalment bid-dħul mit-tariffi. 

Sena    Dħul

2028    0

2029    260 000

2030    260 000

2031    650 000

2032    650 000

2033    975 000

2034    975 000



4. Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Deskrizzjoni ta’ livell għoli tar-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali u kategoriji relatati (data, diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tal-proċess, soluzzjonijiet diġitali u/jew servizzi pubbliċi diġitali)

Referenza għar-rekwiżit 

Deskrizzjoni tar-rekwiżit 

Atturi affettwati jew ikkonċernati mir-rekwiżit 

Proċessi ta’ Livell Għoli 

Kategoriji 

Artikolu 5(1)(a)

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE

(a)    l-għoti ta’ assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà b’mod konsistenti, inkluż billi jinħarġu gwida u rapporti tekniċi, billi jiġu pprovduti pariri u tiġi kondiviża l-aqwa prattiki, u billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward

- ENISA

- Stati Membri

- l-ipproċessar tad-data biex jinħarġu gwida teknika, rapporti, l-għoti ta’ pariri, u l-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki u billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet kompetenti

- l-iffaċilitar tal-iskambji tal-aqwa prattiki

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(1)(b)

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE

(b)    l-appoġġ għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan is-setturi u bejniethom, b’mod partikolari fir-rigward tas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u l-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847, billi jiġu pprovduti l-aqwa prattiki u gwida dwar l-għodod u l-proċeduri disponibbli

- ENISA

- is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

- il-partijiet ikkonċernati affettwati mir-Regolament (EU) 2024/2847

l-għoti tal-aqwa prattiki u gwida dwar l-għodod u l-proċeduri disponibbli dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(1)(c)

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE

(c)    meta tintalab mill-Kummissjoni, tipprovdi assistenza lill-Istati Membri billi tagħti appoġġ, bħal gwida teknika, inkluż dwar miżuri għall-ġestjoni tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà, għodod għall-valutazzjoni tal-maturità taċ-ċibersigurtà, u playbooks dwar ir-rispons għall-inċidenti, imfassla apposta għas-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, biex tiffaċilita t-titjib fil-livell tal-maturità taċ-ċibersigurtà tagħhom u l-konformità mal-liġi tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà

- Kummissjoni tal-UE

- ENISA

- is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

L-għoti ta’ gwida teknika

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(1)(e)

(e) l-għoti ta’ assistenza lill-Istati Membri u lill-entitajiet rilevanti tal-Unjoni fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta’ politiki dwar iċ-ċibersigurtà relatati mas-sostenn tad-disponibbiltà u mal-integrità ġenerali tal-qalba essenzjali pubblika tal-internet miftuħ

ENISA

Stati Membri

entitajiet tal-UE

L-għoti ta’ assistenza fl-iżvilupp u fil-promozzjoni tal-politiki taċ-ċibersigurtà

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(1)(f)

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE

(f)    f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2847, l-għoti ta’ pariri u appoġġ tekniċi dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dak ir-Regolament

-ENISA

- il-partijiet ikkonċernati affettwati mir-Regolament (UE) 2024/2847

L-għoti ta’ pariri u ta’ appoġġ tekniċi jeħtieġ l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji, l-isfidi relatati mal-implimentazzjoni, u gwida dwar il-konformità.

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(1)(h)

(h) meta jintalab mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-għoti ta’ pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi taċ-ċibersigurtà tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

ENISA

EDPB

 

L-għoti ta’ pariri fuq talba

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(2)

Kontribuzzjoni għall-valutazzjonijiet tar-riskji relatati maċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni

L-ENISA għandha tikkontribwixxi għal valutazzjonijiet tar-riskju marbut maċ-ċibersigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni, inklużi dawk imwettqa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

ENISA

Stati Membri

Pubbliku Ġenerali

Il-kontribuzzjoni għall-valutazzjonijiet tar-riskju koordinati, li jeħtieġu pproċessar tad-data u flussi tad-data

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(3)

L-ENISA għandha toħroġ linji gwida

L-ENISA għandha toħroġ linji gwida dwar l-interoperabbiltà tan-network u tas-sistemi ta’ informazzjoni użati għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż fir-rigward taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2025/38.

ENISA

Stati Membri

L-ENISA għandha toħroġ linji gwida

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 5(5)

Appoġġ lill-Kummissjoni

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ENISA għandha tipprovdi kompetenza esperta, pariri tekniċi, informazzjoni jew analiżi jew twettaq ħidma preparatorja dwar kwistjonijiet speċifiċi taċ-ċibersigurtà bl-għan li tinforma t-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Kummissjoni tal-UE

ENISA

It-tħejjija u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 6

Bini tal-kapaċitajiet

L-ENISA għandha tassisti billi tipprovdi għarfien u kompetenza esperta, l-aqwa prattiki, eċċ

ENISA

Stati Membri

Entitajiet tal-UE

Partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati

Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

Membri tal-ECCG

ECCC

L-għoti ta’ għarfien u ta’ kompetenza esperta

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 7

Tixrid tal-għarfien u riżerva tat-talenti

L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ixerrdu l-għarfien dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà u tippromwovi l-viżibbiltà tagħhom billi tiżviluppa għodod u gwida azzjonabbli. L-ENISA għandha tappoġġa inizjattivi mmirati biex iżidu r-riżerva Ewropea ta’ talenti fiċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari billi tikkoordina l-kompetizzjonijiet

ENISA

Stati Membri

L-iżvilupp ta’ għodod u ta’ gwida azzjonabbli

Ipproċessar tad-data

Artikolu 8(1) Għarfien u analiżijiet tas-suq

L-ENISA għandha twettaq u xxerred analiżijiet tax-xejriet ewlenin tas-suq fis-suq taċ-ċibersigurtà kemm fuq in-naħa tad-domanda kif ukoll fuq in-naħa tal-provvista, b’mod partikolari relatati mal-oqsma fejn jeżistu jew huma ppjanati skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u l-kategoriji ta’ prodotti koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847, inklużi l-Annessi III u IV ta’ dak ir-Regolament

ENISA

Is-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Il-kategoriji ta’ prodotti koperti bir-Regolament (UE) 2024/2847

It-twettiq u t-tixrid tal-analiżijiet

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 8(2) Għarfien u analiżijiet tas-suq

L-ENISA għandha twettaq u xxerred analiżijiet tax-xejriet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet u tal-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tal-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/2847

ENISA

Pubbliku ġenerali, partijiet ikkonċernati fis-sens tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tar-Regolament (UE) 2024/2847

Twettiq u tixrid tal-analiżi

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 8(3) Għarfien u appoġġ tas-suq għall-ekosistemi

L-ENISA għandha tibni l-għarfien u xxerred il-pariri tekniċi u l-analiżijiet dwar l-għodod taċ-ċibersigurtà tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, l-istandards tal-oqfsa u l-aqwa prattiki

ENISA

Pubbliku ġenerali

It-tixrid tal-pariri tekniċi u tal-analiżijiet fl-għodod taċ-ċibersigurtà, fl-istandards tal-oqfsa u fl-aqwa prattiki tal-ogħla livell.

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 9

Kooperazzjoni internazzjonali

L-ENISA għandha tikkontribwixxi billi tanalizza u tirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-eżitu tal-eżerċizzji internazzjonali, tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki, u tipprovdi lill-Kummissjoni kompetenza esperta u pariri

Udjenza internazzjonali

ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Kummissjoni tal-UE

L-analiżi u r-rapportar; l-għoti ta’ pariri eċċ.

 

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

 

Artikolu 10(2) u (3)

Kooperazzjoni operazzjonali

2.    L-ENISA għandha tkun membru tan-network tas-CSIRTs nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u għandhatipprovdi s-segretarjat tan-network tas-CSIRTs skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

3.    L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tan-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) skont l-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2022/2555

ENISA 

CSIRTs (l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555) 

EU-CyCLONe (l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555) 

L-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni, it-teħid tad-dmirijiet tas-segretarjat tan-networks

Fluss tad-data

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 11(1)(b)

Għarfien sitwazzjonali

Artikolu 12

Twissijiet bikrija

toħroġ twissijiet bikrija f’konformità mal-Artikolu 12

Kummissjoni tal-UE

ENISA

Europol

EU-CyCLONe

Network tas-CSIRTs 

CERT-UE

L-entitajiet elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Toħroġ twissijiet bikrija

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 10(4)(b)

Kooperazzjoni operazzjonali

(b)    meta tintalab minn Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi pariri u valutazzjonijiet rigward ċibertheddid jew inċidenti ċibernetiċi speċifiċi potenzjali jew attwali, inkluż billi tipprovdi kompetenza esperta u tiffaċilita t-trattament tekniku ta’ inċidenti bħal dawn, u tappoġġa l-kondiviżjoni volontarja bejn l-Istati Membri ta’ informazzjoni rilevanti u soluzzjonijiet tekniċi

ENISA

Stati Membri

Tipprovdi pariri u valutazzjonijiet rigward ċibertheddid jew inċidenti ċibernetiċi speċifiċi potenzjali jew attwali;

L-iffaċilitar tat-trattament tekniku ta’ inċidenti bħal dawn;

L-appoġġ għall-kondiviżjoni volontarja ta’ informazzjoni u ta’ soluzzjonijiet tekniċi rilevanti bejn l-Istati Membri

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Servizzi pubbliċi diġitali

Artikolu 10(4)(c)

Kooperazzjoni operazzjonali

(c)    l-analiżi tal-vulnerabbiltajiet, tat-theddid u tal-inċidenti

ENISA

Stati Membri

Il-ġbir tad-data minn sorsi pubbliċi u l-iskambju tad-data mal-Istati Membri

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 10(4)(d)

Kooperazzjoni operazzjonali

(d) fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, l-għoti ta’ appoġġ fir-rigward ta’ inkjesti tekniċi ex post fir-rigward ta’ inċidenti sinifikanti skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2022/2555

ENISA

Stati Membri

Analiżi u appoġġ b’reazzjoni għall-inkjesti tekniċi rigward l-inċidenti

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 10(4)(e)

Kooperazzjoni operazzjonali

(e)    il-kontribut għall-appoġġ tal-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti u ta’ kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell operazzjonali, b’mod partikolari billi jiġi megħjun l-EU-CyCLONe fit-tħejjija ta’ rapporti għal livell politiku billi tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni bejn in-network tas-CSIRTs, u l-EU-CyCLONe

ENISA

EU-CyCLONe

Network tas-CSIRTs 

L-analizzar tad-data biex tiġi appoġġata t-tħejjija tar-rapporti; l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni bejn in-networks

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 10(5)

Kooperazzjoni operazzjonali

Meta tintalab minn Stat Membru jew entità tal-Unjoni, u b’kooperazzjoni mas-CERT-UE, l-ENISA għandha tappoġġa komunikazzjoni pubblika konsistenti dwar ċibertheddida jew inċident ċibernetiku

ENISA

Stati Membri

Ir-riċevuta tat-talba u l-komunikazzjoni, jekk tkun meħtieġa

Fluss tad-data

Artikolu 10(6)

Kooperazzjoni operazzjonali

L-ENISA għandha tappoġġa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u, permezz tas-CERT-UE, fost l-entitajiet tal-Unjoni, fir-rigward tal-varar ta’ għodod ta’ komunikazzjoni sigura. Fin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe, l-ENISA għandha tuża għodod tal-komunikazzjoni sigura pprovduti minn entitajiet legali li mhumiex stabbiliti f’pajjiżi terzi jew ikkontrollati minn pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi

ENISA

Kummissjoni tal-UE

Stati Membri

entitajiet tal-UE

Network tas-CSIRTs

EU-CyCLONe

L-appoġġ għall-varar ta’ għodod ta’ komunikazzjoni sigura u l-użu ta’ għodod bħal dawn fi ħdan in-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe.

Soluzzjoni diġitali 

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 11(1)(a)

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

a)    tiżviluppa b’kooperazzjoni mal-EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni, is-CERT-UE, il-Europol u entitajiet rilevanti oħra tal-Unjoni repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid, inkluż xejriet f’inċidenti, tattiki, tekniki u proċeduri

Kummissjoni tal-UE

ENISA

EU-CyCLONe

Network tas-CSIRTs

Europol

entitajiet tal-UE

CERT-UE

L-iżvilupp ta’ repożitorji

Fluss diġitali

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 11(1)(c) sa (g) 

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

Tipprovdi analiżijiet ad hoc fil-ħin (xi wħud meta jintalbu); tipprovdi analiżijiet u pariri tekniċi; tħejji rapport sitwazzjonali tekniku b’kooperazzjoni ma’ entitajiet oħra; timmonitorja x-xejriet u tikkondividihom

ENISA

Stati Membri

Kummissjoni tal-UE

entitajiet tal-UE

EU-CyCLONe

Network tas-CSIRTs

L-analiżi tad-data, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-għoti ta’ rapporti (xi wħud fuq talba)

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 11(2)(a)

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

L-ENISA għandha twettaq analiżijiet taċ-ċibertheddid, tal-inċidenti, tax-xejriet, tat-teknoloġiji emerġenti u l-impatti tagħhom, inkluż analiżijiet regolari li jindirizzaw lis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u kategoriji tal-prodotti rilevanti koperti mir-Regolament (UE) 2024/2847;

ENISA

Pubbliku ġenerali

L-analizzar tad-data biex tiġi pprovduta informazzjoni li tħalli impatt fuq iċ-ċibersigurtà; rapport regolari

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 11(2)(b)

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

B’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u, meta xieraq, man-network tas-CSIRTs, l-ENISA għandha tipprovdi pariri, gwida u l-aqwa prattiki għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, b’mod partikolari għas-sigurtà tal-infrastrutturi li jappoġġaw lis-setturi elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Kummissjoni tal-UE

CERT-UE

Network tas-CSIRTs

Pubbliku ġenerali

Tipprovdi pariri, gwida u l-aqwa prattika

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 11(2)(c)

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

L-ENISA għandha twettaq analiżijiet strateġiċi fit-tul dwar it-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi biex jidentifikaw xejriet emerġenti u jgħinu biex jiġu evitati l-inċidenti

ENISA

Pubbliku ġenerali

L-analiżi tad-data u l-identifikazzjoni ta’ theddid emerġenti

Ipproċessar tad-data

Artikolu 11(3)

Għarfien sitwazzjonali kondiviż fiċ-ċibersigurtà

L-analiżijiet, il-pariri, il-gwida, l-aqwa prattiki u r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2, l-ENISA tista’ tagħmilhom pubbliċi, bi qbil mal-entitajiet kontribwenti msemmija fil-paragrafu 2

ENISA

Pubbliku ġenerali

It-tqegħid tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku

Fluss tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 13(2)

Appoġġ fir-Rispons għall-Inċidenti

2.    Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-EU-CyCLONe, l-ENISA, bl-appoġġ tan-network tas-CSIRTs u bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tirrieżamina u tivvaluta inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2025/38

Kummissjoni tal-UE

ENISA

EU-CyCLONe

Network tas-CSIRT

Stati Membri

Rieżami u valutazzjoni tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti

Ipproċessar tad-data

Artikolu 14(2)

Eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni

2.    L-ENISA għandha żżomm repożitorju tat-tagħlimiet meħuda mill-eżerċizzji msemmija fil-paragrafu 1 u tirrakkomanda lill-Istati Membri u, fejn rilevanti, lill-entitajiet tal-Unjoni kif it-tagħlimiet meħuda jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti.

ENISA

Stati Membri

entitajiet tal-UE

Il-manutenzjoni ta’ repożitorju

Ipproċessar tad-data

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 14

Eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni

Wara li tirċievi talbiet mingħand l-EU-CyCLONe, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, jew is-CERT-UE, l-ENISA għandha torganizza jew tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni tal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà.

L-ENISA għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-kompilazzjoni ta’ programm kontinwu annwali ta’ eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni.

ENISA

Kummissjoni

Stati Membri

entitajiet tal-UE

CERT-UE

Ir-riċevuta ta’ talbiet għall-organizzazzjoni jew għall-appoġġ tal-organizzazzjoni tal-eżerċizzji

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 15

Forniment ta’ għodod u pjattaformi

1.    L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif meħtieġ, għodod tekniċi operazzjonali, inklużi pjattaformi relatati maċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-pjattaforma unika għar-rapportar tal-inċidenti stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847 [u l-punt ta’ dħul uniku stabbilit skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555], u għodod ta’ ttestjar biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2.    Fejn xieraq għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni man-network tas-CSIRTs u, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. 

ENISA

Network tas-CSIRTs

Pubbliku ġenerali

Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

 

L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif neċessarju, għodod tekniċi operazzjonali, bħal pjattaformi

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Fluss tad-data

Artikolu 16(2)

Servizzi għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet

(a)    il-manutenzjoni ta’ bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b)    il-forniment ta’ servizzi għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet lill-partijiet ikkonċernati, abbażi tal-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet u l-użu tal-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-ENISA;

(c)    fejn xieraq, id-dħul f’kooperazzjoni strutturata ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu programmi, reġistri jew bażijiet tad-data simili għall-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet;

(d)    l-appoġġ b’mod attiv lis-CSIRTs deżinjati bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jistgħu jimpattaw b’mod sinifikanti lil entitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(e) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ metodoloġiji u mekkaniżmi ta’ governanza għall-identifikazzjoni u l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, is-CSIRTs, l-industrija u l-komunità tar-riċerka

ENISA

CSIRTs nazzjonali

Network tas-CSIRTs

Awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Industrija

Komunità tar-riċerka

Pubbliku ġenerali

Atturi internazzjonali li jipprovdu programmi, reġistri jew bażijiet tad-data

L-għoti ta’ servizzi għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet; id-dħul f’kooperazzjoni strutturata fejn xieraq; il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Fluss tad-data

 

Artikolu 17

Ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

Artikolu 18

Standardizzazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi u gwida

Artikolu 17(1)

(a) it-tħejjija ta’ skemi kandidati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati f’konformità mal-Artikolu 74;

(b) il-manutenzjoni ta’ skemi adottati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 75, inkluż fid-dawl ta’ rieżami possibbli tal-iskemi adottati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 76;

(c) il-promozzjoni tal-użu ta’ skemi adottati u l-manutenzjoni ta’ sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni dwar, u li jippubblika, l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 79;

Artikolu 17(2)

(e) it-tħejjija ta’ dispożizzjonijiet mudell li għandhom jiġu referenzjati fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet f’konformità mal-Artikolu 81(5).

Artikolu 18

1. L-ENISA għandha tabbozza speċifikazzjonijiet u gwida tekniċi biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

2. L-ENISA għandha timmonitorja, tipparteċipa u tieħu rwol ta’ tmexxija fl-attivitajiet ta’ żvilupp tal-istandardizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u, f’konformità mal-Artikolu 9, fil-livell internazzjonali.

3. L-ENISA għandha tappoġġa l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ algoritmi kriptografiċi. Meta algoritmu kriptografiku evalwat jiġi evalwat b’mod pożittiv, l-ENISA għandha tikkoopera, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex tappoġġa l-istandardizzazzjoni tagħha.

4. L-ENISA għandha tipprovdi kompetenza esperta teknika lill-Kummissjoni u lill-ECCG dwar standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi xierqa b’appoġġ għall-politiki tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/2847, inkluż għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(1), il-punt (d).

5. L-ENISA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-abbozzi ta’ standards armonizzati biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

ENISA

Pubbliku ġenerali

L-analizzar tad-data u l-iskambju tal-flussi tad-data mal-Kummissjoni u ma’ partijiet ikkonċernati oħra; it-tħejjija tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni kandidata; il-manutenzjoni tas-sit web tal-ENISA

Ipproċessar tad-data

Flussi tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 19 – Qafas Ewropew għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà

L-ENISA għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-pubbliku Qafas Ewropew tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà (“ECSF”). Qabel ma l-ECSF jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jew jiġi aġġornat skont il-paragrafu 4, l-ENISA għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni.

L-użu tal-ECSF għandu jkun volontarju għall-entitajiet pubbliċi u privati.

L-ENISA tista’ tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tal-ECSF.

ENISA

Kummissjoni

Pubbliku ġenerali

Stati Membri

Entitajiet tal-UE

Partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati

Il-manutenzjoni tal-ECSF; il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; l-adozzjoni tal-ECSF

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Soluzzjoni diġitali

Artikoli 20-23 – Skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà

L-ENISA għandha tiżviluppa, tadotta u tmantni skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. L-użu ta’ skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għandu jkun volontarju għall-korpi pubbliċi nazzjonali u għall-entitajiet privati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mil-liġi nazzjonali.

Qabel ma tibda skema ġdida tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, l-ENISA għandha tikkonsulta lill-Kummissjoni. L-ENISA għandha tadotta biss skema bħal din wara opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni. Meta tkun qed tħejji skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, l-ENISA tista’ tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

L-ENISA għandha tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri matul it-tħejjija tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk l-individwi jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u, meta dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, joħorġu attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

L-ENISA għandha tipprovdi gwida għall-assessuri, u tagħtihom taħriġ obbligatorju, rigward ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ valutazzjoni inklużi fl-iskema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), il-punt (b).

L-entitajiet li jixtiequ jsiru fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet jew iġeddu l-awtorizzazzjoni tagħhom (“applikanti”) għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-ENISA.

Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jiżguraw li, meta jintalbu mill-individwu, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’format li jista’ jinħażen fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

L-applikanti u l-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jippermettu lill-ENISA twettaq evalwazzjonijiet bħala parti mill-proċess inizjali ta’ applikazzjoni, mill-manutenzjoni tal-awtorizzazzjoni jew mit-tiġdid tagħha u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati jew ikomplu jiġu ssodisfati f’konformità mal-Artikolu 22(2).

Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom jinfurmaw minnufih lill-ENISA jekk xi wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 3 ma jibqax issodisfat jew jekk ikun hemm xi dubju li dawk ir-rekwiżiti ma jkunux issodisfati, inkluż fir-rigward tal-indipendenza tal-assessuri.

L-applikanti għandhom iħallsu tariffa lill-ENISA għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom. Il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet għandhom iħallsu tariffa lill-ENISA għall-manutenzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

 L-ENISA għandha tevalwa jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u (4) u l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21(5) iunux issodisfati jew għadhomx issodisfati mill-applikanti u mill-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

Wara li teżamina applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu

21(3) u (4), l-ENISA tkun tista’ toħroġ deċiżjoni. L-ENISA tista’ temenda, tissospendi jew tirrevoka deċiżjonijiet bħal dawn.

L-ENISA għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar:

(a)l-ECSF, inkluż il-qafas u l-iskeda taż-żmien tiegħu għall-aġġornament;

(b)l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, il-progress u l-iskedi taż-żmien tagħhom għall-iżvilupp tagħhom;

(c)it-tariffi assoċjati ma’ kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament;

(d)il-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 20(4);

(e)il-lista ta’ fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

ENISA

Kummissjoni

Pubbliku ġenerali

Stati Membri

Entitajiet tal-UE

Il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati (li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ skema ta’ attestazzjoni; l-applikanti u l-fornituri Ewropej individwali tal-attestazzjonijiet tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, inklużi l-assessuri)

L-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ skemi; konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati; l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet; il-ħruġ ta’ deċiżjonijiet; il-manutenzjoni ta’ sit web

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Soluzzjoni diġitali

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 25

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

Il-ħatra ta’ membri fil-Bord tat-Tmexxija tal-ENISA.

ENISA

Kummissjoni tal-UE

Stati Membri

Il-ħatra tal-membri

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 28(1)

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

Artikolu 30

Bord Eżekuttiv

b.jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 44, qabel ma jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni;

(f) il-valutazzjoni u l-adozzjoni tar-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, inklużi l-kontijiet u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, is-sottomissjoni kemm tar-rapport annwali kif ukoll tal-valutazzjoni ta’ dan sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; ir-rapport annwali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(i) l-iżgurar ta’ segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);

ENISA

Kummissjoni tal-UE

Parlament Ewropew

Kunsill tal-UE

Qorti tal-Awdituri

Stati Membri

Pubbliku ġenerali

Is-sottomissjoni tal-SPD lill-Kummissjoni għal opinjoni;

Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tar-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, inklużi l-kontijiet u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, is-sottomissjoni kemm tar-rapport annwali kif ukoll tal-valutazzjoni;

Is-segwitu għas-sejbiet

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

 

Artikolu 31(8)

Il-ħatra, is-sensja u l-estensjoni tal-mandat

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-paragrafu 6. Fi żmien tliet xhur qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv, jekk jiġi mistieden, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri.

ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Parlament Ewropew

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew

Fluss tad-data

Artikolu 32(3)

Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

Artikolu 32(5)

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu meta jiġi mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

It-tħejjija ta’ abbozzi ta’ strateġiji tal-pjanijiet baġitarji, dokumenti strateġiċi.

Direttur Eżekuttiv tal-ENISA

Parlament Ewropew

Ir-rapportar dwar il-prestazzjoni

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 35(5), (6)

Grupp Konsultattiv tal-ENISA

5. Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jagħti pariri lill-ENISA fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ENISA, ħlief għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, IV, u V ta’ dan ir-Regolament. Għandu, b’mod partikolari, jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma annwali tal-ENISA, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma annwali.

6.    Il-Grupp Konsultattiv tal-ENISA għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija bl-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.

ENISA

Membri tal-Grupp Konsultattiv tal-ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Direttur Eżekuttiv tal-ENISA

Jagħti pariri u informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikoli 36-43

Bord tal-Appell

L-ENISA għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u minn tliet membri oħra. Kull membru tal-Bord tal-Appell għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-President, lill-membri l-oħra u lis-sostituti tagħhom minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni. Il-lista tal-kandidati kwalifikati għandha tibqa’ valida għal erba’ snin. Il-validità ta’ din il-lista tista’ tiġi estiża mill-Bord tat-Tmexxija għal perjodi ta’ erba’ snin addizzjonali skont proposta tal-Kummissjoni.

Meta l-Bord tal-Appell jidhirlu li n-natura tal-appell tkun tirrikjedi dan, jista’ jitlob lill-Bord tat-Tmexxija jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jagħmilhom pubbliċi. 

Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell jikkunsidra li huwa ma għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura tal-appell, huwa għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b’mod xieraq.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet elenkati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-finijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi ssostitwit fil-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal reviżjoni interlokutorja f’konformità mal-Artikolu 41 qabel ma jitressaq quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami.

L-applikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3) jistgħu jappellaw kontra: deċiżjoni tal-ENISA indirizzata lilhom, skont l-Artikolu 22(3), in-nuqqas tal-ENISA li taġixxi fir-rigward ta’ applikazzjoni mressqa minnhom lill-ENISA fit-termini applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 22(4).

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 36(5) fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-applikant ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-jum meta l-applikant ikun sar jaf bid-deċiżjoni.

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-appell għandu jiġi ppreżentat lill-ENISA bil-miktub f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 36(5) fi żmien xahrejn mill-jum tal-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 22(4).

Jekk l-ENISA tqis li l-appell ikun ammissibbli u li għandu bażi soda, hija għandha tirrettifika d-deċiżjoni jew in-nuqqas li tittieħed azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 40(1).

Jekk l-ENISA ma tirrettifikax id-deċiżjoni fi żmien xahar wara li jasal l-appell, hija għandha tiddeċiedi minnufih tissospendix l-applikazzjoni tad-deċiżjoni tagħha u għandha tirreferi l-appell lill-Bord tal-Appell.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta jitressaq l-appell jekk jilqax jew jekk jiċħadx dak l-appell. Meta jeżamina appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi sal-iskadenzi stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Kull meta jkun neċessarju, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċeduri tal-appell biex iressqu, fi ħdan it-termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċeduri tal-appell. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali. 

Meta l-Bord tal-Appell isib li r-raġunijiet għall-appell ikollhom bażi tajba, huwa għandu jgħaddi l-każ lill-ENISA. L-ENISA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f’konformità mas-sejbiet tal-Bord tal-Appell u għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. L-ENISA għandha tinforma lill-partijiet tal-proċeduri tal-appell skont dan.

Ir-rikorsi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ENISA meħuda skont l-Artikolu 22(3), jew għal nuqqas ta’ azzjoni fi ħdan it-termini applikabbli skont l-Artikolu 22(4), jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara li tkun ġiet eżawrita l-proċedura ta’ appell fl-ENISA stabbilita fl-Artikoli 39 sa 42 jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni fi ħdan it-terminu applikabbli skont l-Artikolu 41(2).

L-ENISA għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Kummissjoni

Bord tal-Appell skont it-tifsira tal-Artikolu 36 tal-proposta għal CSA2

Applikanti (l-entitajiet legali li jixtiequ jsiru fornituri awtorizzati tal-attestazzjoni, li jmantnu jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni tagħhom)

Il-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq appelli

L-ipproċessar tal-appelli

It-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-regoli ta’ proċeduri

Flussi ta’ informazzjoni

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 44

Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni

2. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, bl-ippjanar finanzjarju u tar-riżorsi umani korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 u filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

3. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 32(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715. Jekk il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li ma jqisx kwalunkwe element tal-opinjoni tal-Kummissjoni, huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni ddettaljata għal dik id-deċiżjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħaddi d-dokument uniku ta’ programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, kif ukoll kull verżjoni ta’ dak id-dokument aġġornata sussegwentement.

Direttur Eżekuttiv tal-ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Kummissjoni tal-UE

Parlament Ewropew

Kunsill

Jabbozza, jadotta u jibgħat dokument uniku ta’ programmazzjoni kull sena

Fluss tad-data

Artikolu 45

Stabbiliment tal-baġit tal-ENISA

4.    Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-abbozz tal-estimi għandu jkun disponibbli wkoll għall-ENISA.

ENISA

Kummissjoni tal-UE

Kondiviżjoni ta’ informazzjoni

Fluss tad-data

Artikolu 47

Tariffi

Fir-rigward tal-attivitajiet tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 22(1), it-tariffi li ġejjin għandhom jiġu imposti fuq l-applikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3) jew fuq il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet biex jikkontribwixxu biex ikopru l-kostijiet kollha tal-attivitajiet imwettqa mill-ENISA:

a.il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet wara l-eżami tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u (4), inkluż it-twettiq tal-evalwazzjonijiet;

b.il-manutenzjoni annwali tal-awtorizzazzjoni;

c.it-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għall-fornituri tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, inkluż it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet.

Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, għandhom jiġu imposti t-tariffi li ġejjin fuq il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li taħthom jinħarġu ċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari:

tariffa annwali għall-parteċipazzjoni fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

tariffa għall-ħruġ ta’ ċertifikati taċ-ċibersigurtà Ewropej skont skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

It-tariffi msemmija fil-punt b) għandhom jiġu imposti meta l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissottometti ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà lill-ENISA għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tiegħu skont l-Artikolu 79.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mat-tariffi imposti mill-ENISA

L-ENISA għandha tinkludi rapport dwar it-tariffi imposti u l-impatt tagħhom fuq il-baġit tal-Aġenzija bħala parti mill-proċedura għall-preżentazzjoni tal-kontijiet.

Kummissjoni

ENISA

Fornituri ta’ attestazzjonijiet

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

L-ipproċessar tal-informazzjoni; il-ħlas tat-tariffi; ir-rapportar dwar it-tariffi

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 48

Artikolu 49

Implikazzjonijiet baġitarji

 

Artikolu 48

3.    Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.

Artikolu 49

1.    L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ENISA għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara (sena N+1).

2.    L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ENISA għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, fil-mod u fil-format meħtieġ minnu, sal-1 ta’ Marzu tas-sena N+1.

3.    L-ENISA għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.

4.    Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-ENISA għas-sena N, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-aġenzija għandu jfassal il-kontijiet finali tal-ENISA.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-ENISA għas-sena N.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jfassal il-kontijiet finali tal-ENISA taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni. 

ENISA

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Kummissjoni tal-UE

Kunsill

Parlament Ewropew

L-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-baġit tal-ENISA.

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 52

Dikjarazzjoni tal-interess

Il-partijiet għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni li tindika l-assenza jew il-preżenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.

Maniġment tal-ENISA (id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv);

Bord tat-Tmexxija,

Esperti nazzjonali sekondati

L-ipproċessar u l-kondiviżjoni tad-data dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 58

Uffiċjali ta’ kollegament

1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja mill-inqas żewġ Uffiċjali ta’ Kollegament [mill-awtorità nazzjonali taċ-ċibersigurtà tiegħu] bħala espert nazzjonali sekondat għall-ENISA u biex jaħdem fis-sede tagħha jew fl-uffiċċju lokali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 59(2). Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeżinja Uffiċjal ta’ Kollegament.

2. L-Uffiċjali ta’ Kollegament deżinjati mill-Istati Membri tagħhom għandhom ikunu intitolati li jitolbu u li jirċievu l-informazzjoni kollha rilevanti mill-Istati Membri tagħhom, kif previst minn dan ir-Regolament, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-liġi nazzjonali jew il-prattika tal-Istati Membri tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u r-regoli dwar il-kunfidenzjalità.

ENISA

Stati Membri

Id-deżinjazzjoni ta’ uffiċjali ta’ kollegament u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

 Artikolu 67

Trattament ta’ informazzjoni klassifikata

Wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-ENISA għandha tadotta regoli tas-sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ IKUE, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Ir-regoli tas-sigurtà tal-ENISA għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni. 

ENISA

Bord tat-Tmexxija

Kummissjoni

It-trattament ta’ informazzjoni klassifikata

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikoli 68, 69, 70

Kooperazzjoni mal-entitajiet tal-Unjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali

Kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

L-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà mal-entitajiet mal-awtoritajiet superviżorji u tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Unjoni; mal-partijiet ikkonċernati rilevanti; mal-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

ENISA

Europol

ECCC

Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Pubbliku ġenerali

Kunsill

Kondiviżjoni ta’ informazzjoni

Fluss tad-data

Artikolu 72 dwar Informazzjoni u konsultazzjoni pubbliċi dwar l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

2.    Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin:

(a)    l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mitluba għall-iżvilupp;

(b)    il-prijoritajiet strateġiċi għall-armonizzazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-oqsma potenzjali li għalihom tista’ tintalab skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

3.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-informazzjoni fuq it-talba tagħha lill-ENISA biex tħejji skema kandidata kif imsemmi fl-Artikolu 73 u d-deċiżjoni tagħha li taċċetta, tirrifjuta jew twaqqaf skema kandidata trażmessa mill-ENISA f’konformità mal-Artikolu 74(7).

Kummissjoni tal-UE

Pubbliku ġenerali

ENISA

Il-manutenzjoni ta’ Sit Web ta’ Informazzjoni

Dan jawtorizza lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u tipprovdi attivitajiet relatati ta’ ġestjoni tad-data fuq bażi kontinwa.

Servizz Pubbliku Diġitali 

Soluzzjoni diġitali 

Artikolu 72 dwar Informazzjoni u konsultazzjoni pubbliċi dwar l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

Matul it-tħejjija ta’ skema kandidata mill-ENISA skont l-Artikolu 74, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala president tal-ECCG, u lill-ENISA, biex jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar abbozz ta’ skema kandidata. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-ENISA, bi qbil mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54, tista’ tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-partijiet rilevanti ta’ abbozz ta’ skema kandidata, b’mod xieraq għal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ, u fejn xieraq b’mod ristrett.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni u lill-ENISA biex jiddiskutu materji li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

ENISA

Kunsill tal-UE

Parlament Ewropew

It-talba u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar abbozz ta’ skema kandidata mħejjija mill-ENISA

Flussi tad-data

Artikolu 73

Talba għal skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

Artikolu 74

Tħejjija u adozzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

(koperti fl-Artikolu 17)

Artikolu 73

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ENISA tħejji skema kandidata Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

F’każijiet debitament iġġustifikati, l-ECCG jista’ jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tressaq talba msemmija fil-paragrafu 1.

4. Meta tħejji t-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta kif xieraq lill-ENISA u lill-ECCG kif ukoll tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u tal-entitajiet l-oħra kollha tal-Unjoni, inklużi, fejn applikabbli, dawk li huma rilevanti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li fihom skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun qed tipprovdi preżunzjoni tal-konformità.

Artikolu 74

3. Meta tkun qed tħejji l-iskema kandidata, l-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-ECCG. L-ECCG għandu jipprovdi assistenza u pariri esperti lill-ENISA b’rabta mat-tħejjija tal-iskema kandidata u, fejn applikabbli, tal-ispeċifikazzjoni teknika ta’ appoġġ.

L-ENISA għandha titlob lill-membri tal-ECCG biex jipprovdu opinjoni bil-miktub dwar l-iskema kandidata. 

4. L-ENISA għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b’mod f’waqtu permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni formali, miftuħ, trasparenti u inklużiv.

L-ENISA għandha tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri u mal-entitajiet rilevanti tal-Unjoni biex tiġbor il-pariri esperti tagħhom fir-rigward tat-tħejjija tal-iskema kandidata u, fejn applikabbli, ta’ speċifikazzjoni teknika ta’ appoġġ.

6. L-ENISA għandha tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tat-talba msemmija fil-paragrafu 5.

7. Meta tirċievi l-iskema kandidata, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-iskema tikkorrispondix għat-talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 73. 

8.    Meta l-Kummissjoni tirritorna skema kandidata lill-ENISA għal reviżjoni f’konformità mal-paragrafu 7, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, imbagħad il-paragrafi 4, 5 u 7 għandhom japplikaw kif xieraq.

Kummissjoni tal-UE

ENISA

ECCG

Partijiet ikkonċernati esperti

It-tħejjija ta’ talba u ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni u tal-konsultazzjoni relatata mal-partijiet ikkonċernati

Ipproċessar tad-data

Flussi tad-data

Servizz Pubbliku Diġitali

(koperti fl-Artikolu 17)

Artikolu 75

Manutenzjoni ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

2. F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u appoġġata mill-ECCG u s-sottogrupp ta’ manutenzjoni rilevanti tagħha, l-ENISA għandha tiżgura l-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż fid-dawl tar-rieżami possibbli ta’ tali skemi mill-Kummissjoni. L-ENISA għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-entitajiet u mal-gruppi rilevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni.

5. L-ECCG jista’ joħroġ opinjoni dwar il-manutenzjoni tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Kummissjoni tal-UE

ENISA

ECCG

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

L-ENISA għandha tiżgura l-manutenzjoni. Dan jinkludi laqgħat perjodiċi ibridi jew online, il-ġbir ta’ informazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni (fir-rigward ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà)

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 76

Evalwazzjoni, rieżami u rtirar ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Imqar kull erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-ENISA għandha tevalwa l-impatt u l-effettività ta’ dik l-iskema, b’kooperazzjoni mas-sottogrupp tal-manutenzjoni rilevanti tal-ECCG, u billi tqis ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati. L-ENISA għandha twettaq l-evalwazzjoni billi twettaq l-analiżi tas-suq neċessarja f’konformità mal-Artikolu 8(1).

3. Meta tirrieżamina jew tirtira l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA, lill-ECCG u lis-sottogrupp ta’ manutenzjoni rilevanti tiegħu, kif ukoll tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u ta’ entitajiet oħra tal-Unjoni.

4. L-ECCG jista’ joħroġ opinjoni dwar ir-rieżami jew l-irtirar ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq dan meta tirrieżamina jew tirtira l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

 

Kummissjoni tal-UE

ENISA

ECCG

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-iskemi filwaqt li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 77

Speċifikazzjonijiet tekniċi fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

3.    Meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu rreferenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 74(10), dawn għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 79.

4. F’każijiet debitament iġġustifikati, b’mod partikolari meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkun fihom informazzjoni li tista’ tikkomprometti s-sigurtà ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti iċċertifikati jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, dawn għandhom jitqassmu biss lil dawk il-partijiet ikkonċernati mir-rekwiżiti tal-iskema. Skema bħal din ma għandhiex tiġi rreferenzjata fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 74(10).

ENISA

Stati Membri

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

It-tqegħid ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni fuq is-sit web taċ-ċertifikazzjoni tal-ENISA

Fluss tad-data

Servizz Pubbliku Diġitali

Artikolu 79

Sit web dwar skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. L-ENISA għandha torganizza attivitajiet biex tippromwovi l-adozzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati, inkluż billi tmantni s-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2. L-ENISA għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar dawn li ġejjin:

(a)    l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)    it-tariffi assoċjati mal-manutenzjoni ta’ kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tal-ENISA;

(d)    iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluża informazzjoni fir-rigward ta’ tali ċertifikati u dikjarazzjonijiet li ma jibqgħux validi, jew li jiġu sospiżi, irtirati jew li jiskadu;

(e)    l-informazzjoni supplimentari rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta f’konformità mal-Artikolu 84(2);

(f)    sommarji ta’ rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 89(7);

(g)    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 74(10).

3. Fejn applikabbli, is-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jindika wkoll l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkunu ġew issostitwiti minn skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

ENISA

Stati Membri

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-Manutenzjoni tas-Sit web ta’ Informazzjoni tawtorizza lill-ENISA biex tiġbor, tipproċessa u tmantni bażijiet tad-data komprensivi ta’ informazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, li jeħtieġu attivitajiet kontinwi ta’ ġestjoni tad-data.

Servizz Pubbliku Diġitali

Soluzzjoni diġitali

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 81

Elementi tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu prinċipji komuni u dispożizzjonijiet mudell għall-elementi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 madwar l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fejn xieraq u disponibbli, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tinkludi referenzi għal dawk il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet mudell.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). Meta tiżviluppa jew tirrevedi l-prinċipji komuni u d-dispożizzjonijiet mudell għall-elementi tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA u tqis, kif xieraq, il-fehmiet espressi mill-ECCG, mill-partijiet ikkonċernati rilevanti u minn korpi rilevanti oħra.

ENISA

Pubbliku ġenerali

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jeħtieġu flussi tad-data u pproċessar tad-data

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 83

Awtovalutazzjoni tal-konformità

3. Il-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew l-entità li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha tkun is-suġġett taċ-ċertifikazzjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha relatata mal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-qagħda taċ-ċibersigurtà mal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà disponibbli għall-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjata skont l-Artikolu 89 għall-perjodu previst f’dik l-iskema. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u lill-ENISA.

ENISA

Pubbliku ġenerali

Awtoritajiet tal-Istati Membri

It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni; il-kondiviżjoni tad-data

Id-data kondiviża teħtieġ ipproċessar mill-ENISA u mill-awtoritajiet tal-Istati Membri

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 84

Informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT u għall-proċessi tal-ICT iċċertifikati

1. Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT jew tal-proċessi tal-ICT li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja.

Manifattur jew fornitur ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT jew ta’ proċessi tal-ICT

Pubbliku ġenerali

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni għall-pubbliku f’forma elettronika.

Fluss tad-data

Artikolu 85

Ħruġ ta’ ċertifikati Ewropej taċ-Ċibersigurtà

2. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 91 għandhom joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà abbażi tal-kriterji inklużi fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 74.

6. Il-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti għaċ-ċertifikazzjoni, jew l-entità li tapplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha, għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjata skont l-Artikolu 89, meta dik l-awtorità tkun il-korp li joħroġ iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà, jew il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 91.

7. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jinformaw lill-ENISA mingħajr dewmien żejjed dwar id-deċiżjonijiet tagħhom li jaffettwaw l-istatus taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-EU f’konformità mal-Artikolu 94.

8. Id-detentur ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà għandu jinforma lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u, fejn applikabbli, lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, imsemmija fil-paragrafu 7, bi kwalunkwe vulnerabbiltà jew nuqqas ta’ konformità sussegwentement identifikat fir-rigward tal-prodott tal-ICT, tas-servizz tal-ICT, tal-proċess tal-ICT, tas-servizz tas-sigurtà ġestit iċċertifikat jew il-qagħda taċ-ċibersigurtà ċċertifikata tal-entità li jkollu impatt probabbli fuq il-konformità tagħha maċ-ċertifikat. Dak il-korp għandu jgħaddi dik l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità nazzjonali kkonċernata taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u jivvaluta l-impatt fuq iċ-ċertifikat f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-iskema kif imsemmi fl-Artikolu 81, il-punt (f).

ENISA

Pubbliku ġenerali

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-proċessi ta’ ċertifikazzjoni

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 86

Skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ECCG qabel ma jadottaw skemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ġodda għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

ENISA

Stati Membri

Kummissjoni tal-UE

Kondiviżjoni tal-informazzjoni

Fluss tad-data

Artikolu 88

Awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

2. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà deżinjati. Fejn Stat Membru jiddeżinja aktar minn awtorità waħda, huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kompiti assenjati lil kull waħda minn dawk l-awtoritajiet.

6. L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom:

(c) jimmonitorjaw, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, il-konformità mal-obbligi tal-manifatturi jew tal-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tal-entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata stipulati f’dan ir-Regolament li huma stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità u fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni

taċ-ċibersigurtà, u jinfurzaw it-tali obbligi;

(d)    mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91(3), jassistu u jappoġġaw b’mod attiv lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament jew lil awtoritajiet rilevanti oħra fil-monitoraġġ u fis-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(e)    jikkooperaw mal-Kummissjoni Ewropea meta l-kompetenza ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tiġi kkontestata skont l-Artikolu 94; 

(f)    jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 85(3);

(g)    fejn applikabbli, jawtorizzaw lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 93, jimmonitorjaw il-konformità mal-obbligi tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali stabbiliti fl-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 81(3), il-punt (f), u jinfurzawhom, u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti meta l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(h)    jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-[Artikolu 85(4)] jew fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 83, jinvestigaw is-suġġett ta’ tali lmenti sa fejn ikun xieraq, u jinformaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perjodu raġonevoli;

(i)    jipprovdu rapport annwali dwar l-attivitajiet ewlenin tagħhom lill-Kummissjoni, lill-ENISA u lill-ECCG sal-31 ta’ Marzu [is-sena tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar] kull sena, u jagħmlu dawn ir-rapporti disponibbli għat-tim tar-rieżami bejn il-pari fejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tkun soġġetta għal rieżami bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 89; 

(j)    jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà oħra, ma’ awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta’ skemi speċifiċi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(k)    jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

 

8. L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, b’mod partikolari, billi jiskambjaw informazzjoni, esperjenza u prattiki tajbin fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u kwistjonijiet tekniċi rigward iċ-ċibersigurtà tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet.

9.    Sa [id-dħul fis-seħħ + 6 xhur], l-ENISA għandha tiżviluppa mudell għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6, il-punt (i), ta’ dan l-Artikolu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ECCG.

ENISA

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Kummissjoni tal-UE

Pubbliku ġenerali

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-NCCAs deżinjati

L-awtoritajiet tal-istati Membri għandhom iwettqu diversi kompiti ta’ monitoraġġ, ta’ superviżjoni u ta’ kooperazzjoni li jeħtieġu flussi tad-data u pproċessar tad-data

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 89

Rieżami bejn il-pari

5. L-ENISA għandha tappoġġa l-organizzazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari u r-rieżamijiet bejn il-pari, inkluż billi tiżviluppa dokumenti u mudelli ta’ gwida rilevanti, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ECCG.

7. Ir-rapport finali li jinkludi linji gwida jew rakkomandazzjonijiet possibbli, is-sommarju tar-rieżami bejn il-pari għandu jiġi eżaminat mill-ECCG, li għandu japprova s-sommarju għall-pubblikazzjoni msemmi fl-Artikolu 79(2).

UE

ENISA

ECCG

It-tqegħid tad-data għad-dispożizzjoni online

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

 

Artikolu 90

Grupp Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (ECCG)

3. L-ECGG għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

[referenza għal artikoli oħra]

(h)    jeżamina żviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 86, u li jiskambja informazzjoni u l-aqwa prattiki dwar l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(i)jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont ir-regoli stabbiliti f’dan it-Titolu permezz tal-bini tal-kapaċitajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

[referenza għal artikoli oħra]

(k)    jiffaċilita l-allinjament tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż bħala parti mill-manutenzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà eżistenti u, fejn xieraq, li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-ENISA biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali rilevanti tal-istandardizzazzjoni biex jiġu indirizzati insuffiċjenzi jew lakuni fl-istandards Ewropej jew fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment disponibbli.

Stati Membri

ENISA

Kummissjoni tal-UE

L-analiżi, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 92

Armonizzazzjoni addizzjonali tal-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

4. Fejn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tirċievi talba skont il-paragrafu 3 hija għandha tgħarraf lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità rikjedenti. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ dak l-Istat Membru tista’ tipparteċipa fl-awtorizzazzjoni bħala osservatur.

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-kondiviżjoni u ż-żamma tal-informazzjoni

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 93

Notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1. Għal kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stat Membru għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew akkreditati u, fejn applikabbli, awtorizzati skont l-Artikolu 92.

2. L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom iwettqu n-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 bl-użu tal-għodda elettronika ta’ notifika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.

ENISA

Stati Membri

Kummissjoni tal-UE

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Notifiki tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati u awtorizzati

Flussi tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 94

Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe każ fejn ikollha dubji, jew issir taf b’dubji dwar il-kompetenza ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkun soġġett għalihom, jew dwar l-issodisfar kontinwu tagħhom minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2. L-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew għall-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali. 

4. Fejn il-Kummissjoni taċċerta li korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma jissodisfax jew ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tgħarraf lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif xieraq u titlobha timplimenta l-miżuri korrettivi neċessarji, inkluża d-denotifika, jekk neċessarja.

Kummissjoni

Stati Membri

ENISA

Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Fluss tad-data

Proċess tad-data

Servizz pubbliku diġitali

Artikolu 95

Obbligu ta’ informazzjoni u ta’ żamma fuq il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jinfurmaw lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà dwar dawn li ġejjin:

(a)    kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)    kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-ambitu u l-kundizzjonijiet tan-notifika msemmija fl-Artikolu 93(1); 

(c)    kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d)    fuq talba, kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u ta’ kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transfruntieri u sottokuntrattar.

2. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu wkoll lill-ENISA bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) bl-għan li jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompitu tagħha skont l-Artikolu 79.

3. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra ta’ valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi tas-sigurtà ġestiti jew entitajiet li l-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħhom tkun iċċertifikata mingħajr dewmien żejjed informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

4. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu sistema ta’ reġistrazzjoni, li jkun fiha d-dokumenti u l-evidenza kollha prodotti jew riċevuti b’rabta ma’ kull evalwazzjoni u ċertifikazzjoni li jwettqu. Ir-reġistru għandu jinħażen b’mod sigur u aċċessibbli għall-perjodu neċessarju għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni u għal imqar ħames snin mill-iskadenza jew mill-irtirar ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà rilevanti.

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

L-iskambju ta’ informazzjoni mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 96

Drittijiet li jitressaq ilment u dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv

2. L-awtorità jew il-korp li quddiemu jkun tressaq l-ilment għandu jinforma lill-ilmentatur dwar il-progress tal-proċedimenti, id-deċiżjoni meħuda, u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4.

4. Il-proċedimenti skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab l-awtorità jew il-korp li kontra tiegħu jkun qed jintalab rimedju ġudizzjarju.

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Kummissjoni tal-UE

Pubbliku ġenerali

Detenturi taċ-ċertifikati

Fluss ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-pubbliku ġenerali dwar l-ilmenti

Proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istat Membru

Fluss tad-data

Artikolu 97

Penali

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Awtoritajiet tal-Istati Membri

Kummissjoni tal-UE

Fluss ta’ informazzjoni relatat man-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni rigward il-penali.

Fluss tad-data

Artikolu 99

Valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà

Il-Kummissjoni jew mill-inqas tliet Stati Membri jistgħu jitolbu lis-CG tal-NIS iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju koordinati fi żmien 6 xhur. Il-Kummissjoni tista’ titlob skadenzi iqsar. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiżviluppaw xenarji tar-riskju u jippreżumu l-analiżi tad-data.

It-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà koordinati

F’każijiet li jiġġustifikaw intervent immedjat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri u twettaq valutazzjoni tar-riskju.

Deċiżjonijiet biex isiru valutazzjonijiet tar-riskju (ipproċessar/analizzar tad-data).

Kummissjoni tal-UE

Stati Membri tal-UE

Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS

ENISA

It-talba u r-riċevuta ta’ informazzjoni; l-analiżi tad-data għall-finijiet ta’ valutazzjonijiet tar-riskju koordinati

Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri u t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 100(1) u (2) Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

1. Meta, bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 99, jew abbażi ta’ sorsi oħra, bħal dikjarazzjoni pubblika f’isem l-Unjoni jew Stat Membru, jidher li pajjiż terz jippreżenta riskji mhux tekniċi serji u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, il-Kummissjoni għandha tivverifika t-theddida ppreżentata minn dak il-pajjiż, filwaqt li tqis serje ta’ elementi, li jwasslu għal ipproċessar/analizzar tad-data.

2. Meta l-Kummissjoni, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 1, tikkonkludi li pajjiż terz jippreżenta riskji mhux tekniċi serji u strutturali għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, hija tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tiddeżinja dak il-pajjiż terz bħala pajjiż li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT, li jwassal għal ipproċessar/analizzar tad-data u flussi tad-data.

Stati Membri tal-UE

Kummissjoni tal-UE

Ir-riċevuta ta’ informazzjoni, l-analiżi tal-informazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni.

Flussi tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 101

Mekkaniżmu ġenerali tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT

Artikolu 102

Identifikazzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT u

Artikolu 103

Miżuri ta’ mitigazzjoni fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT

1. Meta l-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS ikun wettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà koordinata fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 99(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament, jew wara t-tlestija tal-proċedura f’każ ta’ ċibertheddid sinifikanti skont l-Artikolu 99(3), il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri previsti fl-Artikoli 102 u 103.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiddefinixxu l-assi ewlenin tal-ICT u l-miżuri ta’ mitigazzjoni, inklużi r-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet tal-ktajjen tal-provvista tal-ICT (spjegati fid-dettall fit-taqsima 4.5 hawn taħt). Bi tħejjija għal dan il-proċess, il-Kummissjoni għandha tqis u tieħu f’kunsiderazzjoni diversi aspetti, li jevokaw ipproċessar/analizzar tad-data u f’xi każijiet flussi tad-data:

Artikolu 102(a)-(f)

Artikolu 103(4)(a)-(d)

Artikolu 103(6)

Kummissjoni tal-UE

Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS

Partijiet ikkonċernati rilevanti

L-analizzar/ipproċessar tad-data; il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 104

Identifikazzjoni tal-fornituri ta’ riskju għoli

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi listi ta’ fornituri ta’ riskju għoli rilevanti għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 103(1) jew mal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 111(1).

Il-Kummissjoni għandha timmappja l-fornituri li jipprovdu komponenti tal-ICT u komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT u tagħmel valutazzjoni inizjali dwar liema fornituri jkunu potenzjalment stabbiliti f’pajjiżi terzi jew ikkontrollati minnhom deżinjati f’konformità mal-Artikolu 100. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-post tal-istabbiliment kif ukoll l-istruttura tas-sjieda u tal-kontroll.

Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob l-informazzjoni neċessarja mingħand il-fornituri u għandha taqsam is-sejbiet preliminari dwar l-istabbiliment, is-sjieda u l-valutazzjoni tal-kontroll lill-fornitur ikkonċernat u tagħtih opportunità li jinstema’.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lil awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni tal-istabbiliment, tas-sjieda u tal-kontroll inizjali ta’ fornitur, fejn dan ikun iġġustifikat fid-dawl tal-karatteristiċi tal-operat ta’ dan il-fornitur. Awtorità kompetenti tista’ toffri li twettaq tali valutazzjoni inizjali. Il-Kummissjoni għandha tivverifika dawn is-sejbiet inizjali bil-ħsieb li tiddeċiedi jekk il-fornitur għandux jiġi inkluż fil-lista ta’ fornituri ta’ riskju għoli.

Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-listi ta’ fornituri b’riskju għoli bil-ħsieb li tneħħi jew iżżid fornituri b’riskju għoli. Il-fornituri ta’ riskju għoli inklużi fil-lista jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-istruttura ta’ stabbiliment, ta’ kontroll u ta’ sjieda tagħhom mal-għoti ta’ evidenza li kien hemm bidliet rilevanti.

Kummissjoni tal-UE

Awtoritajiet kompetenti

Fornituri

Analizzar/ipproċessar tad-data; il-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-konsultazzjoni mal-fornituri

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 105

Eżenzjoni ta’ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz

Artikolu 108

Kunfidenzjalità

(1) Entità stabbilita f’pajjiż terz deżinjat jew ikkontrollata minnu li tippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà tista’ tagħmel talba motivata lill-Kummissjoni.

(3) il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tadotta deċiżjoni li tqis diversi aspetti li jwasslu għal analizzar tad-data. (Artikolu 105(3) u (4))

L-informazzjoni li tirċievi l-Kummissjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun inkisbet.

Kummissjoni tal-UE

Entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz deżinjat li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz

Il-Kummissjoni tirċievi t-talba; analizzar tad-data.

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 107

Reġistru

Il-Kummissjoni għandha tmantni reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet tagħha msemmi fl-Artikolu 105. Ir-reġistru għandu jiddikjara l-ismijiet tal-entitajiet li kienu soġġetti għad-deċiżjonijiet.

Kummissjoni tal-UE

Entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz deżinjat li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz

Il-Kummissjoni tmantni reġistru aċċessibbli għall-pubbliku.

Soluzzjoni diġitali

Artikolu 111

Projbizzjonijiet għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

L-awtorità kompetenti deżinjata skont dan ir-Regolament għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [il-proposta għad-DNA] dwar il-miżuri imposti fuq il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari.

Awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [il-proposta għad-DNA]

Fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

Fluss ta’ informazzjoni mill-awtorità kompetenti lil entitajiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet.

Fluss tad-data

Artikolu 112(1), (4)

Awtoritajiet kompetenti

(1) Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-kompiti superviżorji u ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 114.

(4) Kull Stat Membru għandu jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1, bil-kompiti rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet u dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Stat Membru għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti deżinjati f’konformità mal-paragrafu 1.

 

Stati Membri tal-UE

Kummissjoni tal-UE

Pubbliku ġenerali

Stati Membri jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti u jinnotifikaw lill-Kummissjoni.

Fluss tad-data

Artikolu 113

Network għall-kooperazzjoni u għas-servizzi ta’ appoġġ tal-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex iservi bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ amministrattiv għan-network.

2. Biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-kompiti superviżorji tagħhom, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-fornituri li jistgħu jiġu affettwati minn projbizzjonijiet speċifiċi humiex stabbiliti f’pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn tali pajjiżi terzi, deżinjati skont l-Artikolu 100. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha taqsam l-informazzjoni rilevanti mal-Kummissjoni.

3. Għall-fini tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob l-informazzjoni neċessarja mill-fornituri li jistgħu jiġu affettwati minn projbizzjonijiet speċifiċi li huma stabbiliti f’pajjiżi terzi jew ikkontrollati minnhom deżinjati skont l-Artikolu 100.

4. Meta titlesta valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqsam is-sejbiet mal-awtoritajiet kompetenti fi ħdan in-network stabbilit skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien xieraq, jinfurmaw lill-entitajiet ikkonċernati tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 bis-sejbiet.

5. Meta awtorità kompetenti ssir taf b’fornitur li jista’ jiġi affettwat minn projbizzjonijiet speċifiċi li jkun stabbilit f’pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollat minn tali pajjiżi terzi, u li ma jkunx għadda minn valutazzjoni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-Kummissjoni.

Kummissjoni

Awtoritajiet kompetenti

Entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Il-Kummissjoni tivvaluta l-fornituri u taqsam mal-awtoritajiet kompetenti li jikkondividu ma’ entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Il-Kummissjoni titlob informazzjoni mingħand il-fornituri

L-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Kummissjoni

Ipproċessar tad-data

Flussi tad-data

Artikolu 114

Miżuri superviżorji u ta’ infurzar

Rekwiżiti għall-Istati Membri li jiżguraw fluss ta’ informazzjoni mal-entitajiet imsemmija fl-Anness I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555. l-awtoritajiet kompetenti.

Qabel ma jadottaw miżuri bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-entitajiet ikkonċernati bis-sejbiet preliminari tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni.

Stati Membri tal-UE

Kummissjoni tal-UE

L-entitajiet fil-kuntest tal-Anness I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Rekwiżiti li jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni;

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 115

Penali

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Kummissjoni tal-UE

Stati Membri tal-UE

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni

Fluss tad-data

Artikolu 116

Assistenza reċiproka

Meta entità msemmija fl-Anness I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tipprovdi servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew tkun qed tipprovdi servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-assi ewlenin tagħha jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bejniethom u jassistu lil xulxin kif ikun neċessarju.

L-assistenza reċiproka msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tista’ tkopri talbiet għal informazzjoni u miżuri superviżorji, inklużi talbiet biex isiru spezzjonijiet fuq il-post jew superviżjoni mhux fuq il-post jew awditi tas-sigurtà mmirati. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għal assistenza ma għandhiex tirrifjuta dik it-talba sakemm ma jkunx stabbilit li ma jkollhiex kompetenza biex tipprovdi l-assistenza mitluba, li l-assistenza mitluba ma tkunx proporzjonata għall-kompiti superviżorji tal-awtorità kompetenti, jew li t-talba tkun tikkonċerna informazzjoni jew tinvolvi attivitajiet li, jekk jiġu ddivulgati jew jitwettqu, ikunu kuntrarji għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika jew tad-difiża tal-Istat Membru. Qabel ma tirrifjuta talba bħal din, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati kif ukoll, fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, lill-Kummissjoni.

Fejn ikun xieraq u bi qbil komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ diversi Stati Membri jistgħu jwettqu azzjonijiet superviżorji konġunti.

Stati Membri tal-UE

Assistenza reċiproka f’azzjonijiet ta’ superviżjoni.

Fluss tad-data

Ipproċessar tad-data

Artikolu 1, punt 8, Direttiva

Rapportar ta’ attakki ta’ ransomware

(Artikolu 27.13 NIS2)

fl-Artikolu 23, jiżdiedu l-paragrafi 12 u 13 li ġejjin: 

“13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ inċident sinifikanti kkawżat minn attakk ta’ ransomware, l-entitajiet ikkonċernati jinfurmaw, fuq talba tas-CSIRT jew, fejn applikabbli, tal-awtorità kompetenti permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni pprovdut mis-CSIRT jew, fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti:

jekk l-entità tkun irċeviet talba għal riskatt u, fejn applikabbli, minn min;

jekk ikun tħallas riskatt u jekk iva, x’ammont b’liema mezz ta’ pagament u għal liema riċevitur jew min jirċievi, inklużi l-kriptoassi u l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, fejn applikabbli.”

Stati Membri tal-UE

Entitajiet essenzjali u importanti

Rapportar

Fluss tad-data

Artikolu 1, punt 10, Direttiva 

Lista ta’ entitajiet u reġistru

(Artikolu 27.1 NIS2)

L-ENISA għandha toħloq u tmantni reġistru ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-punti uniċi ta’ kuntatt f’konformità mal-paragrafu 2. 

ENISA

Stati Membri tal-UE (entitajiet essenzjali u importanti taħt l-NIS2, entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju)

L-ENISA għandha toħloq u tmantni reġistru

Soluzzjoni Diġitali

Servizz pubbliku diġitali

 

Artikolu 1, punt 11, Direttiva 

Lista ta’ entitajiet u reġistru

(Artikolu 27.4 NIS2)

“4. Mar-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(4), il-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien żejjed, jgħaddiha lill-ENISA.” 

ENISA

Stati Membri tal-UE

L-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni mal-ENISA

Fluss tad-data

Artikolu 1, punt 12, Direttiva

Assistenza reċiproka 

(Artikolu 37a NIS2 (1), (2), (3)) 

1. L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ assistenza reċiproka skont it-tifsira tal-Artikolu 37 u tgħin biex tiffaċilita proċessi ta’ kooperazzjoni bħal dawn għal entitajiet essenzjali u importanti (…).

2. L-ENISA għandha twettaq analiżi komprensiva (…) l-ENISA għandha, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni, tiżviluppa metodoloġija. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat kull sena.

(3.) L-ENISA għandha, fejn xieraq, tirrakkomanda; tiżviluppa linji gwida; tassisti (…) 

ENISA

Stati Membri tal-UE

L-entitajiet importanti u essenzjali skont it-tifsira tad-Direttiva NIS2

Kummissjoni tal-UE

L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri u tgħin biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ kooperazzjoni. It-twettiq ta’ analiżi, linji gwida, metodoloġija, rapporti.

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

Artikolu 1, punt 12, Direttiva

Assistenza reċiproka 

(Artikolu 37a NIS2 (4)) 

4. Għall-finijiet tal-paragrafu (4), il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn disponibbli, jipprovdu dan li ġej lill-ENISA (….).

5. Fejn Stat Membru jirċievi assistenza reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-punt uniku ta’ kuntatt għandu jinforma lill-ENISA li tkun seħħet l-assistenza reċiproka.

ENISA

Stati Membri tal-UE

 

Skambju tal-informazzjoni

Fluss tad-data

Artikolu 119

Eżerċizzju tad-delega

3.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Kummissjoni tal-UE

Parlament Ewropew

Kunsill

Informazzjoni mibgħuta lill-PE u lill-Kunsill

Fluss tad-data

Artikolu 120

Evalwazzjoni u rieżami

1.    Sa [JJ XX SSSS], u mbagħad kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-ENISA rigward l-objettivi, il-mandat, il-missjoni, il-kompiti, il-governanza u il-post tagħha f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni.

5.    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

ENISA

Kummissjoni

Pubbliku ġenerali

Il-ġbir u l-analizzar tad-data; it-tqegħid tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni għall-pubbliku

Ipproċessar tad-data

Fluss tad-data

4.2.Data

High-level description of the data in scope and any related standards/specifications 

Tip tad-data 

Referenza/i għar-rekwiżit

Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli)

Data marbuta mal-analiżi/mar-rapporti ta’ rilevanza għar-reżiljenza taċ-ċibersigurtà u għas-soċjetà

Artikolu 5(1)(a), (b), (c), (e), (f), (h) 

Artikolu 5(2), (3) and (4) 

Artikolu 6 

Artikolu 7 

Artikolu 8 

Artikolu 9 

Artikolu 10 

Artikolu 11(2)(b), (c) 

Artikolu 12(4) 

Artikolu 15 

Artikolu 1, punt 7, Direttiva 

Fit-twettiq tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 11 paragrafu 1, punti (a) sa (e), u l-paragrafu 2, l-ENISA għandha tuża l-analiżijiet tagħha stess u, kif xieraq, l-informazzjoni riċevuta fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inklużi:

(a) informazzjoni pprovduta f’sorsi disponibbli għall-pubbliku, inklużi vulnerabbiltajiet magħrufa għall-pubbliku fi prodotti tal-ICT jew f’servizzi tal-ICT disponibbli fil-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b) informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri, mill-entitajiet tal-Unjoni, mis-CERT-UE, mis-settur privat jew mis-sħab mhux governattivi u minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġetta għal kwalunkwe limitazzjoni permezz ta’ marka viżibbli dwar distribuzzjoni ulterjuri ta’ dik l-informazzjoni.

L-ENISA għandha toħroġ linji gwida dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni tan-network użati għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż fir-rigward taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2025/38.

Data ta’ rilevanza għall-kooperazzjoni operazzjonali u l-għarfien sitwazzjonali

Artikolu 10(4)(a) – (g) 

Artikolu 10(6) 

Artikolu 11(1)(a) – (g) 

Artikolu 11(2)(a), (b), (c) 

Artikolu 11(3) 

Artikolu 11(4) 

Artikolu 13(2) 

Artikolu 15 

Artikolu 16(2)(e) 

Standards għall-kunfidenzjalità u għat-trattament ta’ informazzjoni sensittiva 

Fit-twettiq tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 11 paragrafu 1, punti (a) sa (e), u l-paragrafu 2, l-ENISA għandha tuża l-analiżijiet tagħha stess u, kif xieraq, l-informazzjoni riċevuta fit-twettiq tal-kompiti tagħha, inklużi:

(a) informazzjoni pprovduta f’sorsi disponibbli għall-pubbliku, inklużi vulnerabbiltajiet magħrufa għall-pubbliku fi prodotti tal-ICT jew f’servizzi tal-ICT disponibbli fil-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b) informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri, mill-entitajiet tal-Unjoni, mis-CERT-UE, mis-settur privat jew mis-sħab mhux governattivi u minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġetta għal kwalunkwe limitazzjoni permezz ta’ marka viżibbli dwar distribuzzjoni ulterjuri ta’ dik l-informazzjoni.

Data b’rilevanza għall-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri 

Data b’rilevanza għall-objettivi, għall-iskop u għall-kontenut tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà 

Artikolu 17 

Artikolu 18 

Artikoli 19-23 

Artikoli 72, 73, 74, 75, 76, 77, 79, 81, 83, 84

Skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għandha tinkludi (…): regoli dwar iż-żamma ta’ rekords minn fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet

Il-fornituri awtorizzati għandhom jiżguraw li, meta jintalbu mill-individwu, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’format li jista’ jinħażen fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

Il-Kummissjoni u l-ENISA għandhom isegwu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni meta jistabbilixxu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għal dak li għandu x’jaqsam mad-data.

Data relatata mal-governanza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà 

Artikoli 85, 86, 88, 89, 90, 92, 93, 94, 95, 96, 97

L-ENISA, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data u jsegwu dispożizzjonijiet ta’ skema rilevanti li jirreferu għal standards internazzjonali li jispeċifikaw ir-rekwiżiti.

Data b’rilevanza għall-funzjonijiet interni tal-ENISA (baġit, SPD, strateġiji interni) 

Artikolu 25 

Artikolu 28(1) 

Artikolu 30 

Artikolu 31(8) 

Artikolu 32(3), (5) 

Artikolu 35(5), (6) 

Artikoli 36-43 

Artikolu 44 

Artikolu 45 

Artikolu 47(10) 

Artikoli 48-49 

Artikolu 52, Artikolu 58 

Mudelli u linji gwida tar-regolamentazzjoni finanzjarja; linji gwida interni

Data personali 

Artikolu 22 

Titolu II, Kapitolu III, Taqsima 6 Bord tal-Appell 

Artikolu 66 

Artikolu 80(1)(c), (x) 

Artikolu 81(2)

Artikolu 88(6)(h) 

Artikolu 95 

Artikolu 96

Regolament (UE) 2018/1725 

Regolament (UE) 2016/679 

Id-data, miġbura u analizzata fil-kuntest tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskju koordinati, l-iżvilupp ta’ xenarji tar-riskju u l-identifikazzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT

Artikolu 98

Artikolu 99

Artikolu 102

Artikolu 103

Artikolu 105

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/2847 u għall-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Data dwar pajjiżi terzi/entitajiet ta’ pajjiżi terzi

Artikolu 100(1), (3), (4)

Artikolu 104

Artikolu 105

Artikolu 107

Artikolu 113

M/A

Data li tikkonċerna l-awtoritajiet nazzjonali

Artikolu 112

Artikolu 114

Artikolu 116

M/A

Data b’rilevanza għall-valutazzjonijiet tar-riskju 

Artikolu 5(2) 

Standards għall-kunfidenzjalità u għat-trattament ta’ informazzjoni sensittiva 

Assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri 

5(1)(g) ir-regolament u l-Artikolu 1, il-punt 12 tad-Direttiva

/

Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data

Spjega kif ir-rekwiżit(i) huma allinjati mal-Istrateġija Ewropea għad-Data

Ir-rekwiżiti fil-proposta CSA2 m’huma allinjati mal-ebda impatt speċifiku fejn tidħol l-Istrateġija Ewropea għad-Data.

Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss

Spjega kif tqies il-prinċipju ta’ darba biss u kif ġiet esplorata l-possibbiltà li d-data eżistenti tintuża mill-ġdid 

Wieħed mill-objettivi tal-proposta huwa li jiġu mmassimizzati l-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati. Fl-aħħar snin, l-ENISA saret ċentru tal-informazzjoni li żżomm informazzjoni mingħand sorsi differenti. F’dan is-sens, ħafna mill-kompiti għall-ENISA huma assoċjati mal-użu mill-ġdid u mar-riċiklaġġ tal-informazzjoni għall-finijiet ta’ diversi analiżijiet. Pereżempju: għal xi finijiet l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni notifikata skont l-Artikoli 23 u 30 tad-Direttiva (UE) 2022/2555; notifikata, kondiviża jew analizzata skont l-Artikolu 14(1)-(3), l-Artikolu 15 u l-Artikolu 17(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2024/2847. Id-dispożizzjonijiet tal-qafas tal-katina tal-provvista qed jippreżumu li l-implimentazzjoni tiegħu tkun appoġġata mid-data riċevuta permezz tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, li juri l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni.

Spjega kif id-data li għadha kif inħolqot hija traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riużabbli, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja

Il-proposta leġiżlattiva tindika b’mod espliċitu meta jenħtieġ li d-data titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Il-proposta qed tqis in-natura tad-dispożizzjonijiet b’aspetti strettament ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità u, għalhekk, mhux id-data kollha maħluqa taħt ir-rieżami tas-CSA se tkun għall-konsum pubbliku. Għad-dispożizzjonijiet neċessarji, ġie żgurat l-allinjament mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. L-ENISA għandha l-kompitu li toffri servizz ta’ twoissijiet bikrija b’format li jista’ jinqara minn magna.

Flussi tad-data

High-level description of the data in scope and any related standards/specifications

Tip tad-data 

Spjega l-fluss tad-data

Referenzi

L-ENISA tipprovdi rapporti u analiżi, gwida teknika u l-aqwa prattiki.

Dan hu fluss tad-data direzzjonat lejn il-partijiet ikkonċernati tal-ENISA, li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-UE. F’dawn il-flussi tad-data, l-ENISA qed tiġbor l-informazzjoni, ħafna drabi permezz ta’ sorsi pubbliċi, filwaqt li tanalizza u taqsam l-eżiti mal-partijiet ikkonċernati tagħha. L-ENISA qed timplimenta ċerti kompiti wkoll meta tintalab mill-Kummissjoni.

Artikolu 5(1)(a), (b), (c), (e), (f), (h)

Artikolu 5(2); Artikolu 5(3); Artikolu 5(5)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(4)

Artikolu 14

Il-flussi tad-data bejn il-Kummissjoni, l-ENISA, l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra fl-ekosistema taċ-ċibersigurtà tal-UE, fis-sens tal-kooperazzjoni operazzjonali. 

Dawn it-tipi ta’ flussi tad-data huma stabbiliti għall-finijiet ta’ kooperazzjoni operazzjonali u ta’ għarfien sitwazzjonali. L-iskambju ta’ informazzjoni jsir fiż-żewġ direzzjonijiet, ’il ġewwa u ’l barra. L-iskambju huwa tad-data operazzjonali.

Artikolu 10(4)(a)-(g)

Artikolu 11(1)(b)-(g)

Artikolu 11(2)(a), (b)

Artikolu 11(3)

Artikolu 15

Artikolu 16(2)(e)

Il-flussi tad-data stabbiliti biex jappoġġaw l-ECSF u l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà u l-implimentazzjoni tagħhom 

Dawn il-flussi tad-data jappoġġaw l-iskambji ’l ġewwa u ’l barra għal dawn:

- il-manutenzjoni u l-adozzjoni tal-ECSF, bi flussi bejn l-ENISA u l-membri tal-grupp ta’ ħidma ad hoc tagħha u bejn l-ENISA u l-Kummissjoni;

- l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà bi flussi bejn l-ENISA u l-membri tal-grupp ta’ ħidma ad hoc tagħha u bejn l-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

- l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà bi flussi tad-data bejn l-applikanti u l-ENISA;

- il-flussi tad-data bejn il-Bord tal-Appelli, l-ENISA, il-Kummissjoni u l-applikanti.

Artikoli 19 sa 23

Artikoli 36 sa 43

 

Data b’rilevanza għall-objettivi, għall-iskop u għall-kontenut tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà 

Dawn it-tipi ta’ flussi tad-data huma rilevanti għall-ippjanar, it-talba, l-iżvilupp, l-adozzjoni u l-manutenzjoni (inkluż rieżami possibbli) tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Dan huwa relatat b’mod partikolari mal-involviment u mal-parir espert tal-partijiet ikkonċernati, tal-ENISA, tal-awtoritajiet tal-Istati Membri permezz tal-ECCG f’diversi stadji tal-proċedura. Barra minn hekk, il-flussi tad-data addizzjonali huma relatati mal-provvista ta’ informazzjoni rilevanti lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ siti web dedikati tal-Kummissjoni u tal-ENISA. Fl-aħħar nett, il-qafas jipprevedi d-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà mill-manifatturi jew mill-fornituri ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT jew ta’ proċessi tal-ICT li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bil-mezzi tagħhom stess.

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikoli 72, 73, 74, 75, 76, 77, 79, 81, 83, 84

Data relatata mal-governanza tal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà 

Dawn il-flussi tad-data jappoġġaw l-iskambji ’l ġewwa u ’l barra għal dawn:

- il-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

- l-akkreditament u l-awtorizzazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll in-notifika sussegwenti tagħhom permezz tal-pjattaforma rilevanti u l-proċeduri relatati

- il-proċeduri ta’ rikors bħad-dritt li jiġi ppreżentat ilment, għal rimedju ġudizzjarju jew għal proċeduri ta’ appell u ta’ tibdil

Artikoli 85, 86, 88, 89, 90, 92, 93, 94, 95, 96

Flussi tad-data fir-rigward tal-attivitajiet amministrattivi tal-Aġenzija 

Flussi bejn l-ENISA, il-Bord tat-Tmexxija, l-Istati Membri, il-Kummissjoni. L-informazzjoni hija dwar l-attivitajiet amministrattivi tal-Aġenzija, fiż-żewġ direzzjonijiet. F’xi każijiet tintbagħat ukoll informazzjoni lill-Parlament Ewropew (il-fluss tad-data f’dak ir-rigward huwa ppreżentat hawn taħt)

Artikolu 25

Artikolu 28(1)

Artikolu 30

Artikolu 31(8)

Artikolu 32(3), (5)

Artikolu 35(5), (6)

Artikoli 36-43

Artikolu 44

Artikolu 45

Data mibgħuta lill-Parlament Ewropew 

Il-flussi lejn il-Parlament Ewropew rigward l-attivitajiet tal-ENISA u t-twettiq tal-kompiti; il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, is-smigħ tal-kandidat għad-direttur eżekuttiv; kwistjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà

Artikolu 28(1)(f), Artikolu 31(8), Artikolu 32(3), Artikolu 44(3), Artikolu 49(6), Artikolu 49(9), Artikolu 70(5), Artikolu 72 (4) u (5), Artikolu 119(3) Eżerċitar tad-delega, Artikolu 120 Evalwazzjoni u rieżami

Data mibgħuta lill-Kunsill tal-UE 

Il-flussi lejn il-Parlament Ewropew rigward l-attivitajiet tal-ENISA u t-twettiq tal-kompiti; il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, is-smigħ tal-kandidat għad-direttur eżekuttiv; skemi kandidati li qed jiġu żviluppati skont il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 28(1)(f), Artikolu 31(8), Artikolu 32(3), Artikolu 32(7),

AArtikolu 49(6), Artikolu 49(9), Artikolu 70(5), Artikolu 72 (4), (5), Artikolu 119(3) Eżerċitar tad-delega, Artikolu 120 Evalwazzjoni u rieżami

Flussi tad-data fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ lment

Biex jiġu ttrattati l-ilmenti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 84(4) jew fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE

Persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem l-emittent ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew, meta l-ilment ikun jirrigwarda ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità

Artikolu 55(3); Artikolu 88(7) (f); Artikolu 96

Flussi tad-data dwar l-attakki ta’ ransomware

Ir-rapportar ta’ ċerta informazzjoni f’każ ta’ attakki ta’ ransomware

Artikolu 1, punt 8, Direttiva

Tip tad-data

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Atturi li jipprovdu d-data

Atturi li jirċievu d-data

Skattatur għall-iskambju tad-data

Frekwenza (jekk applikabbli)

Il-flussi tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 99

Valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà

Kummissjoni u Stati Membri

Stati Membri (Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS)

Artikolu 99

Valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà

M/A

Flussi tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

Artikolu 100

Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

Kummissjoni

Kunsill

Artikolu 100

Verifika mill-Kummissjoni tat-theddida ppreżentata minn pajjiż terz

Flussi tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali

Artikolu 103(6)

Miżuri ta’ mitigazzjoni fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT

Kummissjoni

Stati Membri

Ċirkostanzi eċċezzjonali

M/A

Flussi tad-data bejn il-Kummissjoni u l-fornituri u l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti rigward il-valutazzjoni tal-istabbiliment u s-sjieda u l-kontroll tal-fornituri

104(4), (5), (6)

Identifikazzjoni tal-fornituri ta’ riskju għoli 

Fornituri

Kummissjoni

Awtoritajiet Kompetenti

Awtoritajiet Kompetenti

Fornituri

Kummissjoni

Atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 103(1) u fir-rigward tal-projbizzjoni fl-Artikolu 111(1)

M/A

Fluss tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tas-setgħat superviżorji b’rabta mal-implimentazzjoni tal-qafas fdat tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT

Artikolu 112(1), (4)

Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 114

Miżuri superviżorji u ta’ infurzar

Stati Membri

Kummissjoni

Artikolu 112(1), (4)

Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 114

Miżuri superviżorji u ta’ infurzar (il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha toħroġ lista ta’ entitajiet affiljati ma’ fornituri ta’ riskju għoli.)

M/A

Fluss tad-data bejn il-Kummissjoni u partijiet terzi għall-eżenzjonijiet

Artikolu 105

Eżenzjoni ta’ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn tali pajjiż terz

Partijiet terzi (Entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà (skont it-tifsira tal-Artikolu 100 jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz) (meta jissottomettu talba għal eżenzjoni)

Kummissjoni tal-UE (meta toħroġ id-deċiżjonijiet)

Kummissjoni (meta tirċievi t-talba għal eżenzjoni)

Partijiet terzi (entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà (fis-sens tal-Artikolu 100) jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz) (meta jirċievu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

Deċiżjoni skont l-Artikolu 100 Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

M/A

Fluss tad-data bejn l-Istati Membri u partijiet terzi fir-rigward tal-projbizzjonijiet fin-networks tal-komunikazzjoni elettronika

Artikolu 111

Projbizzjonijiet għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

Stati Membri (Awtoritajiet kompetenti)

Partijiet terzi (Fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari)

L-awtorità kompetenti deżinjata skont dan ir-Regolament għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [il-proposta għad-DNA] dwar il-miżuri imposti fuq il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

M/A

Fluss tad-data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tan-network għall-kooperazzjoni u għas-servizzi ta’ appoġġ

Artikolu 113

Network għall-kooperazzjoni u għas-servizzi ta’ appoġġ tal-Kummissjoni

Kummissjoni

Stati Membri (Awtoritajiet kompetenti)

Kummissjoni

Stati Membri (Awtoritajiet kompetenti)

Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

Fluss tad-data bejn l-Istati Membri u partijiet terzi fir-rigward ta’ miżuri superviżorji u ta’ infurzar

Artikolu 114

Miżuri superviżorji u ta’ infurzar

Partijiet terzi (Entitajiet tat-tip imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555)

Stati Membri (Awtoritajiet kompetenti)

Implimentazzjoni tal-miżuri previsti fit-Titolu IV

Fluss tad-data bejn l-Istati Membri għal assistenza reċiproka

Artikolu 116

Assistenza reċiproka

Stati Membri

Stati Membri

Meta entità msemmija fl-Anness I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tipprovdi servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew tkun qed tipprovdi servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar u l-assi ewlenin tal-ICT tagħha jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bejniethom u jassistu lil xulxin kif ikun neċessarju.

M/A

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-soluzzjonijiet diġitali 

Għal kull soluzzjoni diġitali, spjegazzjoni ta’ kif is-soluzzjoni diġitali tikkonforma mal-politiki diġitali u mal-promulgazzjonijiet leġiżlattivi applikabbli 

Soluzzjoni diġitali 

Referenza/i għar-rekwiżit(i) 

Funzjonalitajiet obbligatorji ewlenin 

Korp responsabbli 

Kif tiġi koperta l-aċċessibbiltà? 

Kif jitqies l-użu mill-ġdid? 

Użu tat-teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli) 

L-ENISA hija s-segretarjat tan-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe, u fin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe tħaddem għodod tal-komunikazzjoni sigura pprovduti minn entitajiet legali li mhumiex stabbiliti f’pajjiżi terzi jew ikkontrollati minn pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 10(2), (3), (5)

Informazzjoni mhux pubblika

ENISA

Informazzjoni mhux pubblika

Informazzjoni mhux pubblika

Informazzjoni mhux pubblika

Tiżviluppa b’kooperazzjoni mal-EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni, il-Europol u s-CERT-UE u ma’ entitajiet rilevanti tal-Unjoni, repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid, inkluż xejriet f’inċidenti, tattiki, tekniki u proċeduri.

Artikolu 11(1)(a)

intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid, inkluż xejriet f’inċidenti, tattiki, tekniki u proċeduri

ENISA

EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni, il-Europol u s-CERT-UE u entitajiet rilevanti tal-Unjoni

M/A

M/A

M/A

L-ENISA għandha tmantni repożitorju tat-tagħlimiet meħuda

Artikolu 14(2)

L-ENISA għandha żżomm repożitorju tat-tagħlimiet meħuda mill-eżerċizzji u tirrakkomanda lill-Istati Membri u, fejn rilevanti, lill-entitajiet tal-Unjoni kif it-tagħlimiet meħuda jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti.

ENISA

M/A

M/A

M/A

L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif meħtieġ, għodod tekniċi operazzjonali, bħal pjattaformi relatati maċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-pjattaforma unika ta’ rapportar stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847 [u l-punt ta’ dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti stabbilit skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555], jew għodod ta’ ttestjar biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 15

Pjattaforma Unika ta’ Rapportar

Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847

[punt ta’ dħul uniku

Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555]

ENISA

M/A

M/A

M/A

Il-manutenzjoni tal-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u l-għoti ta’ servizzi għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet

Artikolu 16(2)

Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Il-manutenzjoni tal-bażi tad-data u l-għoti ta’ servizzi għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet

ENISA

M/A

M/A

M/A

L-ENISA għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika

Artikoli 19-23

Il-manutenzjoni u l-aġġornament regolari ta’ sit web apposta li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar l-ECSF, inklużi l-qafas u l-iskeda taż-żmien tiegħu għall-aġġornament; l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, il-progress u l-iskedi taż-żmien tagħhom għall-iżvilupp tagħhom; it-tariffi assoċjati ma’ kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà; il-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà; il-lista tal-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

ENISA

M/A

M/A

M/A

Il-Kummissjoni għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web pubbliku dedikat

Artikolu 72

L-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mitluba għall-iżvilupp;

(b)    il-prijoritajiet strateġiċi għall-armonizzazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-oqsma potenzjali li għalihom tista’ tintalab skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. 

Kummissjoni tal-UE

Konformità mal-linji gwida

Konformità mal-linji gwida

M/A

L-ENISA għandha żżomm sit web dedikat għaċ-ċertifikazzjoni

Artikolu 79

L-għoti ta’ informazzjoni dwar:

(a)l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)it-tariffi assoċjati mal-manutenzjoni ta’ kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tal-ENISA;

(d)iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluża informazzjoni fir-rigward ta’ tali ċertifikati u dikjarazzjonijiet li ma jibqgħux validi, jew li jiġu sospiżi, irtirati jew li jiskadu;

(e)l-informazzjoni supplimentari rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta f’konformità mal-Artikolu 84(2);

(f)is-sommarji tar-rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 89(7);

(g)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 74(10).

ENISA

Konformità mal-linji gwida

Konformità mal-linji gwida

M/A

Reġistru (ta’ eżenzjonijiet għal entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz)

Artikolu 107

Reġistru

Il-Kummissjoni għandha tmantni reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tad-deċiżjonijiet tagħha msemmi fl-Artikolu 105(4). Ir-reġistru għandu jiddikjara l-ismijiet tal-entitajiet li kienu soġġetti għad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni għandha taġġornah b’mod regolari.

Kummissjoni

“Il-Kummissjoni għandha tmantni reġistru aċċessibbli għall-pubbliku”

M/A

M/A

Pjattaforma (għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti)

Artikolu 113

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex iservi bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ amministrattiv għan-network.

Kummissjoni

Mhux disponibbli għall-pubbliku, għall-awtoritajiet kompetenti biss

M/A

M/A

L-ENISA għandha toħloq u tmantni reġistru ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji

Artikolu 1, punt 11, Direttiva

Reġistru ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominj

ENISA

M/A

Abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-punti uniċi ta’ kuntatt f’konformità mal-paragrafu 2. (Artikolu 27 tad-Direttiva NIS2)

M/A

Soluzzjonijiet diġitali inklużi fit-tabella ta’ hawn fuq 

Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) 

Spjegazzjoni dwar kif tallinja 

Att dwar l-IA 

M/A

Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE 

M/A

eIDAS 

M/A

Gateway Diġitali Unika u IMI 

M/A

Oħrajn 

M/A

Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-servizz(i) pubbliku/pubbliċi diġitali affettwat(i) mir-rekwiżiti

Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali 

Deskrizzjoni 

Referenza/i għar-rekwiżit(i) 

Soluzzjoni(jiet) ta’ Ewropa Interoperabbli (MHUX APPLIKABBLI) 

Soluzzjoni(jiet) oħra tal-interoperabbiltà 

L-ENISA bħala segretarjat tan-networks u l-varar ta’ għodod ta’ komunikazzjoni sigura

L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tan-network tas-CSIRTs skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tal-EU-CyCLONe skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 [u l-punt ta’ dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti stabbilit skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555], u għodod ta’ ttestjar biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Fin-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe, l-ENISA għandha tħaddem għodod tal-komunikazzjoni sigura pprovduti minn entitajiet legali li mhumiex stabbiliti fil-pajjiżi terzi jew ikkontrollati minn pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 11

//

M/A

Twissijiet bikrija

Toħroġ twissijiet bikrija

Artikolu 11

Artikolu 12

 

 

Appoġġ rigward ċibertheddid jew inċidenti ċibernetiċi speċifiċi potenzjali jew attwali

Meta tintalab minn Stat Membru wieħed jew aktar, tipprovdi pariri u valutazzjonijiet rigward ċibertheddid jew inċidenti ċibernetiċi speċifiċi potenzjali jew attwali, inkluż permezz tal-provvista ta’ kompetenza esperta u l-faċilitazzjoni tat-trattament tekniku ta’ tali inċidenti, u permezz tal-appoġġ tal-kondiviżjoni volontarja ta’ informazzjoni rilevanti u ta’ soluzzjonijiet tekniċi bejn l-Istati Membri;

Artikolu 10

 

 

Appoġġ għall-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti u ta’ kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell operazzjonali

Il-kontribut għall-appoġġ tal-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti u ta’ kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell operazzjonali, b’mod partikolari billi jiġi megħjun l-EU-CyCLONe fit-tħejjija ta’ rapporti għal livell politiku billi tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni bejn in-network tas-CSIRTs, u l-EU-CyCLONe.

Artikolu 10

 

 

Repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid

Tiżviluppa b’kooperazzjoni mal-EU-CyCLONe, in-network tas-CSIRTs, il-Kummissjoni, il-Europol u is-CERT-UE u entitajiet rilevanti tal-Unjoni, repożitorji ta’ intelligence verifikata u affidabbli dwar iċ-ċibertheddid, inkluż xejriet f’inċidenti, tattiki, tekniki u proċeduri.

Artikolu 11

 

 

Repożitorju tat-tagħlimiet meħuda

L-ENISA għandha żżomm repożitorju tatt-tagħlimiet meħuda minn dawk l-eżerċizzji u tirrakkomanda lill-Istati Membri u, fejn rilevanti, lill-entitajiet tal-Unjoni kif it-tagħlimiet meħuda jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti.

Artikolu 14

 

 

L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif neċessarju, għodod tekniċi operazzjonali, bħal pjattaformi

L-ENISA għandha tistabbilixxi, tipprovdi, topera, iżżomm u taġġorna kif meħtieġ, għodod tekniċi operazzjonali, bħal pjattaformi relatati maċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-pjattaforma unika ta’ rapportar stabbilita skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/2847 [u l-punt ta’ dħul uniku għar-rapportar tal-inċidenti stabbilit skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva (UE) 2022/2555], u għodod ta’ ttestjar biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 15

 

 

Il-manutenzjoni tal-Bażi tad-Data Ewropea tal-Vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2022/2555

Il-manutenzjoni tal-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet stabbilita skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

L-għoti ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet lill-partijiet ikkonċernati, filwaqt li jkompli l-bini fuq il-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet u jsir użu mill-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-ENISA.

Id-dħul f’kooperazzjoni strutturata ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu programmi, reġistri jew bażijiet tad-data simili għall-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet.

L-għoti ta’ appoġġ attiv lis-CSIRTs deżinjati bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jistgħu jimpattaw b’modi sinifikanti lil entitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed.

L-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ metodoloġiji u mekkaniżmi ta’ governanza għall-identifikazzjoni u l-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, is-CSIRTs, l-industrija u l-komunità tar-riċerka.

Artikolu 16

 

 

Tħejjija ta’ skemi kandidati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà “skemi kandidati”

It-tħejjija ta’ skemi kandidati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà (“skemi kandidati”) għall-prodotti tal-ICT, għas-servizzi tal-ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet, u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati f’konformità mal-Artikolu 74.

Il-manutenzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 75, inkluż fid-dawl ta’ rieżami possibbli tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati f’konformità mal-Artikolu 76.

Artikolu 17

 

 

L-ENISA għandha tiżviluppa u tmantni skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà

L-ENISA għandha tiżviluppa u tmantni skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà.

L-ENISA għandha toħroġ deċiżjoni motivata li tagħti awtorizzazzjoni lill-applikant biex joħroġ attestazzjonijiet individwali Ewropej għal twassil u manutenzjoni tal-iskemi u tal-awtorizzazzjoni, li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni, jew li tagħlaq l-ipproċessar tal-applikazzjoni minħabba informazzjoni insuffiċjenti pprovduta mill-applikant, jew in-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu wara talba għal informazzjoni addizzjonali.

Artikoli 20-22

 

 

L-ENISA għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web dedikat.

L-ENISA għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar:

(a)    l-ECSF, inklużi l-qafas u l-iskeda taż-żmien tiegħu għall-aġġornament;

(b)    l-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, il-progress u l-iskedi taż-żmien tagħhom għall-iżvilupp tagħhom;

(c)    it-tariffi assoċjati ma’ kull skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament;

(d)    il-kost indikattiv ta’ attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 20(4);

(e)    il-lista ta’ fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet.

Artikolu 23

 

 

Il-Kummissjoni għandha tmantni u taġġorna regolarment sit web pubbliku dedikat

Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin:

(a) l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà mitluba għall-iżvilupp;

(b) il-prijoritajiet strateġiċi għall-armonizzazzjoni tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT, tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-oqsma potenzjali li għalihom tista’ tintalab skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 72

 

 

L-ENISA għandha żżomm sit web dedikat għaċ-ċertifikazzjoni

L-ENISA għandha żżomm u taġġorna regolarment sit web dedikat li jipprovdi informazzjoni pubblika dwar dawn li ġejjin:

(a)    l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(b)    it-tariffi assoċjati mal-manutenzjoni ta’ kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;

(c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tal-ENISA;

(d)    iċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluża informazzjoni fir-rigward ta’ tali ċertifikati u dikjarazzjonijiet li ma jibqgħux validi, jew li jiġu sospiżi, irtirati jew li jiskadu;

(e)    l-informazzjoni supplimentari rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà pprovduta f’konformità mal-Artikolu 84(2);

(f)    sommarji ta’ rieżamijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 89(7);

(g)    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi referenzjati fi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 74(10).

Artikolu 79

 

 

Investigazzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe każ fejn ikollha dubji, jew issir taf b’dubji dwar il-kompetenza ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkun soġġett għalihom, jew dwar l-issodisfar kontinwu tagħhom minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

Artikolu 94

 

 

L-ENISA għandha toħloq u tmantni reġistru ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji

Reġistru ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji.

Fuq talba, l-ENISA għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-fornituri ta’ servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta’ ismijiet tat-TLD, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji, il-fornituri ta’ servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta’ servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri ta’ networks ta’ twassil tal-kontenut, il-fornituri ta’ servizzi ġestiti, il-fornituri ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri ta’ postijiet tas-suq online, ta’ magni tat-tiftix online u ta’ pjattaformi ta’ servizzi tan-networking soċjali maħżuna f’dak ir-reġistru, filwaqt li tiżgura li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni fejn ikun applikabbli.

Artikolu 1, punt 11, Direttiva

 

 

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Impatt tar-rekwiżit(i) skont is-servizz pubbliku diġitali fuq l-interoperabbiltà transfruntiera 

Repożitorji /pjattaformi /twissijiet bikrija /segretarjat /kooperazzjoni operazzjonali /bażi tad-data tas-CVD

Valutazzjoni 

Miżuri 

Ostakli potenzjali li jifdal 

Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti

Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati 

Ċibersigurtà 

L-ebda ostaklu magħruf

Ivvaluta l-miżuri organizzazzjonali biex jingħataw servizzi pubbliċi diġitali transfruntieri bla skossi

Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti 

Bord tat-Tmexxija tal-ENISA

Network tas-CSIRTs 

EU-CyCLONe 

Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS 

Dawn kollha huma fora fejn jistgħu jitqajmu kwistjonijiet.

M/A 

Ivvaluta l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data

Elenka dawn il-miżuri 

M/A 

M/A 

Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni 

Elenka dawn il-miżuri 

M/A 

 

M/A 

Skemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà

Valutazzjoni 

Miżuri 

Ostakli potenzjali li jifdal 

Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti

Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati 

Il-proposta tibni fuq COM(2023)207 final (l-Akkademja tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà) “l-ENISA se tiżviluppa proġett pilota li jesplora t-twaqqif ta’ skema Ewropea tal-attestazzjoni għall-ħiliet fiċ-ċibersigurtà” 

Din tagħmel użu mir-Regolament (UE) 2024/1183 (il-kartiera tal-EUDI) billi jistabbilixxi li “l-ENISA u l-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonihuet għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjoni individwali Ewropea tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali” 

Ċibersigurtà 

GDPR (żamma tar-rekords mill-fornituri) 

L-ebda ostaklu magħruf

Ivvaluta l-miżuri organizzazzjonali biex jingħataw servizzi pubbliċi diġitali transfruntieri bla skossi 

Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti 

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati meta tkun qed tħejji skema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà 

Is-separazzjoni tal-attivitajiet fi ħdan l-ENISA biex tiġi żgurata l-prestazzjoni indipendenti tagħha

Bord tal-Appell

L-użu u r-rikonoxximent tal-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà għandhom jibqgħu volontarji għall-entitajiet pubbliċi u privati. 

Ivvaluta l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data 

Elenka dawn il-miżuri 

L-iżvilupp ta’ skemi li jispjegaw fid-dettall, fost l-oħrajn, ir-regoli li jikkonċernaw il-kontenut u l-format tal-attestazzjonijiet 

Il-fornituri awtorizzati għandhom jiżguraw li, meta jintalab mill-individwu, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jinħarġu bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’format li jista’ jinħażen fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. L-ENISA għandha tipprovdu gwida lill-assessuri u tagħtihom taħriġ obbligatorju rigward ir-rekwiżiti u l-metodi tal-valutazzjoni inklużi fl-iskema tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà 

L-għoti ta’ informazzjoni pubblika fuq sit web 

Atti ta’ implimentazzjoni dwar it-tariffi

Għalkemm jenħtieġ li l-iskemi jkunu spjegati fid-dettall kemm jista’ jkun biex jiżguraw fehim komuni u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, u għalkemm l-ENISA se tipprovdi gwida lill-assessuri u tagħtihom taħriġ obbligatorju biex tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-iskemi, jistgħu jinħolqu dimensjonijiet mhux previsti fejn il-fornituri awtorizzati tal-attestazzjonijiet ikollhom bżonn jinteraġixxu mal-ENISA, ma’ fornituri oħrajn. jew mal-assessuri.

Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni 

Elenka dawn il-miżuri 

L-iskemi tal-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà huma żviluppati bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti

M/A 

Tħejjija ta’ skemi kandidati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà “skemi kandidati”/l-assenjazzjoni ta’ numri lis-CABs 

Valutazzjoni 

Miżuri 

Ostakli potenzjali li jifdal 

Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti

Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati 

Il-proposta tfittex allinjament dwar il-governanza mal-Qafas leġiżlattiv il-ġdid, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna r-Regolament (KE) 765/200826.

Il-proposta għandha l-għan litiffaċilita l-konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti taċ-ċibersigurtà permezz tal-iżvilupp ta’ skemi dedikati Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. 

L-ebda ostaklu magħruf

Ivvaluta l-miżuri organizzazzjonali biex jingħataw servizzi pubbliċi diġitali transfruntieri bla skossi 

Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti 

Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà;

ENISA; 

Gruppi ta’ ħidma ad-hoc; 

Assemblea Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà; 

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati meta jitolbu, jiżviluppaw u jadottaw skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; 

Il-proċeduri ta’ kumitat għall-atti ta’ implimentazzjoni previsti relatati mal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. 

L-użu taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà għandu jkun volontarju sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni Ewropea. 

Ivvaluta l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data 

Elenka dawn il-miżuri 

Atti ta’ implimentazzjoni elenkati fit-taqsima 4.5. 

L-użu taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà għandu jkun volontarju sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni Ewropea. 

Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni 

Elenka dawn il-miżuri 

Atti ta’ implimentazzjoni elenkati fit-taqsima 4.5. 

Ir-rekwiżiti speċifikati tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu rekwiżiti konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. 

L-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom jisfruttaw l-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew, fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew xierqa, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mfassla mill-ENISA, u għandhom jirreferu għalihom. 

M/A 

Siti web aċċessibbli għall-pubbliku 

Valutazzjoni 

Miżuri 

Ostakli potenzjali li jifdal 

Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti

Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati 

Att tal-UE dwar l-Aċċessibbiltà u d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web 

Ċibersigurtà

L-ebda ostaklu magħruf

Ivvaluta l-miżuri organizzazzjonali biex jingħataw servizzi pubbliċi diġitali transfruntieri bla skossi 

Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti 

M/A

M/A 

Ivvaluta l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data 

Elenka dawn il-miżuri 

M/A 

Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni 

Elenka dawn il-miżuri 

M/A 

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali 

Deskrizzjoni tal-miżura 

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Rwol tal-Kummissjoni (jekk applikabbli)

Atturi li jridu jkunu involuti (jekk applikabbli)

Skeda taż-żmien mistennija 

(jekk applikabbli)

Il-Kummissjoni, abbażi tal-iskema kandidata aċċattata mħejjija mill-ENISA, għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti ICT, għas-servizzi ICT, għall-proċessi tal-ICT, għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti jew għall-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 80 u 81. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). 

Artikolu 75(9)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

M/A

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 119 biex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi żżid jew timmodifika l-objettivi tas-sigurtà biex tiżgura li dawn jirriflettu l-aħħar żvilupp teknoloġiku u theddid relatat ġdid kif ukoll l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni li tistabbilixxi l-preżunzjoni tal-konformità permezz taċ-ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà mar-rekwiżiti rilevanti taċ-ċibersigurtà ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 80(2)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati

 

M/A

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu prinċipji komuni u dispożizzjonijiet mudell għall-elementi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 madwar l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fejn xieraq u disponibbli, skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tinkludi referenzi għal dawk il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet mudell.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2). Meta tiżviluppa jew tirrevedi l-prinċipji komuni u d-dispożizzjonijiet mudell għall-elementi tal-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA u tqis, kif xieraq, il-fehmiet espressi mill-ECCG, mill-partijiet ikkonċernati rilevanti u minn korpi rilevanti oħra.

Artikolu 81(5)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

ENISA

ECCG

M/A

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għall-approvazzjoni minn qabel jew il-mudelli ta’ delega ġenerali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Fil-proċess ta’ tħejjija għal dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ECCG. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 85(5)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

ECCG

M/A

Iċ-ċertifikati ta’ pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-ICT, ta’ servizzi tal-ICT, ta’ proċessi tal-ICT, ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti u tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet jistgħu jiġu rrikonoxxuti, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jew permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz inkwistjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jekk ir-rekwiżiti tal-iskema rilevanti ta’ pajjiż terz jew l-iskema rilevanti ta’ organizzazzjoni internazzjonali jitqiesu ekwivalenti għal dawk fl-iskemi ta’ ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 87(1)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

 

M/A

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu pjan għar-rieżami bejn il-pari li jkopri perjodu ta’ mqar ħames snin, li jistipula l-kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim tar-rieżami bejn il-pari, il-metodoloġija li trid tintuża fir-rieżami bejn il-pari, u l-iskeda, il-frekwenza u kompiti oħra relatati mar-rieżami bejn il-pari. Fit-tħejjija ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ECCG u lill-ENISA. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 89(6)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

 

M/A

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri, inkluż dwar il-kooperazzjoni transfruntiera, għall-awtorizzazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fil-proċess ta’ tħejjija tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENISA u lill-ECCG. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 92(8)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

ENISA

ECCG

M/A

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża l-proċedura ta’ oġġezzjoni minn Stati Membri oħra matul il-proċess ta’ notifika, l-identifikazzjoni unika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll iċ-ċirkostanzi għar-restrizzjoni, għas-sospensjoni jew għall-irtirar tan-notifika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2).

Artikolu 93(3)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni

 

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 100 biex tiddeżinja pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà għall-ktajjen tal-provvista tal-ICT.

Artikolu 100(2)

Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw tħassib dwar iċ-ċibersigurtà

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

L-ebda skeda taż-żmien iżda l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu rrieżaminati regolarment

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tipprevedi miżura ta’ mitigazzjoni waħda jew aktar minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 103(2).

Artikolu 103(2)

Miżuri ta’ mitigazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ICT

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

L-ebda skeda taż-żmien, iżda għandhom jiġu rrieżaminati kull 36 xahar (f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(2))

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 102 biex tidentifika l-assi ewlenin tal-ICT użati għall-manifattura ta’ prodotti jew għall-forniment ta’ servizzi mit-tipi ta’ entitajiet imsemmija fl-Anness I u fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

Artikolu 102(1)

Identifikazzjoni tal-assi ewlenin tal-ICT

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprojbixxu l-użu, l-installazzjoni jew l-integrazzjoni fi kwalunkwe forma ta’ komponenti tal-ICT jew ta’ komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn fornituri ta’ riskju għoli kif deżinjati f’konformità mal-Artikolu 100(2) f’assi ewlenin tal-ICT identifikati f’konformità mal-Artikolu 102.

Artikolu 103(1)

Miżuri ta’ mitigazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ICT

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi li l-entitajiet tat-tipi msemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw, jinstallaw jew jintegraw komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT minn entità speċifika.

Artikolu 103(7)

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

Konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-entitajiet ikkonċernati

M/A

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi listi ta’ fornituri ta’ riskju għoli rilevanti għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 103(1) jew mal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 1110(1).

Artikolu 104(1)

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 105, il-paragrafu 2, il-punt (b), u biex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 105.

Artikolu 105

Eżenzjoni għal entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz li jippreżenta tħassib dwar iċ-ċibersigurtà jew ikkontrollati minn entitajiet minn tali pajjiż terz

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mat-tariffi, li jispeċifikaw l-ammont tat-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu.

Artikolu 109

Tariffi

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-perjodi taż-żmien għall-eliminazzjoni gradwali tal-komponenti tal-ICT jew tal-komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT ipprovduti minn fornituri ta’ riskju għoli fir-rigward tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fissi u satellitari.

Artikolu 110(4)

Assi ewlenin tal-ICT għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mobbli, fissi u satellitari

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

M/A

M/A

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 119 biex temenda l-Anness II biex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi billi tqis l-elementi msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 110(5)

Adozzjoni ta’ atti delegati

M/A

M/A

7.    L-Artikolu 21(5) huwa emendat kif ġej:

(a)    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti settorjali, kif meħtieġ, tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward ta’ entitajiet essenzjali u importanti għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment jekk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan is-subparagrafu għandhomx jiġu adottati għal setturi speċifiċi jew għal tipi speċifiċi ta’ entitajiet biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Abbażi tal-eżitu ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tipproponi atti ta’ implimentazzjoni bħal dawn għas-setturi jew it-tipi ta’ entitajiet identifikati. Meta tħejji valutazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq in-natura transfruntiera tas-setturi jew tat-tipi ta’ entitajiet u għandha twettaq proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ, trasparenti u inklużiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mal-Istati Membri.”;

(b)    wara r-raba’ subparagrafu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Meta l-Kummissjoni tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit tekniku jew metodoloġiku ulterjuri tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fuq l-entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.”

Artikolu 1, punt 7, Direttiva 

Armonizzazzjoni massima

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni

 

 

M/A

(1)    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), ENISA Threat Landscape 2024, https://www.enisa.europa.eu/publications/enisa-threat-landscape-2024 .
(2)    L-ENISA, ENISA Threat Landscape 2025.
(3)    Il-Kummissjoni Ewropea, The future of European Competitiveness, https://commission.europa.eu/document/download/97e481fd-2dc3-412d-be4c-f152a8232961_mt?filename=The%20future%20of%20European%20competitiveness%20_%20A%20competitiveness%20strategy%20for%20Europe.pdf .
(4)    JOIN/2025/130 final.
(5)    COM/2025/148 final.
(6)    JOIN(2025) 977 final.
(7)    COM/2025/66 final.
(8)    COM(2025) 10 final.
(9)    COM(2023) 207 final.
(10)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att dwar iċ-Ċipep), ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1-53.
(12)    B’mod partikolari d-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE.
(13)    Il-Kummissjoni Ewropea, Commission launches call for evidence and public consultation on the evaluation of the Public Procurement Directives, https://single-market-economy.ec.europa.eu/news/commission-launches-call-evidence-and-public-consultation-evaluation-public-procurement-directives-2024-12-13_en .
(14)    COM/2025/837 final
(15)    JOIN/2023/20 final.
(16)    JOIN/2025/120 final.
(17)    JOIN/2025/977 final
(18)     Ir-Regolament - 2019/881 - MT - EUR-Lex
(19)    Il-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar Kwistjonijiet ta’ Ċiberspazju.
(20)    Ir-Regolament (UE) 2019/881 ( http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj ).
(21)     http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj
(22)     http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj
(23)     http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj
(24)    ĠU C, , p. .
(25)    ĠU C, , p. .
(26)    Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj ).
(27)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
(28)    Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj ).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika), (ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj ).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà) (ĠU L, 2025/38, 15.01.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/38/oj ).
(31)    ĠU C, C/2025/3445, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3445/oj .
(32)    Cybersecurity of 5G networks – EU Toolbox of risk mitigating measures, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, 1/2020, jinsab hawn: https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/cybersecurity-5g-networks-eu-toolbox-risk-mitigating-measures .
(33)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Inxejnu d-distakk tat-talent fiċ-ċibersigurtà biex nixprunaw il-kompetittività, it-tkabbir u r-reżiljenza tal-UE (“L-Akkademja tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà”), COM(2023) 207 final, it-18 ta’ April 2023.
(34)    Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj ).
(35)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1366 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-elettriku (ĠU L, 2024/1366, 24.05.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1366/oj ).
(36)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 (ĠU L 248, pp. 18-31, 26.9.2022, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1645/oj ).
(37)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 (ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/203/oj ).
(38)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583 tal-25 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, fir-rigward tal-miżuri taċ-ċibersigurtà (ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15-18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1583/oj ).
(39)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà tal-isptarijiet u tal-fornituri tal-kura tas-saħħa, COM(2025) 10 final, il-15 ta’ Jannar 2025.
(40)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj ).
(41)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ProtectEU: Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Interna, COM(2025)148 final, l-1 ta’ April 2025.
(42)    Il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Unjoni tal-Preparatezza, JOIN(2025)130 final.
(43)    Il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE, JOIN(2025) 977 final.
(44)    COM/2025/837 final
(45)    Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/460/oj ).
(46)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj ).
(47)    Ir-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/887/oj ).
(48)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-Unjoni tal-Ħiliet, COM(2025) 90 final, il-5 ta’ Marzu 2025.
(49)    JOIN(2025) 791 final.
(50)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.09.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
(51)    L-attestazzjonijiet individwali Ewropej tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jħaddmu approċċ simili għal dak li s-suq jirrikonoxxi bħala “ċertifikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà”. Iżda biex tkun evitata konfużjoni fir-rigward tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, hija ppreferuta l-espressjoni “attestazzjoni”, li diġà tintuża fil-komunikazzjoni dwar l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà.
(52)

   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569

(53)    Approċċ komuni, anness tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, adottat fid-19 ta’ Lulju 2012 li jinsab fuq: https://european-union.europa.eu/document/download/d4199ff4-1e3d-45e6-af7e-90cf1a7b10bc_en?filename=joint_statement_on_decentralised_agencies_en.pdf .
(54)    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj ).
(55)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(56)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj ).
(57)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(58)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
(59)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq il-Kriterji Komuni (EUCC) (ĠU L, 2024/482, 7.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/482/oj ).
(60)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2540 tad-9 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment tal-pjan għal rieżami bejn il-pari (ĠU L 2540, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2540/oj ).
(61)    Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj ).
(62)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3143 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, il-formati u l-proċeduri għan-notifiki skont l-Artikolu 61(5) tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU L, 3143, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3143/oj ).
(63)    ENISA Threat Landscape 2025, Ottubru 2025.
(64)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80-152, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
(65)    Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika) (ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj ).
(66)    Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE, it-3 ta’ Diċembru 2025, JOIN(2025) 977 final.
(67)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65-242, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj ).
(68)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243-374, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj ).
(69)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzoni tas-Sett ta’ Għodod għaċ-ċibersigurtà tal-5G, il-15 ta’ Ġunju 2023, C(2023) 4049 final.
(70)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(71)    Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj ).
(72)    Ir-Regolament (UE) 2023/2675 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi (ĠU L, 2023/2675, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2675/oj ).
(73)    ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1968/259(1)/oj .
(74)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj ).
(75)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
(76)    ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/1999/531/oj .
(77)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj ).
(78)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj ).
(79)    Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj ).
(80)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/443/oj ).
(81)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj ).
(82)    Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
(83)    Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3-20, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2008/1008/oj ).
(84)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(85)     Il-Linji Gwida Politiċi 2024
(86)     L-Ittra ta’ missjoni lill-Viċi President Eżekuttiv Virkkunen  
(87)     Ir-Rapport ta’ Sauli Niinistö
(88)     Ir-rapport Draghi dwar il-kompetittività tal-UE
(89)     Enrico Letta - Much more than a market (April 2024)
(90)    Għandha jiżdied ladarba tiġi ppubblikata
(91)     L-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà | EUR-LEX
(92)     Financial regulation applicable to the general budget of the Union (recast) - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE
(93)     https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_en.pdf  
(94)     Ir-Regolament delegat - 2019/715 - MT - EUR-Lex
(95)     https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj/eng
(96)     CNECT_AAR_2024_final
(97)     enisa.europa.eu/sites/default/files/2024-11/2023 Consolidated Annual Activity Report_1.pdf
(98)     MB Decision 2019_8 Financial rules_adopted.pdf
(99)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(100)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(101)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(102)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(103)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(104)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(105)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.
(106)     Decision RR-02: Price list of SNAS services :    
https://www.snas.sk/storage/app/uploads/public/677/e79/e4c/677e79e4cac62903312474.pdf
(107)    B’mod speċifiku, il-manutenzjoni tikkunsidra żewġ (2) laqgħat wiċċ imb wiċċ ma’ esperti fis-sena (EUR 100 000), kostijiet tal-kuntratturi li jappoġġaw l-iżvilupp u r-rieżami tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-iskema, l-użu tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni, l-appoġġ għall-valutazzjonijiet bejn il-pari u l-implimentazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-konformità (4 x 15 000 = EUR 60 000). Il-kost jinkludi wkoll parti operazzjonali tal-pjattaforma tal-FNE u s-sit web taċ-ċertifikazzjoni tal-ENISA (EUR 40 000).

Strasburgu, 20.1.2026

COM(2026) 11 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/881 (L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2)






{SEC(2026) 11 final} - {SWD(2026) 11 final} - {SWD(2026) 12 final}


ANNESS I

REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

2.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux ikun fornitur b’riskju għoli.

3.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz li jkun indipendenti mill-entità jew mill-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jivvaluta. Korp li jkun jappartjeni għal xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi ta’ sigurtà ġestjonati li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies li huwa tali korp ta’ parti terza.

4.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi ta’ sigurtà jew entitajiet ġestiti li huma jivvalutaw, jew r-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti għal finijiet personali.

5.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, la għandhom ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi ta’ sigurtà jew entitajiet ġestiti li huma jivvalutaw, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet inkarigati li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista' tkun f'kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjonijiet tal-konformità tagħhom. Dan għandu japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza.

6.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità.

7.Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun proprjetà ta’ entità jew istituzzjoni pubblika jew ikun operat minnhom, l-indipendenza u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess għandhom ikunu żgurati bejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għandhom jiġu dokumentati.

8.Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment ta' natura finanzjarja, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

9.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll f’isem il-korp u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kwalunkwe sottokuntrattar għal, jew konsultazzjoni ta’, persunal estern għandha tkun dokumentata b’mod adatt, ma għandha tinvolvi l-ebda intermedjarju u għandha tkun soġġetta għal ftehim bil-miktub li jkopri, fost affarijiet oħra, il-kunfidenzjalità u l-konflitti ta’ interess.

10.Fi kwalunkwe mument u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip, kategorija jew subkategorija ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT, servizzi ta’ sigurtà jew entitajiet ġestiti, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)persunal b'għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u xierqa biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-valutazzjoni ta’ konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza ta’ dawk il-proċeduri u l-kapaċità li jiġu riprodotti; il-korp tal-valutazzjonijiet tal-konformità għandu jkollu fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat skont l-Artikolu 93 u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;

(c)proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT inkwistjoni u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

11.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi b’rabta mal-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità b’mod adatt, u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

12.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux juża, jinstalla jew jintegra b’xi mod ieħor komponenti tal-ICT jew komponenti li jinkludu komponenti tal-ICT f’assi ewlenin tal-ICT identifikati skont l-Artikolu 102 minn fornituri b’riskju għoli, għal attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont it-Titolu III.

13.Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)taħriġ tekniku sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie akkreditat u, fejn applikabbli, awtorizzat;

(b)għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet tal-konformità li jwettqu u awtorità adegwata li jwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c)għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti u l-istandards applikabbli, u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-atti ta’ implimentazzjoni tagħha;

(d)il-kapaċità li jfassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.

14.Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom, il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet tal-konformità, u kwalunkwe sottokuntrattur għandhom ikunu imparzjali.

15.Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal responsabbli mill-valutazzjoni ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

16.Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jipprevedu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru tagħhom skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

17.Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi ta’ Stat Membru li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fejn l-iżvelar ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tali persuni jkunu soġġetti għaliha, u ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom iwettqu l-attivitajiet tagħhom. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti. Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu proċeduri dokumentati li jiżguraw il-konformità ma’ dan il-punt.

18.Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom joperaw f’konformità ma’ ġabra ta’ termini u kundizzjonijiet konsistenti, ġusti, proporzjonati u raġonevoli, filwaqt li jevitaw piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jqisu l-interessi tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar sa daqs medju b’rabta mat-tariffi.

19.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li joħorġu ċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT, is-servizzi ta’ sigurtà ġestiti jew iċ-ċiberpostura tal-entitajiet .

20.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu attivitajiet ta’ evalwazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards armonizzati rilevanti għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu dawn l-attivitajiet.

21.Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità jagħti b'subappalt kompiti speċifiċi relatati mal-valutazzjoni ta' konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jassigura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness, u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali stabbiliti fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif xieraq.

22.Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tax-xogħlijiet li jkunu saru mis-subappaltaturi jew is-sussidjarji, kull meta jiġu stabbiliti.

23.Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jissottokuntrattaw l-attivitajiet tagħhom jew jingħataw lill-sussidjarju biex iwettaqhom jekk biss ikun hemm ftehim mal-manifattur jew il-fornitur.

24.Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subkuntrattur jew tas-sussidjarja u tax-xogħol imwettaq minnhom skont dan ir-Regolament.

ANNESS II

Assi ewlenin tal-ICT għal networks tal-komunikazzjoni elettronika mobbli u fissi 

Infrastruttura kritika 

Assi ewlenin tal-ICT  

1. Networks ta’ komunikazzjoni elettronika 5G (mhux awtonomi u awtonomi) 

Funzjonijiet tan-network ewlieni tan-networks tal-komunikazzjoni mobbli 

Virtwalizzazzjoni tal-funzjoni tan-network (NFV) u ġestjoni u orkestrazzjoni tan-network (MANO) 

Network tal-aċċess bir-Radju 

2.  Networks tal-komunikazzjoni elettronika fissa 

Funzjonijiet tan-network ewlieni tan-networks fissi tal-komunikazzjoni elettronika 

Sistema ta’ ġestjoni tan-network 

Network ta’ trasport u trażmissjoni    

Network ta’ aċċess 

3. Networks tal-komunikazzjoni elettronika satellitari

Funzjoni tan-network ewlieni tan-networks ta’ komunikazzjoni elettronika satellitari

Sistema ta’ ġestjoni tan-network

Prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni tat-telekmand/telemetrija

Stazzjonijiet fuq l-art u stazzjonijiet kumplimentari fuq l-art



ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (UE) 2019/881

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), it-tieni subpargrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 68(1) u (2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 10(2)

Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu, punti minn (a) sa (d)

Artikolu 10(4)

Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 68(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 14(3) sa (5)

Artikolu 7(6)

Artikolu 11(1), il-punt (f), u (5)

Artikolu 7(7)

Artikolu 11, Artikolu 10(5)

Artikolu 8(1)

Artikolu 17(1) u (2)

Artikolu 8(2)

–

Artikolu 8(3)

–

Artikolu 8(4)

Artikolu 17(1), il-punt (d)

Artikolu 8(5)

Artikolu 18(6)

Artikolu 8(6)

Artikolu 18(4)

Artikolu 8(7)

Artikolu 8

Artikolu 9(a)

Artikolu 11(2), il-punt (a)

L-Artikolu 9(b)

Artikolu 11(2), il-punt (c)

Artikolu 9(c)

Artikolu 5(1), il-punt (a)

Artikolu 9(d)

–

Artikolu 9(e)

–

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

–

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 24

Artikolu 14

Artikolu 25

Artikolu 15

Artikolu 28

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Artikolu 18

Artikolu 29

Artikolu 19

Artikolu 30

Artikolu 20

Artikolu 32

Artikolu 21

Artikolu 35

Artikolu 22

–

Artikolu 23

–

Artikolu 24

Artikolu 44

Artikolu 25

Artikolu 52

Artikolu 26

Artikolu 53

Artikolu 27

Artikolu 54

Artikolu 28

Artikolu 55

Artikolu 29

Artikolu 45

Artikolu 30

Artikolu 46

Artikolu 31

Artikolu 48

Artikolu 32

Artikolu 50

Artikolu 33

Artikolu 51

Artikolu 34

Artikolu 56

Artikolu 35

Artikolu 57

Artikolu 36

Artikolu 31

Artikolu 37

Artikolu 59

Artikolu 38

Artikolu 60

Artikolu 39

Artikolu 64

Artikolu 40

Artikolu 65

Artikolu 41

Artikolu 66

Artikolu 42(1)

Artikolu 70(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 70(4)

Artikolu 42(3)

Artikolu 70(2)

Artikolu 43

Artikolu 67

Artikolu 44

Artikolu 62

Artikolu 45

Artikolu 63

Artikolu 46(1) u (2)

Artikolu 71(1) u (2)

Artikolu 47

–

Artikolu 48

Artikolu 73(1) u (2)

Artikolu 49(1)

Artikolu 74(1)

Artikolu 49(2)

–

Artikolu 49(3)

Artikolu 74(4)

Artikolu 49(4)

Artikolu 74(2)

Artikolu 49(5)

Artikolu 74(3)

Artikolu 49(6)

Artikolu 74(5)

Artikolu 49(7)

Artikolu 74(9)

Artikolu 49(8)

Artikolu 76(1)

Artikoli 49 a(1) sa (3)

Artikolu 72(3) sa (5)

Artikolu 49a(4)

–

Artikolu 50

Artikolu 79(1) u (3)

Artikoli 51 u 51 a

Artikolu 80(1)

Artikolu 52

Artikolu 82(1) sa (7) u (9)

Artikolu 53

Artikolu 83

Artikolu 54(1) u (2)

Artikolu 81(1) sa (4)

Artikolu 54(3) u (4)

Artikolu 78(1) u (3)

Artikolu 55(1)

Artikolu 84(1) u (2)

Artikolu 55(2)

Artikolu 84(3)

Artikolu 56(1)

Artikolu 85(1)

Artikolu 56(2)

Artikolu 71(3)

Artikolu 56(3)

–

Artikolu 56(4)

Artikolu 85(2)

Artikolu 56(5) sa (9)

Artikolu 84(3), (4), (6), (8) u (9)

Artikolu 56(10)

Artikolu 71(4)

Artikolu 57

Artikolu 86(1) sa (4)

Artikolu 58

Artikolu 88

Artikolu 59

Artikolu 89

Artikolu 60(1) (2) u (4)

Artikolu 91(1) sa (3)

Artikolu 60(3)

Artikolu 92(1)

Artikolu 61(1)

Artikolu 93(1)

Artikolu 61(2) sa (4)

–

Artikolu 61(5)

Artikolu 93(3)

Artikolu 62(1), (2), (4) u (5)

Artikolu 90(1) sa (4)

Artikolu 62(3)

–

Artikoli 63 u 64

Artikolu 96

Artikolu 65

Artikolu 97

Artikolu 66

Artikolu 118

Artikolu 67

Artikolu 120

Artikolu 68

Artikolu 121

Artikolu 69

Artikolu 122

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…