IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.1.2026
COM(2026) 16 final
2026/0013(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-networks diġitali, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120, id-Direttiva 2002/58/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (l-Att dwar in-Networks Diġitali)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2026) 14 final} - {SWD(2026) 13 final} - {SWD(2026) 14 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Kif jiddikjara l-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali Ewropew ( 1 ), il-konnettività hija kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali, bl-għan li sal-2030 ikun hemm broadband universali tal-gigabits u 5G f’żoni popolati. Networks robusti, veloċi u siguri jippermettu l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, l-innovazzjoni tan-negozji (l-Intelliġenza Artifiċjali (IA), il-cloud), u servizzi essenzjali tal-gvern elettroniku/tal-e-saħħa. Dawn jagħmluha wkoll possibbli li jitnaqqas id-distakk diġitali, filwaqt li jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-kompetittività inklużivi madwar l-UE. Il-konnettività ma hijiex biss aċċess. Tittratta l-iskambju ta’ data f’ħin reali, li huwa vitali għall-UE biex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet diġitali usa’ tagħha u biex tappoġġa soċjetà verament konnessa u prospera.
Huwa kruċjali li jiġi żviluppat qafas legali modern u simplifikat li jinċentiva t-tranżizzjoni minn networks miruta għall-fibra, għal networks tal-5G u tas-6G ta’ kwalità għolja u għal infrastrutturi bbażati fuq il-cloud kif ukoll skala akbar permezz tal-forniment ta’ servizzi u l-operat transfruntier. Dan ġie indikat ukoll fir-riżultati tal-konsultazzjoni esploratorja dwar il-futur tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika u l-infrastruttura tiegħu (2023) ( 2 ), u aktar tard fil-White Paper tal-Kummissjoni “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” (2024) ( 3 ), kif ukoll fir-rispons għas-Sejħa għal Evidenza għall-Att dwar in-Networks Diġitali (2025) ( 4 ).
Analiżijiet strateġiċi sussegwenti, inklużi r-rapporti Letta( 5 ), Draghi( 6 ) u Niinistö( 7 ), u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” ( 8 ) joħorġu wkoll il-punt li infrastruttura tan-network diġitali mill-aktar avvanzata hija kritika għall-kompetittività futura tal-ekonomija tal-UE, għas-sigurtà u għall-protezzjoni soċjali. Id-disponibbiltà ta’ konnettività ta’ kwalità għolja, affidabbli u sigura għall-utenti finali u għas-setturi ekonomiċi ewlenin hija essenzjali.
Fl-istess ħin, ir-rapporti Letta u Draghi enfasizzaw li s-suq uniku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għadu frammentat, u l-operaturi Ewropej għadhom jiffaċċjaw ostakli biex joperaw b’mod transfruntier u jagħmlu scaling-up, u dan jillimita l-kapaċità tagħhom li jinvestu, jinnovaw, u jikkompetu mal-kontropartijiet globali tagħhom. Il-qafas legali kurrenti li huwa Direttiva rriżulta fi frammentazzjoni nazzjonali u, għalhekk, naqas milli jwassal għal suq ġenwinament uniku. L-operaturi jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali diverġenti bejn l-Istati Membri u taħlita ta’ rekwiżiti nazzjonali li ma jiddiżinċentivaw l-operat transfruntier, iżidu l-kostijiet tal-konformità u jdewmu l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda.
In-networks diġitali, xprunati mill-importanza dejjem akbar tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni u tas-sigurtà għal servizzi bħal dawn, bħalissa għaddejjin minn trasformazzjoni teknoloġika fejn il-mezzi tal-cloud computing u tal-edge computing qed isiru parti integrali mill-infrastruttura tal-konnettività. L-adozzjoni tal-Att dwar in-Networks Diġitali (DNA, Digital Networks Act), akkumpanjata mir-rieżami u mill-evalwazzjoni tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KEKE) ( 9 ) u tal-atti legali relatati, hija opportunità biex jiġi ssimplifikat u armonizzat ulterjorment il-qafas legali. Dan se jagħti spinta lill-kompetittività u lir-reżiljenza u se jagħmel is-suq uniku aktar integrat.
Il-konnettività satellitari qed tiżviluppa f’wieħed mill-faċilitaturi ewlenin tal-awtonomija strateġika tal-UE. Hija kruċjali għal aċċess affordabbli għall-internet broadband f’żoni remoti u għall-forniment ta’ servizzi relatati mas-sigurtà, mal-maniġġar ta’ kriżijiet, mad-difiża u ma’ applikazzjonijiet kritiċi oħra. Fix-xenarju teknoloġiku satellitari li qed jevolvi malajr, l-UE jeħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha fil-komunikazzjonijiet bis-satellita, inklużi n-networks u s-servizzi, biex tiżgura u ttejjeb ir-reżiljenza filwaqt li tikkontribwixxi għas-suq uniku, xi ħaġa li tista’ ssir b’kundizzjonijiet armonizzati ta’awtorizzazzjoni satellitari tal-UE.
B’mod parallel, il-konnettività satellitari trid tibni reżiljenza akbar kontra interferenza dannuża li taffettwa s-sistemi globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS, Global Navigation Satellite System) bħal Galileo. L-UE għandha tkun tista’ tirrispondi b’mod konkret, azzjonabbli u operazzjonali għat-theddid għas-sigurtà maħluq mid-droni.
Sabiex jappoġġa l-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-UE tal-benesseri tal-konsumatur, tal-kompetittività industrijali, tas-sigurtà u tar-reżiljenza u tas-sostenibbiltà, id-DNA għandu l-għan li jinċentiva lill-atturi kollha tas-suq biex jinnovaw u jinvestu f’konnettività avvanzata u biex jippromwovi ekosistema ta’ infrastrutturi tal-konnettività u tal-computing li jagħmlu l-kontinent tal-IA possibbli u jrawmu s-suq uniku.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Id-DNA jissostitwixxi ċerti strumenti leġiżlattivi eżistenti tal-UE li jirregolaw l-ekosistema tal-konnettività: il-KEKE, ir-Regolament dwar il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC, Body of European Regulators for Electronic Communications) ( 10 ), il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPP, Radio Spectrum Policy Programme) ( 11 ), partijiet mir-Regolament dwar l-Internet Miftuħ (OIR, Open Internet Regulation) ( 12 ) u d-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika) 13 . L-għan tal-fużjoni ta’ dawn l-istrumenti fid-DNA fil-forma ta’ Regolament huwa li jiġu ssimplifikati u kkoordinati aħjar ir-regoli, li jippermetti lill-fornituri joperaw u jinnovaw fis-suq uniku. Il-fornituri jeħtieġu regoli ta’ awtorizzazzjoni simplifikati u konsistenti (il-KEKE), aċċess għal networks fissi u riżorsi tal-ispettru (il-KEKE, l-RSPP), u sett simplifikat u armonizzat ta’ regoli għan-networks u għas-servizzi (il-KEKE, l-OIR). Fl-aħħar nett, l-arranġamenti ta’ governanza jeħtieġ li jappoġġaw u jippermettu kundizzjonijiet tas-suq uniku (il-KEKE, ir-Regolament BEREC, l-RSPP). Il-proposta tikkomplementa wkoll l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits( 14 ), li jistabbilixxi qafas biex jiġi appoġġat il-varar aktar rapidu u kosteffettiv ta’ networks b’kapaċità kbira ħafna (VHCN, Very High Capacity Network). Id-DNA huwa konsistenti wkoll mar-Regolament dwar ir-Roaming ( 15 ), li jirregola t-tariffi tar-roaming fl-UE. Il-proposta tikkomplementa wkoll ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, li huma applikati fuq bażi ta’ każ b’każ (spiss ex post), u hija konformi magħhom.
Fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, id-DNA għadu jikkomplementa l-qafas orizzontali tal-UE għall-protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li żżomm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-proposta tad-DNA tissimplifika u tarmonizza ulterjorment ir-regoli speċifiċi għas-settur għall-protezzjoni tal-utenti finali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-proposta hija kompletament allinjata mal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali, li jiddeskrivi viżjoni għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa sal-2030, billi l-qafas regolatorju jitfassal b’tali mod li jinkisbu infrastrutturi diġitali siguri u sostenibbli.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija mfassla biex tiżgura komplementarjetà sħiħa mal-proposti eżistenti u li ġejjin tal-UE fil-cloud, fl-IA, fid-data, fiċ-ċibersigurtà u fil-preparatezza, u fl-ispazju. L-iżgurar tal-koerenza f’dawn l-oqsma ta’ politika interkonnessi huwa essenzjali għall-kapaċità tal-UE li tibni l-kapaċitajiet teknoloġiċi neċessarji tul il-katina tal-valur diġitali kollha. Fl-istess ħin, u permezz tat-tisħiħ tal-pedamenti għal suq uniku diġitali aktar integrat u għal ekosistema tal-infrastruttura diġitali innovattiva u li tiffavorixxi l-investiment, l-Att dwar in-Networks Diġitali huwa waħda mill-inizjattivi emblematiċi ewlenin skont l-istrateġija orizzontali biex terġa’ tingħata spinta lill-ekonomija tal-Ewropa, il-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE.
Filwaqt li d-DNA ma jfittixx li jirregola s-servizzi tal-cloud, il-konverġenza dejjem akbar bejn in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-cloud/edge computing teħtieġ allinjament mal-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA (CADA, Cloud and AI Development Act) ( 16 ), li għandu l-għan li jsaħħaħ il-mezzi tal-cloud u tal-edge tal-UE permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ investiment aħjar u proċeduri simplifikati għall-ħruġ tal-permessi. Azzjonijiet relatati tal-UE skont il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA( 17 ) dwar l-aċċess għad-data u għall-infrastruttura tal-IA u l-appoġġ għall-applikazzjonijiet settorjali tal-IA, jirriflettu t-tranżizzjoni usa’ lejn infrastrutturi tan-network ibbażati fuq il-cloud u dawk ibbażati fuq l-IA. L-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-Istrateġija tal-Unjoni tad-Data( 18 ), li ttejjeb l-aċċess għal data ta’ kwalità għolja u tkompli tiżviluppa l-infrastruttura relatata mad-data. Bit-titjib tal-konnettività sigura u affidabbli, id-DNA se jappoġġa l-kisba ta’ dawk l-objettivi usa’.
Minkejja l-ħidma li saret permezz tas-sett ta’ għodod għaċ-ċibersigurtà tal-5G( 19 ), ir-riskji għar-reżiljenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għadhom jippersistu. Id-dipendenzi jkomplu jaffettwaw in-networks tal-4G/5G u fissi, il-kejbils sottomarini, is-servizzi tal-cloud u s-setturi kritiċi. Ir-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà( 20 ) tipprovdi opportunità biex jiġu indirizzati r-riskji tal-katina tal-provvista tal-ICT b’mod aktar sistematiku. Dawn l-azzjonijiet huma marbutin mill-qrib mal-enfasi ta’ din il-proposta fuq it-titjib tas-sigurtà u tar-reżiljenza tan-network, u dawn isaħħu lil xulxin. Filwaqt li l-obbligi taċ-ċibersigurtà u tar-reżiljenza huma pprovduti fid-Direttiva NIS 2( 21 ) u fid-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi (CER, Critical Entities Resilience)( 22 ), għadha meħtieġa koordinazzjoni akbar tal-UE. In-nuqqas ta’ korp operazzjonali speċifiku għas-settur u ta’ ħarsa ġenerali ċentralizzata madwar l-UE kollha tal-preparatezza, tal-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija għall-maniġġar ta’ kriżijiet, u tal-immappjar tar-reżiljenza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, ikompli jenfasizza din il-ħtieġa.
Il-proposta hija allinjata mal-objettivi tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ekonomika tal-UE u tal-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza tal-UE billi ssaħħaħ ir-reżiljenza, ir-ridondanza u l-kapaċitajiet tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sabiex tiżgura t-trażmissjoni affidabbli tal-komunikazzjonijiet matul interruzzjonijiet, kriżijiet jew każijiet ta’ force majeure naturali jew ikkawżata mill-bniedem. B’mod partikolari, se tappoġġa kapaċitajiet tan-networks u tas-servizzi mtejba ħafna, inklużi miżuri biex tiġi żgurata l-kontinwità u d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u l-funzjonament effettiv tas-servizzi ta’ twissija pubblika.
Id-DNA jikkomplementa l-miżuri proposti skont l-Att tal-UE dwar l-Ispazju( 23 ). Il-Viżjoni Strateġika tal-UE għall-Ekonomija Spazjali tirrikonoxxi li l-investimenti relatati mal-ispazju huma marbutin mill-qrib mat-tneħħija tal-ostakli regolatorji. Għalhekk, id-DNA huwa meqjus bħala element kostitwenti kritiku tas-suq uniku tal-UE għall-ispazju. Bit-tneħħija tal-ostakli regolatorji, dan ir-Regolament se jtejjeb l-aċċess pan-Ewropew għall-ispettru satellitari u jsaħħaħ is-suq uniku għas-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, u b’hekk jippermetti skalabbiltà u innovazzjoni akbar. L-investimenti fl-infrastruttura satellitari u fil-katina tal-valur usa’ huma indirizzati minn strumenti oħra tal-UE, inkluż appoġġ finanzjarju għall-infrastruttura multiorbitali għar-reżiljenza, għall-interkonnettività u għas-sigurtà bis-satellita, bħall-kostellazzjoni IRIS² (is-sistema ta’ konnettività satellitari sigura tal-UE) u programmi tal-UE bħall-inizjattiva CASSINI tal-intraprenditorija spazjali tal-UE u InvestEU, li jipprovdu mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-operazzjonijiet fl-ispazju.
Jikkomplementa l-appoġġ tal-UE għall-kostellazzjoni satellitari IRIS2, li għandha l-għan li ssaħħaħ is-sovranità tal-UE fil-konnettività satellitari u li tiffaċilita l-integrazzjoni tan-networks terrestri u mhux terrestri.
Fl-2026, il-Kummissjoni se tadotta proposta biex tistabbilixxi s-Sistema ta’ Komunikazzjoni Kritika tal-Unjoni Ewropea (EUCCS, European Union Critical Communication System), li se tkun operazzjonali sal-2030, li se tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjoni sigura bbażati fuq il-broadband għall-awtoritajiet pubbliċi madwar l-UE u ż-żona Schengen. Il-proposta tad-DNA tikkomplementa dawk l-isforzi billi tikkontribwixxi għall-kapaċità ġenerali tal-UE li tirrispondi għat-theddid għas-sigurtà u għall-kriżijiet tas-sigurtà.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), peress li għandha l-għan li ssostni s-suq uniku fil-komunikazzjonijiet elettroniċi u li tiżgura l-funzjonament tiegħu kif ukoll il-funzjonament tas-suq uniku f’oqsma oħra ta’ politika tal-UE li jinvolvu l-użu tal-ispettru.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Id-DNA se jkollu valur miżjud sinifikanti meta mqabbel mal-azzjoni meħuda fil-livell tal-Istati Membri. It-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea jeħtieġ aċċess għal infrastruttura diġitali veloċi, sigura u reżiljenti madwar l-UE. F’kuntest fejn ix-xenarju tal-konnettività diġitali qed jinbidel malajr bl-integrazzjoni tat-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni, tas-satellita, tal-cloud computing u tal-edge computing, xprunat mill-virtwalizzazzjoni u mill-IA, l-UE se tkun tista’ tilħaq dawk l-objettivi biss permezz ta’ ambjent legali aktar armonizzat madwar l-UE li jevita l-frammentazzjoni kkawżata minn prattiki amministrattivi nazzjonali inkonsistenti jew minn kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jillimitaw l-opportunitajiet tas-suq uniku.
L-ispettru, bħal riżorsi oħra, bħan-numri u sa ċertu punt l-art, huwa riżorsa skarsa li l-ġestjoni u l-assenjament tagħha jeħtieġ li jqisu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet nazzjonali iżda wkoll l-interessi tal-UE. Għalhekk, hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni tal-UE aktar konverġenti u konsistenti tad-dħul fis-suq biex jiġu eliminati l-ostakli li jinħolqu minħabba kundizzjonijiet diverġenti għall-assenjament tad-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru, għan-numri jew għall-art. Sabiex l-UE tieħu rwol ta’ mexxejja għall-bqija tad-dinja rigward servizzi ġodda u mtejba, bħall-5G, il-manifatturi tat-tagħmir u l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet jeħtieġu skala suffiċjenti. Dan ifisser mhux biss armonizzazzjoni teknika, iżda fuq kollox suq uniku li jiżviluppa b’mod ġeneralment allinjat, biex is-servizzi u l-apparati jibbenefikaw minn regoli stabbli u armonizzati.
Dwar il-konnettività satellitari, in-natura inerenti globali tas-servizzi satellitari, li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, tagħmel il-konnettività satellitari qasam ta’ politika li fih l-azzjoni tal-UE tkun aktar effettiva milli miżuri nazzjonali waħedhom. Id-disponibbiltà u l-adozzjoni f’waqthom tal-konnettività satellitari, li jiddependu esklużivament fuq l-aċċess għall-ispettru satellitari madwar l-UE, huma inputs kritiċi għall-awtonomija industrijali Ewropea u għandhom rwol ċentrali biex jagħmlu lill-UE aktar kompetittiva. Għalhekk, hemm każ b’saħħtu biex l-UE tadotta approċċ ambizzjuż, koordinat u mifrux mal-UE kollha għall-awtorizzazzjoni satellitari, mirfud minn strumenti regolatorji xierqa u minn miżuri komplementari mfassla biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-kisba ta’ dan l-objettiv.
L-objettiv li tiġi żgurata tranżizzjoni f’waqtha u ordnata minn networks tar-ram miruta għal networks ibbażati fuq il-fibra ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom, peress li approċċi nazzjonali diverġenti jirriskjaw il-frammentazzjoni tas-suq uniku, inċertezza legali għall-operaturi attivi f’diversi Stati Membri, u kundizzjonijiet mhux uniformi għall-investiment u għall-protezzjoni tal-utenti finali. Għalhekk, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata biex tistabbilixxi qafas, salvagwardji u prinċipji minimi komuni li jirregolaw it-tranżizzjoni. Fl-istess ħin, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, mat-tfassil, mas-sekwenzjar u mal-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni huma fdati lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li huma fl-aħjar pożizzjoni biex iqisu l-kundizzjonijiet tas-suq lokali, it-topoloġiji tan-network, il-ħtiġijiet tal-konsumatur u l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi. Għalhekk, ir-Regolament jgħaqqad approċċ armonizzat tal-UE ma’ proċessi ġestiti fil-livell nazzjonali, billi jiżgura l-effettività filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri.
L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex titnaqqas il-frammentazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u tal-utenti finali, li twassal għal kostijiet amministrattivi għall-fornituri ta’ servizzi transfruntieri u xxekkel l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi, u tirriżulta f’livell mhux uniformi u subottimali ta’ protezzjoni tal-konsumatur madwar l-UE.
B’mod ġenerali, l-iskala tal-problemi fl-ekosistema diġitali teħtieġ inizjattiva leġiżlattiva tal-UE minħabba li dawn qed ikollhom dejjem aktar dimensjoni tal-UE, u jistgħu jiġu solvuti b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-UE, li jwassal għal benefiċċji akbar b’mod ġenerali, għal implimentazzjoni aktar aċċellerata u armonizzata, u kostijiet aktar baxxi milli kieku l-Istati Membri jaġixxu waħedhom.
•Proporzjonalità
Il-proporzjonalità hija żgurata peress li l-miżuri proposti jiffokaw fuq l-indirizzar tal-konġestjonijiet fis-suq uniku, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal networks u għal servizzi ġodda tal-komunikazzjonijiet elettroniċi aktar virtwalizzati u bbażati fuq software fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi ssimplifikat u armonizzat ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali. B’dan il-mod, il-miżuri jappoġġaw il-kisba tal-objettiv tas-suq uniku tal-libertà tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Tevita wkoll l-interruzzjoni tal-operazzjonijiet tal-fornituri li jagħżlu li jżommu impronta nazzjonali (jew reġjonali).
Billi tibni fuq il-partijiet tal-qafas regolatorju eżistenti li rnexxew, il-proposta żżomm ir-reġim tas-saħħa sinifikanti fis-suq (SMP, Significant Market Power) li jaħdem sew u t-test tat-tliet kriterji; madankollu, tiffoka l-intervent mill-ġdid fuq il-fallimenti tas-suq, u tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs, National Regulatory Authorities) jużaw il-miżuri simetriċi aktar faċilment, fejn xieraq, u tagħmel enfasi fuq l-użu ta’ għodod regolatorji inqas intrużivi, fejn possibbli. L-armonizzazzjoni tal-prodotti ta’ aċċess, flimkien ma’ regolamentazzjoni mmirata sew u proporzjonata, inkluż l-aċċess għal wajers fil-bini u potenzjalment aktar, għandha tappoġġa adozzjoni akbar tal-broadband tal-Gigabits u veloċitajiet ogħla tal-broadband. Ir-Regolament propost jippermetti kemm tranżizzjoni bla xkiel min-networks tar-ram għal dawk tal-fibra kif ukoll regolamentazzjoni proporzjonata f’ambjent kompletament tal-fibra.
Meta mqabbla mal-qafas kurrenti, il-proposta taċċellera t-tranżizzjoni għan-networks tal-fibra. Il-proporzjonalità hija żgurata permezz ta’ salvagwardji xierqa għall-utenti finali u mill-fatt li l-proċess jiġi rrieżaminat u ġestit fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli biex jiżguraw li jkunu disponibbli servizzi adegwati tal-broadband, bl-użu ta’ salvagwardji xierqa (l-iżgurar ta’ kwalità komparabbli u ta’ prezzijiet komparabbli tas-servizzi bbażati fuq il-fibra għall-konsumatur, kopertura minn teknoloġiji alternattivi, eċċ.). Dan il-proċess se jkun soġġett għall-iskrutinju tal-Kummissjoni.
Il-miżuri proposti se jinvolvu wkoll bidliet proporzjonati fil-governanza, filwaqt li joħolqu sistema ta’ governanza kemm għar-regolamentazzjoni tas-suq kif ukoll għall-ġestjoni tal-ispettru li hija xierqa għall-kompiti l-ġodda fil-livell tal-UE b’dimensjoni tas-suq uniku u li tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet fl-aktar livell effiċjenti. Il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG, Radio Spectrum Policy Group) se jsir Korp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPB, Radio Spectrum Policy Body), simili għall-BEREC. Minħabba n-nuqqas ta’ personalità ġuridika, la l-BEREC u lanqas l-RSPB ma huma se jeżerċitaw setgħat vinkolanti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Kompetenzi bħal dawn se jibqgħu f’idejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ispettru. Il-BEREC u l-RSPB se jkomplu jipprovdu pariri, opinjonijiet, linji gwida u forom oħra ta’ appoġġ għat-tfassil tal-politika.
Sabiex tiġi promossa konverġenza akbar fil-ġestjoni tal-ispettru, l-assenjamenti sinifikanti tal-ispettru se jkunu soġġetti għal mekkaniżmu obbligatorju tas-suq uniku tal-ispettru tal-UE, li jippermetti lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-RSPB jikkummentaw dwar l-abbozzi ta’ miżuri. Meta jkun neċessarju, il-Kummissjoni tista’ tintervjeni f’sitwazzjonijiet b’implikazzjonijiet potenzjali għas-suq uniku. Minħabba n-natura transfruntiera tas-servizzi satellitari, il-Kummissjoni, appoġġata mill-istrutturi konsultattivi, timmaniġġja l-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE, inkluż billi tagħżel lid-detenturi ta’ liċenzja satellitari, jekk ir-riżorsi tal-ispettru jkunu limitati.
Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali huma ssimplifikati u jsaħħu l-armonizzazzjoni sħiħa b’eċċezzjonijiet immirati (pereżempju rigward id-durata massima tal-kuntratt), iżda l-armonizzazzjoni hija limitata għall-oqsma li tkopri l-proposta. Rigward l-obbligi ta’ servizz universali (USO, Universal Service Obligation), ġie introdott approċċ aktar armonizzat għad-definizzjoni ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet. L-ambitu tal-USO jżomm id-disponibbiltà, filwaqt li jiżgura li l-konsumaturi (u, għaldaqstant, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ) ikollhom aċċess għall-internet u servizzi ta’ komunikazzjoni bil-vuċi adegwati disponibbli f’post fiss. Il-kunċett ta’ affordabbiltà ta’ aċċess għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bil-vuċi adegwati, b’miżuri possibbli għall-konsumaturi b’introjtu baxx jew għall-konsumaturi bi bżonnijiet soċjali speċjali, jinżamm ukoll, b’approċċ aktar armonizzat biex tiġi stabbilita l-affordabbiltà. Id-dispożizzjonijiet dwar il-USO jikkomplementaw il-proċess tad-diżattivazzjoni tar-ram u t-tranżizzjoni għall-fibra u, għalhekk, se jkunu soġġetti għal rieżami.
Is-soluzzjonijiet se jippermettu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti jikkapitalizzaw fuq is-sinerġiji ta’ Suq uniku kbir u jnaqqsu l-ineffiċjenzi fl-operazzjonijiet u fl-investimenti tagħhom, bl-aktar mod f’waqtu u effettiv. Fl-istess ħin, il-proposta tiżgura lill-operaturi li jagħżlu li jipprovdu servizzi fi Stat Membru wieħed kontinwità tar-regoli kurrenti filwaqt li jibbenefikaw minn regoli aħjar u aktar ċari dwar id-drittijiet tal-utenti finali, u minn ambjent aktar prevedibbli għall-aċċess għall-inputs tal-ispettru u għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
•Għażla tal-istrument
Il-Kummissjoni tipproponi Regolament peress li dan jiżgura t-tneħħija tal-ostakli għas-suq uniku billi jarmonizza l-qafas regolatorju eżistenti għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan jinkludi drittijiet u obbligi speċifiċi, direttament applikabbli għall-fornituri, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-utenti finali. Jinkludi wkoll il-koordinazzjoni ta’ mekkaniżmi għal ċerti inputs fil-livell Ewropew biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn il-fruntieri u reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali adattat għall-fornituri li joperaw fi Stat Membru wieħed, f’diversi Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha. Regolament huwa wkoll għodda siewja ta’ reżiljenza. F’ambjent ta’ konnettività transfruntiera, il-vulnerabbiltajiet fi Stat Membru wieħed jistgħu jimminaw is-sigurtà madwar l-UE u t-theddid għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kemm jekk iċ-ċiberattakki, l-interruzzjonijiet fiżiċi jew il-fallimenti sistemiċi, ikunu transfruntieri b’mod inerenti. L-instabbiltà ġeopolitika teħtieġ rispons rapidu, koordinat u mifrux mal-UE kollha, li ma jistax jiġi żgurat jekk l-Istati Membri jimplimentaw miżuri b’ritmi differenti jew b’livelli li jvarjaw ta’ ambizzjoni.
Fl-aħħar nett, kif stabbilit fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal, l-Anness 11 tal-Valutazzjoni tal-Impatt: Evalwazzjoni – Rieżami tal-funzjonament tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KEKE), fir-Regolament dwar il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), fir-Regolament dwar l-Internet Miftuħ, u f’ċerti aspetti tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, l-esperjenza bil-KEKE turi li l-Istati Membri ma setgħux jindirizzaw l-isfidi settorjali fil-ħin, minħabba ż-żmien twil biex jittrasponu l-KEKE fil-liġi nazzjonali. Dan kien il-każ b’mod partikolari għall-awtorizzazzjonijiet tal-ispettru, peress li ħafna mill-irkantijiet tal-5G saru ħafna snin wara d-data tat-traspożizzjoni tal-KEKE abbażi ta’ leġiżlazzjoni skaduta. It-traspożizzjoni spiss kienet akkumpanjata wkoll minn saffi addizzjonali ta’ regoli li jirriżultaw f’leġiżlazzjoni żejda u f’gold-plating, li jagħmluha diffiċli għall-kumpaniji biex jikbru b’mod transfruntier u biex jagħmlu scaling-up. Ir-regoli nazzjonali frammentati skont id-Direttiva kurrenti naqsu milli jwasslu għal suq ġenwinament uniku. Il-kundizzjonijiet diverġenti ta’ awtorizzazzjoni, ir-regoli dwar l-utent finali, u r-rekwiżiti nazzjonali addizzjonali joħolqu ambjent frammentat li jwassal għal kostijiet tal-konformità u jimblokka l-iscaling-up ta’ servizzi transfruntieri innovattivi, minkejja l-potenzjal sinifikanti tagħhom fis-suq. Hekk kif il-konnettività tikkonverġi mal-cloud computing, mal-edge computing u mal-IA, mudelli ta’ negozju ġodda jistgħu jiffjorixxu, iżda l-kumplessità tal-lum tiskoraġġixxi lill-operaturi milli jiċċentralizzaw l-operazzjonijiet, jisfruttaw l-ekonomiji ta’ skala, jew ivaraw servizzi pan-Ewropej.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
L-analiżi wriet li l-KEKE, permezz tal-objettivi tiegħu li jippromwovi l-konnettività u l-aċċess għal networks b’kapaċità kbira ħafna, u l-adozzjoni tagħhom, għen sabiex tinkiseb u tinżamm kompetizzjoni effettiva u biex jiġu protetti l-utenti finali. Madankollu, peress li l-KEKE huwa direttiva, dan irriżulta fi frammentazzjoni nazzjonali u, għalhekk, ma laħaqx il-kompletar tas-suq uniku. L-analiżi identifikat ukoll il-ħtieġa għal ċertu bbilanċjar mill-ġdid tal-objettivi, (investiment, domanda), kif ukoll il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata ż-żieda ta’ objettivi ġodda ta’ kompetittività, ta’ sigurtà, ta’ reżiljenza u ta’ sostenibbiltà akbar.
Diversi pilastri tal-KEKE għadhom adegwati għall-użu.
Ir-reġim tal-SMP jibqa’ l-istrument ewlieni għar-regolamentazzjoni ex ante, filwaqt li jiżgura li s-swieq jaħdmu kif suppost. Madankollu, l-NRAs iddefinew dejjem aktar is-swieq reġjonali jew lokali u l-użu ġenerali tar-regolamentazzjoni ex ante naqas.
L-ispettru tar-radju huwa ta’ importanza strateġika u ġeopolitika kbira. Huwa essenzjali għall-iffaċilitar tal-komunikazzjoni, għat-tmexxija tat-tkabbir ekonomiku u għall-prosperità soċjali, u għall-appoġġ ta’ servizzi kritiċi f’diversi setturi.
Il-USO fil-KEKE huma xibka ta’ sikurezza biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha fl-UE jkollhom aċċess għal servizzi adegwati u affordabbli tal-internet u ta’ komunikazzjoni bil-vuċi.
Id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-utenti finali fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom adegwati għall-użu iżda xi aspetti minnhom jistgħu jiġu ssimplifikati.
Ir-regolamentazzjoni tal-aċċess hija bbażata fuq il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u fuq mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni trasparenti bil-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati, filwaqt li tiżgura li r-regolamenti proposti ma joħolqux ostaklu għas-suq uniku u jkunu kompatibbli mad-dritt tal-UE. Sistema bħal din tippromwovi l-prevedibbiltà regolatorja billi tiżgura approċċ regolatorju konsistenti.
Fil-prinċipju, il-qafas kurrenti huwa, adattat sew biex jindirizza każijiet ta’ saħħa sinifikanti fis-suq inklużi l-monopolji lokali. Dan huwa rilevanti f’ambjent kompletament tal-fibra f’dinja ta’ wara r-ram. L-għadd ta’ każijiet fir-rigward tas-swieq oligopolistiċi, notifikati skont l-Artikolu 32 tal-KEKE, kien limitat ħafna. Kwistjonijiet possibbli fi swieq oligopolistiċi ġew indirizzati taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni tal-ispettru jew skont id-dritt tal-kompetizzjoni.
Hemm ukoll lok għas-simplifikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet ewlenin tal-KEKE li ma ġewx applikatati mir-regolaturi (l-Artikolu 76 dwar il-koinvestimenti, l-Artikolu 77 dwar l-impożizzjoni ta’ separazzjoni funzjonali) jew li ġew applikati minn xi regolaturi iżda għandhom jiġu ssimplifikati aktar biex tkun tista’ ssir applikazzjoni usa’ (l-Artikolu 61(3) dwar ir-regolamentazzjoni simetrika, l-Artikolu 79 dwar l-impenji regolatorji, l-Artikolu 80 dwar networks tal-operaturi biss).
Fir-rigward tad-diżattivazzjoni tar-ram, l-Artikolu 81 tal-KEKE kellu rilevanza prattika limitata primarjament minħabba n-nuqqas ta’ pjanijiet imħabbra mill-operaturi preeżistenti u ma ġiex megħjun b’mod sinifikanti biex titħaffef it-tranżizzjoni min-networks tar-ram għal dawk tal-fibra. Minflok, l-iskop primarju tiegħu kien li jipprovdi lill-NRAs qafas għall-ġestjoni tal-proċess ta’ diżattivazzjoni b’mod trasparenti u kompetittiv, filwaqt li jiżgura li l-migrazzjonijiet ma jagħmlux ħsara lill-kompetizzjoni jew lid-drittijiet tal-utenti finali, u li jkun hemm disponibbli prodotti ta’ aċċess alternattiv ta’ kwalità komparabbli.
Rigward il-konnettività bla fili, minkejja li l-qafas tal-politika dwar l-ispettru tal-UE stabbilixxa l-pedament għall-varar koordinat tal-5G permezz ta’ armonizzazzjoni bikrija u skadenzi vinkolanti għall-assenjament tal-ispettru, u żgura prezzijiet kompetittivi għall-utenti finali, għalkemm b’livelli differenti u b’xi eċċezzjonijiet, l-UE għadha lura fil-varar tal-5G ta’ kwalità għolja meta mqabbla mal-ekonomiji ewlenin tad-dinja. Dan għandu implikazzjonijiet negattivi mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għall-kompetittività u għall-innovazzjoni industrijali tal-UE. Hemm ħafna raġunijiet għal dan. Il-kundizzjonijiet tal-assenjament tal-ispettru għadhom frammentati żżejjed u ma żgurawx eżiti konsistenti ta’ investiment. Irkantijiet mhux imfassla tajjeb, id-durata mhux twila biżżejjed tal-liċenzji, nuqqas ta’ flessibbiltà u ta’ inċentivi biex l-ispettru jiġi kondiviż u jintuża b’mod aktar effiċjenti, żiedu l-kost tal-ispettru li, flimkien ma’ dħul mobbli limitat u n-nuqqas ta’ domanda, affettwaw il-varar b’mod negattiv.
L-għodod proċedurali tal-KEKE biex jgħinu fl-istabbiliment tas-suq uniku għall-ispettru, u b’mod partikolari r-rieżami volontarju bejn il-pari tal-proċeduri ta’ assenjament tal-ispettru jew il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni konġunta volontarja li tippermetti lil diversi Stati Membri jikkooperaw biex jagħtu drittijiet ta’ użu għall-ispettru permezz ta’ kundizzjonijiet u proċeduri komuni, rarament intużaw jew ma kinux effettivi fil-promozzjoni tal-prevedibbiltà u tal-investment. Fir-rigward tal-interferenzi dannużi transfruntieri bejn l-Istati Membri, l-involviment ta’ bon offiċji tal-RSPG ġab valur miżjud sinifikanti skont il-parteċipanti, iżda ma kienx kompletament effiċjenti fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntiera ma’ pajjiżi terzi jew f’baned mhux armonizzati.
B’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ prevedibbiltà regolatorja u ta’ użu ineffiċjenti tal-ispettru affettwaw l-attraenza finanzjarja tal-proġetti ta’ investiment tal-5G.
Għas-servizzi satellitari ta’ natura transfruntiera ċara, in-nuqqas li jiġi stabbilit Suq Uniku huwa saħansitra aktar evidenti. Ma hemm l-ebda kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżit tal-ispettru satellitari minimu komuni, jew proċeduri komuni ta’ għażla (ħlief għall-banda ta’ servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS, Mobile Satellite Service) ta’ 2 GHz), u hemm varjazzjoni wiesgħa fil-perjodi ta’ żmien għall-ħruġ ta’ liċenzja, approċċi differenti għall-koordinazzjoni nazzjonali mas-servizzi eżistenti, tariffi differenti u kundizzjonijiet differenti marbuta mal-liċenzji. Din il-frammentazzjoni ma twassalx għall-isfruttar tas-saħħa tas-suq uniku biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-ispazju, ma hijiex favorevoli għall-iscaling-up għall-forniment ta’ servizzi satellitari madwar l-UE kollha u tagħmel possibbli l-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni regolatorja. Dawn l-ostakli jaffettwaw il-prontezza tal-UE għall-isfida tal-konnettività diretta għall-apparat f’kuntest fejn l-UE tirriskja li tkun strateġikament dipendenti fuq atturi barranin għal servizzi li huma kruċjali għas-sigurtà u għad-difiża tagħha.
Is-sejbiet tal-evalwazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali identifikaw il-ħtieġa li jkompli jiġi armonizzat, aġġornat u ssimplifikat ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u li titwitta t-triq għall-iffaċilitar tal-varar ta’ networks aktar virtwali u ġestiti ċentralment, ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq is-software u l-cloud fl-UE.
Id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-utenti finali għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom adegwati għall-użu u jrid ikun hemm enfasi kontinwa fuq l-infurzar u fuq l-implimentazzjoni tagħhom. Fl-istess ħin, xi aġġornamenti u simplifikazzjoni jistgħu jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi, pereżempju, is-simplifikazzjoni tal-informazzjoni kuntrattwali (l-Artikolu 102 tal-KEKE) u l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE ta’ xi aspetti, bħal parametri għall-kwalità tas-servizzi (l-Artikolu 104 tal-KEKE). Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika li jikkonċernaw il-faċilità teknika għall-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel u d-drittijiet relatati għall-privatezza huma aġġornati fid-dawl tal-evoluzzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u t-tranżizzjoni għal dawk ibbażati fuq il-protokoll tal-internet u b’hekk, ikopru wkoll l-identifikazzjoni tal-oriġinazzjoni. Hemm ukoll aġġornamenti relatati mas-sistemi ta’ trasferiment awtomatiku ta’ sejħiet u ta’ sejħiet awtomatizzati u ma’ kontijiet mhux dettaljati. Jitħassru dispożizzjonijiet obsoleti oħra dwar id-direttorji pubbliċi.
Fir-rigward tal-governanza, il-valutazzjoni tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u l-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni armonizzata tal-KEKE kienu ġeneralment pożittivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-linji gwida u tar-rapporti tal-BEREC, u għenu lill-NRAs jaslu għal approċċi komuni. Madankollu, il-linji gwida u l-iskambji tal-aħjar prattiki tal-BEREC għadhom ma wasslux għall-kisba tas-suq uniku. Hekk kif is-swieq, it-teknoloġija u l-ekosistema diġitali usa’ jevolvu malajr, il-mandat tal-BEREC għandu jevolvi wkoll biex jinkludi kompiti ġodda f’oqsma bħar-reżiljenza, l-ispettru u s-satelliti. L-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollu wkoll il-kapaċità tiegħu miżjuda sabiex ikun jista’ jappoġġa lill-BEREC, inkluż dwar is-sustanza, sabiex jiżgura allinjament aħjar mal-politiki tal-UE.
Il-valutazzjoni tal-kontribut tal-RSPG għall-politika dwar l-ispettru hija pożittiva wkoll. Ir-riżultati tanġibbli tagħha relatati mal-ispettru għall-konnettività bla fili futura, inklużi s-6G, il-kondiviżjoni tal-ispettru, l-użu futur tal-banda ta’ frekwenzi għoljin ħafna, il-Konferenzi Dinjin dwar ir-Radjukomunikazzjoni u l-eżitu tagħhom, il-konnettività satellitari, u t-tibdil fil-klima pprovdew kontribut siewi għal kunsiderazzjonijiet ulterjuri tal-Kummissjoni. Madankollu, peress li l-RSPG jadotta riżultati tanġibbli b’mod ġenerali b’kunsens, tal-inqas fuq xi kwistjonijiet sensittivi, jeħtieġ li jsib bilanċ bejn l-interessi nazzjonali differenti u l-interessi tal-UE, xi drabi għad-detriment tal-UE. L-opinjonijiet tal-RSPG xi drabi għandhom it-tendenza li jkunu tekniċi wisq u mhux politiċi/strateġiċi daqs kemm jirrikjedi ir-rwol tiegħu bħala grupp konsultattiv ta’ livell għoli għall-Kummissjoni. Diversi limitazzjonijiet naqqsu wkoll b’mod sinifikanti l-impatt tiegħu, bħan-natura volontarja tar-rieżami bejn il-pari, jew il-limitazzjonijiet legali dwar l-użu tal-mekkaniżmu tal-bon offiċji tiegħu biex jiġu indirizzati l-interferenzi minn pajjiżi terzi. Is-sinerġiji bejn il-ħidma tal-RSPG u tal-BEREC f’oqsma ta’ politika tekniċi, ekonomiċi u ġenerali ma ġewx sfruttati.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Fl-2023, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni wiesgħa ta’ esplorazzjoni dwar il-futur tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-infrastruttura tiegħu. Fi Frar 2024, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni dwar il-White Paper tagħha “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?”. Il-White Paper ġiet ippubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni “Semma’ Leħnek” għal feedback matul perjodu ta’ 18-il ġimgħa u rċeviet 357 tweġiba. F’Ġunju 2025 tnediet ukoll sejħa għal evidenza dwar l-objettivi u l-għażliet ta’ politika għal proposta tad-DNA. Wasal feedback sinifikanti dwar is-sejħa għal evidenza.
Minbarra s-sejħa għal evidenza, it-tliet studji kkummissjonati mill-Kummissjoni wettqu żewġ sessjonijiet ta’ konsultazzjonijiet immirati lejn 134 parti kkonċernata magħżula. Il-partijiet ikkonċernati tal-industrija fil-mira rrappreżentaw fornituri differenti ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ECN, Electronic Communications Network) u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ECS, Electronic Communications Service) u fornituri oħra ta’ servizzi. Il-biċċa l-kbira kienu operaturi ta’ network fiss iżda kienu jinkludu wkoll għadd konsiderevoli ta’ fornituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet (CAPs, Content and Application Providers) u ta’ xandara.
Il-White Paper analizzat l-isfidi li l-Ewropa bħalissa qed tiffaċċja fit-tnedija ta’ networks futuri ta’ konnettività. Hija ppreżentat ix-xenarji possibbli għall-ġejjieni għal azzjoni tal-politika pubblika, inkluż id-DNA futur possibbli, maqsuma fi tliet fergħat. Il-partijiet ikkonċernati qablu dwar l-importanza ta’ infrastrutturi diġitali moderni, siguri u reżiljenti għall-kompetittività tal-UE.
L-operaturi preeżistenti tat-telekomunikazzjoni stabbiliti kienu pożittivi fir-rigward tal-idea ta’ kundizzjonijiet regolatorji ekwi iżda qajmu mistoqsijiet dwar is-soluzzjoni regolatorja. Il-fornituri tal-cloud kienu mħassba dwar l-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament speċifiku għat-telekomunikazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati ġeneralment appoġġaw it-tnaqqis tal-obbligi ta’ rapportar u t-tneħħija tal-piżijiet regolatorji bla bżonn. Il-feedback dwar il-White Paper kien kruċjali biex jiġi konkluż li huwa meħtieġ qafas regolatorju ġdid biex jiġi kkompletat is-suq uniku diġitali fl-Ewropa.
Fis-sejħa għal evidenza, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati ġeneralment appoġġaw it-tnaqqis tal-obbligi ta’ rapportar u t-tneħħija tal-piżijiet regolatorji bla bżonn.
L-Istati Membri u l-NRAs ma rawx lok għal reġim sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minħabba li xorta jifdal sett sinifikanti ta’ regoli nazzjonali. Dwar il-protezzjoni tal-utenti finali, l-Istati Membri, l-NRAs u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi enfasizzaw li trid tinżamm protezzjoni robusta tal-konsumatur. Il-biċċa l-kbira tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni u tal-fornituri ta’ servizzi talbu s-simplifikazzjoni u t-tneħħija ta’ regoli speċifiċi għas-settur.
L-operaturi tradizzjonali tat-telekomunikazzjoni talbu rikalibrazzjoni tal-qafas regolatorju li bħalissa jpoġġihom fi żvantaġġ meta mqabbla mas-CAPs. Il-komunità tal-internet u l-gruppi tal-konsumaturi jopponu bidliet fir-regoli tal-internet miftuħ li, fil-fehma tagħhom, jirriskjaw li jwasslu għal internet b’żewġ veloċitajiet.
Fil-politika ta’ aċċess, tista’ tiġi nnotata d-differenza tradizzjonali bejn l-operaturi preeżistenti u r-rikjedenti tal-aċċess, b’dawk tal-ewwel jappellaw għal deregolamentazzjoni u dawk tal-aħħar iżżommu r-reġim ta’ aċċess kurrenti kif inhu. Xi fornituri iżgħar tal-ECN (AltNets) kienu favur l-istabbiliment ta’ data fil-mira speċifika madwar l-UE kollha biex jitħeġġu l-adozzjoni tal-fibra u l-benefiċċji ambjentali. Tqajjem tħassib dwar l-esklużjoni diġitali potenzjali u d-distorsjonijiet tas-suq jekk id-diżattivazzjoni ssir qabel iż-żmien.
Rigward l-ispettru, l-Istati Membri u l-BEREC iqisu l-mudell kurrenti tal-governanza tal-ispettru bħala xieraq u ġeneralment isibuha bi tqila biex jintroduċu l-bidliet. Huma wkoll kontra ċ-ċentralizzazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru. Filwaqt li jappoġġaw l-użu armonizzat tal-ispettru għall-benefiċċji ekonomiċi tiegħu, huma jenfasizzaw l-importanza li tinżamm il-flessibbiltà biex jiġu riflessi d-differenzi fis-swieq nazzjonali. Approċċ komuni Ewropew għall-aċċess għas-suq tas-satelliti huwa meqjus essenzjali biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-konnettività satellitari madwar l-UE.
Il-komunità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tappoġġa politika dwar l-ispettru aktar favorevoli għall-investiment li żżid iċ-ċertezza u l-flessibbiltà. Din tiffavorixxi perjodi itwal jew indefiniti ta’ liċenzji, tiġdid taċitu, kostijiet aktar baxxi tal-ispettru, u regoli flessibbli dwar l-użu. Is-settur jappoġġa wkoll it-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-suq, it-tisħiħ tar-rieżami bejn il-pari, u l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni komuni, flimkien ma’ pjan direzzjonali ċar tal-UE għad-disponibbiltà tal-ispettru. Huwa jisħaq li miżuri li jiffurmaw is-suq li jimminaw l-investiment u d-differenzjazzjoni tan-network għandhom jiġu evitati. Il-komunità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tappoġġa wkoll il-kollaborazzjoni mmexxija mill-UE dwar it-teknoloġiji emerġenti, bħas-servizzi satellitari diretti għall-apparat (D2D, Direct-to-Device).
Il-partijiet ikkonċernati alternattivi tat-telekomunikazzjoni jappoġġaw koordinazzjoni u armonizzazzjoni akbar tal-assenjament tal-ispettru bejn l-Istati Membri. Pjan direzzjonali tal-UE li qed jevolvi għad-disponibbiltà tal-ispettru jitqies li huwa ta’ benefiċċju wkoll. Huma jappoġġaw kundizzjonijiet ċari u definiti minn qabel għat-tiġdid tal-liċenzji, kif ukoll politiki li jippromwovu l-kummerċ fl-ispettru u l-obbligi ta’ “tużah jew tikkondividih jew titilfu” sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-ispettru. Madankollu, huma jesprimu dubji serji dwar l-impożizzjoni ta’ skadenzi legali għall-għotjiet tal-ispettru.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta tqis l-inputs ewlenin li ġejjin:
Il-kontribuzzjonijiet li waslu għall-konsultazzjoni esploratorja dwar il-futur tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-infrastruttura tiegħu, imnedija fi Frar 2023;
Il-feedback tal-partijiet ikkonċernati għall-White Paper -“Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” ta’ Frar 2024;
Il-feedback tal-partijiet ikkonċernati riċevut għas-sejħa għal evidenza dwar id-DNA ppubblikata fl-2025.
Saru tliet studji ta’ rieżami biex jinformaw din il-proposta:
L-Istudju 2024-025 dwar “Completing the Digital Single Market (DSM): Regulatory enablers for cross-border networks - FwC Nru FW-00141705;
L-Istudju 2024-026 dwar “Review of Access Regulation under the European Electronic Communications Code and analysis of future Access policy in full fibre environment” - FWC Nru FW-00141705;
L-Istudju 2024-028 dwar “Financial conditions, demand and investment needs and their regulatory and policy implications including on the universal service” - FWC Nru FW-00141705.
B’mod parallel, bejn Marzu u Settembru 2025, il-Kummissjoni organizzat workshops strateġiċi mal-BEREC u mal-RSPG, biex tiġbor il-fehmiet tar-rappreżentanti ta’ livell għoli mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, f’Lulju 2025 ġie organizzat workshop mal-BEUC u mal-organizzazzjonijiet nazzjonali korrispondenti tal-konsumaturi biex jiġu diskussi t-tħassib u l-isfidi għall-konsumaturi u għall-utenti finali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Barra minn hekk, saru ħafna laqgħat mal-partijiet ikkonċernati industrijali attivi fil-katina tal-valur diġitali kollha, u mal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi tagħhom.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat l-għażliet li ġejjin bħala l-aħjar modi biex jiġu indirizzati l-problemi.
Diżattivazzjoni tar-ram u regolamentazzjoni tal-aċċess
L-għażla ppreferuta biex jitħaffef il-varar u l-adozzjoni tan-network tal-fibra sad-dar (FTTH, Fibre-To-The Home) se tkun ibbażata fuq pjanijiet nazzjonali li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet se jispjegaw (i) f’liema żoni se jiġi diżattivat ir-ram u sa meta; u (ii) il-miżuri biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni għall-fibra. Sal-31 ta’ Diċembru 2035, id-diżattivazzjoni tar-ram tiskatta meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv (i) mill-inqas 95 % tal-kopertura tal-fibra; u (ii) id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ konnettività bl-imnut affordabbli. Wara din id-data, il-kundizzjonijiet mhux se jibqgħu jaqdu rwol u l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jobbligaw id-diżattivazzjoni fiż-żoni kollha li jifdal tad-diżattivazzjoni tar-ram, b’xi eċċezzjonijiet. Fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-aċċess, din l-għażla tibni fuq il-qafas regolatorju eżistenti, inklużi miżuri kemm simetriċi kif ukoll asimetriċi (ibbażati fuq l-SMP). L-enfasi se tkun fuq is-swieq reġjonali u lokali.
Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi u ambjentali, dan ikollu impatti pożittivi f’termini ta’ (i) żieda fil-PDG akkumulat fil-medda ta’ EUR 157 - 327 biljun ogħla mix-xenarju ta’ referenza; (ii) tnaqqis totali tal-emissjonijiet tas-CO2 fix-xenarju ta’ referenza (0,7 miljun tunnellata); u (iii) veloċitajiet medji ta’ download (314 Mbps fl-2030 u 743 Mbps fl-2035). Fir-rigward tal-impatt soċjali, l-impatt tal-għażliet ma jistax jiġi kkwantifikat. Madankollu, l-għażla x’aktarx li tirriżulta fl-ogħla impatt soċjali pożittiv peress li qed taħdem tajjeb f’termini ta’ kopertura ta’ FTTH u ta’ rata ta’ adozzjoni ta’ FTTH. Dwar l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, l-għażla hija kklassifikata bħala medja.
Spettru
L-għażla ppreferuta prinċipalment tinvolvi durata tal-liċenzja illimitata b’mod awtomatiku, bil-possibbiltà ta’ klawżoli ta’ rieżami u ta’ revoka tad-drittijiet ta’ użu, ta’ tiġdid kważi awtomatiku, u l-applikazzjoni ta’ disinji ta’ rkant favur l-investiment. Tipprevedi l-possibbiltà li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-ispettru u tinkludi proċedura obbligatorja tas-suq uniku tal-ispettru fil-livell tal-UE. Tiżgura trasparenza u prevedibbiltà akbar tat-twaqqit tad-disponibbiltà tal-ispettru permezz ta’ strateġija u pjanijiet direzzjonali. Din l-għażla hija l-aktar effiċjenti minħabba li l-benefiċċji ġenerali jisbqu b’mod sinifikanti l-kostijiet tagħha. Tiżgura l-varar f’waqtu ta’ networks tal-5G u tas-6G futuri ta’ kwalità għolja. Ikollha impatt pożittiv fuq il-PDG, ikollha effetti konsegwenzjali fuq is-setturi vertikali u tkun koerenti u tikkomplementa l-proċess tad-diżattivazzjoni tar-ram.
Awtorizzazzjoni ġenerali u awtorizzazzjoni għal servizzi satellitari
L-għażla ppreferuta tinkludi “Passaport Uniku” għan-networks u għas-servizzi għajr is-satellita u awtorizzazzjoni tal-UE għall-ispettru satellitari, inkluża l-għażla tad-detenturi ta’ liċenzja f’każijiet ta’ skarsezza u ta’ infurzar tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni. Din l-għażla tnaqqas il-kostijiet amministrattivi u tal-konformità kif ukoll il-kostijiet tar-rapportar. Flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni armonizzati u ma’ regoli applikabbli oħra (inklużi regoli dwar l-utenti finali) u miżuri mhux vinkolanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fl-ekosistema, l-għażla ppreferuta tippermetti lill-fornituri jivvirtwalizzaw l-operazzjonijiet tan-network b’mod aktar faċli u jipprovdu servizzi transfruntieri aktar konsistenti. Għalhekk, l-għażla ppreferuta tippermetti l-kooperazzjoni b’kundizzjonijiet ekwi mal-atturi fl-ekosistema estiża tal-konnettività. L-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE tippermetti lill-operaturi aċċess garantit għall-ispettru fl-Istati Membri kollha bl-istess kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, billi tipprovdilhom il-mezzi biex jagħmlu scaling-up u jipprovdu servizzi madwar l-UE filwaqt li tindirizza aspetti relatati mas-sovranità.
Governanza
L-għażla ppreferuta tibni fuq it-twaqqif eżistenti tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC u taġġorna lill-RSPG minn grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni għal korp b’segretarjat ipprovdut mill-Uffiċċju tal-BEREC. L-Uffiċċju li ismu se jinbidel għal “Uffiċċju għan-Networks Diġitali” (ODN, Office for Digital Networks) se jkollu kompitu ġdid ta’ koordinazzjoni li se jagħti spinta lill-effettività tal-ġestjoni tal-ispettru. Billi jipprovdi servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ kemm lill-BEREC kif ukoll lill-Korp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPB), l-ODN se jsaħħaħ ir-rabta eżistenti bejn iż-żewġ korpi, u b’hekk jippermetti koordinazzjoni aħjar u eżiti aktar koerenti.
Kostijiet amministrattivi
Il-kostijiet amministrattivi għan-negozji huma relatati mal-obbligi u mal-benefiċċji tad-diżattivazzjoni tar-ram u tal-aċċess, flimkien maż-żoni ta’ simplifikazzjoni. L-obbligi amministrattivi addizzjonali relatati mad-diżattivazzjoni kundizzjonali tar-ram iwasslu għal żieda fil-kostijiet amministrattivi rikorrenti diretti b’7 % (f’ekwivalenti għall-full time (FTEs, Full-Time Equivalents) fis-sena) u b’EUR 73 miljun f’kost ta’ darba, meta mqabbla mas-sitwazzjoni kurrenti. Kemm l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll l-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE se jirriżultaw f’xi kostijiet ta’ darba biex jadattaw għall-kundizzjonijiet komuni. Madankollu, b’mod ġenerali, il-kostijiet rikorrenti għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni se jonqsu.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-aċċess, l-għażla ppreferuta tneħħi għadd ta’ dispożizzjonijiet relatati mar-regolament dwar l-SMP bħal dawk rigward il-koinvestiment (l-Artikolu 76 tal-KEKE) u s-separazzjoni funzjonali (l-Artikoli 77 u 78 tal-KEKE). Fl-istess ħin, li l-NRAs ikunu jistgħu jimponu aċċess għal wajers interni u lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni mill-inizjattiva proprja (u mhux fuq talba peress li dan huwa l-każ bħalissa) jissimplifika l-mod kif tiġi implimentata r-regolamentazzjoni tal-aċċess. Dan ikollu l-effett li jissimplifika r-regoli eżistenti u jneħħi n-nuqqasijiet perċepiti u l-kumplessitajiet mhux neċessarji u n-nuqqas potenzjali ta’ koerenza assoċjat ma’ dawk id-dispożizzjonijiet li wasslu għall-użu limitat tagħhom. Barra minn hekk, l-impatti fuq il-kopertura tal-fibra, l-adozzjoni u l-kompetizzjoni tat-tneħħija tagħhom x’aktarx li jkunu limitati. Dan huwa partikolarment minnu għall-Artikolu 76 tal-KEKE, li ġie ssostitwit minn analiżi usa’ mill-NRAs tal-implikazzjonijiet tal-arranġamenti kummerċjali inkluż il-koinvestiment fil-kuntest tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq. Il-partijiet ikkonċernati rrikonoxxew ukoll il-potenzjal tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT, Regulatory Fitness and Performance Programme) ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Barra minn hekk, l-għażla proposta tissimplifika, issaħħaħ u żżid is-sorveljanza li twassal biex ir-rimedji jiġu applikati b’mod aktar konsistenti, li jkun ta’ benefiċċju wkoll għas-suq uniku tal-UE. L-armonizzazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għal prodotti ewlenin tal-operaturi kif ukoll l-attenzjoni għall-garanziji tal-kwalità tas-servizz għan-negozji għandhom jissimplifikaw l-użu tal-prodotti ta’ aċċess u jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-servizzi għal negozji multisiti u multinazzjonali.
Dwar l-ispettru, il-konsolidazzjoni tal-RSPP rilevanti u tad-dispożizzjonijiet tal-KEKE tippreżenta benefiċċji ewlenin għar-REFIT peress li se tiżgura l-konsistenza, billi telimina dispożizzjonijiet duplikati u skaduti li jxekklu l-kompetittività tal-UE fil-varar ta’ servizzi innovattivi.
L-awtorizzazzjoni tal-UE għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi satellitari u għall-użu tal-ispettru satellitari tippreżenta potenzjal għal titjib enormi fl-effiċjenza peress li tnaqqas il-kost tal-awtorizzazzjoni satellitari għall-operaturi satellitari u għall-awtoritajiet nazzjonali. Operatur satellitari li jixtieq jipprovdi servizzi madwar l-UE ma jkunx jeħtieġ li jsegwi 27 proċess ta’ awtorizzazzjoni, jirrispetta 27 sett ta’ kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, li jinkludu obbligi ta’ rapportar differenti u għaljin u miżuri ta’ infurzar ineffettivi, u jikseb drittijiet tal-ispettru fl-Istati Membri kollha.
Minflok, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-ODN, tirċievi t-talbiet u toħroġ l-awtorizzazzjonijiet biex tipprovdi servizzi satellitari kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru inklużi d-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru, jew f’xi Stati Membri fejn il-fornitur ikun jixtieq jipprovdi servizzi, jew għall-UE kollha kemm hi. Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, inklużi l-elementi ta’ rapportar, ikunu komuni madwar l-UE u jiġu żviluppati bl-assistenza tal-ODN u tal-RSPB. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll l-għażla fil-livell tal-UE f’każ ta’ skarsezza tal-ispettru. Barra minn hekk, ikun hemm qafas vinkolanti ta’ konformità u ta’ infurzar fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li l-aċċess tal-kostellazzjonijiet satellitari għas-suq tal-UE jikkonforma mal-kundizzjonijiet komuni f’konformità mad-dritt internazzjonali.
L-infurzar fil-livell tal-UE (inkluż l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għas-Suq Uniku kollu tal-UE) ikun li jiġu indirizzati b’mod effettiv kwistjonijiet ta’ interferenza filwaqt li tiġi inċentivata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni.
L-awtorizzazzjonijiet għan-networks u għas-servizzi terrestri huma qasam ewlieni ieħor fejn jinkiseb potenzjal imtejjeb ta’ effiċjenza. Mutur ewlieni tal-problemi bir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali (GA, General Authorisation) fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-UE jirriżulta mill-flessibbiltà regolatorja tal-KEKE. Din il-flessibbiltà wasslet għal frammentazzjoni u għal applikazzjoni inkonsistenti tal-kundizzjonijiet tal-GA. Il-KEKE stabbilixxa kundizzjonijiet armonizzati tal-GA, iżda dawn baqgħu lista massima u għalhekk, inżammet id-diskrezzjoni nazzjonali dwar l-irbit tal-kundizzjonijiet. Konsegwentement, l-Istati Membri ma ħadux approċċ komuni għar-reġim tal-GA f’termini tat-tipi ta’ fornituri ta’ networks u ta’ servizzi u introduċew leġiżlazzjoni sekondarja diverġenti u/jew deċiżjonijiet amministrattivi (regolatorji) biex ikomplu jispjegaw il-kundizzjonijiet. Din is-sitwazzjoni ta’ lista massima ta’ 39 kundizzjoni f’26 Stat Membru (ħlief għad-Danimarka li ma għandha l-ebda sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali fis-seħħ) tista’ tirriżulta fl-istabbiliment ta’ 1 014-il kundizzjoni speċifikata fil-livell nazzjonali, u pereżempju, fil-ħtieġa li operatur transfruntier (preżenti jew b’impronta regolatorja f’27 Stat Membru) jikkonforma magħhom.
Il-proposta tnaqqas din il-frammentazzjoni u tillimita l-obbligi ta’ rapportar u ta’ konformità billi l-fornituri jiġu soġġetti biss għal kundizzjonijiet u għal obbligi armonizzati ulterjuri ssimplifikati li huma stabbiliti fir-Regolament, inkluż b’mod koerenti mad-drittijiet u mal-inizjattivi ta’ politika oħra tal-UE, bħall-istrateġija ta’ sigurtà ekonomika tal-UE, għat-tisħiħ tal-forniment fdat u sigur ta’ networks u ta’ servizzi. Barra minn hekk, għall-kumpaniji li jixtiequ jipprovdu networks u servizzi fis-suq uniku, il-proposta, fil-forma ta’ Passaport Uniku, iżżomm sistema simplifikata bbażata fuq in-notifiki iżda tippermetti lill-fornituri joperaw fi Stat Membru wieħed, f’diversi Stati Membri jew f’kollha kemm huma fuq il-bażi ta’ konferma minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda. Għal dan l-għan, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, il-proċedura tal-passaport uniku, u l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni, għall-assistenza reċiproka u għall-infurzar konsistenti fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, appoġġati mill-BEREC u mill-ODN.
Fir-rigward tal-impatt fuq l-SMEs, il-proċeduri simplifikati, inklużi mudell komuni ta’ notifika u mekkaniżmu uniku ta’ notifika, huma mistennija jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi u tal-konformità għall-fornituri, b’mod partikolari għall-SMEs. Dan l-iffrankar se jippermetti li l-SMEs jirriallokaw ir-riżorsi lejn l-innovazzjoni u t-tkabbir aktar milli lejn proċessi regolatorji. Ċertezza legali u prevedibbiltà regolatorja akbar ikomplu jsaħħu l-kompetittività tal-SMEs u jiffaċilitaw id-dħul fis-suq. L-SMEs jibbenefikaw ukoll indirettament minn reġimi komuni ta’ aċċess aktar flessibbli, inklużi aċċess simplifikat għall-ispettru u l-kondiviżjoni tal-ispettru, li jnaqqsu l-ostakli għad-dħul u jappoġġaw l-iżvilupp u l-iscaling-up ta’ servizzi innovattivi. Dan huwa partikolarment il-każ għal setturi bħall-manifattura, is-saħħa, l-agrikoltura u t-trasport. Ma huwa mistenni l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq l-SMEs. Għall-kuntrarju, il-miżuri huma mistennija jiġġeneraw benefiċċji netti, inklużi l-iffrankar tal-kostijiet u opportunitajiet imtejba għall-innovazzjoni.
•Drittijiet fundamentali
Ġie analizzat l-impatt tal-proposta fuq id-drittijiet fundamentali bħal-libertà ta’ espressjoni u tal-informazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, inkluża l-protezzjoni tal-konsumaturi b’diżabbiltà, il-protezzjoni ta’ data personali u d-dritt għall-privatezza. B’mod partikolari, ir-Regolament jistabbilixxi livell ogħla ta’ armonizzazzjoni għad-drittijiet tal-utenti finali, filwaqt li jżomm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
Il-proposta tqis bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-miżuri proposti għandhom l-għan li jiksbu livelli ogħla ta’ konnettività b’sett modernizzat ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Min-naħa tiegħu, din se tiżgura aċċess nondiskriminatorju għal kwalunkwe kontenut u servizz, inklużi s-servizzi pubbliċi, u se tgħin fil-promozzjoni tal-libertà ta’ espressjoni u tal-libertà ta’ intrapriża, u tippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Karta.
L-introduzzjoni ta’ diżattivazzjoni obbligatorja, iżda kundizzjonali, tar-ram tikkostitwixxi limitazzjoni tal-libertà ta’ intrapriża skont l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Madankollu, limitazzjoni bħal din tista’ tkun iġġustifikata meta ssegwi l-objettiv ta’ interess ġenerali u tikkonforma mal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. L-iżviluppi tas-suq diġà juru li l-operaturi qed jirtiraw b’mod progressiv in-networks tar-ram abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali, li jissuġġerixxi li diżattivazzjoni strutturata ma tmurx b’mod inerenti kontra l-interessi tagħhom. Minħabba l-benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali mistennija, il-miżura tidher konsistenti mar-rekwiżit tan-neċessità. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà proposti, l-għażla li jinżammu n-networks tar-ram għal perjodu itwal fejn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati u l-eċċezzjoni possibbli għad-diżattivazzjoni tar-ram meta l-varar tal-fibra jew ta’ soluzzjoni adegwata oħra ta’ konnettività ma jkunx possibbli, jiżguraw ir-rispett għall-proporzjonalità.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta huma deskritti fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta. B’mod ġenerali, huma meħtieġa 47 ekwivalenti għall-full time (FTEs) biex jaħdmu fuq l-inizjattiva li tikkonsisti fi 32 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal u 15-il membru tal-persunal estern (persunal bil-kuntratt (CAs, Contract Agents) u esperti nazzjonali sekondati (SNEs, Seconded National Experts)) biex jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-inizjattiva. Il-ħtieġa se tiġi ssodisfata minn persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni. Minbarra dawn ir-riżorsi eżistenti, l-inizjattiva teħtieġ ħames FTEs ta’ persunal addizzjonali eċċezzjonali, li jintalbu minbarra l-livelli kurrenti ta’ persunal sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-inizjattiva. Il-linja tan-nefqa baġitarja kurrenti tal-Uffiċċju tal-BEREC se tkompli tiffinanzja l-porzjon mhux mibdul tal-ODN, filwaqt li nefqa addizzjonali li tirriżulta mill-kompiti l-ġodda ddedikati għall-ODN, deskritti fil-proposta, se tiġi ffinanzjata mit-tariffi tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru satellitari, u, jekk disponibbli, mit-tariffi tal-awtorizzazzjoni tan-numerazzjoni tal-UE, u mill-kontribuzzjonijiet volontarji u in natura mill-Istati Membri.
Il-proposta tinkludi wkoll kompiti li jeħtieġu persunal addizzjonali għall-Uffiċċju tal-BEREC (li għandu jinbidel fl-Uffiċċju għan-Networks Diġitali - ODN), li jwasslu għal żieda totali tal-persunal ta’ 25 FTE, ilkoll iffinanzjati mit-tariffi.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tevalwa l-effettività tiegħu maż-żmien. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk ir-rieżamijiet għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-implikazzjonijiet għas-suq tal-Artikolu 69 u tal-Artikolu 83 u jekk is-setgħat ta’ intervent ex ante u oħrajn skont dan ir-Regolament humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tirnexxi għall-benefiċċju tal-utenti finali.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-impriżi ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-obbligi imposti fuq tali impriżi skont dan ir-Regolament. Kull bidla li taffettwa l-obbligi imposti fuq impriżi, jew l-impriżi kkonċernati, għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Sa 3 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-kooperazzjoni tal-ekosistema, filwaqt li tqis bis-sħiħ ir-rapport tal-BEREC dwar l-effetti tal-applikazzjoni tal-linji gwida dwar il-kooperazzjoni effettiva tal-ekosistema kif ukoll dwar il-funzjonament tal-faċilità għal konċiljazzjoni volontarja.
Barra minn hekk, sat-30 ta’ Ġunju 2034, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-ambitu tas-servizz universali affordabbli, u d-disponibbiltà tas-servizz universali fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, inkluża t-tranżizzjoni għall-fibra. Ir-rieżami għandu jqis it-teknoloġiji prevalenti użati mill-biċċa l-kbira tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment tal-eżiti tar-rieżami.
Fi żmien sentejn minn meta dan ir-Regolament isir applikabbli, jenħtieġ li l-ODN iħejji rapport dwar is-suq uniku għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan ir-rapport għandu jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi tas-suq u jeżamina kif il-miżuri introdotti skont dan ir-Regolament jaffettwaw il-funzjonament tas-suq uniku, kif ukoll l-impatt tal-fużjonijiet fuq is-suq. L-abbozz ta’ rapport għandu jiġi kondiviż mal-BEREC u mal-RSPB għall-approvazzjoni qabel ma jiġi ppubblikat. Wara dan, kull sena għandhom jiġu ppubblikati r-rapporti aġġornati biex jiġu segwiti l-progress u x-xejriet emerġenti.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Parti I: Kamp ta’ applikazzjoni, objettivi u definizzjonijiet
Il-Parti I ta’ dan ir-Regolament tistabbilixxi l-qafas orizzontali li jirregola l-organizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-UE. Din tiddefinixxi s-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kunċetti ewlenin tiegħu, filwaqt li tistabbilixxi d-definizzjonijiet komuni li japplikaw għall-qafas legali sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni konsistenti bejn l-Istati Membri. Tistabbilixxi wkoll l-objettivi ġenerali u l-prinċipji regolatorji biex jiggwidaw lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra, lill-BEREC, lill-RSPB u lill-ODN, kif ukoll lill-Kummissjoni, fil-ħidma tagħhom.
Parti II: Reżiljenza
Il-Parti II tintroduċi qafas speċifiku għar-reżiljenza u għall-preparatezza tan-networks u tas-servizzi, ir-rikonoxximent tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ infrastrutturi diġitali oħra huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetà u tal-ekonomija. Għal dan l-għan, hija tistabbilixxi obbligi u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni biex tiżgura d-disponibbiltà u l-kapaċitajiet tan-networks u tas-servizzi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi kbira. Din tinkludi l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u t-twissijiet pubbliċi. Tipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ rapport mill-BEREC imsemmi “Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali”. Ir-rapport se jinkludi valutazzjoni, rakkomandazzjonijiet operazzjonali komuni u prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet. Dan se jiċċara wkoll ir-rwoli rispettivi tal-korpi tal-UE u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-monitoraġġ, fil-koordinazzjoni u fir-rispons, u min-naħa tiegħu se jsaħħaħ approċċ koerenti u effettiv madwar l-UE kollha għar-reżiljenza u għall-preparatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Parti III: Awtorizzazzjoni għas-suq uniku u passportar
Il-Parti III tistabbilixxi l-qafas ta’ passportar uniku għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali. Din tafferma l-libertà li jiġu pprovduti tali networks u servizzi madwar l-UE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u l-obbligi ulterjuri komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament. Hija żżomm ukoll sistema simplifikata bbażata fuq in-notifiki li tippermetti lill-fornituri joperaw fi Stat Membru wieħed, f’diversi Stati Membri jew f’kollha kemm huma fuq il-bażi ta’ konferma waħda minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda. Il-proposta hija koerenti ma’ inizjattivi oħra dwar rekwiżiti msaħħa tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT. Għal dan l-għan, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, il-proċedura tal-Passaport Uniku, u l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni, għall-assistenza reċiproka u għall-infurzar konsistenti fost l-awtoritajiet nazzjonali, appoġġati mill-BEREC u mill-ODN. Il-linji gwida tal-BEREC, f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra u mal-Kummissjoni, se jistabbilixxu l-aspetti proċedurali dwar l-interazzjonijiet bejn il-fornituri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra kif ukoll l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet u tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri.
Parti IV: Riżorsi, spettru u numerazzjoni
Il-Parti IV tistabbilixxi qafas komprensiv u li jħares ’il quddiem għall-ġestjoni, għall-allokazzjoni u għall-użu tar-riżorsi ewlenin tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Din tinkludu r-riżorsi tal-ispettru tar-radju u ta’ numerazzjoni, filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol tagħhom bħala beni pubbliċi strateġiċi essenzjali għall-konnettività, għall-innovazzjoni, għas-sigurtà u għall-funzjonament tas-suq uniku. Dwar l-ispettru tar-radju, din tistabbilixxi l-prinċipji u l-objettivi komuni għall-ippjanar u għall-ġestjoni strateġiċi koordinati fil-livell tal-UE, f’konformità mal-obbligi internazzjonali, u ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni transfruntiera u għar-riżoluzzjoni ta’ interferenza dannuża. Din tintroduċi n-newtralità teknoloġika u tas-servizzi, tippromwovi l-użu kondiviż u effiċjenti tal-ispettru, u tipprevedi strateġija u pjanijiet direzzjonali tal-UE dwar l-ispettru biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà, id-disponibbiltà f’waqtha u l-allinjament mal-objettivi usa’ tal-politika tal-UE.
Dan ir-Regolament jarmonizza wkoll ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-assenjament, id-durata, it-tiġdid, it-trasferiment u l-kondiviżjoni tad-drittijiet tal-ispettru, u jsaħħaħ il-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni favur l-investiment u favur il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, jistabbilixxi għodod madwar l-UE kollha bħall-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru, il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni komuni, il-proċeduri ta’ punt uniku ta’ servizz u l-awtorizzazzjonijiet tal-UE, inkluż qafas speċifiku għan-networks u għas-servizzi satellitari fl-UE. B’mod partikolari, jistabbilixxi awtorizzazzjonijiet fil-livell tal-UE għall-ispettru satellitari kif ukoll il-monitoraġġ u l-infurzar tiegħu. Barra minn hekk, jiddefinixxi proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn u jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni akbar għall-iffajljar tal-UIT flimkien mal-iżgurar tal-koeżistenza bejn l-allokazzjonijiet tal-ispettru terrestri u satellitari fl-UE.
B’mod parallel, il-Parti IV tipprovdi l-qafas għar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej u tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni, tiżgura l-ġestjoni effiċjenti, id-disponibbiltà u l-użu ekstraterritorjali tagħhom madwar l-UE kollha, tappoġġa servizzi madwar l-UE kollha, u tissalvagwardja l-protezzjoni tal-konsumatur u l-aċċess ġust. Meħudin flimkien, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiżguraw l-użu effiċjenti, koordinat u li jibqa’ validu fil-futur ta’ riżorsi skarsi filwaqt li jagħtu spinta liċ-ċertezza legali, inaqqsu l-frammentazzjoni u jippermettu l-iżvilupp ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi innovattivi u transfruntieri madwar l-UE.
Parti V: Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni
Il-Parti V tistabbilixxi r-regoli li jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-effettività tal-kompetizzjoni madwar l-UE.
L-ewwel nett, tintroduċi qafas speċifiku għat-tranżizzjoni ordnata minn networks tar-ram miruta għal networks FTTH. Il-qafas se japplika fejn ir-ram jibqa’ fis-servizz lil hinn minn data definita. Il-proċess ta’ tranżizzjoni għall-fibra se jkun ibbażat fuq pjanijiet nazzjonali li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet nazzjonali se jispjegaw (i) f’liema żoni se jiġi ddiżattivat ir-ram u sa meta u (ii) il-miżuri biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni għall-fibra.
Fil-fażi inizjali, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram f’żoni fejn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv: (i) tal-kopertura ta’ mill-inqas 95 % tal-fibra u (ii) id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ konnettività bl-imnut affordabbli. Fil-fażi tal-aħħar, il-kundizzjonijiet mhux se jibqgħu jaqdu rwol u l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jobbligaw id-diżattivazzjoni fiż-żoni kollha li jifdal tad-diżattivazzjoni tar-ram ħlief fiż-żoni fejn il-varar tal-fibra ma jkunx ekonomikament vijabbli u ma tkun disponibbli l-ebda soluzzjoni ta’ konnettività adegwata li tkun kapaċi tissostitwixxi servizzi bbażati fuq ir-ram. Is-salvagwardji japplikaw matul il-proċess kollu sabiex tinżamm il-kontinwità u jiġu protetti l-konsumaturi.
Il-Parti V tkopri wkoll il-qafas għall-aċċess għall-art u għad-drittijiet ta’ aċċess u ta’ interkonnessjoni, u l-applikazzjoni ta’ rimedji regolatorji simetriċi u bbażati fuq l-SMP. Din tiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi fin-negozjar tal-aċċess u tal-interkonnessjoni, u tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jimponu miżuri proporzjonati bl-għan li jiżguraw il-konnettività u l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf fejn dan ikun iġġustifikat.
Din il-parti żżomm il-fergħat ewlenin tas-sistema kurrenti tar-regolamentazzjoni tal-aċċess simetriku u skont l-SMP. Fir-rigward tal-SMP, ir-regoli jagħtu prijorità lir-regolamentazzjoni tal-aċċess “favorevoli għall-investiment” tan-networks passivi (kanali u arbli fejn l-operaturi jvaraw in-networks tal-fibra tagħhom stess) u jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-prodotti ta’ aċċess. F’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess simetriku, ir-regoli għandhom l-għan li jistimulaw l-adozzjoni tal-fibra billi jżommu l-aċċess għall-wajers fil-bini meta jintalbu. Barra minn hekk, l-NRAs jistgħu jużaw miżuri simetriċi biex jindirizzaw il-konġestjonijiet lokali billi jimponu aċċess għan-networks lokali tal-fibra. Barra minn hekk, ir-regoli simetriċi għandhom jippermettu l-konnessjoni tal-utenti finali li l-bini tagħhom ma jkunx konness permezz ta’ obbligu fuq l-operaturi tal-fibra li jvaraw network fil-qrib biex iqabbdu lil dawk l-utenti.
Il-Parti V issaħħaħ il-proċeduri tas-suq uniku għal abbozzi ta’ miżuri nazzjonali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, filwaqt li tiżgura applikazzjoni konsistenti madwar l-UE permezz ta’ mekkaniżmi koordinati ta’ notifika, ta’ valutazzjoni u ta’ intervent.
Parti VI: Servizzi
Il-Parti VI tistabbilixxi obbligi relatati mas-servizzi mmirati biex jiżguraw li l-utenti finali fl-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minn konnettività essenzjali u minn livell komuni ta’ protezzjoni. Din timmodernizza l-obbligi ta’ servizz universali billi ġġedded, f’konformità mal-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, id-dritt tal-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk b’introjtu baxx, li jaċċessaw servizz adegwat u affordabbli ta’ aċċess għall-internet u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss. Tistabbilixxi proċeduri komuni dwar kif l-Istati Membri jiddefinixxu konnettività “adegwata” fid-dawl tal-wisa’ tal-banda minima li jgawdu minnha l-biċċa l-kbira tal-konsumaturi. Dawn il-proċeduri komuni huma appoġġati mill-gwida tal-BEREC u jiżguraw il-wisa’ tal-banda meħtieġa għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Tipprovdi wkoll approċċ strutturat għall-affordabbiltà, inkluż il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet bl-imnut, miżuri għall-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi ħtiġijiet soċjali speċjali, u appoġġ speċifiku biex jiġi żgurat aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà, filwaqt li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet fid-dawl tal-kundizzjonijiet u tal-kriterji u tal-metodoloġija nazzjonali biex tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tal-affordabbiltà. Huwa propost approċċ ġdid u aktar flessibbli għall-finanzjament mingħajr deżinjazzjoni speċifika għas-settur jew għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament relatat.
Il-Parti VI tkompli tissalvagwardja d-drittijiet tal-utenti finali fl-ambjent diġitali. Din tippreserva l-aċċess miftuħ għall-internet billi tikkodifika d-drittijiet tal-utenti finali għall-aċċess u għad-distribuzzjoni tal-kontenut u l-użu tal-applikazzjonijiet u tat-tagħmir terminali tal-għażla tagħhom. Tinsab flimkien ma’ obbligi stretti tan-newtralità tal-internet soġġetti biss għal eċċezzjonijiet definiti b’mod ristrett u proporzjonati u superviżjoni robusta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ikkomplementata mir-rapportar u mil-linji gwida tal-BEREC. Tikkonsolida u taġġorna r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li huma ppreżentati fi tliet kapitoli.
Il-kapitolu “Drittijiet tal-konsumaturi” jkopri l-konsumaturi u jestendi għall-mikrointrapriżi u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (xi dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) u jinkludi regoli speċifiċi għas-settur dwar it-trasparenza u l-informazzjoni dwar il-kuntratti (inkluż mudell tas-sommarju tal-kuntratt), id-durata u t-terminazzjoni tal-kuntratt, u offerti ta’ pakketti.
Il-kapitolu “Drittijiet tal-utenti finali” jinkludi l-bdil u l-portabbiltà tan-numru u jiżgura n-nondiskriminazzjoni.
Il-kapitolu “Faċilitajiet u funzjonalitajiet għall-utenti finali” jinkludi miżuri kontra attivitajiet frawdolenti u jiżgura servizzi kritiċi bħal hotlines għat-tfal neqsin, komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u sistemi ta’ twissija pubblika, u l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. Filwaqt li jirrifletti l-evoluzzjoni tat-teknoloġija u l-isfidi l-ġodda għall-protezzjoni tal-utenti finali f’dan ir-rigward, il-kapitolu jinkludi wkoll regoli aġġornati dwar l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel, l-identifikazzjoni tal-oriġinazzjoni, sistemi ta’ trasferiment awtomatiku ta’ sejħiet u ta’ sejħiet awtomatizzati. Fih dispożizzjonijiet dwar l-aċċess u l-għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà.
Il-Parti VI żżomm ukoll dispożizzjonijiet ta’ interoperabbiltà mmirata u ta’ “must carry” u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-annessi tekniċi permezz ta’ atti delegati sabiex taġġorna biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.
Parti VII: Governanza
Il-Parti VII tistabbilixxi l-qafas ta’ governanza biex jiġi żgurat il-funzjonament koerenti, indipendenti u effettiv tas-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Din tiddefinixxi r-rwoli, is-setgħat u s-salvagwardji applikabbli għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għal awtoritajiet kompetenti oħra, tafdahom b’kompiti identifikati b’mod ċar, tippreserva l-indipendenza legali u funzjonali tagħhom mill-atturi tas-suq, u tipprovdihom b’riżorsi adegwati u b’awtonomija baġitarja. Tistabbilixxi wkoll prinċipji komuni dwar il-ħatra, it-tkeċċija, l-akkontabilità u t-trasparenza, kif ukoll obbligi għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u transfruntier, u min-naħa tagħha tagħti spinta lill-konsistenza regolatorja u lill-fiduċja reċiproka madwar l-UE.
Il-Parti VII tkompli tikkonsolida l-governanza fil-livell tal-UE billi tintegra u ssaħħaħ ir-rwoli tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN. Din tiċċara l-objettivi, il-kompiti u l-organizzazzjoni interna tal-BEREC, filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jippromwovi l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju permezz ta’ opinjonijiet, linji gwida, rapporti u l-aħjar prattiki, appoġġat mill-ġbir strutturat ta’ data u mill-monitoraġġ tas-suq. U minħabba l-kuntest ġeopolitiku, issaħħaħ il-kompetenzi tal-BEREC marbuta mar-reżiljenza u mal-preparatezza, bħal permezz tal-adozzjoni tal-Pjan ta’ Preparatezza tal-UE għall-Infrastrutturi Diġitali. B’mod parallel, tistabbilixxi qafas aktar robust għall-governanza strateġika tal-ispettru tar-radju permezz tal-RSPB, tiddefinixxi r-rwol konsultattiv u ta’ koordinazzjoni tiegħu fil-politika dwar l-ispettru tal-UE, fil-koordinazzjoni transfruntiera u fl-involviment tiegħu, filwaqt li tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC fejn jiltaqgħu kwistjonijiet regolatorji u dawk tal-ispettru.
Il-Parti VII tipprovdi qafas organizzazzjonali, finanzjarju u ta’ akkontabilità komprensiv għall-ODN bħala korp tal-UE li jappoġġa kemm lill-BEREC kif ukoll lill-RSPB. Tistabbilixxi l-kompiti, l-istruttura ta’ governanza, ir-regoli ta’ programmazzjoni, baġitarji u tal-persunal tal-ODN, u tiżgura t-trasparenza, il-ġestjoni finanzjarja tajba u s-sorveljanza effettiva, inklużi l-mekkaniżmi tal-ġlieda kontra l-frodi, tal-awditjar u ta’ evalwazzjoni.
Parti VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
Il-Parti VIII tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali, proċedurali u finali li jiżguraw l-applikazzjoni effettiva, trasparenti u komuni ta’ dan ir-Regolament madwar l-UE. Tistabbilixxi qafas komprensiv għall-għoti, għall-iskambju u għall-pubblikazzjoni armonizzati ta’ informazzjoni, li jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra, lill-BEREC u lill-RSPB biex jitolbu informazzjoni proporzjonata, ġustifikata u f’waqtha mingħand l-impriżi, inkluż dwar is-sostenibbiltà, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data u s-sigrieti kummerċjali. Tipprevedi wkoll stħarriġ ġeografiku regolari dwar il-varar u t-tbassir tan-networks, li jippermetti azzjoni regolatorja bbażata fuq l-evidenza, li possibbilment tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet informati ta’ finanzjament pubbliku u ta’ ppjanar ikkoordinat, inkluż matul it-tranżizzjoni minn networks miruta għal dawk tal-fibra.
Il-Parti VIII issaħħaħ ukoll il-ċarezza, il-parteċipazzjoni u l-konsistenza regolatorja permezz ta’ mekkaniżmi strutturati ta’ konsultazzjoni u trasparenza. Teħtieġ konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozzi ta’ miżuri b’impatt sinifikanti fuq is-suq, proċeduri ta’ konsultazzjoni aċċessibbli u l-involviment sistematiku tal-utenti finali, inklużi l-konsumaturi u l-utenti finali b’diżabbiltà, u partijiet ikkonċernati oħra. Fil-livell tal-UE, din tintroduċi proċeduri ta’ armonizzazzjoni u ta’ standardizzazzjoni li jippermettu lill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-BEREC jew tal-RSPB, tindirizza d-diverġenzi li jirriskjaw li jifframmentaw is-suq uniku, filwaqt li tippromwovi standards tekniċi interoperabbli u li jibqgħu validi fil-futur b’mod teknoloġikament newtrali.
Il-Parti VIII tipprovdi regoli ċari dwar is-soluzzjoni għat-tilwim, il-konformità, l-infurzar u ċ-ċertezza legali. Din tistabbilixxi mekkaniżmi għas-soluzzjoni barra mill-qorti u regolatorji għat-tilwim fil-livell nazzjonali u transfruntier, ikkomplementati minn gwida u minn konċiljazzjoni volontarja biex jitħeġġu prattiki tal-ekosistema kooperattivi, innovattivi u sostenibbli. Tistabbilixxi setgħat ta’ infurzar, penali u salvagwardji proporzjonati, inklużi d-drittijiet ta’ appell, u tiddefinixxi l-użu ta’ setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni, proċeduri ta’ kumitat, monitoraġġ, rieżami u arranġamenti tranżizzjonali.
2026/0013 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-networks diġitali, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120, id-Direttiva 2002/58/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (l-Att dwar in-Networks Diġitali)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 24 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 25 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1)It-teknoloġiji qed jevolvu malajr, it-traffiku tad-data qed jikber b’mod sinifikanti, u d-domanda għall-konnettività tal-gigabits qed tiżdied. Infrastrutturi diġitali moderni u sostenibbli għall-konnettività u għall-computing huma faċilitaturi kritiċi għad-diġitalizzazzjoni u, għalhekk, kemm għall-kompetittività industrijali kif ukoll għas-soċjetà biex tibbenefika bis-sħiħ mis-servizzi diġitali. Għal dik ir-raġuni, hija meħtieġa konnettività ta’ kwalità għolja, sigura u reżiljenti għal kulħadd u kullimkien fl-Unjoni, inkluż aċċess affordabbli għal persuni b’introjti baxxi, u fit-territorji kollha, inklużi ż-żoni rurali u remoti, il-gżejjer, u r-reġjuni muntanjużi, b’popolazzjoni baxxa, jew ir-reġjuni ultraperiferiċi.
(2)Is-suq intern fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għadu frammentat f’27 suq nazzjonali u l-operaturi Ewropej għadhom jiffaċċjaw ostakli biex joperaw b’mod transfruntier u jagħmlu scaling-up, jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jinvestu, jinnovaw, u jikkompetu fl-ekosistema tal-konnettività estiża f’kundizzjonijiet ekwi. Atturi oħra li jidħlu fl-ekosistema usa’ tal-konnettività bħall-fornituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet (“CAPs”, Content and Application Providers) qed jibbenefikaw fil-biċċa l-kbira minn reġim ta’ pajjiż tal-istabbiliment u, għalhekk, joperaw fl-Unjoni f’suq uniku wieħed. Dawn il-kundizzjonijiet li ma humiex ekwi fost diversi atturi fl-ekosistema ġew rikonoxxuti fil-White Paper tal-Kummissjoni “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” 26 , kif ukoll fir-Rapport Letta 27 . F’dan il-kuntest, fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2025, il-Kunsill Ewropew enfasizza li huma meħtieġa sforzi partikolari biex “jissaħħaħ is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi”.
(3)Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 stabbiliet il-miri diġitali tal-“Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali” għall-2030. Dak il-Programm jirrifletti l-miri tal-konnettività mistennija fejn l-utenti finali kollha f’post fiss ikunu koperti min-network tal-gigabits sal-punt tat-terminazzjoni tan-network, u ż-żoni popolati kollha jkunu koperti minn networks bla fili ta’ veloċità għolja tal-ġenerazzjoni li jmiss bi prestazzjoni tal-inqas ekwivalenti għal dik tal-5G. Sabiex jintlaħqu dawk il-miri, jenħtieġ li l-politiki jissimplifikaw u jħaffu l-varar ta’ networks tal-gigabits fissi u bla fili madwar l-Unjoni, u jbaxxu l-kostijiet tiegħu, inkluż billi jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għall-operaturi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.
(4)Id-Direttiva (UE) 2018/1972 ħolqot il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (il-“KEKE”). Il-KEKE, permezz tal-objettivi tiegħu ta’ promozzjoni tal-konnettività u tal-aċċess għal networks avvanzati, u l-adozzjoni tagħhom, għen biex tinkiseb jew tinżamm kompetizzjoni effettiva fis-swieq għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sal-21 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri kienu meħtieġa jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jimplimentaw il-KEKE fil-liġi nazzjonali tagħhom. It-traspożizzjoni sħiħa fis-27 Stat Membru kollha tlestiet biss fl-2024. Tali dewmien mill-adozzjoni tad-Direttiva sat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri ma għadux xieraq għat-trasformazzjonijiet rapidi tat-teknoloġija fil-kuntest ġeopolitiku u ekonomiku kurrenti, li jeħtieġu regoli li jista’ jkollhom impatt rapidu fuq is-suq. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali li huma relatati mad-dispożizzjonijiet tal-KEKE jmorru lil hinn minn dak li jkun strettament neċessarju għall-kompletezza u għall-konformità tat-traspożizzjoni. Għalhekk, peress li l-KEKE huwa Direttiva, dan irriżulta fi frammentazzjoni nazzjonali u, għalhekk, ma pprovdiex suq ġenwinament uniku. Għalhekk huwa neċessarju li l-KEKE jiġi ttrasformat f’regolament, u li d-dispożizzjonijiet tal-KEKE jingħaqdu ma’ dispożizzjonijiet li huma relatati mal-objettivi iżda li huma stabbiliti f’direttivi oħra, jew f’regolamenti jew f’deċiżjonijiet, inkluż ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2018/1972, ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , partijiet mir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 jingħaqdu f’regolament wieħed, l-Att dwar in-Networks Diġitali.
(5)Fil-White Paper tagħha tal-2024 “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” 33 , il-Kummissjoni osservat li s-settur tal-konnettività għaddej minn bidliet teknoloġiċi sinifikanti, fejn l-infrastrutturi diġitali qed isiru bbażati fuq il-cloud u fuq l-IA u l-ekosistema tal-konnettività qed titwessa’ biex tipprovdi servizzi innovattivi ġodda. Għalhekk, huwa neċessarju li titqies l-evoluzzjoni min-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lejn “networks diġitali”.
(6)Dan ir-Regolament ma jkoprix il-kontenut imwassal fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħax-xandir tal-kontenut, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjetà tal-informatika, u huwa bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali b’rabta ma’ dawk is-servizzi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, sabiex jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu tal-media. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert fid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .. Ir-regolamentazzjoni tal-politika awdjoviżiva u tal-kontenut għandhom l-għan li jiksbu l-objettivi ta’ interess ġenerali, bħal-libertà ta’ espressjoni, il-pluraliżmu tal-media, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minorenni. Is-separazzjoni bejn ir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni tal-kontenut ma taffettwax il-kunsiderazzjoni tar-rabtiet li jeżistu bejniethom, b’mod partikolari biex jiġu ggarantiti l-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-konsumatur. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, jikkontribwixxu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-politiki li jimmiraw sabiex jippromwovu dawk l-objettivi.
(7)Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni għat-tagħmir tar-radju tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , iżda jkopri r-riċevituri tar-radju tal-karozzi u tar-radju tal-konsumaturi, u t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumaturi. Sabiex jiġu pprovduti salvagwardji għall-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, huwa neċessarju li jiġu rregolati ċerti aspetti tat-tagħmir tar-radju kif definit fid-Direttiva 2014/53/UE u tat-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà. Huwa importanti li r-regolaturi nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra jħeġġu lill-operaturi tan-networks u lill-manifatturi tat-tagħmir biex jikkooperaw bl-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-utenti finali b’diżabbiltà għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat fir-rigward tar-reġim ta’ awtorizzazzjoni tat-tagħmir terminali tar-radju, jenħtieġ li jiġi regolat ukoll l-użu mhux esklużiv tal-ispettru tar-radju għall-użu proprju ta’ tali tagħmir terminali tar-radju.
(8)Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kapaċitajiet tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qegħdin jiżdiedu bla heda. Filwaqt li fil-passat l-attenzjoni kienet prinċipalment fuq it-tkabbir tal-wisa’ tal-banda disponibbli b’mod ġenerali u fuq kull utent individwali, qiegħda dejjem tiżdied l-importanza ta’ parametri oħra bħalma huma r-rati tad-data downlink u uplink, il-latenza, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà. Ir-risposta kurrenti għal dik id-domanda hija li l-fibra titressaq eqreb tal-utent finali u n-“networks tal-gigabits” tal-futur jeħtieġu parametri ta’ prestazzjoni li huma ekwivalenti għal dak li network ibbażat fuq l-elementi fibrottiċi jista’ jipprovdi, mill-inqas, sal-punt tat-terminazzjoni tan-network. Fil-każ tal-konnessjoni bla fili, dan jikkorrispondi għall-prestazzjoni tan-network li hi simili għal dak li jista’ jinkiseb abbażi ta’ installazzjoni fibrottika f’stazzjon bażi, meqjus li huwa l-punt tat-terminazzjoni tan-network. Dawn in-networks tal-gigabits, kemm fissi kif ukoll dawk mobbli, huma kapaċi jipprovdu rati tad-data sa mill-inqas gigabit wieħed fis-sekonda fl-uplink u fid-downlink, kif ukoll parametri oħra ta’ prestazzjoni avvanzata bħal latenza baxxa u stabbiltà għolja. It-terminu “network tal-gigabits” jissostitwixxi t-terminu “network b’kapaċità kbira ħafna” b’karatteristiċi ta’ prestazzjoni aġġornati li jikkorrispondu għall-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq. B’riżultat ta’ dan, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe referenza għal “network b’kapaċità kbira ħafna” kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha tinftiehem bħala “network tal-gigabits” kif definit f’dan ir-Regolament.
(9)Ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont dan ir-Regolament setgħu wkoll jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ “servizz tas-soċjetà tal-informatika” stabbilita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 . Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva li jirregolaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika japplikaw għal dawk is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sa fejn dan ir-Regolament jew atti legali oħra tal-Unjoni ma jinkludux dispożizzjonijiet aktar speċifiċi applikabbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Madanakollu, is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħat-telefonija bil-vuċi, is-servizzi tal-messaġġi u s-servizzi tal-posta elettronika huma koperti b’dan ir-Regolament. L-istess impriża, pereżempju fornitur tas-servizz tal-internet, tista’ toffri kemm servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-aċċess għall-internet, u servizzi mhux koperti minn dan ir-Regolament, bħall-forniment ta’ kontenut ibbażat fuq l-internet u kontenut mhux relatat mal-komunikazzjonijiet.
(10)L-istess impriża, pereżempju operatur tal-kejbil, tista’ toffri kemm servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħat-twassil ta’ sinjali tat-televiżjoni, u servizzi mhux koperti f’dan id-Regolament, bħall-kummerċjalizzazzjoni ta’ offerta ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir awdjo jew tat-televiżjoni, u għalhekk jistgħu jiġu imposti obbligi addizzjonali fuq tali impriża b’relazzjoni mal-attività tagħha bħala fornitur jew distributur tal-kontenut, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ Regolamenti oħra barra minn dawk ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stipulati f’anness ta’ dan ir-Regolament.
(11)Sabiex servizz jaqa’ taħt l-ambitu ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jkun ipprovdut b’mod normali fi skambju ta’ remunerazzjoni. Filwaqt li jiġi rrikonoxxut bis-sħiħ li l-protezzjoni ta’ data personali hija dritt fundamentali u li, għalhekk, id-data personali ma tistax titqies bħala komodità, aċċess, użu, jew inkella l-proċessar ta’ data personali, fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li jiġi ttrattat bl-istess mod bħar-remunerazzjoni, fejn il-fornitur ta’ servizz jitlob u l-utent finali jipprovdi b’mod konxju data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 direttament jew indirettament lill-fornitur. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom l-utenti finali jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni mingħajr ma jfornuha b’mod attiv, bħal data personali, inkluż l-indirizz IP, jew informazzjoni oħra ġġenerata awtomatikament, bħal informazzjoni miġbura u trażmessa permezz ta’ cookie jew teknoloġiji simili. Jenħtieġ li fi kwalunkwe każ il-proċessar ta’ data personali jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) dwar l-Artikolu 57 tat-TFUE 38 , teżisti remunerazzjoni wkoll skont it-tifsira tat-Trattat jekk il-fornitur tas-servizz jitħallas minn parti terza u mhux minn dak li jirċievi s-servizz. Għalhekk, jenħtieġ li l-kunċett ta’ remunerazzjoni jinkludi wkoll sitwazzjonijiet li fihom l-utent finali jkun espost għal reklami.
(12)Servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali huma servizzi li jippermettu skambju interpersonali u interattiv ta’ informazzjoni, li jkopri servizzi tradizzjonali bħal telefonati bil-vuċi tradizzjonali bejn żewġ individwi, iżda jinkludi wkoll it-tipi kollha ta’ emails, ta’ servizzi tal-messaġġi, jew ta’ group chats. Is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali jkopru biss komunikazzjonijiet bejn numru finit ta’ persuni fiżiċi, jiġifieri mhux potenzjalment illimitat, li jiġi ddeterminat minn min jibgħat il-komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-komunikazzjonijiet li jinvolvu persuni ġuridiċi jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni fejn persuni fiżiċi jaġixxu f’isem dawk il-persuni ġuridiċi jew ikunu involuti mill-inqas fuq naħa waħda tal-komunikazzjoni. Komunikazzjoni interattivi tfisser li s-servizz jippermetti lir-riċevitur tal-informazzjoni jwieġeb. Servizzi li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti, bħax-xandir lineari, vidjow fuq talba, siti web, networks soċjali, bloggijiet, jew skambju ta’ informazzjoni bejn il-magni, jenħtieġ li ma jitqisux bħala li huma servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li servizz ma jitqiesx bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali jekk il-faċilità ta’ komunikazzjoni interpersonali u interattiva hija karatteristika minuri u purament anċillari għal servizz ieħor u għal raġunijiet tekniċi oġġettivi ma jistax jintuża mingħajr dak is-servizz prinċipali, u l-integrazzjoni tiegħu mhix mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tar-regoli li jirregolaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Bħala elementi ta’ eżenzjoni mid-definizzjoni, jenħtieġ li t-termini “minuri” u “purament anċillari” jiġu interpretati b’mod ristrett u minn perspettiva oġġettiva tal-utent finali. Karatteristika tal-komunikazzjonijiet interpersonali tista’ titqies bħala minuri meta l-utilità oġġettiva tagħha għal utent finali tkun limitata ħafna u fejn fir-realtà bilkemm tintuża mill-utenti finali. Eżempju ta’ karatteristika li tista’ titqies bħala li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali tista’ tkun, fil-prinċipju, kanal ta’ komunikazzjoni f’logħob online, li jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-faċilità tal-komunikazzjoni tas-servizz.
(13)Is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li jużaw numri minn pjan nazzjonali u internazzjonali ta’ numerazzjoni jkunu konnessi ma’ riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati pubblikament. Dawk is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jinkludu kemm is-servizzi li jiġu assenjati numri tal-utenti finali biex jiġu żgurati l-konnettività minn tarf sa tarf u s-servizzi li jippermettu lill-utenti finali jilħqu l-persuni li lilhom ikunu ġew assenjati t-tali numri. Jenħtieġ li s-sempliċi użu ta’ numru bħala identifikatur ma jitqiesx li jkun ekwivalenti għall-użu ta’ numru ta’ konnessjoni ma’ numri assenjati pubblikament u, għalhekk, fih innifsu, jenħtieġ li ma jitqiesx li jkun suffiċjenti biex servizz jikkwalifika bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri. Is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li jiġu soġġetti għall-obbligi biss fejn l-interessi pubbliċi jeħtieġu li obbligi regolatorji speċifiċi japplikaw għat-tipi kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, irrispettivament minn jekk dawn jużawx numri għall-forniment tas-servizz tagħhom jew le. Huwa ġġustifikat li s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jitqiesu b’mod differenti, peress li dawn jipparteċipaw f’ekosistema interoperabbli pubblikament assigurata u, għalhekk, jibbenefikaw minnha wkoll.
(14)Il-punt tat-terminazzjoni tan-network jirrappreżenta konfini għal finijiet regolatorji bejn il-qafas regolatorju għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni tat-tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet. Id-definizzjoni tal-post tal-punt tat-terminazzjoni tan-network hija r-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali
(15)Jenħtieġ li l-kunċett ta’ interkonnessjoni jinftiehem bħala li jirreferi primarjament għall-interkonnessjoni teknika bejn in-networks, irrispettivament minn jekk tali networks ikunux networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew networks privati inklużi dawk li huma ta’ fornituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet jew imħaddma minnhom, inklużi infrastrutturi ta’ twassil tal-kontenut. L-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali wasslu għal żieda fil-varar ta’ caches, ta’ nodi għat-twassil tal-kontenut, u ta’ tekniki oħra li jtejbu l-iskambju tat-traffiku u jottimizzaw il-prestazzjoni minn tarf sa tarf, u b’hekk jirriżultaw f’kooperazzjoni teknika aktar mill-qrib u f’interkonnessjoni aktar frekwenti bejn in-networks pubbliċi u privati.
(16)Jenħtieġ li l-objettivi tal-qafas regolatorju l-ġdid jiġu aġġornati wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-settur u jiġi żgurat li dan ikun jista’ jadatta għall-iżviluppi futuri. Bit-trasformazzjoni teknoloġika tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lejn networks diġitali li jintegraw soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud u fuq l-intelliġenza artifiċjali (“IA”), l-ekosistema tal-konnettività qed tespandi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jappoġġa l-kompetittività tas-settur u l-kapaċità li tiġi nnavigata b’suċċess din it-trasformazzjoni. Jenħtieġ li jrawwem l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni effettiva fost il-firxa wiesgħa ta’ atturi fl-ekosistema estiża tal-konnettività.
(17)Jenħtieġ li, bil-ħsieb li jiżdiedu l-kompetittività u r-reżiljenza tas-settur, dan ir-Regolament jiffaċilita l-iżvilupp ta’ suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi billi jintroduċi miżuri simplifikati u aktar armonizzati, jiffaċilita l-espansjoni fl-Unjoni, jappoġġa u jinċentiva l-innovazzjoni u l-investiment f’networks u f’servizzi moderni, reżiljenti u sostenibbli. Dan jenħtieġ li jinkludi l-iffaċilitar tal-forniment transfruntier ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi pan-Ewropej ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita kif ukoll l-iżvilupp ta’ networks diġitali trans-Ewropej.
(18)It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-infrastruttura u tas-servizzi diġitali tal-Unjoni huwa ta’ importanza vitali fid-dawl tal-preparatezza dejjem akbar kontra d-diżastri naturali, it-theddid u l-kriżijiet ikkawżati mill-bniedem, kif ukoll l-interferenza fin-networks u fis-sinjali tar-radju. Għal dan l-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament isaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, jiżgura infrastruttura u servizzi diġitali reżiljenti u jiżgura l-preparatezza għal kontinġenzi, bħal attakki fiżiċi, ċibernetiċi u ibridi u diżastri naturali, jagħmel disponibbli miżuri ta’ mitigazzjoni, itejjeb ir-reżiljenza, b’mod partikolari r-ridondanza ta’ segmenti kritiċi tan-network fuq il-bażi tal-integrazzjoni koerenti ta’ networks terrestri u mhux terrestri, u jipprovdi għall-kapaċitajiet meħtieġa tan-network biex is-soċjetà tirrispondi għall-kriżijiet.
(19)Peress li l-konġestjonijiet u l-ostakli għad-dħul għadhom fil-livell tal-infrastruttura, inkluż bħala konsegwenza tat-tranżizzjoni għall-fibra, huwa neċessarju li tiġi żgurata kompetizzjoni sostenibbli permezz tal-implimentazzjoni ta’ qafas regolatorju simplifikat għall-aċċess li jindirizza l-falliment tas-suq, sabiex l-utenti finali jkomplu jibbenefikaw minn għażla akbar ta’ servizzi avvanzati affordabbli u ta’ kwalità għolja.
(20)Huwa neċessarju li jitnaqqsu r-regoli speċifiċi ex ante tas-settur fil-futur filwaqt li tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq u, finalment, biex jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu regolati biss bid-dritt tal-kompetizzjoni. Dan kien l-għan mill-ewwel qafas regolatorju għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ġie adottat fl-2009. Madankollu, il-qafas kurrenti rriżulta fi frammentazzjoni nazzjonali u ma kisibx il-kompletar tas-suq uniku, u għalhekk hija meħtieġa aktar konsistenza fl-obbligi regolatorji ante. Meta wieħed iqis li s-swieq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi wrew dinamika kompetittiva qawwija fis-snin reċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex ante jiġu imposti biss fejn ikun hemm falliment tas-suq fis-swieq ikkonċernati, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kompetizzjoni.
(21)Huwa neċessarju wkoll li jingħataw inċentivi xierqa għall-investiment f’networks tal-gigabits (inklużi networks tal-5G avvanzati, tas-6G, tal-fibra, tal-kejbils tal-komunikazzjoni sottomarini, networks ewlenin) li jappoġġaw l-innovazzjoni f’servizzi tal-internet mimlija kontenut u li jsaħħu l-kompetittività ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa vitali li jiġi promoss investiment effiċjenti fl-iżvilupp ta’ dawk in-networks u s-soluzzjonijiet, u li tiġi appoġġata d-disponibbiltà mifruxa u l-adozzjoni ta’ networks tal-gigabits u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż bit-tranżizzjoni f’waqtha għal ambjent kompletament ibbażat fuq il-fibra madwar l-Unjoni.
(22)Għall-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, u l-partijiet konċernati, l-objettiv tal-konnettività jirriżulta, minn naħa waħda, li jiġu mmirati n-networks u s-servizzi bl-akbar kapaċità ekonomikament sostenibbli f’żona partikolari, u, min-naħa l-oħra, li tinkiseb il-koeżjoni territorjali, fis-sens ta’ konverġenza fil-kapaċità disponibbli f’żoni differenti.
(23)Sabiex il-qafas ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jiġi allinjat mill-qrib mal-objettivi tal-Unjoni rigward it-tranżizzjoni tiegħu għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, huwa neċessarju li jiġu promossi networks u servizzi sostenibbli billi jiġu appoġġati kundizzjonijiet ta’ investiment attraenti għal networks u għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. B’mod partikolari, jenħtieġ li dak l-objettiv jiġi allinjat mat-trawwim tal-konnettività li tippermetti l-effiċjenza enerġetika u n-newtralità karbonika f’setturi industrijali oħra u l-investiment f’infrastruttura tal-konnettività effiċjenti fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-qafas aġġornat tat-tassonomija u mal-Kodiċi ta’ Kondotta relatat tal-Unjoni għas-Sostenibbiltà tan-Networks tat-Telekomunikazzjoni. Huwa neċessarju wkoll li titrawwem il-kooperazzjoni fost l-atturi involuti fit-twassil tas-servizzi minn tarf sa tarf fir-rigward tal-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku tad-data.
(24)Sabiex jinkisbu l-objettivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, fejn neċessarju, jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u mal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”, Body of European Regulators for Electronic Communications), mal-Korp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (“RSPB”, Radio Spectrum Policy Body) u mal-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (“ODN”, Office for Digital Networks).
(25)Bħala segwitu għas-Sejħa ta’ Nevers tad-9 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri wettqu valutazzjoni tar-riskju tal-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni u tan-networks tal-komunikazzjonijiet tal-Ewropa. Sabiex jiġu mmitigati r-riskji identifikati, dik il-valutazzjoni ppreżentat numru ta’ rakkomandazzjonijiet strateġiċi u tekniċi għall-Istati Membri, għall-Kummissjoni u għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (“ENISA”, European Union Agency for Cybersecurity), li għandhom jiġu implimentati bl-appoġġ tal-BEREC. Fost rakkomandazzjonijiet strateġiċi oħra, il-valutazzjoni tar-riskju tipproponi li (i) tiġi vvalutata r-reżiljenza tal-interkonnessjonijiet internazzjonali, (ii) jiġu vvalutati l-kritikalità, ir-reżiljenza u r-ridondanza tal-infrastruttura ewlenija tal-Internet, bħal kejbils tal-komunikazzjoni sottomarini, u (iii) jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Unjoni u tittieħed azzjoni koordinata biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni. Sabiex tinkiseb preparatezza effettiva u tissaħħaħ ir-reżiljenza, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi fil-livell tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ gwida komuni u kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni.
(26)In-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jiffurmaw sinsla kritika tas-soċjetà u tal-ekonomija tal-Unjoni. Filwaqt li d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 tindirizza ċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ta’ entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll ta’ dawk kritiċi, hemm bżonn li jkomplu jittejbu r-reżiljenza, il-preparatezza u l-kontinwità ġenerali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-livell tal-Unjoni, inkluż f’sitwazzjonijiet li jinvolvu interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure transfruntiera jew fuq skala kbira, naturali jew ikkawżata mill-bniedem li jistgħu jaffettwaw lill-popolazzjoni b’mod negattiv. Jenħtieġ li l-ODN ikollu rwol ċentrali ta’ koordinazzjoni fir-rigward tar-reżiljenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, abbażi tal-kompetenza, tas-sorveljanza tas-suq u tal-perspettiva tal-Unjoni kollha. Bħala tali, jenħtieġ li l-ODN jiskambja u jikkoordina mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mal-Kummissjoni u ma’ korpi u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, inkluża l-ENISA, kif ukoll, fejn xieraq, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NATO, dwar kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni, mal-monitoraġġ, mal-analiżi u mal-preparatezza fil-livell tal-Unjoni ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għar-reżiljenza ġenerali tas-soċjetà u tal-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwoli tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tan-Networks u tas-Sistemi ta’ Informazzjoni (il-“Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS”, Network and Information Systems) u tan-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (“EU-CyCLONe”, EU Cyber Crises Liaison Organisation Network) taħt l-oqfsa taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni.
(27)F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-ODN jingħata l-kompitu li jiżgura approċċ koerenti u transfruntier għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li r-rwol tal-ODN jikkomplementa u jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2022/2555, b’enfasi fuq il-preparatezza għas-sistema kollha, fuq infrastrutturi interkambjabbli, fuq il-kontinwità tan-networks u tas-servizzi trans-Ewropej u fuq ir-rispons koordinat għall-kriżijiet.
(28)Fl-Unjoni, meta jinqalgħu interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżata mill-bniedem, li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lill-popolazzjoni, id-disponibbiltà u l-kapaċitajiet speċifiċi tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma kruċjali peress li jippermettu lill-popolazzjoni tirċievi informazzjoni f’waqtha, iżżomm interazzjonijiet soċjali u ekonomiċi, u taċċessa servizzi pubbliċi u dawk relatati mal-emerġenzi, u jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jikkomunikaw mal-popolazzjoni u jorganizzaw sforzi ta’ salvataġġ u ta’ sokkors. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2022/2555, jenħtieġ li l-fornituri kollha ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku u fornituri oħra taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jadottaw miżuri biex jikkontribwixxu għall-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet meta jinqalgħu każijiet bħal dawn. Il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jintużaw, b’mod sħiħ jew prinċipalment, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika disponibbli għall-pubbliku, bħal kejbils sottomarini tal-komunikazzjoni, jistgħu jiżguraw li jkun hemm ridondanza f’sitwazzjonijiet kritiċi bħal dawn. Jenħtieġ li sa fejn ikun teknikament possibbli u sa fejn jinqeda l-interess pubbliku, jikkooperaw u jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, jekk in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jiġu interrotti b’mod kritiku mill-eventi fuq skala kbira msemmija hawn fuq.
(29)Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu jistgħu jitolbu għajnuna jew assistenza mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u jirċievu informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti b’mod li jkunu jistgħu jipperċepixxu u jifhmu permezz ta’ twissijiet pubbliċi f’każ ta’ eventi fuq skala kbira li jkollhom il-potenzjal li jaffettwaw b’mod negattiv il-popolazzjoni, bħal ħsarat katastrofiċi fin-network jew f’każ ta’ force majeure. B’mod simili, il-komunikazzjonijiet kritiċi, li jippermettu lis-servizzi ta’ emerġenza u lill-awtoritajiet pubbliċi inkarigati mis-sigurtà u mis-sikurezza jwettqu l-missjoni tagħhom, jenħtieġ li jkunu disponibbli bis-sħiħ. Konsegwentement, jenħtieġ li l-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jadottaw miżuri speċifiċi biex jiżguraw komunikazzjonijiet elettroniċi mingħajr interruzzjoni, inkluż it-traffiku tal-internet, sa fejn ikun neċessarju biex jitwasslu b’mod effettiv il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u t-twissijiet pubbliċi mill-utenti finali kollha jew mill-popolazzjoni affettwata u lilha. Il-komunikazzjonijiet kritiċi li normalment jiġu pprovduti f’network dedikat ta’ awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiġu implimentati bħala servizz speċjalizzat appoġġat minn teknoloġiji ġodda, bħall-partizzjoni tan-network, li jenħtieġ li jibbenefikaw minn kapaċità suffiċjenti tan-network biex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Jekk ikun neċessarju li tiġi żgurata l-kwalità ta’ servizzi bħal dawn, jenħtieġ li t-traffiku relatat jingħata prijorità u jenħtieġ li jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet kritiċi jibqgħu disponibbli. Jenħtieġ li s-sistemi nazzjonali ta’ ċentri li jirċievu t-telefonati ta’ emerġenza u s-sistemi ta’ twissija pubblika jitfasslu biex ikunu ridondanti u reżiljenti f’każ ta’ eventi fuq skala kbira li jkollhom il-potenzjal li jaffettwaw b’mod negattiv il-popolazzjoni.
(30)Qabel ma jiġu implimentati bidliet sinifikanti fin-networks li jintużaw biex jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u ċentri li jirċievu t-telefonati ta’ emerġenza (“PSAPs”, Public Safety Answering Points) jieħdu l-passi neċessarji kollha, inkluż l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ soluzzjonijiet sabiex jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà kontinwi ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa għall-utenti finali u biex jiżguraw il-possibbiltà kontinwa li jintbagħtu twissijiet pubbliċi lill-utenti finali. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru pjan direzzjonali li jindika l-proċess tal-migrazzjoni, u li jkun fih biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat ir-riskju maħluq għad-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u għall-utenti finali potenzjalment affettwati. Jenħtieġ li pjan direzzjonali bħal dan jiġi pprovdut sabiex l-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuq it-teknoloġija kurrenti jiġu informati fil-ħin u sabiex ikunu jistgħu jħejju għat-teknoloġiji l-ġodda jew jadattaw għalihom u jevitaw il-waqfien tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fuq l-apparati li jkunu qed jużaw.
(31)Bħala parti minn miżuri li jsaħħu r-reżiljenza fit-tul, jenħtieġ li l-iżvilupp tal-konnettività integrata reżiljenti, fost l-oħrajn, jindirizza l-preparatezza għall-adozzjoni ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata bħat-teknoloġiji emerġenti ta’ komunikazzjoni kwantistika, biex tiġi żgurata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ komunikazzjonijiet siguri b’mod partikolari f’segmenti kritiċi tan-network. F’dan ir-rigward, hija neċessarja t-tranżizzjoni għall-kriptografija postkwantistika. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni kwantistika appoġġata minn networks tal-komunikazzjonijiet bbażati fuq il-fibra jista’ jkollha rwol importanti. L-Infrastruttura Ewropea tal-Komunikazzjoni Kwantistika (“EuroQCI”, European Quantum Communication Infrastructure), imfassla biex issir parti integrali mis-sistema l-ġdida tal-Unjoni ta’ komunikazzjoni sigura bbażata fuq l-ispazju (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita – “IRIS2”, Infrastructure for Resilience, Interconnectivity and Security by Satellite), tista’ tkun mutur għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ komunikazzjonijiet siguri għall-benefiċċju tal-gvernijiet u tan-negozji madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li s-sigurtà ta’ data sensittiva u ta’ infrastruttura kritika tissaħħaħ billi tiġi żgurata tranżizzjoni f’waqtha għall-kriptografija postkwantistika, billi jiġu integrati b’mod progressiv sistemi bbażati fuq il-kwantistika fl-infrastruttura ta’ komunikazzjoni eżistenti u billi tiġi żviluppata ekosistema u industrija reżiljenti tal-komunikazzjoni kwantistika fl-Unjoni.
(32)Sabiex tiġi żgurata preparatezza effettiva tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-infrastruttura diġitali, kif ukoll il-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri, ta’ kriżijiet jew ta’ force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem, u d-dipendenza fuq interkonnessjonijiet nazzjonali u transfruntieri reżiljenti, jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-BEREC fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma tal-preparatezza u tal-maniġġar ta’ kriżijiet. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-BEREC jikkomplementa l-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiżgura livell għoli ta’ preparatezza u ta’ reżiljenza billi jadotta rapport intitolat “Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali” (il-“Pjan”), imħejji mill-ODN. Jenħtieġ li l-Pjan jikkonsisti f’valutazzjoni komprensiva, f’rakkomandazzjonijiet operazzjonali u fi prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet. Jenħtieġ li dawn jiżguraw approċċ konsistenti għar-reżiljenza madwar l-Unjoni inkluż għall-mekkaniżmi ta’ finanzjament li jiżguraw ir-ridondanza u jsaħħu l-preparatezza fil-livell tal-Unjoni għall-kriżijiet.
(33)Il-mudell tal-BEREC għall-ġbir tad-data dwar ir-reżiljenza tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jenħtieġ li jappoġġa t-tħejjija tal-Pjan, jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-kapaċità, l-arkitettura, l-abbiltajiet u l-użu tas-segmenti tan-network, li huma meqjusa kruċjali biex jiġu żgurati r-reżiljenza u l-kontinwità ġenerali tas-servizzi fuq l-iskala tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan jinkludi b’mod partikolari segmenti speċifiċi tan-network bħall-interkonnessjonijiet internazzjonali, in-networks ta’ aggregazzjoni, in-networks ewlenin, il-kejbils tal-komunikazzjoni sottomarini, inklużi l-istazzjonijiet fuq l-art tagħhom għall-konnessjoni tal-kejbils, in-networks satellitari integrati ma’ networks terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizz ta’ backup fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn in-networks, in-networks ta’ twassil tal-kontenut jew in-networks li jqabbdu faċilitajiet kbar ta’ ċentri ta’ data. Meta informazzjoni li tkun klassifikata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt nazzjonali tkun trid tiġi skambjata, irrapportata jew kondiviża b’xi mod ieħor skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli dwar it-trattament ta’ informazzjoni klassifikata. Fejn xieraq, jenħtieġ li s-sommarji mhux klassifikati li jippermettu l-koordinazzjoni operazzjonali jitħallew jiġu kondiviżi b’mod parallel.
(34)Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ODN jikkontribwixxi, fil-livell tal-Unjoni, għall-monitoraġġ, għall-analiżi u għas-sinteżi ta’ informazzjoni dwar l-arkitettura, il-kapaċità, il-kapaċitajiet tekniċi u r-reżiljenza tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u jappoġġa l-isforzi ta’ koordinazzjoni bl-għan li jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-kapaċitajiet akbar tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi matul interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżata mill-bniedem, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-oqfsa nazzjonali ta’ koordinazzjoni tar-rispons f’każ ta’ kriżi. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, l-identifikazzjoni ta’ żoni fejn tkun meħtieġa r-ridondanza, l-informar tal-politika strateġika u tad-deċiżjonijiet ta’ investiment biex tiġi appoġġata r-ridondanza, b’mod partikolari għan-networks diġitali trans-Ewropej u għall-programmi ta’ finanzjament futuri relatati, kif propost bħala parti mit-tieqa diġitali tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Il-valutazzjoni komprensiva tal-BEREC imħejjija mill-ODN jenħtieġ li tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet tan-network ta’ riżerva, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-mekkaniżmi eżistenti u emerġenti għall-prijoritizzazzjoni tat-traffiku, inklużi l-partizzjoni tan-network u soluzzjonijiet oħra għall-ġestjoni tan-network u għall-ottimizzazzjoni tan-network li jipproteġu u jiżguraw il-komunikazzjonijiet. Dawn il-mekkaniżmi għandhom rwol importanti fl-iżgurar tal-kontinwità tan-networks u tas-servizzi ta’ komunikazzjoni essenzjali matul sitwazzjonijiet ta’ domanda akbar, ta’ konġestjoni tan-network, jew ta’ interruzzjonijiet oħra fil-komunikazzjoni, li jistgħu jseħħu matul il-kriżijiet.
(35)B’mod partikolari, is-servizzi speċjalizzati permessi minn kapaċitajiet avvanzati tan-network, bħall-partizzjoni tan-network, għandhom rwol dejjem aktar importanti fl-appoġġ ta’ każijiet ta’ użu b’rekwiżiti ogħla għas-sigurtà, għall-affidabbiltà u għal-latenza baxxa. Dan jinkludi applikazzjonijiet bħall-operat ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord, inklużi droni, li jeħtieġu livelli żgurati ta’ prestazzjoni, ta’ reżiljenza u ta’ iżolament minn traffiku ieħor biex jiġi żgurat funzjonament sikur u sigur. Id-disponibbiltà ta’ servizzi speċjalizzati bħal dawn tista’ tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-operaturi privati jvaraw applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà u kritiċi għas-sikurezza b’mod aktar effettiv, filwaqt li trawwem l-innovazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi tan-network, f’konformità mal-objettivi tal-Unjoni għas-sigurtà, għat-tmexxija teknoloġika u għall-iżvilupp ta’ servizzi diġitali avvanzati. Jenħtieġ li n-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jiġu sfruttati biex itejbu l-identifikazzjoni tad-droni u ta’ assi oħra li jtiru, kemm jekk ikunu konnessi man-network kif ukoll jekk le. B’mod partikolari, jenħtieġ li r-rilevament ċellolari jiġi żviluppat u varat b’mod progressiv fuq skala kbira bħala sistema ta’ sovrapożizzjoni u ta’ detezzjoni komplementari għall-applikazzjonijiet ċivili u militari, inklużi d-detezzjoni, it-trekkjar u t-traċċar ta’ theddid fl-ajru, kif ukoll id-detezzjoni ta’ interferenza.
(36)Ir-reżiljenza tal-Unjoni tiddependi dejjem aktar fuq konnettività li tibqa’ valida fil-futur u fuq dipendenzi strateġiċi mnaqqsa. Dan jitlob approċċ li jħares ’il quddiem li jsaħħaħ il-kapaċità tan-networks terrestri u mhux terrestri (satellitari) li jagħmlu interkonnessjoni u joperaw mingħajr xkiel, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Ir-reżiljenza tista’ tissaħħaħ permezz ta’ arkitetturi integrati u b’livelli tan-networks li jikkombinaw networks terrestri ma’ networks mhux terrestri (“NTNs”, Non-Terrestrial Networks), appoġġati mill-virtwalizzazzjoni, mir-ridondanza u mill-ġestjoni awtomatizzata tan-networks. Integrazzjoni bħal din tista’ żżomm komunikazzjonijiet essenzjali fejn l-infrastruttura terrestri ġġarrab ħsara jew konġestjoni, u ssaħħaħ il-kontinwità ġenerali tas-servizz. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-ODN jipparteċipa fil-monitoraġġ tas-suq u fl-iżviluppi teknoloġiċi, jidentifika l-konġestjonijiet għall-interoperabbiltà u għall-varar (inkluż bejn is-sistemi terrestri u dawk tal-NTN u għat-teknoloġiji emerġenti), u jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jappoġġa approċċ koerenti fil-livell tal-Unjoni għal konnettività reżiljenti.
(37)Jenħtieġ li l-ODN ikun jista’, fejn xieraq, u f’kooperazzjoni mal-korpi u mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, janalizza x-xenarju ta’ theddid li n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-Unjoni huma dejjem aktar esposti għalih. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, inċidenti ta’ interferenza dannuża fl-ispettru tar-radju. Inċidenti bħal dawn żdiedu f’dawn l-aħħar snin f’kuntest ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi akbar u jistgħu jaffettwaw id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, spiss b’implikazzjonijiet transfruntieri. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-ODN janalizza dawn ix-xejriet u jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti billi joħroġ rakkomandazzjonijiet operazzjonali. Jenħtieġ li dan ir-rwol jikkomplementa r-responsabbiltajiet nazzjonali u jikkontribwixxi għal rispons koordinat fil-livell tal-Unjoni.
(38)Sabiex jikkomplementa r-rispons regolatorju konsistenti u koordinat fil-livell tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-preparatezza għall-kriżijiet, jenħtieġ li l-BEREC jadotta prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet li jistabbilixxu proċeduri komuni u arranġamenti ta’ koordinazzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għal awtoritajiet kompetenti oħra, inkluż fil-maniġġar ta’ kriżijiet u fil-protezzjoni ċivili fil-każ ta’ interruzzjonijiet, ta’ kriżijiet jew ta’ force majeure naturali jew ikkawżata mill-bniedem. Jenħtieġ li dawk il-prattiki jiġu allinjati mal-oqfsa eżistenti tal-Unjoni u dawk nazzjonali għall-maniġġar ta’ kriżijiet u jappoġġaw azzjoni koerenti, inkluż permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni mas-sistemi rilevanti ta’ rispons għall-kriżijiet u ta’ koordinazzjoni tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-Unjoni u permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rispons għal inċidenti ċibernetiċi, fejn ikunu involuti inċidenti ċibernetiċi. Jenħtieġ li l-Pjan ikopri wkoll aspetti relatati mal-għarfien tas-sitwazzjoni rigward interruzzjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, il-komunikazzjonijiet kritiċi u t-trażmissjoni ta’ twissijiet pubbliċi f’konformità mal-obbligi li jirriżultaw mil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
(39)Skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu d-dritt tal-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi soġġetti biss għal reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali pjuttost flessibbli. L-objettiv huwa li jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ networks u ta’ servizzi ġodda filwaqt li l-fornituri ta’ servizzi u l-konsumaturi jitħallew jibbenefikaw mill-ekonomiji ta’ skala tas-suq intern. Dan ir-Regolament jappoġġa dan l-objettiv u jżomm il-libertà li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt awtorizzazzjoni ġenerali fl-Unjoni.
(40)Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali attwalment fis-seħħ hija bbażata fuq lista armonizzata iżda massima ta’ kundizzjonijiet li żammew il-flessibbiltà tal-Istati Membri biex jiddeċiedu liema kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali għandhom jorbtu mal-awtorizzazzjoni ġenerali fit-territorji tagħhom, kif għandhom jispeċifikawulterjorment fil-livell nazzjonali u l-possibbiltà li l-fornituri jintalbu jissottomettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lil awtoritajiet kompetenti oħra notifika li tindika l-intenzjoni tagħhom li jibdew jipprovdu s-servizzi. In-notifika kienet maħsuba biex ikollha natura dikjaratorja u ma kienet meħtieġa l-ebda deċiżjoni espliċita jew att amministrattiv espliċitu mill-awtorità regolatorja nazzjonali.
(41)Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 żvelat li n-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ġenerali unika u koordinata, żviluppata u implimentata fil-biċċa l-kbira fil-livell nazzjonali u n-nuqqas ta’ approċċ uniformi u koerenti għall-kundizzjonijiet applikabbli kif ukoll għall-proċeduri ta’ notifika minkejja l-mudell armonizzat u mhux obbligatorju tal-BEREC, wassal għal frammentazzjoni regolatorja u għal aktar ostakli għall-operaturi biex jagħmlu scale-up u joperaw b’mod transfruntier.
(42)Sabiex jingħelbu l-isfidi maħluqa mid-Direttiva (UE) 2018/1972 u sabiex il-fornituri jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, huwa neċessarju li jiġi introdott reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali modern applikabbli għat-tipi kollha ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi involuti fit-twassil ta’ servizzi diġitali disponibbli pubblikament u, b’xi eċċezzjonijiet, għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku.
(43)Fir-rigward tal-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li s-sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali ma tapplikax għal ċerti tipi ta’ networks li ma għandhomx l-iskop ewlieni li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew diġitali disponibbli għall-pubbliku. Eżempji huma networks li jintużaw l-aktar għal komunikazzjonijiet privati, interni jew magħluqa, determinati minn qabel tal-grupp ta’ utenti, inklużi networks li jintużaw biss għal konnessjonijiet interni bejn il-faċilitajiet tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni mhux maħsuba primarjament għal servizzi diġitali disponibbli għall-pubbliku. Fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Għall-kuntrarju ta’ kategoriji oħra tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ma jibbenefikawx mill-użu tar-riżorsi pubbliċi ta’ numerazzjoni u ma jipparteċipawx f’ekosistema interoperabbli assigurata pubblikament. Għalhekk, ma huwiex xieraq li dawk it-tipi ta’ servizzi ma jiġux soġġetti għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jistgħu jkunu soġġetti għal ċerti obbligi skont dan ir-Regolament.
(44)Jenħtieġ li r-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jkun soġġett għall-konformità ma’ lista iqsar u aġġornata ta’ kundizzjonijiet kompletament armonizzati applikabbli fl-Istati Membri kollha, kif ukoll ma’ xi kundizzjonijiet oħra li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni jew minn liġijiet nazzjonali oħra, iżda li għadhom ma humiex kompletament armonizzati, bħal regoli dwar l-aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji, inkluż dwar l-interċettazzjoni legali u ż-żamma ta’ data u r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT f’konformità mar-regoli taċ-ċibersigurtà, inkluż l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 .
(45)Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali jissottomettu notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikollhom l-intenzjoni li jibdew il-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fejn tali networks jew servizzi jkunu diġà pprovduti. Jenħtieġ li jitħallew ukoll jissottomettu notifika waħda biss lil Stat Membru wieħed f’każ li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu networks jew servizzi fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri skont ir-reġim tal-Passaport Uniku. Jenħtieġ li s-sistemi satellitari ma jkunux soġġetti għall-Passaport Uniku, iżda għal proċedura speċifika fil-livell tal-Unjoni.
(46)Jenħtieġ li n-notifika tuża mudell obbligatorju disponibbli mill-BEREC. Jenħtieġ li din tikkonsisti f’dikjarazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-intenzjoni li tibda l-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni ta’ informazzjoni limitata speċifikata aktar mill-mudell tal-BEREC relatat, inklużi d-dettalji tal-identità, ta’ kuntatt u tan-negozju, informazzjoni dwar in-networks jew is-servizzi maħsuba li jiġu pprovduti u ż-żona ġeografika tad-disponibbiltà tagħhom kif ukoll id-data stmata għall-bidu tal-attività.
(47)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jimponux rekwiżiti ta’ notifika addizzjonali jew separati. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jirrikjedu l-ebda dokument addizzjonali bħala parti mill-awtorizzazzjoni ġenerali li ma jkunx jinsab fil-mudell ta’ notifika tal-BEREC. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ notifika u l-aġġornamenti ta’ dawn ir-rekwiżiti jkunu minimi.
(48)Sabiex jitħeġġeġ il-forniment ta’ networks u ta’ servizzi transfruntieri, jenħtieġ li l-fornituri jitħallew jissottomettu n-notifika bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni jew mill-inqas bl-Ingliż.
(49)Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi tad-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha jaċċettaw in-notifiki online, pereżempju, permezz ta’ punt tad-dħul fis-sit web tal-awtorità rilevanti u, fejn ikun obbligat, permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali armonizzati bħall-kartieri tan-negozju, u jenħtieġ li ma jirrikjedux lill-fornituri jużaw ċertifikati diġitali limitati għat-territorju nazzjonali li ma humiex rikonoxxuti reċiprokament fi Stati Membri oħra u li ma humiex f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE 41 għall-ipproċessar transfruntier ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri ma jkunux meħtieġa li jkollhom rappreżentanti nazzjonali biex jinteraġixxu mal-awtoritajiet nazzjonali. Fl-iskambju tagħhom ta’ informazzjoni jew ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 .
(50)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti bl-ebda mod ma jfixklu l-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż għal raġunijiet ta’ inkompletezza ta’ notifika. Jenħtieġ li n-notifika biex jibdew l-attivitajiet tagħhom ma tinvolvix kostijiet amministrattivi għall-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
(51)Sabiex tiġi appoġġata koordinazzjoni transfruntiera effettiva, jenħtieġ li l-ODN iżomm bażi tad-data ċentrali tan-notifiki kollha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu biss notifiki sħaħ lill-ODN.
(52)Wara n-notifika, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkonfermaw għall-fornitur b’mezzi elettroniċi l-bidu tal-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi applikabbli fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri fejn il-fornitur ikun biħsiebu jipprovdi n-networks jew is-servizzi. Meta l-fornitur ikun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi networks jew servizzi biss fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, jenħtieġ li jikkonforma mal-kundizzjonijiet armonizzati ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u, fir-rigward ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, mal-kundizzjonijiet applikabbli fil-ġuriżdizzjoni ta’ dak l-Istat Membru.
(53)Jenħtieġ li l-konferma li l-fornituri jistgħu jibdew l-attivitajiet tagħhom tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi skont l-awtorizzazzjoni ġenerali. Il-fornituri jistgħu jeħtieġu tali konferma, pereżempju biex japplikaw għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jiksbu aċċess jew interkonnessjoni u drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, inklużi drittijiet ta’ aċċess, b’mod partikolari biex jiffaċilitaw negozjati ma’ livelli oħra, reġjonali jew lokali, tal-gvern jew ma’ fornituri ta’ servizzi fi Stati Membri oħra. Jekk fornitur jitlob dan, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tiġi pprovduta l-konferma fil-forma ta’ dikjarazzjoni. Jenħtieġ li tali dikjarazzjonijiet ma jikkostitwux weħidhom intitolamenti għal drittijiet u jenħtieġ li ebda dritt skont l-awtorizzazzjoni ġenerali, dritt ta’ użu jew l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ma jiddependi fuq dikjarazzjoni. Jenħtieġ li dikjarazzjoni sservi bħala konferma jew prova lil awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali oħra li l-fornitur ikun awtorizzat skont dan ir-Regolament.
(54)Meta jagħtu d-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinformaw lill-impriżi li lilhom jagħtuhom tali drittijiet dwar il-kundizzjonijiet rilevanti għall-użu tal-ispettru tar-radju fid-drittijiet individwali ta’ użu jew fil-konferma għall-operazzjonijiet taħt awtorizzazzjoni ġenerali.
(55)L-obbligi speċifiċi imposti fuq impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni minħabba li huma ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jiġu imposti separatament mid-drittijiet u mill-obbligi ġenerali skont l-awtorizzazzjoni ġenerali.
(56)Fil-każ ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mhux forniti lill-pubbliku, huwa xieraq li, jekk jiġu imposti obbligi, ikun hemm inqas minnhom u jkunu inqas stretti minn dawk iġġustifikati għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi forniti lill-pubbliku. Madankollu, dawn jibqgħu marbuta, fost l-oħrajn, b’obbligi relatati mal-interess pubbliku bħar-reżiljenza tan-network, il-preparatezza, iċ-ċibersigurtà, l-interċettazzjoni legali u ż-żamma ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. Għalkemm ma humiex soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali skont dan ir-Regolament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri.
(57)Jenħtieġ li l-proċedura tal-Passaport Uniku tiffaċilita l-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-proċedura tintemm permezz ta’ konferma lill-fornitur biex jibda l-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi. Jenħtieġ li jkun possibbli li jinħarġu dikjarazzjonijiet addizzjonali, iżda biss fuq talba minn fornitur u skont il-linji gwida tal-BEREC dwar l-awtorizzazzjoni ġenerali. Pereżempju, fejn meħtieġ, taħt il-konferma tal-Passaport Uniku, permezz tal-ODN il-fornitur jista’ jitlob dikjarazzjoni li tiddeskrivi f’liema ċirkostanzi l-fornitur ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont awtorizzazzjoni ġenerali jkollu d-dritt li japplika għal drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, tiġi nnegozjata l-interkonnessjoni, u jinkiseb aċċess għall-interkonnessjoni, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet, pereżempju, f’awtoritajiet pubbliċi oħra jew fir-rigward ta’ impriżi oħra. Dikjarazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiddeskrivu l-kriterji u l-proċedura rigward l-obbligi speċifiċi fuq impriżi individwali u jenħtieġ li jiġu pprovduti permezz tal-ODN mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn se jiġu pprovduti networks jew servizzi u fuq talba mill-fornitur. Jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC jispeċifikaw id-dettalji dwar il-possibbiltà li tintalab dikjarazzjoni bħal din.
(58)Huwa importanti li tiġi żgurata l-effettività tar-reġim tal-Passaport Uniku. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri jintalbu jikkooperaw flimkien biex jappoġġaw lill-BEREC u lill-ODN fl-iżvilupp u fl-aġġornament tal-linji gwida u tar-riżorsi ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istati Membri. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali.
(59)Il-benefiċċju sħiħ tar-reġim tal-Passaport Uniku jista’ jinkiseb biss jekk l-ispeċifiċitajiet nazzjonali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jitnaqqsu għall-minimu. Dan japplika wkoll għal regoli li ma humiex parti mill-Att dwar in-Networks Diġitali (DNA, Digital Networks Act) bħal fl-oqsma taċ-ċibersigurtà jew tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC jidentifikaw oqsma fejn ikun neċessarju allinjament ulterjuri bejn ir-regoli nazzjonali jew l-implimentazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-elementi jservu bħala bażi għas-segwitu mill-Kummissjoni, mill-korpi kompetenti tal-Unjoni, jew minn gruppi ta’ esperti oħra biex jiġu indirizzati dawn ir-regoli. Sabiex jappoġġaw dawn l-attivitajiet, jenħtieġ li l-punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali deżinjati jikkooperaw mill-qrib mal-ODN u ma’ xulxin, dwar kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali relatati mal-leġiżlazzjoni u mal-proċeduri nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, applikabbli għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari relatati maċ-ċibersigurtà jew mal-infurzar tal-liġi.
(60)B’mod partikolari, jenħtieġ li l-punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali deżinjati jikkomunikaw lill-ODN kwalunkwe speċifikazzjoni rigward l-implimentazzjoni nazzjonali tal-kundizzjonijiet armonizzati ta’ awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, kif ukoll kwalunkwe proċedura nazzjonali stabbilita biex il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jsiru effettivi. Meta fi Stat Membru jkun hemm awtoritajiet differenti responsabbli għall-infurzar tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet nazzjonali jaħdmu mill-qrib mal-punti uniċi ta’ kuntatt deżinjati.
(61)Jenħtieġ li l-punti uniċi ta’ kuntatt nazzjonali deżinjati jipprovdu wkoll assistenza reċiproka fir-rigward tal-infurzar tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali f’konformità mal-linji gwida tal-BEREC.
(62)Jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika jkollha s-setgħa li timponi penali għall-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, dment li l-awtorità regolatorja nazzjonali fejn jiġu pprovduti n-networks jew is-servizzi ma tkunx diġà imponiet penali għall-ksur tal-istess kundizzjonijiet. Jenħtieġ li l-penali jiġu imposti f’konformità mad-dritt nazzjonali u jistgħu jinkludu, f’każ ta’ ksur serju, u fejn neċessarju wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri affettwati, l-irtirar tad-dritt li jiġu pprovduti networks u servizzi fl-Istati Membri kollha koperti mill-Passaport Uniku. Jista’ jinstab ksur serju, pereżempju, fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni ġenerali waħda jew aktar jippersisti minkejja l-azzjonijiet ta’ rimedju meħuda mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra. F’każijiet eċċezzjonali biss, meta awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn jiġu pprovduti n-networks jew is-servizzi tkun ikkonkludiet li l-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jista’ jkollu impatt negattiv fit-territorju tagħha abbażi tas-sigurtà nazzjonali jew tal-interess pubbliku, jenħtieġ li jkollha d-dritt li timponi penali fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Jenħtieġ li tali miżura eċċezzjonali ta’ infurzar tittieħed f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ta’ notifika.
(63)Bħala eċċezzjoni, fil-każ ta’ servizzi bejn magna u oħra bl-użu ekstraterritorjali tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli rilevanti tal-Istat Membru tan-notifika.
(64)Jenħtieġ li r-rekwiżiti għall-Passaport Uniku jkunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri biex jimblukkaw, skont il-każ, l-aċċess għal numri jew għal servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew ta’ użu ħażin.
(65)Jenħtieġ li tkun possibbli l-impożizzjoni ta’ imposti amministrattivi fuq impriżi li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra fil-ġestjoni tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u fl-għoti ta’ drittijiet ta’ użu. Jenħtieġ li tali imposti jkunu limitati biex ikopru l-kostijiet amministrattivi reali għal dawk l-attivitajiet u jenħtieġ li ma jiġux imposti fuq fornituri żgħar. Għal dak l-għan, jenħtieġ li tkun żgurata t-trasparenza fl-introjtu u fin-nefqa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra permezz ta’ rapportar ta’ kull sena dwar is-somma totali ta’ imposti miġbura u l-kostijiet amministrattivi mġarrba, biex l-impriżi jkunu jistgħu jivverifikaw li dawn jibbilanċjaw.
(66)Jenħtieġ li s-sistemi għall-imposti amministrattivi ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni jew joħolqu xkiel għad-dħul fis-suq. Sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali tagħmilha impossibbli li l-kostijiet amministrattivi u, b’hekk, l-imposti, jiġu attribwiti lil impriżi individwali, ħlief għall-għoti tad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, għall-ispettru tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet. Eżempju ta’ alternattiva ġusta, sempliċi u trasparenti għal dawk il-kriterji ta’ attribuzzjoni tal-ħlasijiet jista’ jkun koeffiċjent tad-distribuzzjoni relatat mal-fatturat. Fejn l-imposti amministrattivi jkunu baxxi ħafna, jistgħu jkunu xierqa wkoll imposti b’rata fissa, jew imposti li jikkombinaw bażi ta’ rata fissa mal-element relatat mal-fatturat. Sa fejn is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali testendi għall-impriżi b’ishma żgħar ħafna mis-suq, bħal fornituri ta’ networks ibbażati fil-komunità, jew għal fornituri ta’ servizzi li l-mudell kummerċjali tagħhom jiġġenera dħul limitat ħafna anke fil-każ ta’ penetrazzjoni sinifikanti fis-suq f’termini ta’ volumi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu limitu de minimis xieraq għall-impożizzjoni ta’ imposti amministrattivi.
(67)Jenħtieġ li l-emendi jitqiesu bħala emendi minuri, li jipprevedu, emendi minuri għad-drittijiet huma tali restrizzjoni, irtirar jew emenda li jenħtieġ li jirrikjedu l-konsultazzjoni minn qabel tad-dritt li jiġu adottati. Il-qafas regolatorju kurrenti li jindirizza l-ispettru tar-radju, prinċipalment il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju (id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE) u l-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE) ġew żviluppati f’kuntest ġeopolitiku differenti. F’dan il-qafas, id-dimensjoni strateġika tal-ispettru tar-radju ma ġietx indirizzata biżżejjed. L-ispettru tar-radju jappoġġa servizzi vitali bħall-komunikazzjonijiet kritiċi, il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, in-navigazzjoni marittima, is-sigurtà pubblika u n-networks tas-sikurezza. Bħall-komoditajiet bażiċi kollha, l-ispettru tar-radju, u l-aċċess għalih, jistgħu jsiru vulnerabbiltà. Barra minn hekk, dan jista’ jintuża bħala arma fil-kuntest ta’ kunflitti armati u ekonomiċi, pereżempju għal disturbazzjoni u spoofing ta’ sinjali u d-disturb ta’ attivitajiet militari u ċivili ewlenin mit-trasport sal-ibbankjar.
(68)L-ispettru tar-radju huwa ta’ importanza strateġika u ġeopolitika kbira għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha. Huwa essenzjali għall-komunikazzjoni, jixpruna t-tkabbir ekonomiku u l-prosperità soċjali, u jappoġġa s-sigurtà u l-forniment ta’ servizzi kritiċi ta’ missjoni f’diversi setturi. L-ispettru tar-radju sar kruċjali għall-awtonomija strateġika u għas-sigurtà tal-Unjoni, u l-ġestjoni tiegħu b’mod koordinat hija indispensabbli biex jiġu żgurati s-sigurtà, ir-reżiljenza u s-sovranità diġitali tal-Unjoni. Fl-istess ħin, għadd ta’ politiki tal-Unjoni qed jiddependu fuq aċċess xieraq għall-ispettru u l-ġestjoni tiegħu, bħall-politiki dwar l-ispazju, il-konnettività jew it-trasport. Barra minn hekk, ġestjoni effiċjenti u koordinata tal-ispettru tar-radju hija essenzjali għall-varar ta’ networks bla fili ta’ kwalità għolja, li huma kundizzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u tal-kompetittività tal-Unjoni u tal-kompletar ta’ suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Bis-saħħa tal-progress teknoloġiku, b’mod partikolari l-possibbiltà li s-satelliti jikkomunikaw ma’ apparati mobbli mhux modifikati tal-utenti, u l-konverġenza bejn in-networks terrestri u dawk mhux terrestri, u bejn in-networks tat-telekomunikazzjoni, l-edge computing u l-cloud computing, il-ġestjoni tal-ispettru tar-radju bħala riżorsa Ewropea komuni għandha l-potenzjal li timmassimizza l-valur tagħha għall-Istati Membri u għall-Unjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li l-ispettru tar-radju jiġi ġestit b’mod effettiv u jintuża b’mod effiċjenti u strateġiku bħala riżorsa komuni.
(69)Minħabba l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet bla fili ġodda, id-domanda għall-ispettru tar-radju qed tikber, mhux biss fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-forniment liċ-ċittadini u lin-negozji b’konnettività mobbli tal-gigabits kullimkien, iżda wkoll f’setturi oħra li jiddependu fuq l-ispettru tar-radju, bħat-trasport, il-manifattura, l-ispazju u l-enerġija. Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem akbar, huwa essenzjali approċċ transsettorjali xieraq għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju.
(70)Jenħtieġ li l-ispettru tar-radju jkun ġestit b’mod li tiġi evitata interferenza dannuża. Għalhekk, jenħtieġ li l-kunċett bażiku ta’ interferenza dannuża jiġi ddefinit kif xieraq biex jiġi żgurat li l-intervent regolatorju jkun limitat sal-punt neċessarju biex tiġi evitata tali interferenza. Jenħtieġ li jiġu applikati metodi avvanzati għall-protezzjoni kontra l-interferenza dannuża u metodi oħra ta’ ġestjoni tal-ispettru tar-radju sabiex tiġi evitata, sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-noninterferenza u tan-nonprotezzjoni, jiġifieri l-obbligu stabbilit fir-Regolamenti tar-Radju tal-UIT għall-istazzjonijiet li joperaw fuq bażi sekondarja li ma jikkawżawx interferenza dannuża għas-servizzi primarji, u l-prinċipju li ma jistgħux jitolbu protezzjoni mill-interferenza kkawżata minn servizzi primarji awtorizzati.
(71)Il-fruntieri nazzjonali qegħdin isiru dejjem aktar irrilevanti fid-determinazzjoni tal-użu ottimali tal-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni indebita fost il-politiki nazzjonali tirriżulta f’kostijiet akbar u f’telf ta’ opportunitajiet fis-suq għall-utenti tal-ispettru tar-radju u tnaqqas ir-ritmu tal-innovazzjoni għad-detriment tal-funzjonament xieraq tas-suq intern kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ekonomija b’mod ġenerali. L-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-utenti tal-ispettru tar-radju jiksbu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern u li l-interessi tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu difiżi f’livell globali b’mod effettiv.
(72)Jenħtieġ li l-attivitajiet dwar il-politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni jkunu bla preġudizzju għall-miżuri meħuda, fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ networks pubbliċi tal-gvern u tad-difiża, tar-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politiki awdjoviżivi u dwar il-media, u għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tar-radju tagħhom għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika u għad-difiża.
(73)Jenħtieġ li r-regoli dwar il-ġestjoni tal-ispettru tar-radju jkunu konsistenti mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jittrattaw il-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (“UIT”) u l-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“CEPT”, Conférence européenne des administrations des postes et télécommunications), sabiex jiġu żgurati l-ġestjoni u l-armonizzazzjoni effettivi tal-użu tal-ispettru tar-radju madwar l-Unjoni u bejn l-Istati Membri u membri oħra tal-UIT.
(74)Il-ħtieġa li jkun żgurat li ċ-ċittadini ma jkunux esposti għal oqsma elettromanjetiċi f’livell li jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika hija imperattiva. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jaħdmu għall-konsistenza fl-Unjoni biex jindirizzaw din il-kwistjoni, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-approċċ prekawzjonarju meħud fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE 43 , biex jistinkaw favur l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet aktar konsistenti tal-varar. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti japplikaw il-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/1535, bil-ħsieb ukoll li jipprovdu trasparenza għall-partijiet ikkonċernati u sabiex l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jirreaġixxu.
(75)L-ispettru tar-radju huwa riżorsa pubblika skarsa ta’ valur importanti kemm għall-pubbliku kif ukoll għas-suq. Dan huwa input essenzjali għat-tipi kollha ta’ networks u ta’ servizzi bla fili, inkluż għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq ir-radju. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi allokat u assenjat b’mod effiċjenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra f’konformità mal-objettivi u mal-prinċipji armonizzati li jirregolaw l-azzjoni tagħhom kif ukoll kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, filwaqt li jitqiesu l-interessi demokratiċi, soċjali, lingwistiċi u kulturali relatati mal-użu tal-ispettru tar-radju. Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 tistabbilixxi qafas għall-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju.
(76)In-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jorganizzaw l-użu tal-ispettru tar-radju fit-territorju tagħhom jista’, jekk ma jkunx hemm soluzzjoni dwaru permezz ta’ negozjati bilaterali bejn l-Istati Membri, joħloq kwistjonijiet ta’ interferenza fuq skala kbira b’impatt serju fuq l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jevitaw l-interferenza transfruntiera u dannuża bejniethom. Il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (“RSPG”, Radio Spectrum Policy Group) li kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE 45 jappoġġa l-koordinazzjoni transfruntiera meħtieġa u huwa l-forum għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet transfruntieri bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-assistenza tal-RSPG ma laħqitx l-aspettattivi fi kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntiera ma’ pajjiżi terzi b’mod ġenerali jew bejn l-Istati Membri li jinvolvu l-ispettru tar-radju mhux armonizzat (eż. il-frekwenzi FM), peress li sempliċement l-RSPG ma kellux bażi legali suffiċjenti u l-għodod biex jaġixxi. Jenħtieġ li l-proċess ta’ koordinazzjoni transfruntiera jkompli, iżda jenħtieġ li jiġi estiż għall-ispettru tar-radju mhux armonizzat, pereżempju l-frekwenzi FM użati għax-xandir bir-radju, peress li tali spettru tar-radju jista’ jkollu wkoll valur ekonomiku, kulturali u soċjali għoli għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li kwalunkwe detentur ta’ dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju jingħata l-opportunità li jibda l-proċess ta’ assistenza għar-riżoluzzjoni tal-interferenza, meta jiġi affettwat direttament minn interferenza dannuża fl-użu legali tal-ispettru tar-radju tiegħu.
(77)Każijiet ta’ interferenza dannuża diffiċli bejn l-Istati Membri li ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta’ negozjati diretti, minkejja l-appoġġ tal-RSPB, jistgħu jeħtieġu l-impożizzjoni ta’ soluzzjonijiet vinkolanti adottati mill-Kummissjoni, filwaqt li tibni fuq il-proposta ta’ soluzzjoni tal-RSPB, biex il-każ jiġi solvut b’mod definittiv jew biex tiġi infurzata soluzzjoni koordinata skont id-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li mekkaniżmu bħal dan japplika taħt skadenzi speċifiċi li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda dewmien mhux ġustifikat, u jipproponi soluzzjonijiet xierqa, inkluż l-irtirar ta’ kwalunkwe dritt li jkun is-sors tas-sitwazzjoni ta’ interferenza dannuża u d-dritt għal reparazzjoni.
(78)L-interferenza transfruntiera minn pajjiżi terzi saret problema dejjem aktar allarmanti fil-fruntieri tal-Unjoni u theddida mhux biss għan-networks infushom, iżda wkoll għas-sigurtà tal-Unjoni. Pereżempju, l-interferenza fis-setturi tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (“GNSS”, Global Navigation Satellite System) qrib iż-żoni ta’ kunflitt armat, bħal fil-fruntieri tal-Lvant tal-Unjoni, għandha konsegwenzi serji għas-setturi tat-trasport, tal-infrastrutturi kritiċi, tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-finanzi, minħabba li l-infrastruttura moderna tiddependi ħafna fuq dik is-sistema għal data preċiża dwar il-pożizzjonament, in-navigazzjoni u s-sinkronizzazzjoni (“PNT”, Positioning, Navigation, and Timing). F’każijiet bħal dawn, ma huwiex biżżejjed li wieħed jibbaża fuq l-isforzi fl-UIT. Hemm bżonn li fid-dritt tal-Unjoni jiġi pprovdut mekkaniżmu ta’ solidarjetà biex jappoġġa b’mod aktar effettiv lill-Istati Membri affettwati. Skont dak il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jintalbu jaġixxu flimkien u f’konformità ma’ azzjonijiet partikolari definiti mill-Unjoni flimkien mal-RSPB, u jintervjenu flimkien mal-Kummissjoni fl-appoġġ tal-Istati Membri affettwati. Fil-każ ta’ każijiet ta’ interferenza dannuża persistenti u serja li jiksru d-dritt internazzjonali, il-Kunsill jista’ jikkunsidra li jadotta miżura restrittiva skont l-Artikolu 29 tat-TFUE f’konformità mal-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.
(79)L-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari t-teknoloġiji tar-radju tal-ġenerazzjoni li jmiss (eż. is-6G) kif ukoll l-IA, itejbu l-vijabbiltà u l-affidabbiltà tal-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju f’firxa wiesgħa ta’ baned ta’ frekwenzi, u b’hekk jipprovdu aċċess għal riżorsa skarsa lil diversi utenti, filwaqt li jipprevjenu interferenza dannuża u jiżguraw protezzjoni adegwata tas-servizzi preeżistenti. Użu effiċjenti, effettiv u xprunat mill-innovazzjoni tal-ispettru tar-radju huwa essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-konnettività tal-Unjoni u biex tiġi appoġġata l-kompetittività tal-Unjoni. Il-kisba ta’ dawk l-objettivi teħtieġ approċċ regolatorju li sistematikament iqis l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju bħala n-norma għall-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju abbażi tal-prinċipju ta’ “tużah jew tikkondividih”, filwaqt li d-drittijiet esklużivi ta’ użu għall-ispettru tar-radju jiġu applikati biss fejn ikun neċessarju u ġġustifikat. Fl-istess ħin, jenħtieġ li tali politika tiżgura li l-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju tkun qed trawwem il-kompetizzjoni, aktar milli tirrestrinġiha.
(80)Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jqisu li l-ispettru tar-radju li ma jintużax f’territorju jew għal perjodu ta’ żmien ikun kondividibbli, ħlief jekk id-detentur tad-dritt ta’ użu juri li ma jkunx teknikament fattibbli li jiġi kondiviż jew li l-kondiviżjoni tinterferixxi mal-użu tad-detentur oriġinali tal-ispettru tar-radju, tiddegradah, jew inkella tillimitah, jew li jkollu pjanijiet li juża l-ispettru tar-radju b’mod li ma jippermettix il-kondiviżjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ispettru tar-radju jkunx qed jintuża, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jqisu diversi elementi, inklużi l-pjanijiet ta’ varar tad-detentur tad-dritt fil-futur prevedibbli, u l-obbligi legali skont id-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-kondiviżjoni skont il-prinċipju ta’ “tużah jew tikkondividih”, inkluża r-remunerazzjoni, il-mod kif tiġi ddeterminata d-durata tal-obbligu ta’ kondiviżjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi jiġu ddeterminati minn qabel meta jingħata d-dritt ta’ użu.
(81)Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni, billi jiddeterminaw l-aktar reġimi ta’ awtorizzazzjoni xierqa għal kull xenarju u billi jistabbilixxu regoli u kundizzjonijiet xierqa u trasparenti għalihom. L-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju jista’ jkun ibbażat fuq l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew fuq l-użu eżentat minn liċenzja li jippermetti, taħt kundizzjonijiet speċifiċi tal-kondiviżjoni, li diversi utenti jaċċessaw u jużaw l-istess spettru tar-radju f’żoni ġeografiċi differenti jew f’perjodi ta’ żmien differenti. Jista’ wkoll ikun ibbażat fuq drittijiet individwali ta’ użu skont arranġamenti bħal aċċess kondiviż liċenzjat fejn l-utenti kollha (l-utenti eżistenti u l-utenti l-ġodda) jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess kondiviż, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’tali mod li jiżguraw kwalità trażmissjoni bir-radju minima garantita u konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni. Meta jippermettu l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju taħt reġimi ta’ awtorizzazzjoni differenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma jistabbilixxux durati diverġenti ħafna għall-użu kondiviż biex jiżguraw li l-ispettru jkun jista’ jerġa’ jingħata skop jew jinfetaħ mill-ġdid għal assenjament kompetittiv.
(82)Filwaqt li l-użu kondiviż tal-ispettru jippromwovi l-użu effiċjenti tiegħu, dan jista’ ma jkunx xieraq fiċ-ċirkostanzi kollha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jirrestrinġu jew iżommu lura milli jipproponu l-użu kondiviż tal-ispettru għal raġunijiet relatati mal-kompetizzjoni u mal-aċċess nondiskriminatorju għas-suq, mal-fattibbiltà teknika jew ekonomika, mal-ħtieġa għal użu esklużiv tal-ispettru biex jiġu ssalvagwardjati s-sikurezza pubblika, is-sigurtà nazzjonali, id-difiża jew il-protezzjoni tas-servizzi essenzjali kif definiti fid-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . Dan jinkludi, fejn rilevanti, il-varar ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni siguri u kritiċi ewlenin għall-Ewropa, li jistgħu jeħtieġu aċċess prevedibbli għall-ispettru, reżiljenza mtejba u prestazzjoni żgurata li ma tistax tiġi ggarantita taħt użu kondiviż. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni li tillimita jew teskludi l-użu kondiviż tkun iġġustifikata kif xieraq, proporzjonata, u bbażata fuq kriterji oġġettivi.
(83)Bħalissa, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u fl-aċċess għall-ispettru tar-radju hija żgurata permezz ta’ awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u tas-servizz, sabiex l-utenti tal-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji li għandhom jiġu applikati u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti f’baned ta’ spettru tar-radju ddikjarati disponibbli għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjanijiet Nazzjonali rilevanti għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni (“il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u l-prinċipju tan-newtralità tas-servizz”). Kwalunkwe determinazzjoni amministrattiva ta’ teknoloġiji u ta’ servizzi li għandhom jintużaw f’banda partikolari jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji proporzjonati u nondiskriminatorji, u jenħtieġ li tkun iġġustifikata b’mod ċar, fil-każ ta’ servizzi b’objettivi ta’ interess ġenerali, u soġġetta għal rieżami regolari. Peress li tali determinazzjoni tkun qed tintroduċi eċċezzjoni għar-regola dwar in- u tas-servizz u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz ipprovdut jew tat-teknoloġija użata, jenħtieġ li kwalunkwe proposta għal determinazzjoni newtralità teknoloġika bħal din tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.
(84)Jenħtieġ li r-restrizzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jkunu adatti u ġġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża, pereżempju billi jkunu imposti maskli għall-emissjoni u livelli ta’ enerġija biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-oqsma elettromanjetiċi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-servizzi permezz ta’ livell adegwat ta’ kwalità teknika tas-servizz, filwaqt li mhux neċessarjament tiġi prekluża l-possibbiltà li jintuża aktar minn servizz wieħed fl-istess banda ta’ spettru tar-radju, sabiex tkun żgurata l-kondiviżjoni xierqa tal-ispettru tar-radju, b’mod partikolari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjoni ġenerali, biex jiġi ssalvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, jew biex jiġi ssodisfat l-objettiv ta’ interess ġenerali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
(85)Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jitħallew jirrikjedu l-forniment ta’ servizz speċifiku f’banda partikolari ta’ spettru tar-radju biex jilħqu objettivi definiti b’mod ċar bħas-sikurezza tal-ħajja, is-sikurezza u s-sigurtà pubbliċi, il-ħtieġa li tiġi promossa l-koeżjoni soċjali, reġjonali u territorjali, jew l-evitar tal-użu ineffiċjenti tal-ispettru tar-radju. Jenħtieġ li dawk l-objettivi jinkludu wkoll il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-media, kif definiti mill-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Ħlief fejn ikun neċessarju għall-protezzjoni tas-sikurezza tal-ħajja, tas-sikurezza u tas-sigurtà pubbliċi, jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet ma jwasslux biex ċerti servizzi jkollhom użu esklużiv, iżda jenħtieġ li pjuttost jagħtuhom prijorità sabiex, sa fejn ikun possibbli, servizzi jew teknoloġiji oħra jkunu jistgħu jeżistu flimkien fl-istess banda ta’ spettru tar-radju. Id-definizzjoni tal-ambitu u tan-natura ta’ kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media taqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri.
(86)Fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiddeċiedu, bħala eċċezzjoni, li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, jenħtieġ li jispjegaw ir-raġunijiet għal limitazzjoni bħal din.
(87)Oqsma ta’ politika differenti tal-Unjoni jiddependu fuq l-ispettru tar-radju, bħall-politiki dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, it-trasport, l-enerġija, is-sigurtà u d-difiża komuni, il-politiki awdjoviżivi u l-politiki kulturali. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu stabbiliti orjentazzjonijiet u objettivi ta’ politika għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju fejn ikun neċessarju għall-kompletar tas-suq intern f’dawk l-oqsma ta’ politika tal-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li jkun disponibbli spettru tar-radju suffiċjenti għall-forniment ta’ konnettività kullimkien u ta’ kwalità għolja għaċ-ċittadini u għan-negozji kollha tal-Unjoni, inkluż meta jivvjaġġaw jew meta jkunu f’żoni rurali, remoti jew offshore. Jenħtieġ li dawn jiżguraw id-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju u jipproteġu l-ispettru tar-radju għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni relatati mal-ispazju, b’mod partikolari għall-osservazzjoni tad-dinja u tal-ispazju, għan-navigazzjoni u għall-pożizzjonament bis-satellita, u għall-komunikazzjonijiet bis-satellita siguri u reżiljenti għall-utenti governattivi, kif ukoll għat-trasport u għas-sistemi ta’ ġestjoni tat-trasport, u għall-attivitajiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni. Minħabba l-importanza ta’ dawn il-politiki għall-ekonomija u għas-soċjetà tal-UE, jenħtieġ li dawn ikollhom ukoll l-għan li jiżguraw spettru tar-radju suffiċjenti għas-servizzi awdjoviżivi u tal-produzzjoni tal-kontenut, kif ukoll għall-attivitajiet xjentifiċi u ta’ riċerka.
(88)Filwaqt li tali orjentazzjonijiet u objettivi ta’ politika stabbiliti mill-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE 47 , għadhom validi, l-azzjonijiet tiegħu fil-biċċa l-kbira tlestew jew skadew. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li l-objettivi mill-Programm pluriennali tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (“RSPP”, Radio Spectrum Policy Programme) jiġu riflessi f’dan ir-Regolament u jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE titħassar.
(89)Fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-politiki speċifiċi kurrenti u futuri tal-Unjoni li jiddependu fuq l-ispettru tar-radju, l-identifikazzjoni f’waqtha tal-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju tagħhom hija essenzjali. Meta wieħed iqis li, sabiex tiżdied il-prevedibbiltà regolatorja, jenħtieġ li l-ħtiġijiet u t-twaqqit preċiżi għad-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju jkunu magħrufa meta tali politiki jkunu qed jiġu żviluppati jew adottati, jenħtieġ li d-dettalji armonizzati tal-baned speċifiċi involuti u r-regoli kkoordinati għad-disponibbiltà u għall-użu tagħhom jiġu speċifikati għal kull każ mill-Kummissjoni f’dokument strateġiku adottat wara konsultazzjoni mal-RSPB. Jenħtieġ li wara kull Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-UIT (“WRC”, World Radiocommunication Conference) tiġi adottata strateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju biex tiġi pprovduta, fost l-oħrajn, trasparenza dwar kif id-deċiżjonijiet differenti tad-WRC se jiġu inkorporati fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni. L-għan tal-istrateġija dwar l-ispettru tar-radju huwa li tiżdied it-trasparenza tal-attività relatata mal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni u li tissaħħaħ il-prevedibbiltà għal awtoritajiet kompetenti u għal atturi tas-suq differenti.
(90)L-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju tista’ tinkludi pjanijiet direzzjonali operazzjonali dwar l-ispettru tar-radju li jiddefinixxu stadji importanti u skadenzi speċifiċi għad-disponibbiltà u għall-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni meta jkunu magħrufa ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispettru tar-radju. Meta tadotta l-istrateġija u l-pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, bħall-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, inklużi l-ħtiġijiet komuni ta’ sigurtà u ta’ difiża, il-miri tal-konnettività tad-Deċennju Diġitali, b’mod partikolari għan-networks tal-5G u għan-networks bla fili avvanzati, il-kompletar tas-suq uniku u l-ħtieġa li jiġu ssodisfati rekwiżiti teknoloġiċi jew ta’ kwalità għal servizzi transfruntiera. B’mod partikolari, jenħtieġ li tali strateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tidentifika l-ispettru (partijiet mill-ispettru/baned) li jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont proċeduri u kundizzjonijiet armonizzati għall-fini li jaqdu l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll li l-ispettru tar-radju huwa ben pubbliku b’valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, li jenħtieġ li jintuża b’mod effettiv u effiċjenti. Jenħtieġ li l-istrateġija u l-pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali rilevanti applikabbli għall-ispettru tar-radju, inkluż l-evitar ta’ interferenza dannuża, u jenħtieġ li jippromwovu l-prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tas-servizz u tal-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni. Sabiex l-istrateġija u l-pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju jagħmlu differenza, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess fi ħdan l-RSPB li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, flimkien mal-Kummissjoni, jimmonitorjaw l-avvanz fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri u jiskambjaw l-esperjenza, il-prattiki tajbin u l-informazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tad-Deċennju Diġitali u tas-Semestru Ewropew.
(91)Minħabba l-importanza għall-kompetittività tal-UE tal-introduzzjoni f’waqtha tal-komunikazzjonijiet tal-broadband bla fili tal-ġenerazzjoni li jmiss (6G), inklużi l-elementi mhux terrestri tagħha, jenħtieġ li dan ikun il-fokus tal-ewwel strateġija u pjan direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju. Madankollu, jenħtieġ li l-istrateġija tinkludi wkoll il-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju ta’ politiki oħra tal-Unjoni, hekk kif jirriżultaw, u jenħtieġ li tkopri b’mod olistiku l-użu mhux biss ta’ liċenzji, iżda wkoll ta’ użu mhux liċenzjat, bħal pereżempju għan-Networks ta’ Żona Lokali bir-Radju (“RLAN”, Radio Local Area Networks).
(92)Sabiex jiġi sfruttat il-benefiċċju sħiħ tal-armonizzazzjoni skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, jenħtieġ li l-użu ta’ baned armonizzati ta’ spettru tar-radju jkun permess b’mod f’waqtu u sinkronizzat madwar l-Unjoni. Fejn jiġi permess l-użu ta’ banda ta’ spettru tar-radju tidħol il-ħtieġa li jiġi assenjat spettru tar-radju taħt reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew skont drittijiet individwali ta’ użu sabiex jippermettu l-użu tal-ispettru tar-radju malli jitlesta l-proċess ta’ assenjament. Sabiex jiġu assenjati baned ta’ spettru tar-radju, jista’ jkun neċessarju li tiġi rrilaxxata banda okkupata minn utenti oħra u li dawk l-utenti jiġu kkumpensati għall-kostijiet diretti tal-migrazzjoni jew tar-riallokazzjoni tal-ispettru skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ skadenza komuni tista’ tiġi affettwata fi Stat Membru partikolari minn kwistjonijiet relatati ma’ koordinazzjoni transfruntiera mhux solvuta, mal-migrazzjoni teknika kumplessa tal-utenti eżistenti ta’ banda, għal objettiv ta’ interess ġenerali, għas-salvagwardja tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali jew għal force majeure. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jitnaqqas kull dewmien għall-minimu f’termini ta’ kopertura ġeografika, ta’ twaqqit u ta’ firxa tal-ispettru tar-radju. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont iċ-ċirkostanzi rilevanti, jitolbu lill-Unjoni tipprovdi appoġġ legali, politiku u tekniku biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju ma’ pajjiżi ġirien, inklużi pajjiżi kandidati u aderenti.
(93)Bl-iżvilupp rapidu ta’ teknoloġiji bla fili u ta’ servizzi ġodda, inkluż bl-użu ta’ kapaċitajiet moderni, bħall-IA, jenħtieġ li l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni tkun aktar flessibbli u proattiva. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-innovaturi u utenti prospettivi oħra jingħataw l-opportunità li jibdew il-proċess ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jekk tintwera l-ħtieġa, fost l-oħrajn, għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda jew għall-eliminazzjoni ta’ teknoloġiji antiki li jagħmlu l-użu tal-ispettru tar-radju ineffiċjenti jew ta’ ħsara lill-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li jinħoloq proċess miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju għal iffajljar u għal rieżami formali tat-talbiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-proċess jinkludi konsultazzjoni pubblika li tgħin lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk għandhiex tibda proċess ġdid, u jekk iva, b’liema ambitu. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex tibda taġġorna jew tiżviluppa politika relatata mal-ispettru tar-radju bl-appoġġ tal-RSPB jew li tibda l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet tekniċi u operazzjonali armonizzati għall-użu ta’ banda partikolari ta’ spettru tar-radju flimkien mal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Jenħtieġ li l-forma, il-kontenut u l-livell ta’ dettall li għandhom jingħataw fit-talbiet, id-dettalji tal-proċess tat-trattament tat-talbiet u, fejn rilevanti, kwalunkwe skadenza jiġu pprovduti fil-linji gwida.
(94)L-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-użu tal-ispettru tar-radju jistgħu jiffaċilitaw l-aktar użu effettiv tal-ispettru tar-radju u f’xi każijiet jippromwovu l-innovazzjoni u jkunu favur il-kompetizzjoni, filwaqt li d-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju f’każijiet oħra jistgħu jkunu l-aktar reġim ta’ awtorizzazzjoni xieraq fil-preżenza ta’ ċerti ċirkostanzi speċifiċi. Jenħtieġ li d-drittijiet individwali ta’ użu jiġu kkunsidrati, pereżempju, meta l-karatteristiċi favorevoli ta’ propagazzjoni tal-ispettru tar-radju jew il-livell ta’ enerġija previst tat-trażmissjoni jimplikaw li l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ma jkunux jistgħu jindirizzaw it-tħassib dwar interferenza fid-dawl tal-kwalità tas-servizz meħtieġa. Miżuri tekniċi, bħal soluzzjonijiet biex tittejjeb ir-reżiljenza tar-riċevitur jistgħu jippermettu l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew il-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju, u possibbilment jevitaw ir-rikors sistematiku tal-prinċipju tan-noninterferenza u tan-nonprotezzjoni. L-awtorizzazzjonijiet ġenerali jistgħu jiġu kkombinati mad-drittijiet individwali ta’ użu. Dan jista’ jkun partikolarment utli għal baned li ma għandhomx karatteristiċi tajbin ta’ propagazzjoni, bħall-baned tal-mewġ millimetriku. Pereżempju, banda tista’ tiġi assenjata skont id-drittijiet individwali ta’ użu f’żoni urbani, filwaqt li f’żoni rurali din issir disponibbli taħt awtorizzazzjoni ġenerali. Sabiex tippromwovi approċċ konsistenti fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjoni li tagħżel l-aktar reġim ta’ awtorizzazzjoni xieraq għall-użu tal-ispettru tar-radju f’banda armonizzata partikolari ta’ spettru tar-radju, jew f’partijiet minnha.
(95)B’mod ġenerali, huwa f’idejn l-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu dwar l-aktar reġim ta’ awtorizzazzjoni xieraq li għandu jiġi applikat f’banda partikolari ta’ spettru tar-radju jew f’partijiet minnha. Fejn ikun hemm riskju ta’ soluzzjonijiet diverġenti li jistgħu jifframmentaw is-suq intern, b’mod partikolari fejn jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għal banda ta’ spettru tar-radju skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, u b’hekk ikun hemm dewmien fit-tnedija ta’ sistemi bla fili, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddeċiedi, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-RSPB, dwar soluzzjonijiet komuni, filwaqt li tirrikonoxxi l-miżuri tekniċi ta’ armonizzazzjoni fis-seħħ. L-għan ta’ deċiżjonijiet bħal dawn huwa li jiġi pprovdut sett ta’ għodod komuni għall-awtoritajiet kompetenti li jenħtieġ li jqisu meta jidentifikaw reġimi ta’ awtorizzazzjoni konsistenti xierqa li għandhom jiġu applikati għal banda, jew għal parti minn banda, skont fatturi bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tal-propagazzjoni tal-baned, id-diverġenza bejn l-użi urbani u rurali, il-ħtieġa possibbli li jiġu protetti s-servizzi eżistenti u l-implikazzjonijiet li jirriżultaw għall-ekonomiji ta’ skala fil-manifattura.
(96)Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ servizzi avvanzati fuq skala akbar, jenħtieġ li jkun permess użu aktar effiċjenti tal-ispettru tar-radju, u jitnaqqas il-kost tal-varar tan-network bla fili, jenħtieġ li l-utenti prospettivi tal-ispettru tar-radju għal networks pubbliċi jew mhux pubbliċi jkunu jistgħu jitolbu li, sa fejn ikun possibbli, japplikaw l-istess kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni fl-Istati Membri fejn jużaw l-ispettru tar-radju għan-networks tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma’ xulxin, u mal-RSPB, biex jiżviluppaw kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni komuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa li tagħmel l-użu ta’ tali kundizzjonijiet vinkolanti. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-forniment transfruntier ta’ servizzi u l-ekonomiji ta’ skala.
(97)Sabiex jiġi promoss il-forniment ta’ networks u ta’ servizzi pan-Ewropej ta’ kwalità għolja jew sabiex jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tawtorizza parti mill-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni. Kull ġenerazzjoni ġdida ta’ networks mobbli hija aktar għalja biex tiġi varata minn dik ta’ qabilha. Għalhekk, ma huwiex ekonomikament fattibbli għall-operaturi kollha ta’ network mobbli li bħalissa huma attivi fis-suq tal-Unjoni li jaġġornaw in-networks tagħhom għas-6G. Għalhekk, jekk jintalab mill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-RSPB jivvaluta, fl-opinjoni tiegħu dwar kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni komuni, l-opportunità ta’ għoti tal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni u jissuġġerixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni u kundizzjonijiet ta’ għoti xierqa, bħal, pereżempju, operazzjoni fuq mudell tal-operaturi. L-istess ħtieġa tista’ tinħoloq ukoll biex jiżdied l-ammont ta’ spettru tar-radju użat għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita, billi l-ispettru tar-radju terrestri jiġi adattat għal skop differenti. Sabiex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi pan-Ewropej, jenħtieġ li tali spettru tar-radju adattat għal skop differenti jingħata wkoll u jiġi awtorizzat fil-livell tal-Unjoni. L-istabbiliment tal-istess kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u, jekk mitlub, l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet armonizzati ta’ għoti fil-livell tal-Unjoni jistgħu jiffaċilitaw il-varar u l-iżvilupp ta’ networks u ta’ servizzi ta’ kwalità għolja, bħas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita pprovduti bl-użu tal-ispettru tar-radju allokati għal servizzi terrestri jew għal networks tas-6G.
(98)Sabiex titnaqqas il-burokrazija u jitħaffef l-aċċess għall-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jkunu ġew armonizzati f’aktar minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi stabbilita proċedura biex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu minn aktar minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda, b’mod koordinat u f’post wieħed fil-forma ta’ “proċedura ta’ punt uniku ta’ servizz”. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrakkomanda modi biex l-awtoritajiet kompetenti jittrattaw dawn it-talbiet b’mod ta’ punt uniku ta’ servizz.
(99)Fejn l-assenjament armonizzat tal-ispettru tar-radju lil impriżi partikolari jkun ġie miftiehem f’livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw strettament ftehimiet bħal dawn fl-għoti tad-drittjiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju mill-Pjan Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi.
(100)Durata twila biżżejjed tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju żżid il-prevedibbiltà tal-investimenti u tikkontribwixxi għat-tnedija aktar rapida ta’ networks u għal servizzi aħjar, u tiżdied ukoll l-istabbiltà li ssostni n-negozjar u l-lokazzjoni tal-ispettru tar-radju. Id-durata minima tad-drittijiet ta’ użu għall-broadband bla fili stabbilita mid-Direttiva (UE) 2018/1972 ma kinitx biżżejjed biex tattira investimenti suffiċjenti, biex tippermetti l-kontinwità tal-operat u l-amortizzament ta’ impriżi mobbli meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra ta’ komunikazzjoni, u biex tħeġġeġ il-varar aktar ambizzjuż ta’ networks u ta’ servizzi avvanzati u transfruntiera.
(101)Għalhekk, il-prevedibbiltà tal-investimenti tista’ tinkiseb aħjar bl-għoti ta’ drittijiet b’durata indefinita, li jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom il-possibbiltà li jagħmlulhom soġġetti għal rieżamijiet perjodiċi, b’għażliet kredibbli ta’ revoka amministrati mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, durata indefinita tiffaċilita l-iżvilupp ta’ suq sekondarju li jiffunzjona għan-negozjar u għal-lokazzjoni tal-ispettru tar-radju. Madankollu, jenħtieġ li r-riskju li d-durata indefinita tad-drittijiet ta’ użu tipprevjeni d-dħul fis-suq u tnaqqas il-kompetizzjoni, id-disponibbiltà, il-kwalità tas-servizzi, u l-inċentivi għall-investiment jiġi indirizzat permezz ta’ salvagwardji regolatorji b’saħħithom u kredibbli li jipproteġu l-kompetizzjoni u jipprevjenu ż-żamma preventiva tal-ispettru tar-radju, bħal obbligi li jiġi pprovdut aċċess għall-operaturi jew tiġi abilitata l-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju soġġetta għall-konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni. Permezz tal-għażla ta’ kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni xierqa - bħall-kundizzjonijiet “tużah jew tikkondividih” jew “tużah jew titilfu” u obbligi ta’ tnedija - u bl-infurzar tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiżguraw li l-ispettru tar-radju ma jitħalliex inattiv għalxejn jew jiġi mblukkat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kompetituri aktar effiċjenti jew innovattivi. Meta titqies l-importanza tal-innovazzjoni teknika, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevedu drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għal finijiet sperimentali, inkluż fi proġetti ta’ riċerka xjentifika u f’esperimentazzjonijiet imwettqa fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-programmi tal-UE, soġġetti għal restrizzjonijiet u għal kundizzjonijiet speċifiċi, inkluża d-durata, strettament iġġustifikati min-natura sperimentali ta’ tali drittijiet.
(102)Peress li l-ippjanar tal-investimenti fit-tul jiddependi fuq garanziji għat-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu bl-istess mod bħad-durata tad-drittijiet ta’ użu, jenħtieġ li t-tiġdid fil-prinċipju jkun awtomatiku, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti kontrih. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li ma jġeddux id-drittijiet ta’ użu jew li jġedduhom għal perjodu iqsar jew b’kundizzjonijiet mibdula. Jenħtieġ li dan ikun il-każ fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet għar-rifjut jew għall-bidla abbażi ta’ kriterji li jenħtieġ li jiġu interpretati b’mod restrittiv biex jipprovdu garanziji u prevedibbiltà suffiċjenti. Ir-rifjut ta’ tiġdid jista’ jkun ibbażat fuq objettivi ta’ ordni pubbliku skont id-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fuq l-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-ħtiġijiet ta’ difiża u ta’ sigurtà. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni kontra t-tiġdid tkun soġġetta għal proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti u tiġi nnotifikata skont il-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u r-rispett, l-aspettattivi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet, jenħtieġ li l-possibbiltà ta’ rifjut ta’ tiġdid titqies fi ħdan perjodu ta’ żmien xieraq qabel l-iskadenza tad-drittijiet ikkonċernati, ta’ mill-inqas 5 snin.
(103)Jenħtieġ li t-tiġdid ikun akkumpanjat minn rieżami tat-tariffi annwali u ta’ darba għall-użu tal-ispettru tar-radju biex jiġi żgurat li dawk it-tariffi jkomplu jippromwovu l-użu ottimali, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni teknoloġika. Jenħtieġ li rieżami bħal dan ikun ibbażat fuq il-valur tad-drittijiet ta’ użu kif jirriżulta mill-aħħar proċedura ta’ assenjament kompetittiva jew komparattiva aġġustat biex jirrifletti l-kost tat-termini u tal-kundizzjonijiet addizzjonali marbuta magħhom, bħar-rekwiżiti tal-kopertura jew tal-kwalità tas-servizz. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll id-dħul għal kull konnessjoni, kif ukoll il-piż ġenerali li d-detenturi tad-drittijiet għandhom mill-parteċipazzjonijiet kollha tagħhom fl-ispettru tar-radju, sabiex jiġi evitat li l-prezzijiet għoljin ħafna mħallsa fl-irkantijiet tal-passat ikomplu jitfgħu piż żejjed fuq id-detenturi tad-drittijiet u jżommuhom milli jinvestu fin-networks. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li kwalunkwe aġġustament fit-tariffi eżistenti jkun ibbażat fuq l-istess prinċipji bħal dawk applikabbli għat-tariffi stabbiliti fil-kuntest tal-għoti ta’ drittijiet ġodda ta’ użu.
(104)It-trasferiment tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jista’ jkun mezz effettiv biex jiżdied l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju. Għall-fini tal-flessibbiltà u tal-effiċjenza, u biex tkun tista’ ssir valwazzjoni tal-spettru tar-radju mis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti awtomatikament jippermettu lill-utenti tal-ispettru tar-radju biex jittrasferixxu jew jagħtu b’lokazzjoni d-drittijiet tagħhom ta’ użu għall-ispettru tar-radju lil partijiet terzi billi jsegwu proċedura sempliċi u jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn id-drittijiet u mar-regoli tal-kompetizzjoni, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet li fihom dritt individwali jista’ jiġi ttrasferit jew jingħata b’lokazzjoni mid-detentur tad-dritt jiġu speċifikati fil-mument tal-għoti ta’ dak id-dritt. Sabiex jiġu ffaċilitati tali trasferimenti jew lokazzjonijiet, dment li l-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE jiġu rrispettati, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll talbiet biex jaraw li d-drittijiet tal-ispettru tar-radju jiġu diviżi jew diżaggregati u li l-kundizzjonijiet għall-użu jiġu rrieżaminati. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti li tirrifjuta t-trasferiment jew il-lokazzjoni tal-ispettru tar-radju għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ta’ sovranità jew għal għanijiet pubbliċi/ta’ politika oħrajn, inkluża l-promozzjoni jew iż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva, jew fin-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti li l-ispettru tar-radju se jintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jew għall-użu maħsub.
(105)Kunċetti ġodda ta’ kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju jeħtieġu data akkurata u f’ħin reali dwar l-okkupazzjoni tal-frekwenzi biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju u biex tiġi evitata l-interferenza. Jenħtieġ li bażi tad-data dinamika ffokata fuq baned ta’ frekwenzi speċifiċi tgħin fl-identifikazzjoni ta’ spettru tar-radju mhux użat biżżejjed u fl-appoġġ ta’ użu u ta’ prattiki ta’ kondiviżjoni aktar effiċjenti tal-ispettru tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni. Tali inventarju dinamiku jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe pjan direzzjonali operazzjonali tal-ispettru tar-radju.
(106)F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jimponux imposti jew tariffi fir-rigward tal-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra dawk previsti minn dan ir-Regolament. Meta l-forniment ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jiddependi fuq riżorsi pubbliċi li l-użu tagħhom ikun soġġett għal awtorizzazzjoni speċifika, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jimponu tariffi biex jiżguraw l-użu ottimali ta’ dawk ir-riżorsi. Jenħtieġ li t-tariffi jirriflettu l-valur tad-drittijiet ta’ użu filwaqt li jqisu fost l-oħrajn is-sitwazzjoni ekonomika u teknika tas-suq ikkonċernat u jiġu stabbiliti b’mod li jiżgura l-assenjament u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju. Jenħtieġ li jkun possibbli li, pereżempju, tali tariffi jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra li ma jistgħux jiġu koperti bl-imposti amministrattivi. Fejn, fil-każ ta’ proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi, it-tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jikkonsistu kollha kemm huma jew parzjalment f’ammont ta’ darba biss, l-arranġamenti tal-ħlas jenħtieġ li jiżguraw li dawk it-tariffi fil-prattika ma jwasslux għal għażla fuq il-bażi ta’ kriterji li ma humiex relatati mal-objettiv li jiġi żgurat l-użu ottimali tal-ispettru tar-radju.
(107)Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell tat-tariffi tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni tvarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Din id-diskrepanza tista’ tagħmel diffiċli l-forniment ta’ networks ibbażati fuq l-ispettru tar-radju f’diversi Stati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, fuq bażi regolari, studji ta’ referenza u, kif xieraq, tiżviluppa gwida oħra fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi annwali tal-ispettru tar-radju li għandhom jiġu imposti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ispettru terrestri. Jenħtieġ li tali metodoloġija tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom, u tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkalkolaw it-tariffa eżatta li għandha tiġi applikata, li tista’ tinkludi parti annwali fissa (għal kull KHz għal kull kategorija ta’ banda) u perċentwal tal-fatturat annwali ġġenerat permezz tal-użu tal-frekwenzi. Meta l-Kummissjoni tiddetermina l-metodoloġija, l-esperjenza tal-BEREC u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-bini ta’ mudelli tal-kost xierqa se tkun imprezzabbli u jenħtieġ li titqies. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw li l-ammont tat-tariffi fi kwalunkwe każ ikopri l-kost tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju.
(108)Kwalunkwe piż impost fuq l-impriżi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx ifittxux u jużawx ir-riżorsi tal-ispettru tar-radju. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ riżerva b’mod li jwassal għall-assenjament effiċjenti ta’ dawk id-drittijiet, irrispettivament mit-tip ta’ proċedura ta’ għażla użata. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjoni dwar metodoloġija komuni għad-definizzjoni tal-prezzijiet ta’ riżerva, filwaqt li tqis kriterji bħall-kost tal-opportunità tal-ispettru tar-radju, il-karatteristiċi tal-banda u l-kostijiet assoċjati mal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni imposti għal objettivi ta’ politika ulterjuri. B’hekk, jenħtieġ li titqies ukoll is-sitwazzjoni kompetittiva tas-suq ikkonċernat inklużi l-użi alternattivi possibbli tar-riżorsi. Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jistabbilixxux prezzijiet ta’ riżerva meta jimponu obbligi ta’ kopertura jew ta’ kwalità tas-servizz, sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ kollużjoni u/jew ta’ parteċipazzjoni mhux serja li ttawwal il-proċedura bla bżonn, eċċ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, jekk ir-rakkomandazzjoni ma tkunx ta’ suċċess sabiex jiġu żgurati eżiti konsistenti fl-Unjoni u dan jipperikola l-varar kullimkien ta’ networks bla fili ta’ kwalità għolja fl-Unjoni.
(109)Meta jitqies il-livell għoli ta’ kost tal-ispettru tar-radju li jkun oriġina minħabba d-dipendenza tal-għażla tal-irkant abbażi tal-pagament komparattiv tat-tariffi, jenħtieġ li tingħata aktar prijorità lill-impenji milli t-tariffi. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li t-tariffi jiġu sostitwiti b’impenji offruti mill-applikanti biex jimplimentaw miżuri li jkunu ta’ benefiċċju dirett għall-varar tan-networks u għall-kwalità tal-komunikazzjonijiet bla fili. Fil-prattika, dan jista’ jieħu l-forma ta’ pagamenti antiċipati li jitħallsu lura, jew garanziji bankarji li jitneħħew meta dawk l-impenji jiġu ssodisfati.
(110)Ir-rekwiżit tar-rispett tal-prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tas-servizz fl-għoti ta’ drittijiet ta’ użu, flimkien mal-possibbiltà ta’ trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, huma l-bażi li fuqha huma msejsa l-libertà u l-mezzi biex jitwasslu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, u b’hekk jiffaċilitaw ukoll il-kisba ta’ objettivi ta’ interess ġenerali. Dan ir-Regolament ma jippreġudikax jekk l-ispettru tar-radju ikunx assenjat direttament lill-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew lill-entitajiet li jużaw dawn in-networks jew is-servizzi. Dawk l-entitajiet jistgħu jkunu fornituri ta’ kontenut ta’ xandir fuq ir-radju jew televiżiv. Jenħtieġ li, f’kull każ, ir-responsabbiltà għall-konformità mal-kundizzjonijiet marbutin mad-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju u mal-kundizzjonijiet rilevanti marbutin mal-awtorizzazzjoni ġenerali tkun tal-impriża li lilha jkun ingħata d-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju. Ċerti obbligi imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-media awdjoviżiva jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ kriterji u ta’ proċeduri speċifiċi għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju biex jintlaħaq objettiv speċifiku ta’ interess ġenerali stabbilit mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-proċedura għall-għoti ta’ tali dritt f’kull każ tkun oġġettiva, trasparenti, nondiskriminatorja u proporzjonata.
(111)Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikjedi li kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali għad-drittijiet garantiti fl-Artikolu 56 tat-TFUE hija oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata u ma teċċedix dik li hija neċessarja biex jinkisbu l-objettivi tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ispettru tar-radju mogħti mingħajr proċedura miftuħa ma jintużax għal skopijiet oħra għajr għall-objettiv ta’ interess ġenerali li għalih ikun ingħata. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jikkummentaw fi żmien raġonevoli.
(112)Bħala parti mill-proċedura tal-applikazzjoni għall-għoti tad-drittijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw jekk l-applikant ikunx kapaċi li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li jridu jkunu marbuta ma’ dawn id-drittijiet. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jiġu riflessi fil-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’termini oġġettivi, trasparenti, xierqa u nondiskriminatorji qabel ma tiġi varata kwalunkwe proċedura ta’ għażla kompetittiva. Għall-fini li jiġu applikati tali kriterji, jenħtieġ li jkun possibbli li l-applikanti jintalbu jibagħtu l-informazzjoni neċessarja biex jagħtu prova tal-kapaċità tagħhom li jikkonformaw ma’ dawk il-kundizzjonijiet. Meta tali informazzjoni ma tiġix ipprovduta, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni għad-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju.
(113)Qabel l-għoti tad-dritt, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jverifikaw biss l-elementi li jistgħu jintwerew b’mod raġonevoli minn applikant li jeżerċita prudenza normali filwaqt li jitqies b’mod xieraq il-valur importanti kemm għall-pubbliku kif ukoll għas-suq tal-ispettru tar-radju bħala riżorsa pubblika skarsa. Jenħtieġ li dan ma jipprevjenix lill-awtorità nazzjonali kompetenti milli twettaq verifika sussegwenti li l-kriterji ta’ eliġibbiltà ġew issodisfati, pereżempju permezz ta’ stadji importanti, fejn il-kriterji ma jistgħux raġonevolment jiġu ssodisfati inizjalment. Sabiex jiġi ppreservat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jagħtux drittijiet fejn ir-rieżami tagħhom jindika li l-applikanti ma humiex kapaċi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jitħaffef l-użu sperimentali limitat biż-żmien.
(114)Fejn id-domanda għal banda ta’ spettru tar-radju taqbeż id-disponibbiltà u, minħabba f’hekk, awtorità nazzjonali kompetenti tikkonkludi li l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jrid ikun limitat, jenħtieġ li jiġu applikati proċeduri xierqa u trasparenti għall-għoti ta’ dawn id-drittijiet biex tkun evitata kwalunkwe diskriminazzjoni u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsa skarsa. Jenħtieġ li tali limitazzjoni tkun iġġustifikata, proporzjonata u bbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tingħata l-importanza xierqa lill-benefiċċji ġenerali tal-utenti u lill-objettivi tas-suq nazzjonali u tas-suq intern. Jenħtieġ li l-objettivi li jirregolaw kwalunkwe proċedura ta’ limitazzjoni jiġu stabbiliti b’mod ċar minn qabel u, fejn possibbli, ikkwantifikati billi tingħata importanza xierqa lill-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-objettivi tas-suq nazzjonali u tas-suq intern. Meta jikkunsidraw l-aktar proċedura ta’ għażla xierqa, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’konformità mal-miżuri ta’ koordinazzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni, b’mod puntwali u trasparenti, jikkonsultaw lill-partijiet interessati kollha dwar il-ġustifikazzjoni, l-objettivi u l-kundizzjonijiet tal-proċedura, fost l-oħrajn billi jiddikjaraw l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jużaw, fost l-oħrajn, proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi għall-assenjament tal-ispettru tar-radju, filwaqt li jqisu, fost l-oħrajn, is-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq. Fl-amministrazzjoni ta’ skemi bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jqisu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Jekk Stat Membru jsib li drittijiet ulterjuri jistgħu jsiru disponibbli f’banda, dan għandu jibda l-proċess għalihom.
(115)Filwaqt li jappoġġaw l-assenjament trasparenti u nondiskriminatorju u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, l-irkantijiet - bħala tip ta’ proċedura ta’ għażla li tiddependi fuq offerti kompetittivi għall-prezzijiet - jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien ta’ piż finanzjarju importanti fuq l-operaturi jekk ma jkunux imfassla kif suppost jew jekk il-kundizzjonijiet tal-għoti ma jirriflettux is-sitwazzjoni fis-suq. Għalhekk, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-irkantijiet orjentati lejn l-investiment li jiffokaw fuq il-kisba ta’ ċerti impenji ta’ kwalità u ta’ kopertura aktar milli fuq il-ħlas tat-tariffi.
(116)Il-Forum volontarju ta’ Rieżami bejn il-Pari stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/1972 bħala strument għat-tagħlim bejn il-pari ma rnexxilux jagħmel użu aktar konverġenti u jiddefinixxi l-elementi tal-proċeduri ta’ għażla u l-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, peress li madwar terz biss tal-miżuri nazzjonali ġew rieżaminat minn pari. Peress li dawk l-elementi u l-kundizzjonijiet għandhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet tas-suq u fuq is-sitwazzjoni kompetittiva, inklużi l-kundizzjonijiet għad-dħul u għall-espansjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni ex ante ġdid – proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju. Jenħtieġ li dik il-proċedura tapplika għal kull miżura proposta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-ħsieb li titwettaq proċedura ta’ għażla jew li jiġu emendati jew jiġġeddu d-drittijiet ta’ użu fir-rigward tal-ispettru tar-radju armonizzat għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi broadband bla fili. Mekkaniżmu ex ante bħal dan huwa aktar effiċjenti mill-intervent ex post, peress li jista’ jidentifika minn qabel miżuri li ma humiex iġġustifikati jew li huma sproporzjonati. Jenħtieġ li l-awtorità tan-notifika tispjega b’mod speċjali kif kwalunkwe miżura tat-tfassil tas-suq proposta li hija neċessarja biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva u tiddeskrivi l-effetti probabbli tagħha fuq l-investimenti eżistenti u futuri mill-parteċipanti fis-suq, abbażi ta’ analiżi tas-suq. Jekk l-awtorità tan-notifika jkollha l-ħsieb li timponi durata definita ta’ dritt għall-użu, jenħtieġ li tippreżenta argumenti dwar kif tqis id-durata proposta bħala suffiċjenti fid-dawl tal-investimenti li huma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-proċedura ta’ assenjament u ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinnotifika kwalunkwe riżerva li jista’ jkollha fuq abbozzi ta’ miżuri tat-tfassil tas-suq, jiġifieri miżuri li jħallu impatt fuq l-istruttura jew fuq il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq, bħal limiti massimi, riżervi jew obbligi għall-aċċess għall-operaturi tal-ispettru tar-radju, u jenħtieġ li f’każ bħal dan tiddikjara r-raġunijiet għar-riżerva. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li l-miżura toħloq ostaklu għas-suq intern jew ikollha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ tinnotifika wkoll kwalunkwe riżerva li tista’ tinħoloq fil-każ ta’ durata limitata, fejn tqis li tali durata ma tkunx biżżejjed. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha tikkunsidra kwalunkwe impatt possibbli li d-durata tad-drittijiet ta’ użu jkollha fuq il-kompetizzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tiegħu, jenħtieġ li l-proċess jipprovdi lill-Kummissjoni l-possibbiltà ta’ veto fuq id-durata tad-drittijiet ta’ użu u fuq il-miżuri tat-tfassil tas-suq jekk jitqies neċessarju. Jenħtieġ li din il-proċedura l-ġdida tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tissostitwixxi l-Forum ta’ Rieżami bejn il-Pari.
(117)Fejn ikunu appoġġati minn evidenza ekonomika robusta u jkunu mfassla tajjeb, il-miżuri tat-tfassil tas-suq u d-durati limitati tal-liċenzji jista’ jkollhom rwol importanti fis-salvagwardja ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-miżuri meħuda speċifikament biex jippromwovu l-kompetizzjoni fl-għoti jew fit-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jiġu deċiżi mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra, li jkollhom l-għarfien ekonomiku, tekniku u tas-suq neċessarju. Il-kundizzjonijiet tal-assenjament tal-ispettru tar-radju jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-kundizzjonijiet għad-dħul. Aċċess limitat għall-ispettru tar-radju, b’mod partikolari meta l-ispettru tar-radju jkun skars, jista’ joħloq ostaklu għad-dħul tal-investiment jew ixekkel l-investiment, it-tnedija ta’ networks, il-forniment ta’ servizzi jew ta’ applikazzjonijiet ġodda, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. Drittijiet ġodda ta’ użu, inklużi dawk li jkunu nkisbu permezz ta’ trasferiment jew lokazzjoni, u l-introduzzjoni ta’ kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispettru tar-radju, ukoll jistgħu jinfluwenzaw il-kompetizzjoni eżistenti. Fejn jiġu applikati bla bżonn, ċerti kundizzjonijiet użati għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni jista’ jkollhom effetti oħra. Pereżempju, il-limiti massimi u r-riżervi tal-ispettru tar-radju jistgħu joħolqu skarsezza artifiċjali, l-obbligi għall-aċċess għall-operaturi jistgħu jillimitaw bla bżonn il-mudelli ta’ negozju fin-nuqqas ta’ saħħa fis-suq, u l-limiti fuq it-trasferimenti jistgħu jxekklu l-iżvilupp tas-swieq sekondarji. Għaldaqstant, hu neċessarju li jsir test konsistenti u oġġettiv tal-kompetizzjoni għall-impożizzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet u jenħtieġ li dan jiġi applikat b’mod koordinat. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ tali miżuri jkun ibbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa u oġġettiva, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tas-suq u tal-kundizzjonijiet kompetittivi tiegħu abbażi ta’ analiżi tas-suq. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dejjem jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju u jevitaw distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ żamma preventiva antikompetittiva.
(118)Miżuri li jintervjenu fl-istruttura tas-suq, bħal limiti massimi jew riżervi tal-ispettru tar-radju, jistgħu jiġu imposti biss meta miżuri inqas intrużivi, bħall-obbligi għall-aċċess għall-operaturi, ma jkunux biżżejjed biex jiggarantixxu kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Qabel ma jiġu imposti obbligi għall-aċċess għall-operaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivvalutaw jekk is-swieq bl-imnut ikunux effettivament kompetittivi fin-nuqqas ta’ intervent tal-operaturi. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tkun olistika u tqis għadd ta’ parametri, bħall-valur ikkwotat għall-prodotti għall-konsumatur u għan-negozju tas-suq bil-massa, ir-ribassi, inklużi r-ribassi mmirati, kif ukoll l-investimenti u l-kwalità tas-servizz, iżda mhux biss. Meta tiddetermina d-drittijiet ta’ użu soġġetti għal tali obbligi, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkunsidra l-kapaċità disponibbli biex tappoġġa l-offerti tal-operaturi.
(119)Iż-żieda massiva fid-domanda għall-ispettru tar-radju, u fid-domanda tal-utenti finali għall-kapaċità ta’ broadband bla fili, tappella li jinstabu soluzzjonijiet li jippermettu soluzzjonijiet ta’ aċċess alternattivi, komplementari, u effiċjenti fl-ispettru, inklużi sistemi ta’ aċċess bla fili b’konsum baxx tal-enerġija b’firxiet operattivi fuq żoni żgħar, bħal RLANs u networks ta’ punti ta’ aċċess ċellolari żgħar b’konsum baxx tal-enerġija. Sistemi komplementari ta’ aċċess bla fili bħal dawn, b’mod partikolari l-punti ta’ aċċess tal-RLANs aċċessibbli għall-pubbliku, iżidu l-aċċess għall-internet għall-utenti finali u t-tnaqqis tat-tagħbija tat-traffiku mobbli għall-operaturi mobbli. L-RLANs jużaw spettru tar-radju armonizzat mingħajr il-bżonn ta’ awtorizzazzjoni individwali jew id-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju. Sal-ġurnata tal-lum, il-biċċa l-kbira tal-punti ta’ aċċess tal-RLANs jintużaw minn utenti privati bħala estensjoni lokali bla fili tal-konnessjoni broadband fissa tagħhom. L-utenti finali, fil-limiti tal-abbonament tal-internet tagħhom stess, jenħtieġ li ma jinżammux lura milli jaqsmu l-aċċess għall-RLAN tagħhom ma’ oħrajn, sabiex jiżdied l-għadd ta’ punti ta’ aċċess disponibbli, b’mod partikolari f’żoni b’popolazzjoni densa, tiġi mmassimizzata l-kapaċità tad-data bla fili permezz tal-użu mill-ġdid tal-ispettru tar-radju u tinħoloq infrastruttura tal-broadband bla fili komplementari kosteffettiva li tkun aċċessibbli għal utenti finali oħra. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħew restrizzjonijiet mhux neċessarji għall-varar u għall-interkonnessjoni tal-punti ta’ aċċess tal-RLAN.
(120)L-awtoritajiet pubbliċi jew il-fornituri pubbliċi ta’ servizzi li jużaw l-RLANs fl-istabbilimenti tagħhom għall-persunal, għall-viżitaturi jew għall-klijenti tagħhom, pereżempju, biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi elettroniċi tal-gvern jew għall-informazzjoni dwar it-trasport pubbliku jew l-immaniġġar tat-traffiku fit-toroq, jenħtieġ li jipprovdu wkoll aċċess għall-punti ta’ aċċess bħal dawn għall-użu ġenerali miċ-ċittadini bħala servizz anċillari għal servizzi li dawn joffru lill-pubbliku f’dawn il-binjiet, sal-limitu permess mir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-fornitur ta’ dan l-aċċess lokali għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi proprjetà privata jew madwarha jew f’żona pubblika limitata fuq bażi mhux kummerċjali jew bħala servizz anċillari għal attività oħra li mhix dipendenti fuq dan l-aċċess, bħal pereżempju hotspots tal-RLAN li huma għall-klijenti ta’ attivitajiet kummerċjali oħra jew għall-pubbliku ġenerali f’dik iż-żona, jistgħu jkunu soġġetti għall-konformità mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, iżda jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi kundizzjoni jew rekwiżit marbut mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali applikabbli għall-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew għal obbligi rigward l-utenti finali jew l-interkonnessjoni. Madankollu, jenħtieġ li fornitur bħal dan jibqa’ soġġett għar-regoli dwar ir-responsabbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 . Qed jitfaċċaw aktar teknoloġiji bħall-komunikazzjonijiet bid-dawl viżibbli u dawn se jikkomplementaw il-kapaċitajiet kurrenti tal-ispettru tar-radju tal-RLANs u tal-punt ta’ aċċess bla fili biex jinkludu punti ta’ aċċess viżibbli bbażati fuq id-dawl u jwasslu għal networks ibridi taż-żona lokali li jippermettu komunikazzjoni ottika bla fili.
(121)Minħabba li l-punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar b’konsum baxx tal-enerġija, bħal ċelloli femto, pico, metro jew mikro, jistgħu jkunu żgħar ħafna u jagħmlu użu minn tagħmir diskret simili għal dak ta’ routers domestiċi tal-RLANs, li ma jirrikjedu l-ebda permess lil hinn minn dak li jkun neċessarju għall-użu tal-ispettru tar-radju, u meta jitqies l-impatt pożittiv ta’ tali punti ta’ aċċess fuq l-użu tal-ispettru tar-radju u fuq l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet bla fili, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni għall-varar tagħhom tiġi limitata kemm jista’ jkun. Bħala riżultat ta’ dan, sabiex jiġi ffaċilitat il-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit applikabbli relatat mal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, fil-prinċipju jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jissottomettu ebda permess individwali għall-varar ta’ tali apparati fuq bini li ma jkunx uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, ħlief għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-karatteristiċi tagħhom, bħall-karatteristiċi tad-daqs, tal-piż u tal-livell ta’ emissjonijiet massimi, jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni b’mod proporzjonat għall-varar lokali u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Għat-tħaddim ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar, jenħtieġ li jkun japplika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/53/UE. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà privata stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew fid-dritt nazzjonali. Jenħtieġ li l-proċedura biex jitqiesu l-applikazzjonijiet għal permessi tiġi ssimplifikata u, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali u kwalunkwe imposta amministrattiva involuta, jenħtieġ li tkun limitata għall-kostijiet amministrattivi relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-proċess ta’ valutazzjoni ta’ talba għal permess tieħu l-iqsar żmien possibbli, u fil-prinċipju mhux aktar minn 4 xhur.
(122)Il-binjiet pubbliċi u infrastruttura pubblika oħra jżuruhom u jintużaw ta’ kuljum minn għadd sinifikanti ta’ utenti finali li jeħtieġu konnettività biex jikkonsmaw Servizzi Pubbliċi Diġitali, Trasport Diġitali u servizzi oħra. Infrastruttura pubblika oħra, bħall-fanali tat-toroq, id-dwal tat-traffiku, toffri siti ta’ valur kbir għall-varar ta’ ċelloli żgħar, pereżempju, minħabba d-densità tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jissottomettu l-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar għal permessi individwali minn qabel, jenħtieġ li l-operaturi jkollhom dritt ta’ aċċess għal dawk is-siti pubbliċi għall-fini li jissodisfaw b’mod adegwat id-domanda. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw li tali binjiet pubbliċi u infrastruttura pubblika oħra jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’kundizzjonijiet raġonevoli għall-varar ta’ ċelloli żgħar bil-ħsieb li jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’dak ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) 2024/1309 isegwi approċċ funzjonali u jimponi obbligi ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika biss meta din tkun parti minn network, u biss jekk tkun proprjetà ta’ operatur ta’ network jew tintuża minnu, u b’hekk iħalli ħafna binjiet li huma proprjetà ta’ awtoritajiet pubbliċi jew użati minnhom barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Għall-kuntrarju, ma huwiex neċessarju obbligu speċifiku għall-infrastruttura fiżika, bħal kanali jew arbli, użata għal sistemi ta’ trasport intelliġenti, li tkun proprjetà ta’ operaturi tan-networks (fornituri ta’ servizzi tat-trasport jew tal-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi), u li tospita partijiet ta’ network, u b’hekk tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1309.
(123)Jenħtieġ li l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE relatat mal-funzjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju jiġi emendat. Sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sovranità teknoloġika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddiskutu kwistjonijiet u jiddeċiedu dwar il-pożizzjoni komuni mingħajr l-involviment ta’ pajjiżi terzi u tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu, fil-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, pożizzjonijiet komuni relatati mal-iżvilupp ta’ ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà jew is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, qabel id-diskussjonijiet fis-CEPT.
(124)Il-komunikazzjonijiet bis-satellita għandhom rwol essenzjali fl-iżgurar tas-sigurtà, tar-reżiljenza u tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni. L-avvanzi teknoloġiċi reċenti, id-dinamika tas-suq li qed tevolvi, l-isfidi ġeopolitiċi, u t-tħassib dwar il-kompetizzjoni relatati man-networks satellitari jeħtieġu azzjoni msaħħa fil-livell tal-Unjoni. L-operaturi satellitari qed ifittxu dejjem aktar aċċess għas-suq pan-Ewropew, u r-regolaturi qed ikunu taħt pressjoni dejjem akbar biex jistabbilixxu oqfsa regolatorji xierqa li jallinjaw mal-politiki u mal-objettivi tal-Unjoni. Hemm bżonn li jiġu ssimplifikati u kkonsolidati r-regoli dwar il-forniment ta’ networks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita, u l-użu tal-ispettru satellitari, jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ servizzi u ta’ networks transfruntieri, u jiġu evitati lakuni regolatorji fil-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-swieq satellitari tal-Unjoni.
(125)Fl-opinjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju, l-RSPG enfasizza li jenħtieġ li l-politika dwar l-ispettru tappoġġa l-iżvilupp ta’ sistemi satellitari innovattivi li jiżguraw konnettività kkontrollata mill-UE u l-forniment ta’ servizzi satellitari governattivi affidabbli, reżiljenti u kosteffettivi. Għalhekk, huwa neċessarju qafas imsaħħaħ tal-Unjoni biex l-Unjoni tkun f’pożizzjoni ta’ attur prominenti fl-industrija spazjali globali, jipprovdi bażi robusta għall-iżvilupp u għall-operat ta’ infrastrutturi satellitari pan-Ewropej, u jiżgura l-infurzar effettiv tas-salvagwardji tas-sigurtà u tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan il-qafas ikun essenzjali biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropea għal Unjoni tal-Preparatezza, adottata fis-26 ta’ Marzu 2025, li tisħaq fost l-oħrajn fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji minimi ta’ preparatezza għal servizzi essenzjali bħas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex tiġi żgurata r-reżiljenza ta’ funzjonijiet vitali tas-soċjetà, u biex jiġi promoss l-użu doppju mid-disinn, fl-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet siguri u tal-konnettività madwar l-Unjoni.
(126)F’konformità mal-Artikolu 216(1) tat-TFUE, l-Unjoni għandha kompetenza esterna u tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn it-Trattati jipprevedu jew fejn dan ikun neċessarju biex jinkisbu l-objettivi tal-politiki tal-Unjoni. Il-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u l-użu tal-frekwenzi tar-radju, inkluż għall-komunikazzjonijiet bis-satellita, huma oqsma fil-biċċa l-kbira rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2019/1872 u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. L-użu tal-ispettru tar-radju mis-satelliti huwa ta’ natura internazzjonali b’mod inerenti, peress li huwa rregolat minn mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni globali fl-UIT u jippermetti l-forniment ta’ servizzi transfruntieri f’diversi pajjiżi. Fl-istess ħin, l-ispettru tar-radju satellitari jikkostitwixxi assi kritiku għas-swieq tal-komunikazzjoni globali, li jinfluwenza l-kompetittività, l-investiment, u d-disponibbiltà biex jiġu pprovduti servizzi innovattivi madwar l-Unjoni. Fid-dawl ta’ dawn id-dimensjonijiet internazzjonali u tas-suq doppji, huwa neċessarju approċċ tal-Unjoni koerenti u li jħares ’il quddiem biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju satellitari, koordinazzjoni effettiva, u funzjonament xieraq tas-suq uniku intern.
(127)Wieħed mill-proċessi bażiċi biex tiġi żgurata operazzjoni mingħajr interferenza huwa l-koordinazzjoni tan-networks satellitari qabel it-tnedija tagħhom. F’konformità mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT, jenħtieġ li l-amministrazzjoni li tiffajlja sistema satellitari ġdida tikkoordina mas-sistemi kollha li diġà jkunu tnedew jew ġew iffajljati li s-sistema satellitari l-ġdida tista’ taffettwa u taġġusta l-parametri, sabiex ma tikkawżax interferenza dannuża għal sistemi bħal dawn. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-Unjoni fir-rigward l-iffajljar u r-reġistri tal-UIT, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinformaw lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra fl-RSPB dwar attivitajiet bħal dawn. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura li amministrazzjoni tkun tista’ tfittex appoġġ mingħand awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra u mill-Unjoni biex twettaq il-koordinazzjoni tal-UIT b’mod partikolari fejn ikun hemm riskju li jiġu affettwati l-interess u l-politiki tal-Unjoni.
(128)L-armonizzazzjoni u l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu satellitari fil-livell internazzjonali permezz tal-UIT ma għandhomx bħala effett l-armonizzazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u għall-użu ta’ spettru relatat. Ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli li jirregolaw in-networks satellitari u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita għadhom frammentati bejn l-Istati Membri, u dan ifixkel lill-operaturi satellitari fl-Unjoni milli jiksbu l-iskala neċessarja biex jipprovdu servizzi ta’ konnettività transfruntiera jew pan-Ewropej. Dawn is-servizzi qed isiru dejjem aktar essenzjali għall-konnessjoni ta’ żoni remoti u li ma humiex moqdijin biżżejjed, għat-tisħiħ tar-reżiljenza, u għall-appoġġ tal-varar ta’ teknoloġiji ġodda. Sabiex jingħelbu dawk l-isfidi, jenħtieġ li l-forniment ta’ networks u ta’ servizzi satellitari jkun soġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali fil-livell tal-Unjoni, bil-kundizzjonijiet żviluppati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri. Fid-dawl tad-diversità tan-networks u tas-servizzi satellitari, jenħtieġ li kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni bħal dawn jiġu żviluppati aħjar permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-RSPB, minħabba l-esperjenza wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-ispettru fl-awtorizzazzjoni tas-satelliti. Notifika lill-Kummissjoni skont tali awtorizzazzjoni ġenerali tagħti lil impriża l-istess drittijiet madwar l-Unjoni kollha mingħajr il-ħtieġa li tinnotifika separatament fl-Istati Membri individwali.
(129)Jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas armonizzat u ċentralizzat tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ użu tal-ispettru satellitari, bl-implimentazzjoni appoġġata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-Istati Membri. Qafas bħal dan, li jagħti drittijiet ta’ użu fil-livell tal-Unjoni f’kundizzjonijiet komuni, itejjeb iċ-ċertezza legali, inaqqas il-frammentazzjoni, u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika, is-sigurtà u s-sovranità tal-Unjoni fil-komunikazzjonijiet bis-satellita, filwaqt li jikkomplementa l-objettivi tal-Att tal-Unjoni dwar l-Ispazju u l-Viżjoni għall-Ekonomija Spazjali tal-Unjoni. L-awtorizzazzjoni tas-satelliti fil-livell tal-Unjoni, permezz ta’ proċedura li tinvolvi lill-Kummissjoni u lill-RSPB, appoġġati mill-ODN, fil-passi kollha, mill-allokazzjoni, il-liċenzjar sal-infurzar, tnaqqas il-piż amministrattiv, ittejjeb it-trasparenza fl-aċċess għas-suq, u tiżgura l-ġestjoni konsistenti tal-iskarsezza u tal-interferenza tal-ispettru tar-radju. Tissalvagwardja l-integrità tas-suq intern, tippromwovi servizzi siguri u kompetittivi, u tallinja l-politiki tal-ispettru tar-radju mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, u b’hekk tappoġġa komunikazzjonijiet bis-satellita siguri, skalabbli u strateġikament awtonomi.
(130)Jenħtieġ li l-ispettru użat għan-networks u għas-servizzi satellitari jkun soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni mogħtija mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-RSPB. Jenħtieġ li tiġi adottata Tabella Ewropea ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi tas-Satellita biex tipprovdi trasparenza lill-operaturi satellitari li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi aċċessat spettru għal servizzi satellitari speċifiċi. Filwaqt li, għal ċerti baned ta’ spettru satellitari, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-aċċess tagħhom għandu jkun possibbli taħt awtorizzazzjoni ġenerali, bħall-Internet tal-Oġġetti, għal oħrajn, jenħtieġ li d-drittijiet individwali ta’ użu jkunu ppreferuti, fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi evitata interferenza dannuża, u jiġu żgurati l-kwalità tas-servizz, ir-reżiljenza tan-network u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet.
(131)Barra minn hekk, sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti networks u servizzi satellitari pan-Ewropej, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispettru satellitari jkunu l-istess madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni bħal dawn b’mod partikolari jiggarantixxu r-rispett tar-regoli applikabbli tar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT dwar il-koordinazzjoni bis-satellita u l-evitar ta’ interferenza dannuża kif ukoll il-koordinazzjoni ma’ sistemi satellitari oħra, preżenti u futuri, li huwa ta’ importanza speċjali għas-sistemi satellitari eżistenti u ppjanati skont il-programmi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi satellitari jfittxu wkoll koerenza mal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(132)Peress li l-biċċa l-kbira tal-ispettru satellitari jista’ jinqasam b’mod effiċjenti bejn fornituri differenti, il-maġġoranza tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni jingħataw fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Sal-lum, id-detenturi tad-dritt li jużaw il-banda ta’ 2 GHz għall-forniment pan-Ewropew ta’ Servizz Mobbli Permezz tas-Satellita (“MSS”, Mobile Satellite Service) biss intgħażlu soġġetti għall-proċedura ta’ għażla tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 626/2008/KE. Peress li spettru satellitari ieħor jista’ jsir skars fil-futur, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ għażla xierqa fir-Regolament biex jintgħażlu d-detenturi tad-drittijiet ta’ użu f’baned f’ċirkostanzi bħal dawn. Tali proċedura jenħtieġ li tkun ispirata mill-proċedura skont id-Deċiżjoni 626/2008/KE, li tistabbilixxi proċedura ta’ għażla komparattiva. Jenħtieġ li l-proċeduri ta’ għażla komparattiva jiffokaw fuq il-varar ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita innovattivi kif ukoll fuq it-trawwim tal-integrazzjoni tat-teknoloġiji Ewropej fl-ekosistema spazjali l-ġdida. Dan huwa kruċjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali u xjentifiċi tal-Unjoni u għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika u tal-ktajjen tal-provvista tal-Ewropa fis-settur spazjali. F’ċerti każijiet, il-proċeduri kompetittivi, bħall-irkantijiet, jistgħu jkunu aktar xierqa biex jiżguraw li l-ispettru jiġi assenjat lill-impriżi li jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnu. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li objettivi ta’ politika oħrajn jitqiesu kif xieraq, bħall-ħtieġa li tiġi żgurata kopertura wiesgħa tat-territorju tal-Unjoni.
(133)Fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar l-approċċ tal-politika fil-livell tal-UE għall-konnettività satellitari Diretta għall-Apparat u kwistjonijiet relatati tas-Suq Uniku, l-RSPG identifika ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ salvagwardja li jippermetti lill-Istati Membri jirreaġixxu kollettivament għall-benefiċċju tal-interessi tal-UE għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti komuni tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita. Tabilħaqq, għalkemm hemm proċess stabbilit sew, skont il-UIT, għar-riżoluzzjoni bilaterali ta’ każijiet ta’ interferenza transfruntiera bejn l-amministrazzjonijiet, proċess bħal dan huwa twil u ma huwiex akkumpanjat minn garanziji suffiċjenti għal riżoluzzjoni effettiva u f’waqtha tal-interferenzi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għodod biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament, speċjalment l-obbligi għall-koordinazzjoni u għall-prevenzjoni ta’ interferenza dannuża fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, għalkemm l-awtorizzazzjoni ta’ networks u ta’ servizzi satellitari u l-użu ta’ spettru relatat jenħtieġ li jsiru fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jibbenefika mill-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom ġuriżdizzjoni, kapaċità u għarfien espert biex jivverifikaw il-konformità u jidentifikaw kwistjonijiet ta’ interferenza dannuża.
(134)Bil-ħsieb li jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar koordinati tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-RSPB, tadotta arranġamenti dettaljati li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-infurzar. Il-Kummissjoni tista’ timponi wkoll multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali għall-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Titolu dwar l-użu tal-ispettru tar-radju satellitari. Jenħtieġ li multi bħal dawn iqisu l-gravità u d-durata tal-ksur u, fejn il-ksur jikkonsisti fil-ksur tar-regoli nazzjonali, ta’ kwalunkwe penali diġà applikata mill-awtoritajiet nazzjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jwissu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jew tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu dwar l-użu tal-ispettru tar-radju satellitari. Sabiex tiġi żgurata l-konformità, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu effett sħiħ fit-territorju tagħhom tad-deċiżjoni li timponi miżuri jew sanzjonijiet korrettivi, inkluż li fl-aħħar mill-aħħar jipprevjenu lil impriża milli tipprovdi networks jew servizzi satellitari fl-Unjoni. Madankollu, f’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru, li l-konnettività tiegħu tiġi interrotta serjament minn kwalunkwe sospensjoni jew waqfien tal-attività ta’ operatur satellitari, li jitlob lill-Kummissjoni tiddifferixxi l-applikazzjoni ta’ tali miżura koordinata fit-territorju nazzjonali tiegħu għal perjodu rinnovabbli sa 6 xhur.
(135)L-iżviluppi teknoloġiċi qed iwasslu għall-integrazzjoni progressiva ta’ networks terrestri u mhux terrestri f’arkitettura ta’ komunikazzjoni unifikata, li tgħaqqad l-infrastruttura bbażata fuq l-art ma’ komponenti mhux terrestri, b’mod partikolari kostellazzjonijiet satellitari fl-Orbita Dinjija Baxxa (“LEO”, Low Earth Orbit), u b’hekk tiżgura konnettività mifruxa, reżiljenti u ta’ prestazzjoni għolja fuq skala globali. Il-kompetizzjoni globali għall-istandardizzazzjoni u għall-aċċess għall-ispettru satellitari għat-teknoloġiji mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss turi l-importanza strateġika tal-ispettru bħala riżorsa kritika. Huma neċessarji dispożizzjonijiet legali speċifiċi f’dan il-qasam biex dawn l-iżviluppi jiġu indirizzati b’mod effettiv, billi jissaħħu r-regoli li jirregolaw il-ġestjoni tal-ispettru satellitari biex l-Unjoni tkun tista’ tiżgura l-awtonomija strateġika tagħha fil-varar ta’ networks terrestri u mhux terrestri siguri u reżiljenti tal-5G u tas-6G. Fl-istess ħin, minħabba l-iskarsezza tal-ispettru satellitari mobbli, hemm ħtieġa dejjem akbar li l-ispettru jiġi kondiviż bejn l-utenti terrestri u dawk mhux terrestri. Jenħtieġ li tali kondiviżjoni ssir b’mod li ma jipperikolax il-forniment tas-servizzi terrestri. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kontinwità mhux ristretta tal-użi u tal-applikazzjonijiet kurrenti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiggarantixxi li l-użu kondiviż tal-ispettru bejn is-sistemi terrestri u satellitari jista’ jseħħ biss meta d-detentur primarju tad-dritt ta’ użu terrestri jkun qabel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. F’kuntest ta’ servizzi integrati ta’ komunikazzjoni bis-satellita u mobbli attivati mit-teknoloġiji tas-6G, il-konfini tradizzjonali bejn in-networks terrestri u satellitari qed jiċċajpru. Hemm bżonn ta’ qafas regolatorju koordinat u li jħares ’il quddiem għall-prevenzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq u tal-interferenza tal-ispettru, b’mod partikolari fil-baned ta’ frekwenzi li se jintużaw b’mod konġunt kemm mill-operaturi terrestri mobbli kif ukoll satellitari.
(136)Fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-politiki speċifiċi kurrenti u futuri tal-Unjoni li jiddependu fuq ir-riżorsi ta’ numerazzjoni, l-identifikazzjoni f’waqtha tal-ħtiġijiet kemm għas-servizzi kurrenti kif ukoll għal dawk innovattivi hija essenzjali. L-iżvilupp tas-suq intern tal-Unjoni jirriżulta f’żieda fil-varar ta’ servizzi transfruntieri li spiss jiddependu fuq ir-riżorsi ta’ numerazzjoni. Sabiex tali servizzi jirnexxu u jġibu l-benefiċċji tas-soċjetà u t-tkabbir ekonomiku mistennija, jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza u l-prevedibbiltà regolatorji fir-rigward tal-ippjanar, tal-allokazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi strateġija ta’ numerazzjoni li tħares ’il quddiem, li tiddependi fuq l-input tal-partijiet interessati kollha u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-BEREC, li tkun tikkostitwixxi l-bażi tal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni.
(137)Id-disponibbiltà ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej tippermetti l-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-użu tar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-fornituri ta’ servizzi transfruntieri jew pan-Ewropej. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi tal-appoġġ tal-Istati Membri, tkun tista’ tieħu miżuri, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tadotta l-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, biex tippermetti l-applikazzjoni għall-firxiet ta’ numerazzjoni għall-UIT u biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu mehmuża mad-dritt ta’ użu tar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, inklużi t-tariffi għad-drittijiet ta’ użu għal tali riżorsi u l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ tariffi bħal dawn lill-ODN. Filwaqt li jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jassenjaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej peress li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiżguraw l-infurzar tal-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali ta’ użu, jenħtieġ li l-ODN, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u taħt is-superviżjoni tal-BEREC, jenħtieġ li jżomm bażi tad-data aġġornata tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej biex ikollu ħarsa ġenerali ċentralizzata tad-disponibbiltà tagħhom.
(138)L-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej, b’mod partikolari servizzi bejn magna u oħra, ikun attivat aktar bid-disponibbiltà ta’ numri armonizzati madwar l-Unjoni filwaqt li l-ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kooperazzjoni mal-ODN tiżgura sett uniku ta’ kundizzjonijiet biex jikkonformaw ma’ dawn il-fornituri ta’ servizzi. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw lill-Kummissjoni biex tikseb firxiet ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni mill-UIT, inkluż billi japplikaw għal tali firxiet ta’ numri speċifiċi f’isimhom. Fejn ikun hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Unjoni biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej jew ta’ servizzi transfruntieri, b’mod partikolari servizzi ġodda bbażati minn magna għal oħra bħal karozzi konnessi, u fejn il-ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi b’mod ċentralizzat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kooperazzjoni mal-ODN tippermetti proċeduri ta’ allokazzjoni aktar sempliċi u trasparenti għall-fornituri ta’ servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.
(139)Sabiex ikun appoġġat b’mod effettiv il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-persuni fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw ċerti riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari ċerti numri nonġeografiċi, b’mod ekstraterritorjali, jiġifieri barra t-territorju tal-Istat Membru li jassenja. Fid-dawl tar-riskju konsiderevoli ta’ frodi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet interpersonali, jenħtieġ li tali użu ekstraterritorjali jkun permess biss għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali. Jenħtieġ li l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari r-regoli għall-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħrajn marbutin mal-użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni jiġi żgurat mill-Istati Membri indipendentement minn fejn ikunu ngħataw id-drittijiet ta’ użu u fejn ir-riżorsi ta’ numerazzjoni jkunu qed jintużaw fi ħdan l-Unjoni
(140)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri, fejn jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni minn Stat Membru ieħor, ma għandhomx kontroll fuq dawk ir-riżorsi ta’ numerazzjoni. Għaldaqstant hu essenzjali li l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru li jagħti d-drittijiet ta’ użu ekstraterritorjali jenħtieġ li tiżgura wkoll il-protezzjoni effettiva tal-utenti finali fl-Istati Membri fejn jintużaw dawk in-numri. Bil-ħsieb li tinkiseb protezzjoni effettiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jagħtu d-drittijiet ta’ użu ekstraterritorjali jehmżu kundizzjonijiet fir-rigward tar-rispett mill-fornitur ta’ regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi u regoli oħrajn marbutin mal-użu tar-riżorsi ta’ numerazzjoni f’dawk l-Istati Membri fejn ikunu se jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni.
(141)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni jkunu jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu taw id-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni biex jgħinuhom fl-infurzar tar-regoli nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ infurzar mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu taw id-drittijiet ta’ użu jinkludu penali dissważivi, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur serju tal-irtirar tad-dritt ta’ użu ekstraterritorjali għar-riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati lill-impriża kkonċernata. Jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-użu exstraterritorjali jkunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità regolatorja nazzjonali biex jimblukkaw l-aċċess għal numri jew għal servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew użu ħażin. Jenħtieġ li l-użu ekstraterritorjali ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni relatati mal-forniment ta’ servizzi tar-roaming, inkluż dawk relattivi għall-prevenzjoni ta’ użu anomalu jew abbużiv tas-servizzi tar-roaming li huma soġġetti għal regolamentazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ bl-imnut u li jibbenefikaw minn rati tar-roaming tal-operaturi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jidħlu fi ftehimiet speċifiċi dwar l-użu ekstraterritorjali ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
(142)L-aċċess għar-riżorsi ta’ numerazzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji huwa essenzjali għall-impriżi biex jikkompetu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jagħtu d-drittijiet ta’ użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni lill-impriżi minbarra l-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fid-dawl tar-rilevanza tan-numri dejjem jikbru għas-servizzi varji tal-Internet tal-Oġġetti. Jenħtieġ li l-elementi kollha għall-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni jkunu ġestiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluż il-kodiċi tal-punti użati fl-indirizzar tan-networks.
(143)Sabiex il-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jinformaw lilhom infushom, jenħtieġ li jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni billi dawk id-deċiżjonijiet isiru aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sit web.
(144)Il-parti oriġinarja għandha tkun tista’ taċċessa n-numri kollha inklużi fil-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stati Membri oħra u taċċessa s-servizzi bl-użu ta’ numri nonġeografiċi, inklużi n-numri tal-freephone u tar-rata primjum u riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej, fl-ambitu tal-Unjoni, ħlief fejn il-parti li tirċievi tkun għażlet, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn ċerti żoni ġeografiċi. Jenħtieġ li l-parti oriġinarja tkun tista’ taċċessa wkoll in-numri min-Numri għal Sejħiet Bla Ħlas Internazzjonali Universali.
(145)Jenħtieġ li l-aċċess transfruntier għar-riżorsi ta’ numerazzjoni u għas-servizzi assoċjati ma jiġix ipprevenut, ħlief f’każijiet iġġustifikati b’mod oġġettiv, bħall-ġlieda kontra l-frodi jew l-abbuż (pereżempju, f’konnessjoni ma’ ċerti servizzi ta’ rati primjum), meta n-numru jkun definit bħala li jkollu ambitu nazzjonali biss (pereżempju, kodiċi qasir nazzjonali), jew meta ma jkunx ekonomikament fattibbli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat li jimblukkaw, inkluż b’mod preventiv, abbażi tal-analiżi każ b’każ tar-riskji involuti minn ċertu mudell ta’ użu, l-aċċess għan-numri jew għas-servizzi fejn dan ikun ġustifikat minn raġunijiet ta’ frodi jew ta’ użu ħażin. It-tariffi imposti fuq partijiet li jagħmlu telefonati minn barra l-Istat Membru konċernat ma humiex meħtieġa jkunu l-istess bħal dawk tal-partijiet li jagħmlu telefonati minn dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-utenti jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b’mod ċar dwar kwalunkwe ħlas applikabbli għan-numri għal telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal telefonati internazzjonali aċċessibbli permezz ta’ kodiċi standard ta’ prefiss telefoniku internazzjonali. Fejn id-dħul mill-interkonnessjoni jew minn servizzi oħrajn jinżamm mill-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għal raġunijiet ta’ frodi jew ta’ użu ħażin, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-dħul miżmum minn servizzi jitħallas lura lill-utenti finali milqutin mill-frodi jew mill-użu ħażin rilevanti fejn possibbli.
(146)Il-konnettività b’veloċità għolja u ta’ kwalità għolja hija essenzjali għall-koeżjoni tas-soċjetà tal-Unjoni u għall-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. In-networks tal-fibra sad-dar (“FTTH”, Fibre-To-The-Home) jikkostitwixxu l-aktar mezz li jibqa validu fil-futur biex tiġi pprovduta konnettività fissa sigura, affidabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li kapaċi tilħaq l-objettivi tat-trasformazzjoni diġitali u tal-klima tal-Unjoni, filwaqt li jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-manutenzjoni u dawk operazzjonali għall-operaturi.
(147)Sabiex titħaffef it-tranżizzjoni għall-fibra, b’mod partikolari l-varar ta’ networks FTTH u tiżdied l-adozzjoni ta’ servizzi pprovduti fuq dawk in-networks, huwa neċessarju li tiġi ppjanata u implimentata d-diżattivazzjoni ta’ networks tar-ram miruta b’mod ordnat u f’waqtu. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas strutturat għat-tranżizzjoni progressiva u proporzjonata min-networks tar-ram għall-fibra. Jenħtieġ li l-użu tan-networks tar-ram fl-interess ġenerali jiġi rregolat, mingħajr preġudizzju għas-sjieda tal-assi tan-network, li jenħtieġ li jibqgħu rregolati bid-dritt nazzjonali.
(148)Jenħtieġ li d-diżattivazzjoni tar-ram tirrispetta l-prinċipji tal-prevedibbiltà, tat-trasparenza u tal-proporzjonalità. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oġġettivi, passi proċedurali u salvagwardji li jirregolaw id-diżattivazzjoni tar-ram, filwaqt li jiġu previsti eċċezzjonijiet proporzjonati. Flimkien ma’ perjodu ta’ tranżizzjoni twil biżżejjed, dawk il-miżuri jipproteġu l-interessi tal-utenti finali, itejbu ċ-ċertezza legali għan-negozji u jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa biżżejjed biex jippermetti lill-operaturi tan-networks tar-ram jorganizzaw, iħejju u jlestu d-diżattivazzjoni tar-ram. Jenħtieġ li dan il-perjodu jippermetti wkoll lill-operaturi tan-networks tar-ram, fejn iqisu li dan ikun ekonomikament u kummerċjalment iġġustifikat, itejbu n-networks eżistenti tagħhom għal FTTH jew ivaraw networks FTTH. Barra minn hekk, l-iskadenza ta’ sena waħda mill-att legali vinkolanti li jawtorizza d-diżattivazzjoni tar-ram tħalli lill-operaturi tan-networks tar-ram biżżejjed żmien biex jippjanaw il-bidu tad-diżattivazzjoni tar-ram u jimplimentaw il-passi neċessarji kollha qabel dan il-bidu.
(149)Sabiex tiġi appoġġata tħejjija koerenti u effiċjenti tad-diżattivazzjoni tar-ram, hija meħtieġa azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali f’dawk l-Istati Membri li fihom is-servizzi bbażati fuq ir-ram ikunu għadhom joperaw wara t-30 ta’ Ġunju 2029. Dawk l-Istati Membri għandhom rwol ewlieni fil-kisba ta’ tranżizzjoni rapida u ordnata għall-fibra għall-benefiċċju tal-utenti finali. Kull Stat Membru bħal dan jenħtieġ li jfassal pjan nazzjonali għat-tranżizzjoni għall-fibra li jistabbilixxi l-istrateġija tiegħu għat-tranżizzjoni għan-networks tal-fibra. Jenħtieġ li dak il-pjan jiddeskrivi l-kopertura tan-networks għat-teknoloġiji rilevanti, jidentifika inizjattivi ta’ varar u jispeċifika miżuri li jappoġġaw migrazzjoni f’waqtha u ordnata min-networks tar-ram għal dawk tal-fibra.
(150)Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni għall-fibra jappoġġaw il-kisba tal-miri tal-konnettività tad-Deċennju Diġitali, b’mod partikolari l-konnettività tal-gigabits. Sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-investimenti għat-tranżizzjoni għal networks tal-fibra jkunu jistgħu jiġu identifikati bi granularità suffiċjenti fi stadju bikri, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom fir-rapporti tagħhom dwar id-Deċennju Diġitali biex iħejju l-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali (“SNR”) skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u jaġġustaw il-pjanijiet direzzjonali strateġiċi nazzjonali tagħhom għad-deċennju diġitali kif xieraq. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu wkoll il-ħtiġijiet li qed jevolvu tagħhom, b’mod partikolari fid-dawl tal-progress fit-tranżizzjoni għall-fibra u tad-diżattivazzjoni tar-ram, fir-reviżjoni tal-pjanijiet SNR tagħhom, bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu 50 .
(151)Sabiex jippjanaw u jimmaniġġjaw id-diżattivazzjoni tar-ram b’mod strutturat u trasparenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jidentifikaw żoni ġeografiċi speċifiċi tad-diżattivazzjoni tar-ram (“żoni ta’ CSO”, Copper Switch-Off), bl-użu ta’ kriterji armonizzati bbażati fuq gwida adottata mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jżommu dawk l-oqsma taħt rieżami fid-dawl tal-varar tan-network u tal-iżviluppi tas-suq.
(152)Il-kundizzjoni ta’ sostenibbiltà relatata mal-kopertura tal-fibra tista’ tiġi ssodisfata irrispettivament minn jekk tali networks jiġux varati mill-operaturi preeżistenti jew minn dawk alternattivi. Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk servizzi ta’ konnettività bl-imnut affordabbli ta’ kwalità komparabbli jkunux disponibbli għall-utenti finali li jiddependu fuq servizzi bbażati fuq ir-ram, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-varar lokali u d-data rilevanti tas-suq.
(153)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għan li jibdew id-diżattivazzjoni tar-ram fi proporzjon sinifikanti taż-żoni ta’ CSO ferm qabel il-31 ta’ Diċembru 2035. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa, f’konformità mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ tranżizzjoni għall-fibra, biex jimmassimizzaw l-għadd ta’ żoni ta’ CSO fejn il-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà jiġu ssodisfati fi stadju bikri.
(154)Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram sa termini definiti, wara l-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Dan l-approċċ progressiv jiffaċilita l-migrazzjoni ordnata, inaqqas l-inċertezza u jippermetti biżżejjed żmien biex l-operaturi u l-utenti finali jadattaw.
(155)Fejn il-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà ma jiġux issodisfati f’żona ta’ CSO, l-Istati Membri ma humiex obbligati jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram f’dawk iż-żoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2035 u n-network tar-ram jista’ jitħalla fis-servizz. Madankollu, sal-31 ta’ Diċembru 2035, jenħtieġ li d-diżattivazzjoni tar-ram, bħala regola, tiġi obbligata fiż-żoni ta’ CSO kollha. Dan l-objettiv fit-tul jipprovdi sinjal ċar ta’ investiment filwaqt li jippermetti flessibbiltà suffiċjenti biex jiġu akkomodati d-differenzi fil-progress fil-varar bejn l-Istati Membri u r-reġjuni.
(156)F’każijiet eċċezzjonali, fejn il-varar tal-fibra ma jkunx ekonomikament vijabbli u ma tkun disponibbli l-ebda soluzzjoni ta’ konnettività adegwata li tkun kapaċi tissostitwixxi servizzi bbażati fuq ir-ram, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu lura milli jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram. Eċċezzjonijiet bħal dawn huma neċessarji biex jiġu evitati impatti sproporzjonati fuq l-utenti finali u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi essenzjali. F’dak il-kuntest, soluzzjonijiet ta’ konnettività adegwati jirreferu għal soluzzjonijiet li kapaċi jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ kwalità komparabbli ma’ dik ipprovduta min-network tar-ram fl-istess żona. Jenħtieġ li d-disponibbiltà ta’ tali soluzzjonijiet ta’ konnettività adegwati tiġi ddeterminata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inklużi l-kwalità u l-affordabbiltà, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq.
(157)Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u jiġu protetti l-utenti finali, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu salvagwardji xierqa qabel id-diżattivazzjoni tar-ram. Jenħtieġ li dawk is-salvagwardji jinkludu informazzjoni ċara u f’waqtha, kif ukoll miżuri biex tiġi żgurata l-kontinwità jew il-migrazzjoni ta’ servizzi kritiċi għal alternattivi funzjonalment ekwivalenti.
(158)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-diżattivazzjoni tar-ram u jiżguraw li l-operaturi jikkonformaw mal-pjanijiet, mal-skedi ta’ żmien u mal-obbligi ta’ komunikazzjoni approvati relatati mad-diżattivazzjoni. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jiġu imposti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(159)Hu neċessarju li jingħataw inċentivi xierqa għall-investiment f’networks tal-gigabits li jappoġġaw l-innovazzjoni f’servizzi tal-internet rikki fil-kontenut u li jsaħħu l-kompetittività ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġi promoss l-investiment effiċjenti fl-iżvilupp ta’ dawk in-networks, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni, peress li għad fadal konġestjonijiet u ostakli għad-dħul fil-livell tal-infrastruttura, u tiżdied l-għażla għall-konsumatur permezz ta’ prevedibbiltà u konsistenza regolatorji.
(160)Il-kompetizzjoni tista’ titrawwem l-aktar permezz ta’ livell ekonomikament effiċjenti ta’ investiment f’infrastruttura ġdida u eżitenti, ikkomplementat mir-regolamentazzjoni, kull meta jkun neċessarju, biex jiġu żgurati l-għażliet tas-servizzi għall-konsumaturi u għan-negozji. Livell effiċjenti ta’ kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura huwa l-firxa tad-duplikazzjoni tal-infrastruttura li fiha l-investituri jistgħu raġonevolment jistennew li jaqilgħu redditu ġust.
(161)Jenħtieġ li jkun żgurat li jkunu jeżistu proċeduri għall-għoti ta’ drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet li jkunu tempestivi, nondiskriminatorji u trasparenti, sabiex jiġu ggarantiti l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u effettiva. Il-permessi maħruġa lill-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali għall-istabbiliment ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ elementi ġodda tan-network. Għalhekk, il-kumplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta’ aċċess jistgħu jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li l-akkwist tad-drittijiet ta’ aċċess mill-impriżi awtorizzati jkun simplifikat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta’ aċċess, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq is-siti web tagħhom.
(162)Jenħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet ta’ aċċess, sabiex jiżguraw id-dħul jew it-tnedija ta’ networks ġodda b’mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq xi impriża deżinjata bħala li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq biex tagħti aċċess għan-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħha. It-titjib tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jista’ jnaqqas l-impatt ambjentali ġenerali tal-varar ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni elettronika u jservi s-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika u jissodisfa l-objettivi tal-ippjanar tal-bliet u tal-irħula. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-impriżi li jkunu bbenefikaw minn drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, fuqha jew taħtha, jikkondividu tali faċilitajiet jew proprjetà, inkluża l-kolokalizzazzjoni fiżika, wara perjodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jaqsmu l-opinjoni tagħhom, fl-oqsma speċifiċi fejn ir-raġunijiet ta’ interess ġenerali jimponu kondiviżjoni bħal din. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fejn ikun hemm konġestjoni kbira fis-sottoswol u fejn ikun hemm bżonn li jingħeleb ostaklu naturali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, ikunu jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta’ elementi tan-network u ta’ faċilitajiet assoċjati, bħal kanali, kondjuwits, arbli, tappieri tal-ispezzjonar u kabinetti, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta’ appoġġ oħra, bini jew dħul għal bini, u koordinazzjoni aħjar ta’ xogħlijiet ċivili fuq is-sostenibbiltà ambjentali tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew għal raġunijiet oħra ta’ ordni pubbliku. Għall-kuntrarju, jenħtieġ li jkun kompitu tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jistabblixxu r-regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilità jew tal-proprjetà, biex jiġi żgurat li jkun hemm ippremjar xieraq għar-riskju għall-impriżi kkonċernati. Pereżempju, f’kuntest simetriku, jenħtieġ li titqies kwalunkwe gwida maħruġa mill-Kummissjoni jew mill-BEREC, skont l-Artikolu 3, l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) 2024/1309, kif xieraq. Fid-dawl tal-obbligi imposti bir-Regolament (UE) 2024/1309, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali, jistabbilixxu wkoll proċeduri ta’ koordinazzjoni xierqa, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward ta’ xogħlijiet pubbliċi u ta’ faċilitajiet jew ta’ proprjetà pubblika xierqa oħra, inklużi proċeduri li jiżguraw li l-partijiet interessati jkollhom informazzjoni rigward faċilitajiet jew proprjetà pubblika xierqa u xogħlijiet pubbliċi għaddejjin u ppjanati, li huma jiġu nnotifikati dwar tali xogħlijiet b’mod puntwali, u li l-kondiviżjoni tiġi ffaċilitata kemm jista’ jkun.
(163)Fejn operaturi mobbli jkunu meħtieġa li jikkondividu torrijiet jew arbli għal raġunijiet ambjentali, dik il-kondiviżjoni obbligatorja tista’ twassal għal tnaqqis fil-livelli massimi tal-enerġija tat-trażmissjoni permissibbli għal kull operatur għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, u dan jista’ jeħtieġ li l-operaturi jistallaw aktar siti biex jiżguraw kopertura nazzjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jfittxu li jirrikonċiljaw il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika inkwistjoni, filwaqt li jqisu kif xieraq l-approċċ prekawzjonarju.
(164)Jenħtieġ li l-obbligi dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni japplikaw biss għan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra l-pubbliku ma jkunux soġġetti għal dawk l-obbligi. Madankollu, dawn jistgħu jibbenefikaw minn aċċess għal networks pubbliċi soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri. Madankollu, bħala mezz ta’ twassil tat-traffiku minn tarf sa tarf, il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra t-traffiku ta’ trasferiment pubbliku dejjem aktar dirett lill-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-forma ta’ peering jew ta’ tranżitu. F’ċerti każijiet, tali traffiku jista’ jwassal għal ħtiġijiet ta’ investiment sproporzjonati jew mhux sostenibbli għall-fornituri riċeventi ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu indirizzati f’konformità mal-linji gwida biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-ekosistema adottati mill-BEREC u, fejn xieraq, permezz tal-faċilità prevista għal konċiljazzjoni volontarja.
(165)F’suq miftuħ u kompetittiv, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda restrizzjoni li timpedixxi lill-impriżi milli jinnegozjaw arranġamenti ta’ aċċess u ta’ interkonnessjoni bejniethom, b’mod partikolari arranġamenti transfruntieri, bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-TFUE. Fil-kuntest biex jinkiseb suq aktar effiċjenti, u tassew pan-Ewropew, b’kompetizzjoni effettiva, aktar għażla u servizzi kompetittivi lill-utenti finali, l-impriżi li jirċievu talbiet għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni mingħand impriżi oħra li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali biex jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku jenħtieġ li fil-prinċipju jikkonkludu dawn l-arranġamenti fuq bażi kummerċjali u jinnegozjaw bona fide.
(166)Fi swieq fejn għad hemm differenzi kbar fis-saħħa ta’ negozjar bejn l-impriżi, u fejn xi impriżi jiddependu fuq l-infrastruttura pprovduta minn oħrajn għall-forniment tas-servizzi tagħhom, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas regolatorju biex jiġi żgurat li s-suq jiffunzjona b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li, fejn in-negozjati kummerċjali jfallu, jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati u l-interoperabbiltà tas-servizzi fl-interess tal-utenti finali. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawn jiżguraw konnettività minn tarf sa tarf billi jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utent finali. Il-kontroll tal-mezzi tal-aċċess jista’ jinvolvi l-propjetà jew il-kontroll tal-konnessjoni fiżika mal-utent finali (sew jekk fiss jew mobbli), jew il-kapaċità li jinbidel jew jiġi rtirat in-numru jew in-numri nazzjonali meħtieġa għall-aċċess tal-punt tat-terminazzjoni tan-network tal-utent finali. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk l-operaturi ta’ network jirrestrinġu b’mod mhux raġonevoli l-għażla tal-utent finali għall-aċċess ta’ portals u ta’ servizzi tal-internet.
(167)Fid-dawl tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw li l-impriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom u mill-mudell ta’ negozju tagħhom, sew jekk integrati vertikalment jew separati, jistgħu jkunu interkonnessi b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli, bil-ħsieb li jipprovdu konnettività minn tarf sa tarf u aċċess għall-internet.
(168)Miżuri legali jew amministrattivi nazzjonali li jorbtu t-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni mal-attivitajiet ta’ parti li tfittex l-interkonnessjoni, u speċifikament sal-livell tal-investiment tagħha fl-infrastruttura tan-network, u mhux mas-servizzi ta’ interkonnessjoni jew ta’ aċċess forniti, jistgħu joħolqu distorsjoni tas-suq u, għalhekk, jistgħu ma jkunx kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni.
(169)L-operaturi tan-networks li jikkontrollaw l-aċċess għall-klijenti tagħhom stess jagħmlu dan fuq il-bażi ta’ numri jew ta’ indirizzi uniċi minn firxa ppubblikata ta’ numerazzjoni jew ta’ indirizzar. Operaturi oħra ta’ networks jeħtieġ li jkunu jistgħu jwasslu t-traffiku lil dawk il-klijenti, u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jinterkonnettjaw direttament jew indirettament ma’ xulxin. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stipulati d-drittijiet u l-obbligi għan-negozjar tal-interkonnessjoni.
(170)L-interoperabbiltà hija ta’ benefiċċju għall-utenti finali u hija għan importanti tal-qafas regolatorju tal-UE. It-tħeġġiġ tal-interoperabbiltà huwa wieħed mill-objettivi għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għal awtoritajiet kompetenti oħra kif stipulat f’dak il-qafas. Jenħtieġ li dak il-qafas jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tippubblika lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet li jkopru l-forniment ta’ servizzi, ta’ interfaċċi tekniċi jew ta’ funzjonijiet tan-network, bħala l-bażi għat-tħeġġiġ tal-armonizzazzjoni fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu l-użu tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati sa fejn ikun strettament neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ servizzi u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.
(171)Bħalissa, kemm il-konnettività minn tarf sa tarf kif ukoll l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza jiddependu fuq li l-utenti finali jużaw servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri. Żieda fl-użu esklużiv ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri minn għadd dejjem akbar ta’ utenti finali tista’ tinvolvi nuqqas ta’ interoperabbiltà suffiċjenti bejn is-servizzi ta’ komunikazzjoni. Bħala konsegwenza ta’ dan, ostakli sinifikanti għad-dħul fis-suq u ostakli għal innovazzjoni ulterjuri ’l quddiem jistgħu jitfaċċaw u jheddu l-konnettività effettiva minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali.
(172)Fejn jinqalgħu kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà bħal dawn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob rapport mill-BEREC li jipprovdi valutazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Filwaqt li tqis ir-rapport tal-BEREC u evidenza oħra disponibbli u b’kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti fuq is-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk ikunx hemm ħtieġa għal intervent regolatorju, inkluż mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. Jekk il-Kummissjoni tqis li tali intervent regolatorju jkun neċessarju fil-livell tal-Unjoni jew jenħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-ambitu tal-interventi regolatorji possibbli, inkluż mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluż b’mod partikolari l-obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta’ permess għall-użu, għall-modifika u għar-ridistribuzzjoni tal-informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u mill-fornituri u miżuri li jimponu l-użu obbligatorju ta’ standards jew ta’ speċifikazzjonijiet fuq il-fornituri kollha jew fuq fornituri speċifiċi.
(173)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, jekk kwalunkwe intervent ikunx neċessarju u ġustifikat biex tiġi żgurata konnettività minn tarf sa tarf, u jekk iva, jimponu obbligi proporzjonati, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, fuq dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri b’livell sinifikanti ta’ kopertura u ta’ adozzjoni mill-utenti. Jenħtieġ li, normalment, il-fornituri b’numru limitat ta’ utenti finali jew b’kopertura ġeografika limitata li jikkontribwixxu biss b’mod marġinali biex jintlaħaq dak l-għan, ma jkunux soġġetti għal dawk l-obbligi tal-interoperabbiltà.
(174)F’sitwazzjonijiet li fihom l-impriżi jiġu mċaħħda mill-aċċess għal alternattivi vijabbli għal wajers, għal kejbils u għal faċilitajiet assoċjati mhux replikabbli fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni u sabiex jippromwovu eżiti kompetittivi fl-interess tal-utenti finali, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa jimponu obbligi ta’ aċċess fuq l-impriżi kollha, irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-ostakli tekniċi u ekonomiċi kollha ta’ replikazzjoni futura tan-networks. Madankollu, minħabba li tali obbligi f’ċerti każijiet jistgħu jkunu intrużivi, idgħajfu l-inċentivi għall-investimenti, u jista’ jkollhom l-effett li jsaħħu l-pożizzjoni tal-atturi b’saħħa sinifikanti fis-suq, jenħtieġ li dawn jiġu imposti biss meta dan ikun iġġustifikat u proporzjonat għall-ilħuq ta’ kompetizzjoni sostenibbli fis-swieq rilevanti. Jenħtieġ li s-sempliċi fatt li infrastruttura waħda jew aktar bħal din diġà teżisti ma jiġix neċessarjament interpretat bħala li juri li l-assi tagħha jistgħu jiġu rreplikati. Meta jkun neċessarju flimkien ma’ tali obbligi tal-aċċess, jenħtieġ li l-impriżi jkunu jistgħu jiddependu wkoll fuq l-obbligi biex jipprovdu aċċess għal infrastruttura fiżika abbażi tar-Regolament (UE) 2024/1309. Jenħtieġ li kwalunkwe obbligu impost mill-awtorità regolatorja nazzjonali u kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti oħra skont ir-Regolament (UE) 2024/1309 sabiex jiġi żgurat aċċess għal infrastruttura fiżika ġol-bini jew għal infrastruttura fiżika sal-punt ta’ aċċess ikunu konsistenti.
(175)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu, sa fejn ikun neċessarju, jimponu obbligi fuq l-impriżi biex jipprovdu aċċess għal ċerti faċilitajiet, jiġifieri interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“APIs”, Application Programming Interfaces) u gwidi elettroniċi tal-programmi (“EPGs”, Electronic Programme Guides), sabiex jiżguraw mhux biss l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għal servizzi diġitali tax-xandir fuq ir-radju u televiżiv iżda wkoll għal servizzi komplementari relatati, inklużi servizzi relatati mal-programmi li jkunu mfassla speċifikament biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-utenti finali b’diżabbiltà, u servizzi tat-televiżjoni konnessi relatati mal-programmi.
(176) Huwa importanti li meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw il-punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni sal-punt li jkunu biħsiebhom jimponu obbligi tal-aċċess, jagħżlu punt f’konformità mal-linji gwida tal-BEREC. Fejn possibbli, l-għażla ta’ punt aktar qrib l-utenti finali se jkun aktar ta’ benefiċċju għall-kompetizzjoni tal-infrastruttura u għat-tnedija ta’ networks tal-gigabits. Jista’ jkun iġġustifikat ukoll li jiġu imposti obbligi ta’ aċċess għall-wajers u għall-kejbils lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, fejn jintwera li r-replikazzjoni tiffaċċja ostakli fiżiċi jew ekonomiċi għoljin u mhux tranżitorji, li jwasslu għal problemi ta’ kompetizzjoni jew għal fallimenti tas-suq fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut għad-detriment tal-utenti finali. Il-valutazzjoni tar-replikabbiltà tal-elementi tan-network teħtieġ analiżi tas-suq, iżda jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx meħtieġa timponi dawk l-obbligi. Min-naħa l-oħra, analiżi tas-suq bħal din tirrikjedi valutazzjoni ekonomika suffiċjenti tal-kundizzjonijiet tas-suq, biex tistabbilixxi jekk il-kriterji neċessarji biex jiġu imposti obbligi lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni jkunu ssodisfati. Tali obbligi ta’ aċċess huma aktar probabbli li jkunu neċessarji f’żoni ġeografiċi fejn l-argument għall-vijabbiltà għat-tnedija alternattiva tal-infrastruttura ma jkunx vijabbli jew aktar riskjuż, pereżempju minħabba densità baxxa tal-popolazzjoni. Min-naħa l-oħra, konċentrazzjoni għolja ta’ unitajiet domestiċi normalment tista’ tindika li l-impożizzjoni ta’ obbligi bħal dawn ma tkunx neċessarja.
(177)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw jekk tali obbligi simetriċi jkollhomx il-potenzjal li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu aċċess għal elementi attivi jew virtwali tan-networks li jintużaw għall-forniment ta’ servizz fuq tali infrastruttura lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjon jekk l-aċċess għal elementi passivi jkun ekonomikament ineffiċjenti jew fiżikament imprattikabbli, u jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li, fin-nuqqas ta’ tali intervent, il-fini tal-obbligu ta’ aċċess jiġi evitat. Sabiex tissaħħaħ il-prattika regolatorja konsistenti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirrikjedi li l-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozzi ta’ miżuri tagħha li jestendu l-obbligi ta’ aċċess lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni.
(178)Sabiex ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jista’ jkun xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżentaw lil ċerti kategoriji ta’ impriżi minn obbligi li jmorru lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, li jenħtieġ li jiġu determinati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minħabba li hemm riskju li obbligu ta’ aċċess mhux ibbażat fuq id-deżinjazzjoni ta’ impriża bħala li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jikkomprometti l-argument għall-vijabbiltà tagħhom għal elementi tan-network varati reċentement, partikularment minn proġetti lokali żgħar. Jenħtieġ li impriżi fil-livell tal-operaturi biss ma jkunux soġġetti għal obbligi ta’ aċċess bħal dawn jekk dawn joffru aċċess alternattiv effettiv fuq bażi kummerċjali għal network tal-gigabits, b’termini u b’kundizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, inkluż fir-rigward tal-prezz. Jenħtieġ li jkun possibbli li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għal fornituri oħra bl-istess termini. Jenħtieġ li l-eżenzjoni ma tapplikax għal fornituri li jirċievu finanzjament pubbliku.
(179)Il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva użata fil-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni tista’ tkun partikolarment utli biex tiġi mmassimizzata l-konnettività tal-gigabits madwar l-Unjoni, speċjalment f’żoni b’popolazzjoni inqas densa fejn ir-replikazzjoni tkun imprattikabbli u l-utenti finali jirriskjaw li jkunu mċaħħda minn din il-konnettività. Jenħtieġ li, bħala eċċezzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu tali kondiviżjoni jew aċċess tar-roaming lokalizzat, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jekk dik il-possibbiltà tkun ġiet stabbilita b’mod ċar fil-kundizzjonijiet oriġinali għall-għoti tad-dritt ta’ użu u juru l-benefiċċji ta’ kondiviżjoni bħal din għall-fini li jingħelbu ostakli ekonomiċi jew fiżiċi insuperabbli u, għalhek, l-aċċess għan-networks jew għas-servizzi jkun severament defiċjenti jew ineżistenti, u filwaqt li jitqiesu għadd ta’ fatturi, inkluża b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ kopertura tul ir-rotot ewlenin tat-trasport, ta’ għażla u ta’ kwalità aħjar tas-servizz għall-utenti finali kif ukoll il-ħtieġa li jinżammu l-inċentivi għat-tnedija tal-infrastruttura. F’ċirkostanzi li fihom l-utenti finali ma jkollhomx aċċess, u l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva waħedha ma tkunx biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jibqgħu flessibbli biex jagħżlu l-aktar obbligu xieraq ta’ kondiviżjoni jew ta’ aċċess li jenħtieġ li jkun proporzjonat u ġġustifikat fuq il-bażi tan-natura tal-problema identifikata.
(180)Filwaqt li f’xi ċirkostanzi jkun xieraq li awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra timponi obbligi fuq l-impriżi irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-għanijiet bħalma huma l-konnettività minn tarf sa tarf jew l-interoperabbiltà bejn is-servizzi, huwa neċessarju li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti f’konformità mal-qafas regolatorju u, b’mod partikolari, mal-proċeduri ta’ notifika applikabbli. Jenħtieġ li tali obbligi jiġu imposti biss meta jkunu ġġustifikati sabiex jiġu żgurati l-objettivi, u fejn ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika rilevanti.
(181)Fil-kuntest tat-tranżizzjoni għall-fibra, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-utenti finali jkunu konnessi man-networks tal-fibra disponibbli li jgħaddu mill-bini tagħhom fi żmien raġonevoli.
(182)Sabiex tiġi żgurata l-konnessjoni tal-utenti finali, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lil kwalunkwe fornitur ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex ivara, b’akkumulazzjoni addizzjonali raġonevoli, konnessjoni bejn id-dar tal-utent finali li jagħmel it-talba u l-eqreb punt ta’ distribuzzjoni jew ta’ konnessjoni maħsub biex jaqdi l-bini tiegħu.
(183)Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-prezzijiet mitluba għal din il-konnessjoni ma jaqbżux it-tariffi tal-konnessjoni tas-soltu fl-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippermettu tariffa addizzjonali, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u kwalunkwe kundizzjoni rilevanti oħra, dment li l-kostijiet imħallsa mill-utenti finali jkunu ġusti u raġonevoli u jistgħu jintervjenu biex jistabbilixxu prezzijiet massimi fejn meħtieġ. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jitħallew jużaw kuntratti eżistenti u termini u kundizzjonijiet kummerċjali miftiehma bejn il-fornituri ta’ servizzi bl-imnut u l-utenti finali bħala parametru referenzjarju sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet, u t-termini u l-kundizzjonijiet ikunux ġusti u raġonevoli.
(184)It-tranżizzjoni għall-fibra, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-utenti finali jkunu konnessi mal-fibra fid-djar tagħhom u d-diffikultajiet irrapportati li l-operaturi jiltaqgħu magħhom fil-varar tal-fibra f’binjiet b’abitazzjonijiet multipli biex jindirizzaw id-domanda tal-utenti finali jiġġustifikaw eċċezzjoni għall-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2024/1309. F’ċirkostanzi bħal dawn, fejn il-konnessjoni tal-utent finali li jitlobha teħtieġ il-varar tal-wajers ġol-bini u tal-faċilitajiet assoċjati f’unità b’abitazzjonijiet multipli, jenħtieġ li s-sidien jew l-amministraturi tal-unità ma jitħallewx jirrifjutaw it-tali varar. Madankollu, sabiex jiġu evitati intrużjonijiet eċċessivi fi proprjetajiet privati u duplikazzjoni bla bżonn tal-infrastruttura fil-bini tagħhom, jenħtieġ li dawn ikunu intitolati li jirrifjutaw il-varar ta’ wajers oħra ġol-bini u tal-faċilitajiet assoċjati. Imbagħad, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw li l-aċċess għan-network jiġi pprovdut fuq bażi simetrika.
(185)Sabiex jingħelbu ostakli ekonomiċi jew fiżiċi insormontabbli biex l-utenti finali jiġu pprovduti b’servizzi jew b’networks li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju u fejn jippersistu diskrepanzi fil-kopertura mobbli, dan jista’ jirrikjedi l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva, jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed, il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva, jew ftehimiet ta’ aċċess tar-roaming lokalizzat. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ kondiviżjoni marbuta mad-drittijiet ta’ użu fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u l-assenjament tad-drittijiet ta’ użu, u b’mod partikolari miżuri għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkun beħsiebhom jieħdu miżuri li jimponu l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew meta l-aċċess u l-kondiviżjoni passivi ma jkunux biżżejjed, il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva jew il-ftehimiet ta’ aċċess tar-roaming lokalizzat, huma jistgħu, madankollu, jintalbu jikkunsidraw ukoll ir-riskju possibbli għall-parteċipanti fis-suq f’żoni li ma jkunux moqdijin tajjeb.
(186)Ir-regoli tal-kompetizzjoni weħidhom jistgħu mhux dejjem ikunu suffiċjenti biex jiżguraw id-diversità kulturali u l-pluraliżmu fix-xandir fil-qasam tat-televiżjoni diġitali. L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq jagħmlu neċessarju r-rieżami tal-obbligi sabiex jingħata aċċess kundizzjonali b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji fuq bażi regolari, minn Stat Membru għas-suq nazzjonali tiegħu, b’mod partikolari biex jiġi ddeterminat jekk ikunx ġustifikat li jestendi l-obbligi għall-EPGs u għall-APIs, sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali ta’ servizzi ta’ xandir diġitali speċifikati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw is-servizzi ta’ xandir diġitali li għalihom l-aċċess mill-utenti finali għandu jiġi żgurat b’kull mezz leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li huma jqisu neċessarju.
(187)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu wkoll lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom tirrieżamina l-obbligi fir-rigward tal-aċċess kundizzjonali għal servizzi tax-xandir diġitali sabiex tivvaluta permezz ta’ analiżi tas-suq jekk tirtirax jew temendax il-kundizzjonijiet għall-impriżi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq rilevanti. Jenħtieġ li rtirar jew emenda bħal din ma tolqotx b’mod avvers l-aċċess għall-utenti finali ta’ dawn is-servizzi jew il-prospetti għal kompetizzjoni effettiva.
(188)Hemm ħtieġa ta’ obbligi ex ante f’ċerti ċirkostanzi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ suq kompetittiv, li l-kundizzjonijiet tiegħu jiffavorixxu l-varar u l-adozzjoni ta’ networks u ta’ servizzi tal-gigabits, u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-utenti finali. Meta jivvalutaw il-ħtieġa għal intervent regolatorju ex ante, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu jekk l-aċċess għall-operaturi jkunx disponibbli għal kwalunkwe impriża interessata abbażi ta’ regolament (b’mod partikolari abbażi tar-Regolament (UE) 2024/1309) jew kundizzjonijiet kummerċjali diġà eżistenti li jippermettu eżiti kompetittivi sostenibbli għall-utenti finali fis-suq bl-imnut. Jekk dawk il-possibbiltajiet ta’ aċċess ma jkunux sinifikanti biżżejjed, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tivvaluta mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jiġu imposti l-obbligi fuq l-impriżi ddeżinajti bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq. Huwa essenzjali li jiġu imposti obbligi regolatorji ex ante f’suq tal-operaturi fi swieq biss fejn ikun hemm impriża waħda jew aktar b’saħħa sinifikanti fis-suq, bil-ħsieb li tiġi żgurata kompetizzjoni sostenibbli u fejn id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u dak nazzjonali ma jkunux suffiċjenti biex jindirizzaw il-problema. Jenħtieġ li l-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq ikun konformi mal-kunċett ta’ dominanza kif definit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
(189)Il-Kummissjoni fasslet linji gwida fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu meta jivvalutaw jekk il-kompetizzjoni hijiex effettiva f’suq partikolari u meta jivvalutaw saħħa sinifikanti fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali janalizzaw jekk suq ta’ prodott jew ta’ servizz partikolari jkunx effettivament kompetittiv f’żona ġeografika partikolari, li tista’ tkun it-territorju kollu jew parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew partijiet ġirien tat-territorji tal-Istati Membri meqjusa flimkien. Jenħtieġ li analiżi tal-kompetizzjoni effettiva tinkludi analiżi dwar jekk is-suq ikunx prospettivament kompetittiv, u b’hekk jekk xi nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva jkunx dejjiemi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment il-linji gwida, b’mod partikolari fl-okkażjoni ta’ rieżami tal-liġi eżistenti, filwaqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-letteratura ekonomika u tal-esperjenza preżenti tas-suq bil-ħsieb li jiġi żgurat li jibqgħu adattati f’suq li jiżviluppa b’mod mgħaġġel. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jikkooperaw ma’ xulxin fejn jinstab li s-suq rilevanti jkun tranżnazzjonali.
(190)Fil-valutazzjoni regolari tagħha tax-xejriet tas-suq fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-feedback tal-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati jkunu disponibbli għall-pubbliku f’rapport. Fil-valutazzjoni tagħha ta’ jekk tkunx meħtieġa l-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi (“ir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq”), il-Kummissjoni tivvaluta jekk kwalunkwe suq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi jissodisfax it-test tat-tliet kriterji. Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, wara konsultazzjoni pubblika, inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC.
(191)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiddefinixxu s-swieq ġeografiċi rilevanti fit-territorju tagħhom filwaqt li jieħdu kont tar-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq meta tali Rakkomandazzjoni tiġi adottata skont dan ir-Regolament u filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mill-inqas janalizzaw is-swieq li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, inklużi dawk is-swieq li jkunu elenkati iżda ma jkunux għadhom qed jiġu rregolati fil-kuntesti nazzjonali jew lokali speċifiċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali janalizzaw ukoll is-swieq li ma humiex inklużi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, iżda li huma rregolati fit-territorju ta’ ġuriżdizzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ analiżijiet tas-swieq preċedenti, jew ta’ swieq oħra, jekk ikollhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jikkunsidraw sodisfatti t-tliet kriterji. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiddeċiedu wkoll jekk hemmx bżonn li jsir rieżami tas-suq abbażi tar-riżultati tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-istħarriġ ġeografiku.
(192)F’xi ċirkostanzi, is-swieq ġeografiċi huma definiti bħala nazzjonali jew sottonazzjonali, pereżempju minħabba n-natura nazzjonali jew lokali tal-varar tan-network li tiddetermina l-limiti ta’ saħħa potenzjali fis-suq tal-impriżi f’termini ta’ provvista tal-operaturi, iżda għad hemm domanda tranżnazzjonali sinifikanti minn kategorija waħda jew iżjed ta’ utenti finali. Dan jista’ b’mod partikolari jkun il-każ għal talba minn utenti finali tan-negozju b’operazzjonijiet ta’ faċilitajiet multisiti fi Stati Membri differenti. Jekk dik it-talba tranżnazzjonali ma tiġix issodisfata b’mod suffiċjenti min-naħa tal-fornituri, pereżempju jekk ikunu frammentati tul il-fruntieri nazzjonali jew lokali, jista’ jkun il-każ li jinqala’ x-xkiel fis-suq intern. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-BEREC jipprovdi linji gwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar approċċi regolatorji komuni biex jiġi żgurat li d-domanda tranżnazzjonali tkun tista’ tintlaħaq b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jipprovdi bażi għall-interoperabbiltà ta’ prodotti ta’ aċċess għall-operaturi madwar l-Unjoni u li jippermetti effiċjenzi u ekonomiji ta’ skala minkejja n-naħa tal-provvista frammentata. Jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC isawru l-għażliet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex isegwu l-objettiv tas-suq intern meta jimponu l-obbligi regolatorji fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq fil-livell nazzjonali filwaqt li jipprovdu gwida għall-armonizzazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ prodotti għall-aċċess għall-operaturi li huma kapaċi li jissodisfaw tali domanda tranżnazzjonali identifikata, fl-interess tas-suq intern.
(193)Biex jiġi stabbilit jekk impriża jkollhiex saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaġixxu skont id-dritt tal-Unjoni u jqisu l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq.
(194)Għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jenħtieġ li l-bidu tal-identifikazzjoni tas-swieq tal-operaturi li huma suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante jkun l-analiżi tas-swieq bl-imnut korrispondenti. Jenħtieġ li l-analiżi ta’ kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-operaturi u bl-imnutssir minn perspettiva li tħares’ il quddiem fuq perjodu ta’ żmien partikolari, u jenħtieġ li tkun immexxija mid-dritt tal-kompetizzjoni, inkluża, kif xieraq, il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk jiġi konkluż li suq bl-imnut ikun kompetittiv b’mod effettiv fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni tal-operaturi ex ante fis-swieq rilevanti korrispondenti, jenħtieġ li dan iwassal lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tikkonkludi li r-regolamentazzjoni ma għadhiex meħtieġa fuq livell tal-operaturi rilevanti.
(195)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw li s-swieq jiġu analizzati b’mod konsistenti u, fejn possibbli, fl-istess ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-notifika tkun komprensiva, inklużi d-definizzjoni tas-suq, id-deżinjazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq (SMP, Significant Market Power) u r-rimedji korrelatati biex jiġi żgurat li r-rimedji imposti jkunu proporzjonati u jirriflettu s-sitwazzjoni attwali tas-suq u biex tiġi żgurata t-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq sa fejn ikun l-aktar possibbli.
(196)Jenħtieġ li r-regolamentazzjoni tal-operaturi ssolvi l-problemi fil-livell bl-imnut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-valutazzjoni tagħhom għal kull suq individwali tal-operaturi li jiġi kkunsidrat għar-regolamentazzjoni, billi jibdew bir-rimedji għall-aċċess għall-infrastruttura ċivili, minħabba li dawn ir-rimedji normalment iwasslu għal kompetizzjoni iktar sostenibbli inkluż kompetizzjoni fl-infrastruttura, u wara jkomplu billi janalizzaw is-swieq tal-operaturi kollha li jitqiesu bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-ordni tal-idoneità probabbli tagħhom sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati ta’ kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Meta jiddeċiedu dwar ir-rimedju speċifiku li għandu jiġi impost, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw il-konsegwenzi li jiġi impost rimedju speċifiku li, jekk ikun fattibbli biss fuq ċerti topoloġiji tan-network, jista’ jikkostitwixxi diżinċentiv għall-introduzzjoni ta’ networks tal-gigabits fl-interess tal-utenti finali.
(197)Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu inċentivi permezz tar-rimedji imposti, u, meta jkun possibbli, qabel it-tifrix tal-infrastruttura, għall-iżvilupp ta’ arkitettura tan-network flessibbli u miftuħa, li eventwalment tnaqqas il-piż u l-kumplessità tar-rimedji li jiġu imposti fi stadju iktar ’il quddiem. F’kull stadju tal-valutazzjoni, qabel ma l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina jekk għandux jiġi impost rimedju addizzjonali u aktar ta’ piż, jenħtieġ li tfittex li tiddetermina jekk is-suq bl-imnut ikkonċernat ikunx effettivament kompetittiv, filwaqt li tqis ukoll kwalunkwe arranġament kummerċjali rilevanti jew ċirkostanzi oħra tas-suq tal-operaturi, inklużi tipi oħra ta’ regolamentazzjoni diġà fis-seħħ, u ta’ kwalunkwe regolament diġà meqjus bħala xieraq mill-awtorità regolatorja nazzjonali għal impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Valutazzjoni bħal din, bl-għan li tiżgura li jiġu imposti r-rimedji l-aktar adatti biss neċessarji biex jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe problema identifikata fl-analiżi tas-suq, ma tipprekludix awtorità regolatorja nazzjonali milli ssib li taħlita ta’ tali rimedji flimkien, anke jekk ta’ intensità differenti, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, toffri l-inqas mod intrużiv biex tiġi indirizzata l-problema. Anki jekk dawn id-differenzi ma jwasslux għad-definizzjoni ta’ swieq ġeografiċi distinti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jiġġustifikaw id-differenza bejn ir-rimedji xierqa imposti fid-dawl tal-intensità differenti tar-restrizzjonijiet kompetittivi.
(198)Jenħtieġ li meta awtorità regolatorja nazzjonali tirtira regolamentazzjoni tal-operaturi, hija tiddefinixxi perjodu ta’ avviż xieraq biex tiżgura tranżizzjoni sostenibbli għal suq deregolat. Meta tiddefinixxi tali perjodu ta’ notifika, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu kont tal-ftehimiet eżistenti bejn il-fornituri ta’ aċċess u r-rikjedenti tal-aċċess li jkunu saru fuq il-bażi tal-obbligi regolatorji imposti. B’mod partikolari, ftehimiet bħal dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni legali kuntrattwali lil rikjedent tal-aċċess għal perjodu determinat. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis ukoll il-possibbiltà effettiva li parteċipanti fis-suq jadottaw kwalunkwe aċċess għall-operaturi jew offerti ta’ koinvestiment kummerċjali li jistgħu jkunu preżenti fis-suq u l-ħtieġa li jiġi evitat perjodu estiż ta’ arbitraġġ regolatorju possibbli. Jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ tranżizzjoni stabbiliti mill-awtorità regolatorja nazzjonali jieħdu kont tal-limitu u tat-twaqqit ta’ sorveljanza regolatorja ta’ ftehimiet preeżistenti, ladarba jibda l-perjodu ta’ avviż.
(199)Sabiex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, huwa neċessarju li jkun hemm terminu għar-rieżamijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment u bi skeda ta’ żmien xierqa u raġonevoli. Hemm riskju li n-nuqqas minn awtorità regolatorja nazzjonali li tanalizza suq fi ħdan it-terminu jipperikola s-suq intern.
(200)Minħabba l-livell għoli ta’ innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tiġi adattata rapidament b’mod koordinat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni, billi l-esperjenza wriet li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista’ toħloq xkiel għas-suq intern.
(201)Fl-interess ta’ stabbiltà u ta’ prevedibbiltà akbar tal-miżuri regolatorji, il-perjodu massimu permess bejn l-analiżijiet tas-suq jenħtieġ li jibqa’ ta’ 5 snin, dment li l-bidliet fis-suq fil-perjodu ta’ intervent ma jkunux jeħtieġu analiżi ġdida u mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu imposti miżuri interim. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li janalizzaw is-swieq u li jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti mill-inqas kull 5 snin, biex jiżguraw li r-regolament applikabbli jirrifletti l-kundizzjoni kompetittiva fis-suq. Din hija r-raġuni għaliex, notifika li tinkludi valutazzjoni ġdida tad-definizzjoni tas-suq u ta’ saħħa sinifikanti fis-suq biss jenħtieġ li titqies bħala li qed tibda ċiklu tas-suq ġdid ta’ 5 snin.
(202)L-impożizzjoni ta’ obbligu speċifiku fuq impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq ma teħtieġx analiżi addizzjonali tas-suq iżda pjuttost ġustifikazzjoni li l-obbligu inkwistjoni jkun xieraq u proporzjonat b’relazzjoni man-natura tal-problema identifikata dwar is-suq inkwistjoni, u dwar is-suq bl-imnut relatat.
(203)Meta jiġu vvalutati l-proporzjonalità tal-obbligi u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu imposti, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiż-żoni differenti fl-Istati Membri tagħhom filwaqt li jieħdu kont b’mod partikolari tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq.
(204)Jenħtieġ li r-rieżamijiet tal-obbligi imposti fuq l-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq matul il-perjodu ta’ żmien ta’ analiżi tas-suq jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-impatt fuq il-kundizzjonijiet kompetittivi ta’ żviluppi ġodda tas-suq. It-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, is-separazzjoni tal-kontabbiltà, il-kontroll tal-prezzijiet u l-kontabbiltà tal-kostijiet jistgħu jiġu previsti bħala komplementari għall-impożizzjoni tal-prodotti ta’ aċċess armonizzati tal-Unjoni. Fejn huma imposti obbligi fuq impriżi li jeħtieġu minnhom li jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-elementi ta’ networks u għall-faċilitajiet assoċjati u għall-użu tagħhom, jenħtieġ li dawk it-talbiet jiġu rrifjutati biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma l-fattibbiltà teknika jew il-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Fejn l-aċċess jiġi rrifjutat, jenħtieġ li l-parti aggravata tkun tista tissottometti l-każ għall-proċeduri ta’ soluzzjoni għat-tilwim skont dan ir-Regolament. Impriża li jiġu imposti fuqha obbligi ta’ aċċess ma tistax tkun meħtieġa tipprovdi tipi ta’ aċċess li ma jkunux fis-setgħa tagħha li tipprovdi. L-impożizzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ obbligu ta’ aċċess li jżid il-kompetizzjoni fuq terminu qasir jenħtieġ li ma tnaqqasx l-inċentivi biex il-kompetituri jinvestu f’faċilitajiet alternattivi li jiżguraw aktar kompetizzjoni sostenibbli jew prestazzjoni aħjar u aktar benefiċċji għall-utenti finali fit-tul. Meta jintgħażel l-inqas intervent regolatorju intrużiv, u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, pereżempju, jiddeċiedu li jirrieżaminaw l-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u jemendaw kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż, bl-irtirar tal-obbligi, billi jimponu jew ma jimponux obbligi ta’ aċċess ġodda jekk dan ikun fl-interessi tal-utenti u tal-kompetizzjoni sostenibbli fis-servizzi. Peress li d-dettalji tekniċi tal-obbligu ta’ aċċess jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-kapaċità li s-servizzi tal-fornituri ta’ aċċess jiġu rreplikati b’mod effettiv u jikkompetu fil-livell bl-imnut, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu kundizzjonijiet tekniċi u operazzjonali fuq il-fornitur jew fuq il-benefiċjarji tal-aċċess obbligat f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-impożizzjoni ta’ standards tekniċi tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2015/1535. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, meta jimponu obbligi ta’ aċċess għal infrastrutturi ġodda u mtejba, jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess jirriflettu ċ-ċirkostanzi li jimmotivaw id-deċiżjoni għal investiment, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kostijiet ta’ tnedija, ir-rata mistennija ta’ adozzjoni tal-prodotti u tas-servizzi l-ġodda u l-livelli mistennija tal-prezz bl-imnut. Barra minn hekk, sabiex min jinvesti jingħata ċ-ċertezza rigward l-ippjanar, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jistabbilixxu, jekk ikun japplika, it-termini u l-kundizzjonijiet dment li ma jkollhom l-ebda effett diskriminatorju. Jenħtieġ li kwalunkwe kundizzjoni ta’ aċċess li tiġi imposta tirrispetta l-ħtieġa li tinżamm il-kompetizzjoni effettiva fis-servizzi għall-konsumaturi u għan-negozji.
(205)L-obbligu tal-aċċess għall-infrastruttura tan-networks jista’ jkun ġustifikat bħala mezz biex tiżdied il-kompetizzjoni, iżda hu meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibbilanċjaw id-drittijiet ta’ sid tal-infrastruttura li jisfrutta l-infrastruttura tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess, u d-drittijiet ta’ fornituri oħra ta’ servizzi li jkollhom aċċess għall-faċilitajiet li huma essenzjali għall-forniment ta’ servizzi. L-obbligu tal-aċċess għall-infrastruttura tan-networks jista’ jkun ġustifikat bħala mezz biex tiżdied il-kompetizzjoni, iżda hu meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibbilanċjaw id-drittijiet ta’ sid tal-infrastruttura li jisfrutta l-infrastruttura tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess, u d-drittijiet ta’ fornituri oħra ta’ servizzi li jaċċessaw il-faċilitajiet li huma essenzjali għall-forniment ta’ servizzi kompetituri. Il-kontroll tal-prezzijiet jista’ jkun neċessarju meta l-analiżi tas-suq f’suq partikolari turi kompetizzjoni mhux effettiva. B’mod partikolari, l-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jevitaw il-kompressjoni tal-prezzijiet b’mod li d-differenza bejn il-prezz tagħhom bl-imnut u l-prezzijiet għall-interkonnessjoni jew għall-aċċess mitluba lill-kompetituri li jfornu servizzi bl-imnut simili ma tkunx adegwata biex tiżgura kompetizzjoni sostenibbli. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkalkola l-kostijiet magħmula fl-istabbiliment ta’ servizz obbligatorju skont dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi permess redditu raġonevoli fuq il-kapital investit mill-operaturi li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, inklużi l-kostijiet xierqa lavorattivi u tal-bini, bil-valur tal-kapital aġġustat fejn neċessarju biex jirrifletti l-valwazzjoni kurrenti tal-assi u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet. Jenħtieġ li l-metodu tal-irkupru tal-kostijiet ikun xieraq għaċ-ċirkostanzi filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġu promossi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli u l-introduzzjoni tan-networks tal-gigabits u jenħtieġ li jqis il-konnettività tal-gigabits. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu jew li ma jimponux prezzijiet regolati ta’ aċċess għall-operaturi fuq networks tal-ġenerazzjoni li jmiss jekk ikunu preżenti biżżejjed salvagwardji għall-kompetizzjoni. Aktar speċifikament, biex timpedixxi prezzijiet eċċessivi fi swieq fejn hemm impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jenħtieġ li l-flessibbiltà fl-ipprezzar tkun akkumpanjata minn salvagwardji addizzjonali biex titħares il-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, bħal obbligi stretti ta’ nondiskriminazzjoni, miżuri li jiżguraw ir-replikabbiltà teknika u ekonomika tal-prodotti downstream, u restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz bl-imnut li tirriżulta minn kompetizzjoni għall-infrastruttura jew prezz ankra li jkun ġej minn prodotti ta’ aċċess regolati oħra, jew it-tnejn li huma. Dawk is-salvagwardji kompetittivi ma jippreġudikawx l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ ċirkostanzi oħra li fihom ikun xieraq li ma jiġux imposti prezzijiet tal-aċċess regolati għal ċerti inputs tal-operaturi, bħal fejn l-elastiċità kbira tal-prezzijiet tad-domanda tal-utent finali tfisser li ma jistax isir qligħ jekk impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq titlob prezzijiet ferm ogħla mil-livell kompetittiv jew meta densità aktar baxxa tal-popolazzjoni tnaqqas l-inċentivi għall-iżvilupp ta’ networks tal-gigabits u l-awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li l-aċċess effettiv u nondiskriminatorju jkun żgurat permezz ta’ obbligi imposti.
(206)L-assi tal-inġinerija ċivili li jistgħu jospitaw network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma kruċjali għas-suċċess tal-varar ta’ networks ġodda minħabba l-kost għoli biex jiġu duplikati, u jistgħu jiġu ffrankati spejjeż sinifikanti meta jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Għalhekk, minbarra r-regoli dwar l-infrastruttura fiżika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1309, huwa neċessarju rimedju speċifiku f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn l-assi tal-inġinerija ċivili jkunu l-proprjetà ta’ impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Meta l-assi tal-inġinerija ċivili jeżistu u jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, l-effett pożittiv tal-ksib ta’ aċċess effettiv għalihom fuq il-varar ta’ infrastruttura ta’ kompetizzjoni jkun għoli ħafna, u għalhekk ikun neċessarju li jiġi żgurat li l-aċċess għal dawn l-assi jista’ jintuża bħala rimedju awtonomu bl-għan li jitjiebu d-dinamika kompetittiva u d-dinamika tal-varar fi kwalunkwe suq downstream, li għandhom jiġu kkunsidrati qabel ma tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu imposti rimedji potenzjali oħra, u mhux biss bħala rimedju anċillari għal prodotti jew għal servizzi oħra għall-operaturi jew bħala rimedju limitat għall-impriżi li jagħmlu użu minn tali prodotti jew servizzi oħra għall-operaturi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw l-assi miruta tal-inġinerija ċivili li jistgħu jerġgħu jintużaw fuq il-bażi tal-valur nett tal-kontabbiltà regolatorja tad-deprezzament akkumulat meta jsir il-kalkolu, indiċjat b’indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz bl-imnut, u bl-esklużjoni ta’ dawk l-assi li jkunu deprezzati għalkollox matul perjodu ta’ mhux inqas minn 40 sena, iżda li jkunu għadhom qed jintużaw. Meta tkun ibbażata wkoll fuq l-informazzjoni miġbura dwar il-varar ta’ infrastrutturi tal-gigabits, jirriżulta li l-aċċess għall-infrastruttura fiżika huwa prekundizzjoni kruċjali għan-networks introdotti u, għalhekk, għas-suq downstream, l-identifikazzjoni ta’ suq tal-infrastruttura fiżika separat tista’ titqies ukoll li tipprovdi prevedibbiltà regolatorja fit-tul.
(207)Sabiex titrawwem il-kisba ta’ suq intern fil-qasam tan-networks u tas-servizzi diġitali, huwa essenzjali li jiġu armonizzati aktar, kull fejn ikun possibbli, il-prodotti ta’ aċċess. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi r-rekwiżiti li skonthom prodott ta’ aċċess għall-operaturi jista’ jitqies bħala prodott ta’ aċċess għall-operaturi armonizzat Ewropew, li jista’ jiġi impost mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kollha. Il-prodotti ta’ aċċess armonizzati jistgħu jinkludu d-diżaggregazzjoni tal-FTTH, l-aċċess lokali virtwali diżaggregat bħala l-prodotti tipikament imposti fis-swieq tal-operaturi li jservu klijenti tal-massa. Barra minn hekk, prodotti armonizzati bħal dawn jistgħu jinkludu linji lokati tal-ethernet u parametri tal-kwalità tas-servizz fis-swieq li jservu lill-klijenti kummerċjali meta jkun meħtieġ.
(208)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw kif xieraq jekk is-sostituzzjoni tal-obbligi imposti qabel fuq l-impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq biex jipprovdu aċċess għall-operaturi lin-networks tal-gigabits b’obbligu li jfornu prodott ta’ aċċess armonizzat Ewropew tkunx xierqa u proporzjonata.
(209)Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq li qed jevolvu b’mod kostanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi tal-prodotti ta’ aċċess Ewropej kif ikun meħtieġ.
(210)Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun ikkonkludiet li prodott ta’ aċċess armonizzat Ewropew ikun xieraq u proporzjonat, jenħtieġ li timponih fuq l-impriża b’saħħa sinifikanti kkonċernata. Jenħtieġ li l-impożizzjoni tal-prodotti ta’ aċċess armonizzati Ewropej tieħu preċedenza fuq l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe rimedju ieħor. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi ta’ aċċess għal elementi speċifiċi tan-networks u għall-faċilitajiet assoċjati, u ta’ użu tagħhom, biss meta prodott Ewropew ta’ aċċess armonizzat ma jkunx biżżejjed biex jiġu indirizzati l-problemi kompetittivi f’suq speċifiku.
(211)L-ipprezzar tal-aċċess għal infrastruttura tal-inġinerija ċivili mibnija ġdida tal-impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-varar ta’ networks tal-gigabits minn operaturi alternattivi jista’ jkollu impatt fuq l-inċentivi tal-operatur b’SMP biex jibni infrastruttura ġdida tal-inġinerija ċivili li jkollha kapaċità suffiċjenti biex tospita networks alternattivi. Jenħtieġ li l-prezz għall-aċċess għall-infrastruttura tal-inġinerija ċivili mibnija ġdida jkun jirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq u jkun ibbażat fuq il-kostijiet reali sħaħ imġarrba mill-operatur b’SMP, dment li tiġi żgurata nondiskriminazzjoni stretta fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għal tali infrastruttura. Approċċ bħal dan jipprovdi l-inċentivi t-tajbin għall-investiment f’infrastruttura ġdida tal-inġinerija ċivili. Barra minn hekk, skont iċ-ċirkostanzi tas-suq, il-bini ta’ infrastruttura ġdida sinifikanti tal-inġinerija ċivili jista’ jirrappreżenta għall-operatur b’SMP profil ta’ investiment ta’ riskju ogħla mill-profil ta’ riskju assoċjat mal-użu mill-ġdid ta’ infrastruttura miruta tal-inġinerija ċivili. Dak il-profil ta’ riskju jkun jinvolvi riskji f’termini tal-kostijiet imġarrba u f’termini tad-dħul mistenni, li jenħtieġ li jiġi vvalutat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs, National Regulatory Authorities). Madankollu, meta l-ekwivalenza tal-obbligu ta’ aċċess (ekwivalenza tal-input jew tal-output) tiġi implimentata b’mod effettiv u jkun hemm restrizzjoni ppruvata fuq il-prezz tas-suq bl-imnut, ikkomplementata mir-replikazzjoni ekonomika tal-prodotti downstream, fil-prinċipju jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma jimponux prezzijiet regolati. Jenħtieġ li obbligi bħal dawn jikkonsistu, pereżempju, f’testijiet tekniċi u ekonomiċi ta’ replikazzjoni, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ. Ir-restrizzjoni fuq il-prezz tas-suq bl-imnut tista’ tirriżulta mill-kompetizzjoni infrastrutturali, minn impenji ċari magħmula minn fornituri alternattivi biex ivaraw networks tal-gigabits f’żoni mhux moqdija biżżejjed kif jirriżulta minn stħarriġiet ġeografiċi, u minn prodotti ankra regolati soġġetti għall-orjentazzjoni tal-kost. Meta awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi li tiġi implimentata sistema ta’ kontabbiltà tal-kostijiet sabiex jiġu appoġġati l-kontrolli tal-prezzijiet, jenħtieġ li hija tkun tista’ twettaq awditu annwali biex tiżgura l-konformità ma dik is-sistema ta’ kontabbiltà tal-kostijiet, dment li jkollha l-persunal kwalifikat neċessarju, jew li tkun tista’ tesiġi li awditu bħal dan jitwettaq minn korp kwalifikat ieħor, indipendenti mill-impriża kkonċernata. Fl-Unjoni, is-sistema ta’ ħlas għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa hija bbażata fuq il-prinċipju Jħallas in-Network tal-Parti li Ċċempel. Analiżi tas-sostitwibbiltà tad-domanda u tal-provvista turi li, bħalissa jew fil-futur prevedibbli, ma hemm ebda sostitut fil-livell tal-operaturi li jista’ jirrestrinġi l-iffissar tat-tariffi għat-terminazzjoni f’network partikolari. Jekk wieħed iqis in-natura tal-aċċess bidirezzjonali tas-swieq ta’ terminazzjoni, problemi potenzjali oħra ta’ kompetizzjoni jinkludu s-sussidjar reċiproku bejn l-operaturi. Dawk il-problemi potenzjali ta’ kompetizzjoni huma komuni kemm għas-swieq ta’ terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi fuq linji fissi kif ukoll fuq dawk mobbli. Għalhekk, fid-dawl tal-kapaċità u tal-inċentivi tal-operaturi li jipprovdu s-servizz ta’ terminazzjoni li jgħollu l-prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-kost, l-orjentazzjoni tal-kost titqies bħala l-aktar intervent xieraq biex jiġi indirizzat dan it-tħassib fit-terminu medju. Żviluppi futuri tas-suq jistgħu jbiddlu d-dinamika ta’ dawk is-swieq sa punt li fih ir-regolamentazzjoni ma tibqax neċessarja.
(212)Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju fl-indirizzar tal-problemi tal-kompetizzjoni relatati mat-terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tistabbilixxi, permezz ta’ att delegat, rata massima unika ta’ terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi għal servizzi mobbli u rata massima unika ta’ terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi għal servizzi fissi li japplikaw madwar l-Unjoni kollha. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji u parametri dettaljati li abbażi tagħhom jiġu stabbiliti l-valuri tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi. Ir-rati ta’ terminazzjoni madwar l-Unjoni naqsu b’mod konsistenti u mistennija jkomplu jonqsu.
(213)Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, soċjali u tas-suq, fosthom l-evoluzzjoni tal-istandards tekniċi, biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi, u biex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ rata massima unika ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli fl-Unjoni kolla; miżuri li jipprevjenu l-frodi; miżuri relatati mal-adozzjoni ta’ miżuri relatati mal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Unjoni; u l-emendar tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali jew il-bidliet fid-domanda tas-suq. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 51 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(214)Illum f’xi swieq diġà huwa possibbli li, bħala parti mill-analiżi tas-suq, l-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru impenji li jkollhom l-għan li jindirizzaw problemi ta’ kompetizzjoni identifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali u li mbagħad l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis meta tiddeċiedi dwar l-obbligi regolatorji xierqa. Dawn ir-rimedji jistgħu jikkonsistu wkoll fit-trasferiment ta’ assi tan-network ta’ aċċess lokali jew ta’ parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata taħt sjieda differenti jew fl-istabbiliment ta’ entità tan-negozju separata. Jenħtieġ li kwalunkwe żvilupp ġdid tas-suq jitqies fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-aktar rimedji xierqa li kapaċi jiżguraw effettività fit-tul. Madankollu, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament regolatorju ta’ impriżi bl-ingrossa biss, in-natura tal-impenji offruti minnha nnifisha ma tillimitax id-diskrezzjoni mogħtija lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex timponi rimedji fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. Sabiex tittejjeb it-trasparenza u tiġi pprovduta ċertezza legali fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament tiġi stipulata l-proċedura biex l-impriżi joffru impenji u biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutawhom, filwaqt li l-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq jitqiesu permezz ta’ test tas-suq, u fejn xieraq isiru vinkolanti fuq l-impriża li tieħu l-impenn u eżegwibbli mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx ħadet impenji vinkolanti u ddeċidiet li ma timponix obbligi, dik il-proċedura tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq u għall-obbligu li jiġu imposti rimedji xierqa u proporzjonati biex jindirizzaw il-falliment tas-suq identifikat.
(215)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment, għal perjodu speċifiku li jenħtieġ li ma jaqbiżx il-perjodu li għalih jiġu offruti, wara li jkunu għamlu test tas-suq permezz ta’ konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati. Meta l-impenji jkunu saru vinkolanti, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis il-konsegwenzi ta’ din id-deċiżjoni fl-analiżi tas-suq tagħha u tqishom meta tagħżel l-aktar miżuri regolatorji xierqa. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw l-impenji li jkunu saru f’perspettiva ta’ sostenibbiltà li tħares ’il quddiem, b’mod partikolari meta jagħżlu l-perjodu li għalih isiru vinkolanti, u jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet tas-suq stabbli u prevedibbli. L-impenji vinkolanti relatati mas-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment li tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq rilevanti wieħed jew aktar jistgħu jżidu l-prevedibbiltà u t-trasparenza billi jistabbilixxu l-proċess ta’ implimentazzjoni tas-separazzjoni ppjanata ta’ impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Biex jassistu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis-sorveljanza tal-konformità tal-partijiet, l-impenji jistgħu jinkludu l-ħatra ta’ fiduċjarju tal-monitoraġġ, li l-identità u l-mandat tiegħu jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u l-obbligu fuq l-impriża li toffrihom biex tipprovdi rapporti perjodiċi ta’ implimentazzjoni.
(216)Sidien tan-network li l-mudell ta’ negozju tagħhom huwa limitat għall-forniment ta’ servizzi għall-operaturi lil oħrajn, jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-ħolqien ta’ suq tal-operaturi b’saħħtu, b’effetti pożittivi fuq il-kompetizzjoni downstream fis-suq bl-imnut. Barra minn hekk, il-mudell ta’ negozju tagħhom, għalkemm inqas attraenti għal investituri fuq terminu qasir, jista’ jkun attraenti għal investituri finanzjarji potenzjali f’assi inqas volatili tal-infrastruttura u b’perspettivi aktar fit-tul dwar il-varar ta’ networks tal-gigabits. Madankollu, il-preżenza ta’ impriża bl-ingrossa biss ma twassalx neċessarjament għal swieq bl-imnut effettivament kompetittivi, u l-impriżi bl-ingrossa biss jistgħu jiġu deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq fi swieq ġeografiċi u tal-prodotti partikolari. Ċerti riskji ta’ kompetizzjoni li jirriżultaw mill-imġiba ta’ impriżi li jsegwu mudelli ta’ negozju tal-operaturi biss jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk għal impriżi integrati vertikalment, dment li l-mudell tal-operaturi biss ikun ġenwin u ma jkun jeżisti l-ebda inċentiv biex issir diskriminazzjoni bejn il-fornituri downstream. Għalhekk, jenħtieġ li r-reazzjoni regolatorja tkun proporzjonalment inqas intrużiva, iżda jenħtieġ li tippreżerva b’mod partikolari l-possibbiltà li jiġu introdotti obbligi b’rabta ma’ pprezzar ġust u raġonevoli. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jintervjenu jekk jinqalgħu problemi ta’ kompetizzjoni li jkunu ta’ detriment għall-utenti finali. Dan ikun partikolarment importanti f’dawk l-oqsma fejn, wara t-tlestija tal-proċess ta’ diżattivazzjoni tar-ram, impriża bl-ingrossa biss tista’ tibqa’ l-uniku fornitur ta’ network tal-gigabits. Jenħtieġ li impriża attiva f’suq tal-operaturi li tforni servizzi bl-imnut biss lil utenti tan-negozju akbar minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju titqies bħala impriża bl-ingrossa biss.
(217)Il-mekkaniżmu tal-Unjoni li jippermetti lill-Kummissjoni tesiġi li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw miżuri ppjanati li jikkonċernaw id-definizzjoni tas-suq u d-deżinjazzjoni ta’ impriżi bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għal approċċ konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tiġi applikata regolamentazzjoni ex ante u dawk li fihom l-impriżi huma soġġetti għal tali regolamentazzjoni. L-esperjenza tal-proċeduri, skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 uriet li l-inkonsistenzi fl-applikazzjoni tar-rimedji mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali taħt kundizzjonijiet tas-suq simili jimminaw is-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk, għadu neċessarju li l-Kummissjoni u l-BEREC jingħataw is-setgħa, fi ħdan ir-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom, biex jiżguraw livell ogħla ta’ konsistenza fl-applikazzjoni tar-rimedji b’rabta mal-abbozzi tal-miżuri proposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Fir-rigward ta’ abbozzi ta’ miżuri relatati mal-estensjoni ta’ obbligi lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, fejn meħtieġa biex jindirizzaw ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux tranżitorji għar-replikazzjoni, fuq impriżi irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jew mat-trattament regolatorju ta’ elementi ġodda tan-network tal-gigabits, għadu neċessarju li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tesiġi li awtorità regolatorja nazzjonali tirtira abbozz ta’ miżura. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet jew tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.
(218)Fil-valutazzjoni tal-abbozzi ta’ miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tkun marbuta bi skadenza ċara, biex tiżgura valutazzjoni bir-reqqa iżda rapida. Madankollu, ma għadux ġustifikat li jiġu previsti skadenzi differenti għall-valutazzjoni tar-rieżamijiet tas-suq, minn naħa waħda, u tar-rimedji, min-naħa l-oħra. Skadenza unika għaż-żewġ valutazzjonijiet ittejjeb il-konsistenza u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ qafas regolatorju simplifikat u aktar effiċjenti.
(219)Jenħtieġ li t-trasparenza fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-konsolidazzjoni tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi tiżdied fl-interess taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati u sabiex tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jesprimu l-fehmiet tagħhom, inkluż billi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu meħtieġa jippubblikaw kwalunkwe abbozz ta’ miżura fl-istess ħin li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-BEREC, u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Jenħtieġ li kwalunkwe abbozz ta’ miżura jkun motivat u jinkludi analiżi dettaljata tas-suq.
(220)Jenħtieġ li l-konsultazzjoni nazzjonali tal-partijiet interessati ssir qabel il-konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u fi ħdan il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġu riflessi fil-konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni. B’hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni oħra fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta’ bidliet f’miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.
(221)Jjenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu meħtieġa li jikkooperaw ma’ xulxin, mal-BEREC u mal-Kummissjoni, b’mod trasparenti, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, ta’ dan ir-Regolament.
(222)Id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġ li tiġi rrikonċiljata mal-iżvilupp ta’ prattiki regolatorji konsistenti kif ukoll mal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju bl-għan li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-iżvilupp u għall-kompletar tas-suq intern. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jappoġġaw l-attivitajiet rilevanti tas-suq intern tal-Kummissjoni u tal-BEREC.
(223)Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma miżuri li jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq ix-xejra tal-kummerċ bejn l-Istati Membri b’mod li jista’ jinħoloq ostaklu għas-suq intern. Dawn jinkludu miżuri li għandhom impatt sinifikanti fuq impriżi jew fuq utenti fi Stati Membri oħra, li jinkludu: miżuri li jaffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra; miżuri li jaffettwaw il-kapaċità ta’ impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdi servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari miżuri li jaffettwaw il-kapaċità li jiġu offruti servizzi fuq bażi tranżnazzjonali; u miżuri li jaffettwaw l-istruttura jew l-aċċess għas-suq, li jwasslu għal riperkussjonijiet għal impriżi fi Stati Membri oħra. L-indirizzar ta’ miżuri bħal dawn huwa ta’ importanza kbira peress li din ir-regolamentazzjoni għandha l-għan li b’mod progressiv tikseb suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u għan-networks diġitali.
(224)Jenħtieġ li, meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li tirrikjedi lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz ta’ miżura tagħha jew tissottometti miżura riveduta lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza għall-awtorità regolatorja nazzjonali għan-notifika tal-miżura riveduta lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-atturi tas-suq dwar id-durata tar-rieżami tas-suq kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.
(225)Filwaqt li huwa essenzjali li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jingħataw żmien adegwat biex iwettqu analiżijiet/rieżamijiet bir-reqqa tas-suq, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu wkoll jindirizzaw minnufih sitwazzjonijiet li jeħtieġu miżuri urġenti.
(226)Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita eċċezzjoni għall-iskeda ta’ żmien ġenerali prevista għar-rieżamijiet tas-suq biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jadottaw miżuri provviżorji. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn provviżorji japplikaw għal perjodu ta’ żmien limitat u jenħtieġ li ma jintużawx aktar minn darba biex tiġi indirizzata l-istess problema.
(227)Fid-dawl tat-termini qosra fil-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tadotta rakkomandazzjonijiet jew linji gwida li jissimplifikaw il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, pereżempju f’każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà jkunu ġew innotifikati. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tippermetti eżenzjoni min-notifika sabiex jitħaffu l-proċeduri f’ċerti każijiet. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta, kif ikun neċessarju, wara li tqis l-opinjoni tal-BEREC, rakkomandazzjonijiet relatati mal-identifikazzjoni tas-swieq ta’ prodotti u ta’ servizzi rilevanti, man-notifiki taħt il-proċedura għall-konsolidazzjoni tas-suq intern u mal-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju.
(228)Iż-żieda fil-kompetizzjoni u fl-għażla għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet wasslet gradwalment għal tnaqqis fl-ambitu tas-servizz universali. Elementi bħal direttorji jew il-forniment ta’ telefowns pubbliċi bi ħlas tneħħew gradwalment mill-ambitu tas-servizz universali. Għalhekk, jenħtieġ li l-kunċett ta’ servizz universali jkompli jevolvi biex jirrifletti l-avvanzi fit-teknoloġija, l-iżviluppi tas-suq u l-bidliet fid-domanda tal-utenti.
(229)Jenħtieġ li s-servizz universali jibqa’ xibka ta’ sikurezza li tiżgura li jkun disponibbli sett li jinkludi mill-inqas is-servizzi minimi għal kulħadd u bi prezz affordabbli għall-konsumaturi, fejn riskju ta’ esklużjoni soċjali minħabba n-nuqqas ta’ tali aċċess iżomm liċ-ċittadini milli jkollhom parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa fis-soċjetà.
(230)Rekwiżit fundamentali tas-servizz universali huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess bi prezz affordabbli għal servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss. Fejn ikun hemm limitazzjonijiet għall-aċċess, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jiżguraw l-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi għajr f’post fiss, meta jqisu li dan ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-konsumaturi b’diżabbiltà jkollhom aċċess ekwivalenti f’post fiss. Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda limitazzjoni fuq il-mezzi tekniċi li bihom jiġu forniti servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss, b’mod li jkunu permessi teknoloġiji bil-fili jew bla fili b’mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, u lanqas xi limitazzjoni rigward liema impriżi jfornu l-obbligi kollha ta’ servizz universali jew parti minnhom.
(231)Il-veloċità tal-aċċess tal-internet esperjenzata minn utent partikolari tiddependi minn għadd ta’ fatturi, inkluż il-fornituri tal-konnettività tal-internet kif ukoll l-applikazzjoni partikolari li għaliha qed tintuża l-konnessjoni. Huwa f’idejn l-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-BEREC, li jiddefinixxu l-aċċess adegwat għall-internet fid-dawl tal-wisa’ tal-banda minima li tgawdi l-maġġoranza tal-konsumaturi fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru sabiex ikun hemm livell adegwat ta’ inklużjoni soċjali u ta’ parteċipazzjoni fl-ekonomija diġitali u fis-soċjetà fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ li s-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet ikollu biżżejjed wisa’ tal-banda biex jappoġġa l-aċċess għal mill-inqas servizzi bażiċi li jirriflettu s-servizzi użati mill-maġġoranza tal-konsumaturi, u biex jappoġġa l-użu tiegħu. Għal dak l-għan, sabiex jikkontribwixxu għal applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC iqisu l-iżvilupp fl-użu tal-internet biex jidentifikaw dawk is-servizzi online użati mill-maġġoranza tal-konsumaturi madwar l-Unjoni u neċessarji għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Jenħtieġ li l-BEREC iqis id-data miġbura kull sena mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-evoluzzjoni u l-livell tal-prezzijiet bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bi kwalità speċifikata fit-territorji nazzjonali rispettivi. Qabel ma joħroġ il-linji gwida, jenħtieġ li l-BEREC jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-konsumaturi vulnerabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina s-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u l-wisa’ tal-banda neċessarja għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-utent finali applikabbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi japplikaw ukoll għal kwalunkwe servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
(232)Jenħtieġ li, f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimmonitorjaw l-evoluzzjoni u d-dettalji tal-prezzijiet bl-imnut għal servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi użati mill-konsumaturi biex jivvalutaw il-ħtieġa għal miżuri ta’ affordabbiltà. Jenħtieġ li monitoraġġ bħal dan jitwettaq mhux aktar minn darba fis-sena biex jiġi żgurat li ma jirrappreżentax piż amministrattiv eċċessiv la għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, la għal awtoritajiet kompetenti oħrajn u lanqas għall-fornituri ta’ servizzi bħal dawn. Il-monitoraġġ jista’ jinkludi d-dettalji tal-offerti ta’ għażliet jew ta’ pakketti ta’ tariffi għall-konsumaturi b’introjtu baxx, jew ħtiġijiet soċjali speċjali, inklużi l-konsumaturi b’diżabbiltà, u jenħtieġ li jkun il-bażi biex jiġu stabbiliti miżuri ta’ affordabbiltà.
(233)Il-ħtieġa għal miżuri ta’ affordabbiltà tvarja bejn l-Istati Membri u jenħtieġ li approċċ armonizzat għall-kriterji u għall-metodoloġija li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi jiżgura l-konsistenza tal-approċċi, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet distinti madwar l-Istati Membri. Għall-armonizzazzjoni tal-kriterji u tal-metodoloġija li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-affordabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-kriterji jinkludu, fost fatturi oħra, l-aktar prezz affordabbli disponibbli fis-suq u l-perċentwal tiegħu ta’ introjtu tal-konsumatur filwaqt li jitqiesu l-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aspetti ekonomiċi u soċjali li għandhom jitqiesu jinkludu wkoll il-kapaċità tal-akkwist u l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali, speċjalment għall-konsumaturi vulnerabbli.
(234)Prezz affordabbli jfisser prezz definit mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali filwaqt li jitqiesu l-kriterji u l-metodoloġija komuni stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu li l-prezzijiet bl-imnut għal servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi ma humiex affordabbli għal konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali, fosthom anzjani, konsumaturi b’diżabbiltà u konsumaturi li jgħixu f’żoni rurali jew ġeografikament iżolati, jenħtieġ li dawn jieħdu miżuri xierqa. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lil dawk il-konsumaturi b’appoġġ dirett għal skopijiet ta’ komunikazzjoni, li jistgħu jkunu parti minn allowances soċjali, vawċers, jew pagamenti diretti lil dawk il-konsumaturi. Alternattivament, jew addizzjonalment, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-fornituri kollha ta’ tali servizzi joffru għażliet jew pakketti ta’ tariffi bażiċi, inklużi tariffi ta’ abbonament ta’ kull xahar imnaqqsa.
(235)Jenħtieġ li tali għażliet jew pakketti ta’ tariffi speċjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi ħtiġijiet soċjali speċjali jipprovdu servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, mingħajr servizzi addizzjonali miġbura flimkien, sabiex jitnaqqas l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq.
(236)Meta Stat Membru jirrikjedi li l-fornituri joffru lill-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali għażliet jew pakketti ta’ tariffi differenti minn dawk ipprovduti f’kundizzjonijiet kummerċjali normali, jenħtieġ li dawk l-għażliet jew il-pakketti ta’ tariffi jiġu pprovduti mill-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi. Jenħtieġ li r-rekwiżit li l-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi joffru għażliet jew pakketti ta’ tariffi ma jirriżultax f’piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv għal dawk il-fornituri jew l-Istati Membri.
(237)Fid-dawl tal-ambitu mnaqqas tal-obbligi ta’ servizz universali, hemm ħtieġa limitata li jintużaw deżinjazzjonijiet speċifiċi għas-settur. L-appoġġ finanzjarju pubbliku jista’ jirriżulta neċessarju biex ikopri xi wħud mill-kostijiet netti speċifiċi jew il-kostijiet kollha mġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz universali, inkluż profitt raġonevoli, filwaqt li jiġi evitat kumpens żejjed. F’dan il-każ, minħabba l-eżistenza ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament pubbliku, b’mod partikolari għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“il-pakkett SGEI”, Service of General Economic Interest) 52 , jenħtieġ li jitħassru r-regoli speċifiċi għas-settur dwar id-deżinjazzjoni ta’ impriżi u l-kalkolu ta’ kumpens possibbli għall-forniment ta’ servizz universali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jekk jingħata xi kumpens pubbliku għall-forniment ta’ obbligi ta’ servizz universali, dan għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-Artikoli 106(2), 107 u 108 tat-TFUE u l-pakkett SGEI. Is-simplifikazzjoni dwar it-tneħħija tad-deżinjazzjoni speċifika għas-settur tal-obbligu ta’ servizz universali u l-metodu ta’ kalkolu tal-kostijiet netti relatati tista’ żżid il-flessibbiltà tal-Istati Membri meta jagħżlu l-metodu ta’ finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali, u possibbilment tnaqqas il-piż amministrattiv għall-fornituri filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mas-suq intern.
(238)Jenħtieġ li l-affordabbiltà ma tkunx ostaklu għall-aċċess tal-konsumaturi għas-sett minimu ta’ servizzi ta’ konnettività. Jenħtieġ li d-dritt għal kuntratt ma’ fornitur ifisser li jenħtieġ li l-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali intitolati għal għażliet jew għal pakketti ta’ tariffi soċjali jkollhom il-possibbiltà li jidħlu f’kuntratt għall-forniment ta’ servizzi affordabbli ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-inqas f’post fiss. Sabiex jiġu minimizzati r-riskji finanzjarji bħan-nuqqas ta’ ħlas ta’ kontijiet, jenħtieġ li l-fornituri jkunu ħielsa li jipprovdu l-kuntratt skont termini ta’ prepagament, fuq il-bażi ta’ unitajiet individwali bi prezz affordabbli mħallsa minn qabel.
(239)Jenħtieġ li l-affordabbiltà għall-konsumaturi individwali tkun ibbażata fuq id-dritt tagħhom li jikkuntrattaw ma’ fornitur. Drittijiet oħra, pereżempju, kontijiet dettaljati, id-disponibbiltà ta’ numru għal perjodu adegwat u l-kapaċità li tiġi mmonitorjata u kkontrollata n-nefqa huma drittijiet tal-utent finali f’dan ir-Regolament għall-konsumaturi kollha u jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-konsumaturi li jibbenefikaw minn miżuri ta’ affordabbiltà tas-servizz universali.
(240)Jenħtieġ li l-konsumaturi ma jkunux obbligati li jkollhom aċċess għal servizzi li ma jridux, u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-konsumaturi eliġibbli jirrestrinġu, fuq talba, is-servizz universali affordabbli għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
(241)Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu miżuri biex jippromwovu l-ħolqien ta’ suq għal prodotti u għal servizzi affordabbli li jinkorporaw faċilitajiet għall-konsumaturi b’diżabbiltà, inkluż tagħmir b’teknoloġiji ta’ assistenza. Dan jista’ jinkiseb, fost l-oħrajn, billi ssir referenza għall-istandards Ewropej, jew billi jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti skont id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 . Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu miżuri xierqa u jieħdu miżuri speċifiċi bħal pereżempju jekk is-suq ma jkunx qed joffri prodotti u servizzi affordabbli li jinkorporaw faċilitajiet għall-konsumaturi b’diżabbiltà f’kundizzjonijiet ekonomiċi normali. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu appoġġ finanzjarju dirett lill-konsumaturi. Jenħtieġ li l-kost tas-servizzi ta’ relay għall-konsumaturi b’diżabbiltà jkun ekwivalenti għall-kost medju tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
(242)Is-servizzi ta’ relay jirreferu għal servizzi li jippermettu komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn utenti finali remoti ta’ modi differenti ta’ komunikazzjoni, (pereżempju, test, sinjali, diskors) billi tiġi pprovduta konverżjoni bejn dawk il-modi ta’ komunikazzjoni, normalment minn operatur uman. It-test f’ħin reali huwa definit f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jikkumpensa lill-impriżi li jipprovdu għażliet jew pakketti ta’ tariffi bażiċi, pereżempju meta l-forniment jirriżulta f’piż finanzjarju inġust, jenħtieġ li jiżgura l-kompatibbiltà ta’ tali miżura mas-suq intern, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni.
(243)Għal komunikazzjonijiet ta’ data b’rati tad-data li jkunu biżżejjed biex jippermettu aċċess adegwat għall-internet, il-konnessjonijiet tat-telefonija fissa huma kważi universalment disponibbli u użati mill-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni u s-servizzi bbażati fuq teknoloġiji bla fili għandhom firxa saħansitra akbar. Madankollu, hemm differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà u tal-affordabbiltà tas-servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet f’post fiss f’żoni urbani u rurali.
(244)Is-suq għandu rwol ewlieni x’jaqdi biex jiżgura d-disponibbiltà ta’ aċċess għall-internet b’kapaċità li kull ma tmur dejjem tikber. F’żoni fejn is-suq ma jagħtix is-servizz mixtieq, għodod oħra ta’ politika pubblika biex jappoġġaw id-disponibbiltà ta’ konnessjonijiet ta’ aċċess adegwat għall-internet jidhru, fil-prinċipju, aktar kosteffettivi u joħolqu inqas distorsjoni tas-suq meta mqabbla ma’ obbligi ta’ servizz universali, pereżempju l-użu ta’ strumenti finanzjarji bħal dawk disponibbli taħt il-Programm InvestEU u l-Fond għall-Broadband Nikkollegaw l-Ewropa appoġġat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-użu tal-finanzjament pubbliku tal-Unjoni mmaniġġjat mill-Istati Membri, il-finanzjament nazzjonali u r-rabta tal-obbligi ta’ kopertura mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju biex jappoġġaw il-varar ta’ networks tal-broadband f’żoni b’popolazzjoni anqas densa. Wieħed mill-objettivi tal-miżuri ta’ politika pubblika jista’ jkun ukoll li jippermetti lill-utenti finali jixtru servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet li kieku ma jixtrux, pereżempju, fejn xieraq, permezz ta’ vawċers diretti ta’ appoġġ jew konnettività għall-finanzjament ta’ tariffi ta’ kull xahar, kostijiet standard ta’ konnessjoni tal-istabbiliment, it-tagħmir terminali neċessarju jew wajers interni limitati, eż. meta jkun neċessarju u anċillari għall-forniment tas-servizz. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħti appoġġ finanzjarju għal dan l-għan, jenħtieġ li jiżgura l-kompatibbiltà ta’ tali miżura mas-suq intern, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni.
(245)Jekk, wara li tkun twettqet valutazzjoni xierqa, meta jitqiesu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku tal-varar tan-networks imwettaq mill-awtorità kompetenti, jintwera li la s-suq u lanqas il-mekkaniżmi ta’ intevent pubbliku ma huma x’aktarx kapaċi li jipprovdu lill-konsumaturi, lill-mikrointrapriżi, lill-intrapriżi żgħar jew lill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ f’ċerti żoni b’konnessjoni li kapaċi tipprovdi servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet hekk kif iddefinit mill-Istati Membri u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss, jenħtieġ li l-Istat Membru jkun jista’ jinkariga b’mod eċċezzjonali lil fornituri differenti jew lil settijiet ta’ fornituri ta’ dawk is-servizzi fil-partijiet rilevanti differenti tat-territorju nazzjonali. Minbarra l-istħarriġ ġeografiku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw, fejn neċessarju, kwalunkwe evidenza addizzjonali biex jistabbilixxu sa liema punt ikunu disponibbli s-servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss. Dik l-evidenza addizzjonali tista’ tinkludi data disponibbli għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq u d-data miġbura mingħand l-utenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrestrinġu l-obbligi ta’ servizz universali li jsostnu d-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet fil-post jew fir-residenza primarja tal-utent finali.
(246)Fejn, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi meta tali servizz ma jkunx jista’ jiġi żgurat f’ċirkostanzi kummerċjali normali jew f’għodod oħra tal-politika pubblika, Stat Membru jiddeċiedi li jinkariga lil impriża waħda jew aktar biex tiggarantixxi t-tali disponibbiltà fit-territorju nazzjonali kollu jew f’partijiet minnu u li jagħti appoġġ finanzjarju għal dan l-għan, jenħtieġ li jiżgura l-kompatibbiltà ta’ tali miżura mas-suq intern, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni.
(247)Rekwiżiti biex tiġi żgurata kopertura territorjali nazzjonali imposta fi proċedura ta’ inkarigu x’aktarx li jeskludu jew jiskoraġġixxu lil ċerti impriżi milli japplikaw biex ikunu fornituri ta’ servizz universali. L-inkarigu ta’ fornituri b’obbligi ta’ servizz universali għal perjodu eċċessiv jew indefinit jista’ jwassal ukoll għal esklużjoni ta’ ċerti fornituri. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jinkariga lill-fornituri kollha l-forniment ta’ għażliet jew ta’ pakketti ta’ tariffi għal skopijiet ta’ affordabbiltà, dan jista’ jinkariga lil wieħed minnhom biss jew lil xi wħud minnhom il-forniment tal-element tad-disponibbiltà tas-servizz universali.
(248)Wara t-tnaqqis gradwali tal-ambitu tas-servizz universali, il-forniment ta’ telefowns pubbliċi bi ħlas u direttorji u servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju taħt ir-reġim tas-servizz universali kompla jiġi eliminat gradwalment. Dan jagħmel id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 dwar l-istatus tas-servizzi universali eżistenti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 obsoleti.
(249)L-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi hija relatata mal-informazzjoni li l-utenti jirċievu fir-rigward tal-ispejjeż tal-użu kif ukoll tal-kost relattiv tal-użu mqabbla ma’ servizzi oħra, u hija wkoll relatata mal-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw in-nefqa. Dawk il-faċilitajiet minn fornituri ta’ servizz universali affordabbli lil konsumaturi eliġibbli jinkludu, fost l-oħrajn, il-possibbiltà tal-konsumaturi li selettivament jimblukkaw ċerti telefonati, pereżempju telefonati bi prezz għoli għal servizzi primjum, li jikkontrollaw in-nefqa permezz ta’ mezzi ta’ prepagament, u li jpaċu t-tariffi ta’ konnessjoni bil-quddiem.
(250)Ħlief fil-każi ta’ ħlas tard persistenti tal-kontijiet jew ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-kontijiet, jenħtieġ li l-konsumaturi intitolati għal tariffi affordabbli jkunu, sa meta t-tilwim jissolva, protetti mill-iskonnessjoni immedjata min-network għal raġuni ta’ kont mhux imħallas, u, b’mod partikolari fil-każ ta’ tilwim dwar kontijiet għolja għal servizzi b’rati primjum, jibqa’ jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi u livell minimu ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet.
(251)Sabiex tiġi pprovduta l-istabbiltà u tiġi appoġġata tranżizzjoni gradwali minn regoli speċifiċi għas-settur għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tas-servizz universali għall-qafas legali applikabbli għall-SGEI, jenħtieġ li d-deżinjazzjonijiet eżistenti ta’ impriżi għall-forniment ta’ servizz universali fl-Istati Membri abbażi tad-Direttiva (UE) 2018/1972 ma jiġux affettwati, dment li jkunu fis-seħħ 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jżommu l-istatus tagħhom sal-iskadenza ta’ dawn id-deżinjazzjonijiet, dment li s-servizzi jew is-servizzi komparabbli ma jkunux disponibbli f’ċirkostanzi kummerċjali normali.
(252)L-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi futuri, inkluża t-tranżizzjoni għall-fibra, jistgħu jbiddlu l-ħtieġa għad-disponibbiltà jew għall-affordabbiltà tas-servizz universali. Għalhekk, jenħtieġ li l-BEREC jimmonitorja d-disponibbiltà u l-affordabbiltà fir-rigward tal-aċċess adegwat għall-internet u tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi fl-Istati Membri, u jippubblika opinjoni li tinkludi valutazzjoni tal-impatt ta’ żviluppi bħal dawn fuq l-applikazzjoni fil-prattika tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-opinjoni tal-BEREC tista’ tqis is-salvagwardji possibbli adottati mill-Istati Membri għall-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali fil-kuntest tad-diżattivazzjoni tar-ram. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC, tippreżenta rapport b’mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar id-disponibbiltà jew l-affordabbiltà tas-servizz universali jenħtieġ li jinbidel jew jiġi ddefinit mill-ġdid.
(253)Ir-Regolament (UE) 2015/2120 stabbilixxa regoli komuni għas-salvagwardja tat-trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u d-drittijiet relatati tal-utenti finali u kellu l-għan li jipproteġi lill-utenti finali u fl-istess ħin jiggarantixxi l-funzjonament kontinwu tal-ekosistema tal-internet bħala mutur tal-innovazzjoni.
(254)Dan it-tfassil mill-ġdid tal-qafas regolatorju Ewropew għan-networks u għas-servizzi elettroniċi f’dan ir-Regolament joffri okkażjoni biex id-dispożizzjonijiet għal miżuri li jikkonċernaw l-internet miftuħ li jinsabu fir-Regolament (UE) 2015/2120 jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament, mingħajr ma jintmessu l-prinċipji fundamentali ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, kif ukoll id-dritt tal-utenti finali li jaċċessaw u jqassmu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi, u jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom.
(255)It-tieni Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2120 ikkonferma li l-prinċipji li jirregolaw l-aċċess għall-internet miftuħ għadhom adegwati għall-iskop tagħhom u jilħqu bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-utenti finali u l-abilitazzjoni tal-progress teknoloġiku. Madankollu, fid-dawl tal-evoluzzjoni sinifikanti tat-teknoloġiji tan-networking mill-2015, hemm bżonn li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet li fihom jenħtieġ li jiġu offruti servizzi kummerċjali speċjalizzati. Dawk is-servizzi kummerċjali speċjalizzati qed isiru parti integrali mill-offerta tan-network għall-interkonnessjoni taċ-ċentri ta’ data, fil-forniment ta’ edge computing u għas-servizzi tal-IA. Il-forniment ta’ latenza baxxa u kwalità garantita tas-servizz huma karatteristiċi essenzjali tas-servizzi kummerċjali speċjalizzati. Jenħtieġ li s-servizzi kritiċi tal-gvern jitqiesu wkoll bħala servizzi ta’ prijorità sabiex jiġi żgurat li n-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu qed jissodisfaw domanda akbar għall-ħtiġijiet tas-sigurtà u tad-difiża, bħar-rispons ta’ detezzjoni u l-mobbiltà. Filwaqt li l-BEREC għandu s-setgħa li joħroġ linji gwida biex jappoġġa l-implimentazzjoni konsistenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tista’ tkun neċessarja gwida addizzjonali fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat approċċ armonizzat għas-servizzi u għat-teknoloġiji emerġenti, inkluża l-partizzjoni tan-network, is-servizzi sperimentali u l-każijiet ta’ użu industrijali differenzjati. Għalhekk, jenħtieġ li l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ servizzi speċjalizzati jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali u għall-koerenza regolatorja madwar l-Unjoni, billi jipprovdi kriterji ċari għall-konformità, inklużi, fost l-oħrajn, parametri tal-kwalità tas-servizz jew livelli minimi li għandhom jiġu żgurati għas-servizzi ġenerali ta’ aċċess għall-internet. Jenħtieġ li tali att ta’ implimentazzjoni jikkomplementa l-linji gwida tal-BEREC, jappoġġa l-applikazzjoni uniformi tal-qafas, u jinkoraġġixxi l-investiment u l-innovazzjoni f’servizzi ta’ konnettività avvanzati u b’mod partikolari fis-segment minn negozju għal negozju, u b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija diġitali tal-Unjoni kif ukoll tiġi żgurata l-prijoritizzazzjoni tas-servizzi kritiċi tal-gvern.
(256)Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà madwar l-Unjoni u jitnaqqas il-kost tal-konformità, jenħtieġ li l-BEREC jadotta linji gwida dwar il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ meta jinfurzaw l-obbligi tal-kwalità tas-servizz rilevanti għad-drittijiet tal-utenti finali. Fil-linji gwida tiegħu għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, jenħtieġ li l-BEREC jispeċifika l-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jitkejlu għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti u għall-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata għat-trasparenza, filwaqt li jitqiesu l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali. Jenħtieġ li l-parametri jinkludu mill-inqas parametri għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà, veloċitajiet ta’ download u ta’ upload skont l-informazzjoni meħtieġa dwar il-veloċitajiet għall-informazzjoni għal kuntratti b’servizzi ta’ aċċess għall-internet u għall-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata, il-latenza, il-jitter u t-telfien ta’ pakketti. Jenħtieġ li l-parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà jinkludu wkoll parametri għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali.
(257)L-implimentazzjoni diverġenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali ħolqot ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw kemm il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-utenti finali. Jenħtieġ li dawn l-ostakli jitnaqqsu billi jiġu applikati l-istess regoli li jiżguraw livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-armonizzazzjoni sħiħa kkalibrata tad-drittijiet tal-utenti finali koperti minn dan ir-Regolament żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-utenti finali kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u jenħtieġ li tnaqqas b’mod sinifikanti l-ostakli għad-dħul u l-piż ta’ konformità mhux neċessarju li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tar-regoli. L-armonizzazzjoni sħiħa tgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw minn tali dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw drittijiet tal-utenti finali li fl-istess ħin jipproteġu l-fornituri nazzjonali kontra l-kompetizzjoni minn Stati Membri oħra. L-armonizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom iżżid il-fiduċja tal-utenti finali fis-suq intern peress li jibbenefikaw minn livell daqstant għoli ta’ protezzjoni meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom iżda wkoll filwaqt li jgħixu, jaħdmu jew jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra.
(258)Il-kuntratti huma għodda importanti għall-utenti finali biex jiġu żgurati t-trasparenza ta’ informazzjoni u ċ-ċertezza legali. Il-biċċa l-kbira tal-fornituri tas-servizzi f’ambjent kompetittiv se jikkonkludu kuntratti mal-klijenti tagħhom għal raġunijiet ta’ xewqa kummerċjali. L-obbligi dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kuntratti jkopru s-servizzi tal-aċċess għall-internet u għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali. Is-servizzi li jikkonsistu kompletament jew prinċipalment fit-twassil ta’ sinjali, bħas-servizzi ta’ trażmissjoni użati għal servizzi bejn magna u oħra, ma humiex koperti mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għall-kuntratti. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni, li jistgħu jkunu meħtieġa wkoll skont id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 , jenħtieġ li ma jwasslux għal duplikazzjoni tal-informazzjoni fid-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali. L-informazzjoni rilevanti pprovduta fir-rigward ta’ din id-Direttiva, inkluż kwalunkwe rekwiżit ta’ informazzjoni aktar preskrittiv u aktar dettaljat, jenħtieġ li titqies bħala li tissodisfa r-rekwiżiti korrispondenti skont id-Direttiva 2011/83/UE. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li tirrelata mal-kuntratti, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 55 , u d-Direttiva 2011/83/UE, japplikaw għal tranżazzjonijiet tal-konsumatur li jirrelataw man-networks u mas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-Regolament 2016/679 dwar il-protezzjoni tad-data japplika għall-proċessar ta’ data personali.
(259)Jjenħtieġ li xi wħud minn dawk id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li japplikaw biss għall-konsumaturi, jiġifieri dawk dwar l-informazzjoni dwar il-kuntratti, id-durata massima tal-kuntratti u l-pakketti, ma jkunux biss ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, iżda wkoll għall-mikrointrapriżi u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ kif definiti fid-dritt tal-Unjoni jew fid-dritt nazzjonali. Il-pożizzjoni ta’ negozjar ta’ dawk il-kategoriji ta’ intrapriżi u ta’ organizzazzjonijiet hija komparabbli ma’ dik tal-konsumaturi, u għaldaqstant jenħtieġ li jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni sakemm b’mod espliċitu ma jirrinunzjawx għal dawk id-drittijiet. Jenħtieġ li l-obbligi dwar l-informazzjoni dwar il-kuntratti f’dan ir-Regolament, fosthom dawk tad-Direttiva 2011/83/UE li huma msemmijin f’dan ir-Regolament, japplikaw irrispettivament minn jekk isirx pagament u mill-ammont tal-pagament li għandu jsir mill-konsumatur. Jenħtieġ li l-obbligi dwar l-informazzjoni dwar il-kuntratti, inklużi dawk li jinsabu fid-Direttiva 2011/83/UE, japplikaw awtomatikament għall-mikrointrapriżi, u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ sakemm ma jippreferux jinnegozjaw termini kuntrattwali individwalizzati mal-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-kuntrarju tal-mikrointrapriżi u tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, intrapriżi akbar normalment ikollhom setgħa akbar ta’ negozjar u, għalhekk, ma jkunux jiddependu fuq l-istess rekwiżiti kuntrattwali ta’ informazzjoni bħall-konsumaturi. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-bdil tal-fornituri u l-portabbiltà tan-numru, li huma importanti wkoll għal intrapriżi akbar ikomplu japplikaw għall-utenti finali kollha. L-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huma entitajiet ġuridiċi li ma jagħmlux qligħ għas-sidien jew għall-membri tagħhom. Tipikament, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ikunu organizzazzjonijiet tal-karità jew tipi oħra ta’ organizzazzjoni ta’ interess pubbliku. Għalhekk, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni komparabbli, huwa leġittimu li dawn l-organizzazzjonijiet jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-mikrointrapriżi skont dan ir-Regolament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-utenti finali. Barra minn hekk, il-konsumaturi intitolati għal tariffi affordabbli bbażati fuq servizz universali huma intitolati għall-istess livell ta’ protezzjoni bħall-konsumaturi l-oħra kollha.
(260)Lil hinn mir-regoli kuntrattwali orizzontali, l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġu għadd limitat ta’ dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali. Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu infurmati, fost l-oħrajn, dwar il-livelli ta’ kwalità tas-servizz offruti, il-kundizzjonijiet għal promozzjonijiet u t-terminazzjoni ta’ kuntratti, il-pjanijiet ta’ tariffi applikabbli u t-tariffi għal servizzi soġġetti għal kundizzjonijiet ta’ pprezzar partikolari. Dik l-informazzjoni hija rilevanti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament. Jenħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament ma jkunx soġġett għall-obbligi dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti fejn dak il-fornitur, u persuni jew kumpaniji affiljati, ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni marbuta direttament jew indirettament mal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal fejn università tagħti lill-viżitaturi aċċess b’xejn għan-network tal-Wi-Fi tagħha fuq il-kampus mingħajr ma tirċievi ebda remunerazzjoni, kemm jekk permezz ta’ pagament mingħand l-utenti kif ukoll permezz ta’ dħul mir-reklamar. Dan ma għandux jaffettwa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
(261)Huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti meħtieġa tiġi pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem u fuq mezz li jservi għal żmien twil jew, fejn dan ma jkunx fattibbli u mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni jew għar-rekwiżiti li jikkonċernaw mezz li jservi għal żmien twil mogħtija fid-Direttiva 2011/83/UE, f’dokument, li jsir disponibbli mill-fornitur u li tingħata notifika dwaru lill-utent, li jkun faċli li jitniżżel, jinfetaħ u jiġi kkonsultat fuq apparati użati b’mod komuni mill-konsumaturi. Jenħtieġ li l-fornituri jippreżentaw ukoll sommarju tat-termini kuntrattwali essenzjali. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt kif ukoll is-sommarju jikkostitwixxu parti integrali mill-kuntratt finali. Jenħtieġ li s-sommarju tal-kuntratt ikun konċiż u jkun jista’ jinqara faċilment, idealment ma jkunx itwal mill-ekwivalenti ta’ naħa waħda ta’ paġna tad-daqs A4 jew, fejn għadd ta’ servizzi differenti jinġabru flimkien f’kuntratt uniku, l-ekwivalenti ta’ mhux aktar minn tliet paġni ta’ naħa waħda u tad-daqs A4. Sabiex twieġeb għall-iżviluppi teknoloġiċi, soċjali u tas-suq u sabiex tnaqqas il-kost tal-konformità, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni għal tali sommarji tal-kuntratti li għandhom jintużaw mill-fornituri f’konformità mal-elementi prinċipali tar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(262)Mingħajr preġudizzju għall-obbligu sostantiv fuq il-fornitur marbut mas-sigurtà, jenħtieġ li l-kuntratt jispeċifika t-tip ta’ azzjoni li l-fornitur jista’ jieħu fil-każ ta’ inċidenti ta’ sigurtà, ta’ theddid jew ta’ vulnerabbiltajiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kuntratt jispeċifika wkoll kwalunkwe arranġament ta’ kumpens u rifużjoni jekk fornitur jagħti rispons mhux adegwat għal inċident ta’ sigurtà, inkluż meta inċident ta’ sigurtà, li tingħata notifika dwaru lill-fornitur, iseħħ minħabba vulnerabbiltajiet magħrufin fis-software jew fil-hardware, li għalihom ikun inħareġ software korrettiv mill-manifattur jew mill-iżviluppatur u l-fornitur tas-servizz ma jkunx applika dak is-software korrettiv u ma jkun ħa ebda kontromiżura xierqa oħra.
(263)Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-aċċess għal internet miftuħ ikunu kkomplementati minn dispożizzjonijiet effettivi dwar l-utenti finali li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta b’mod partikolari mas-servizzi ta’ aċċess għall-internet u li jippermettu li l-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jinfurmaw b’mod ċar lill-konsumaturi dwar kif il-prattiki ta’ ġestjoni tat-traffiku varati jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, fuq il-privatezza tal-konsumaturi u fuq il-protezzjoni tad-data personali kif ukoll dwar l-impatt possibbli ta’ servizzi oħrajn għajr is-servizzi ta’ aċċess għall-internet li jabbonaw għalihom, fuq il-kwalità u fuq id-disponibbiltà tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet rispettivi tagħhom. Għalhekk, sabiex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa f’sitwazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet jinfurmaw lill-konsumaturi fil-kuntratt bil-veloċità li jistgħu jipprovdu realistikament. Il-veloċità normalment disponibbli hija mifhuma bħala l-veloċità li l-utent finali jista’ jistenna li jirċievi fil-biċċa l-kbira tal-ħin meta jaċċessa s-servizz. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jinfurmaw ukoll lill-konsumaturi dwar ir-rimedji disponibbli f’konformità mad-dritt nazzjonali fil-każ tan-nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni. Kwalunkwe differenza sinifikanti u kontinwa jew li sseħħ regolarment, fejn stabbilita minn mekkaniżmu ta’ monitoraġġ iċċertifikat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, bejn il-prestazzjoni proprja tas-servizz u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt, jenħtieġ li titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità b’rabta mal-prestazzjoni għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur f’konformità mad-dritt nazzjonali. Jenħtieġ li l-metodoloġija tkun stabbilita fil-linji gwida tal-BEREC.
(264)L-utenti finali ta’ spiss ma jkunux konxji tal-kost tal-imġiba tal-konsum tagħhom jew ikollhom xi diffikultajiet biex jikkalkolaw il-konsum ta’ ħin jew il-konsum ta’ data tagħhom meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jippermettu kontroll aħjar tal-baġit tal-komunikazzjonijiet tagħhom, huwa importanti li l-utenti finali jiġu pprovduti b’faċilitajiet li jippermettulhom isegwu l-konsum tagħhom b’mod tempestiv. Barra minn hekk, sabiex jipproteġu kontra “xokkijiet ta’ kontijiet”, jenħtieġ li l-fornituri jipprovdu twissijiet mingħajr ħlas f’każ ta’ xejriet ta’ konsum mhux tipiċi jew eċċessivi inkluż fir-rigward ta’ servizzi ta’ rata primjum u ta’ servizzi oħra soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari ta’ pprezzar. Jenħtieġ li l-kontijiet dettaljati fuq l-użu tal-aċċess għall-internet jindikaw biss il-ħin, id-durata u l-ammont ta’ konsum matul sessjoni ta’ użu iżda ma jindikawx is-siti web jew il-punti ta’ tmiem tal-internet konnessi matul tali sessjoni ta’ użu. Skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, l-Istati Membri setgħu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli għall-pubbliku jagħmlu disponibbli l-faċilitajiet addizzjonali kollha inklużi fid-Direttiva (UE) 2018/1972 jew parti minnhom. L-Istati Membri setgħu wkoll imorru lil hinn mill-faċilitajiet sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Jenħtieġ li dawn il-faċilitajiet addizzjonali jiġu pprovduti għall-konsumaturi tas-servizz universali li jibbenefikaw minn miżuri ta’ affordabbiltà. Barra minn hekk, kontijiet dettaljati, fejn applikabbli, u ċerti miżuri ta’ kontroll tal-kostijiet huma faċilitajiet obbligatorji li għandhom jiġu pprovduti lill-konsumaturi kollha mingħajr ħlas. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jintroduċux fid-dritt nazzjonali tagħhom rekwiżiti diverġenti oħra għal faċilitajiet addizzjonali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu dispożizzjonijiet dwar dawk il-faċilitajiet li ġew stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/1972, inklużi faċilitajiet li jirrikjedu lill-fornituri jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta’ konsum u jipprevjenu temporanjament aktar użu tas-servizz rilevanti li jaqbeż limitu finanzjarju jew ta’ volum.
(265)Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni trasparenti, aġġornata u komparabbli dwar offerti u servizzi hija element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi fejn diversi fornituri joffru s-servizzi. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prezzijiet ta’ diversi servizzi offruti fis-suq faċilment abbażi ta’ informazzjoni pubblikata f’forma faċilment aċċessibbli. Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu t-tqabbil tal-prezzijiet u tas-servizzi faċilment, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jippubblikaw għal trasparenza akbar, informazzjoni, li tinkludi t-tariffi, il-kwalità tas-servizz, il-kundizzjonijiet dwar it-tagħmir terminali pprovdut, u informazzjoni rilevanti oħra. L-intrapriżi tipikament jibbażaw fuq termini kuntrattwali nnegozjati u ma jiddependux fuq l-istess rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni tal-offerti bħall-konsumaturi.
(266)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li għandhom obbligu li jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri minħabba nuqqas ta’ fattibbiltà teknika, jistgħu ma jkunux jistgħu jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, jew għat-tnejn. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b’mod adegwat fil-kuntratt. Jenħtieġ li fornituri bħal dawn jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt inizjali u jaġġornawha fl-eventwalità ta’ kwalunkwe bidla fil-forniment tal-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, pereżempju fil-fatturi. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi kwalunkwe limitazzjoni rigward kopertura territorjali, abbażi tal-parametri tekniċi ta’ operat tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet ippjanati u tal-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jiġix provdut b’konnessjoni mmexxija biex tagħti l-kwalità speċifikata tas-servizz, jenħtieġ li l-informazzjoni tinkludi wkoll il-livell ta’ affidabbiltà tal-aċċess u l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa mqabbel ma’ servizz li jiġi pprovdut b’din il-konnessjoni, b’kont meħud tat-teknoloġija u tal-istandards ta’ kwalità kurrenti, kif ukoll kwalunkwe parametru dwar il-kwalità tas-servizz speċifikat skont dan ir-Regolament.
(267)Wara ż-żieda fil-possibbiltajiet tal-utenti finali li jfittxu u jqabblu firxa wiesgħa ta’ offerti bl-użu ta’ għodod avvanzati ta’ tiftix diġitali, privati jew pubbliċi, il-forniment obbligatorju ta’ għodod ta’ tqabbil mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti sar inqas rilevanti. L-għodod tat-tqabbil, bħal siti web, huma mezz effettiv għall-utenti finali sabiex jivvalutaw il-merti ta’ fornituri differenti ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, fejn jiġu forniti għal pagamenti monetarji diretti rikorrenti jew ibbażati fuq il-konsum, u sabiex jiksbu informazzjoni imparzjali, b’mod partikolari billi jqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-parametri tal-kwalità f’post wieħed. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiċċertifikaw dawn l-għodod, fuq talba mill-fornitur tal-għodda, sabiex jiżguraw li jkunu operazzjonalment indipendenti mill-fornituri ta’ servizzi u l-ebda fornitur ta’ servizzi ma jingħata trattament favorevoli fir-riżultati tat-tiftix.
(268)Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-aħjar interess tagħhom li jagħmlu dan. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li dawn ikunu kapaċi jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew prattiċi, inklużi kundizzjonijiet kuntrattwali, proċeduri u imposti. Dak ma jipprekludix lill-fornituri milli jistabbilixxu perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli sa 24 xahar fil-kuntratti mal-konsumaturi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jżommu dispożizzjonijiet għal durata massima iqsar u li jippermettu lill-konsumaturi jibdlu l-pjanijiet ta’ tariffi jew itemmu l-kuntratt waqt il-perjodu tal-kuntratt mingħajr ma jġarrbu kostijiet addizzjonali fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, bħal-livelli ta’ kompetizzjoni u l-istabbiltà tal-investimenti fin-networks. Indipendentement mill-kuntratt ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-konsumaturi jistgħu jippreferu u jibbenefikaw minn perjodu itwal ta’ rimborż għal konnessjonijiet fiżiċi. Tali impenji tal-konsumatur jistgħu jkunu fattur importanti li jiffaċilita l-varar ta’ networks tal-gigabits sal-bini tal-utent finali jew qrib ħafna tiegħu, inkluż permezz ta’ skemi ta’ aggregazzjoni tad-domanda li jippermettu lill-investituri tan-network biex inaqqsu r-riskji tal-adozzjoni inizjali. Madankollu, id-drittijiet tal-konsumaturi li jibdlu l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li ma jkunux ristretti b’tali perjodi ta’ rimborż f’kuntratti dwar konnessjonijiet fiżiċi u jenħtieġ li tali kuntratti ma jkoprux tagħmir terminali jew ta’ aċċess għall-internet, bħal handsets, routers jew modems. Għandu jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-entitajiet, inkluż l-operaturi, li jiffinanzjaw il-varar ta’ konnessjoni fiżika tal-gigabits sal-bini ta’ utent finali, inkluż fejn tali finanzjament ikun permezz ta’ kuntratt ta’ pagamenti parzjali. L-obbligi dwar id-durata tal-kuntratt jenħtieġ li japplikaw għall-mikrointrapriżi, u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ sakemm ma jkunux jippreferu jinnegozjaw termini kuntrattwali individwalizzati mal-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-kuntrarju tal-mikrointrapriżi, l-intrapriżi akbar normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar aktar b’saħħitha u, għalhekk, ma jiddependux fuq l-istess rekwiżiti għad-durata tal-kuntratt bħall-konsumaturi. Jenħtieġ li l-obbligi dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratt japplikaw għall-mikrointrapriżi, għall-intrapriżi żgħar, għall-intrapriżi medji u għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux jippreferu jinnegozjaw termini kuntrattwali individwalizzati mal-fornitur ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
(269)L-estensjoni awtomatika ta’ kuntratti għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi hija possibbli. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitterminaw il-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu kostijiet wara l-iskadenza tat-terminu inizjali tal-kuntratt.
(270)Jenħtieġ li kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali proposti minn fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, li ma humiex għall-benefiċċju tal-konsumatur, pereżempju fir-rigward ta’ imposti, ta’ tariffi, ta’ limitazzjonijiet tal-volum tad-data, ta’ veloċitajiet tad-data, ta’ kopertura, jew tal-proċessar ta’ data personali fuq bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għajr il-kunsens, tagħti lok għad-dritt tal-konsumatur li jtemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab xi kostijiet, anke jekk ikunu kkombinati ma’ xi bidliet ta’ benefiċċju. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali mill-fornitur tagħti d-dritt lill-konsumatur biex itemm il-kuntratt sakemm kull bidla ma tkunx fiha nfisha ta’ ġid għall-konsumatur, jew sakemm il-bidliet ma jkunux ta’ natura purament amministrattiva, bħal bidla fl-indirizz tal-fornitur, u ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq il-konsumatur, jew sakemm il-bidliet ma jkunux strettament imposti minn bidliet leġiżlattivi jew regolatorji, bħal rekwiżiti ġodda marbutin mal-informazzjoni dwar il-kuntratti imposti mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali. Jekk bidla tkunx esklużivament għall-benefiċċju tal-konsumatur jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li d-dritt tal-konsumatur li jtemm il-kuntratt jiġi eskluż biss jekk il-fornitur ikun jista’ juri li l-bidliet kollha fil-kuntratt ikunu esklużivament ta’ benefiċċju għall-konsumatur jew ikunu ta’ natura purament amministrattiva mingħajr ebda effett negattiv fuq il-konsumatur.
(271)Fejn klawżola legali tal-indiċjar tal-prezzijiet, speċifikata skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti li jeħtieġu li jiddeskrivu l-metodu li bih il-prezz jista’ jvarja legalment, hija parti integrali mill-kuntratt, l-implimentazzjoni tagħha ma tikkostitwixxix bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali iżda l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni kuntrattwali eżistenti, fejn il-klawżola tkun f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt nazzjonali.
(272)Jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu nnotifikati dwar kull bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali b’mezz li jservi għal żmien twil. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt ikunu mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali dwar ir-raġunijiet li għalihom jistgħu jintemmu kuntratti jew li għalihom jistgħu jinbidlu t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali mill-fornitur ta’ servizz jew mill-konsumatur.
(273)Fir-rigward ta’ tagħmir terminali, jenħtieġ li l-kuntratt tal-konsumatur jispeċifika kwalunkwe kundizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir, bħal permezz ta’ “llokkjar tas-SIM” ta’ apparati mobbli, jekk tali kundizzjonijiet ma jkunux projbiti mid-dritt nazzjonali, u kwalunkwe imposta dovuta mat-terminazzjoni tal-kuntratt, kemm fid-data tal-iskadenza miftiehma jew qabilha, inkluż kwalunkwe kost impost sabiex jinżamm it-tagħmir. Meta l-konsumatur jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali inkluż fil-kuntratt fil-mument meta dan ġie konkluż, jenħtieġ li kwalunkwe kumpens dovut ma jaqbiżx il-valur pro rata temporis tiegħu kkalkolat fuq il-bażi tal-valur fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, jew fuq il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar. Jenħtieġ li l-fornitur ineħħi, mingħajr ħlas, kwalunkwe restrizzjoni għall-użu tat-tagħmir terminali fuq networks oħrajn, sa mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.
(274)Il-pakketti li jkunu jinkludu mill-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, kif ukoll servizzi oħrajn, bħal servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri disponibbli pubblikament, xandir lineari u servizzi minn magna għal magna, jew tagħmir terminali, qed isiru dejjem aktar mifruxin u huma element importanti tal-kompetizzjoni. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies li jeżisti pakkett f’sitwazzjonijiet meta l-elementi tal-pakkett jiġu forniti jew jinbiegħu mill-istess fornitur fil-qafas tal-istess kuntratt jew ta’ kuntratt relatat jew assoċjat mill-qrib. Filwaqt li l-pakketti ħafna drabi jġibu benefiċċji għall-konsumaturi, huma jistgħu jagħmlu l-bdil iktar diffiċli jew aktar għali u jżidu ir-riskji ta’ “intrappolament” kuntrattwali. Fejn servizzi u tagħmir terminali differenti f’pakkett ikunu soġġetti għal regoli diverġenti dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratt u l-bdil jew dwar impenji kuntrattwali fir-rigward tal-akkwist ta’ tagħmir terminali, il-konsumaturi effettivament ikunu mxekkla fid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament li jaqilbu għal offerti kompetittivi għall-pakkett kollu jew għal partijiet minnu. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet essenzjali ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-informazzjoni fil-qosor dwar il-kuntratt, it-trasparenza, id-durata tal-kuntratt u t-terminazzjoni u l-bdil japplikaw għall-elementi kollha ta’ pakkett, inklużi t-tagħmir terminali, servizzi oħrajn bħall-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali, u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ma humiex direttament koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. L-obbligi kollha tal-utenti finali applikabbli għal servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi partikolari meta jiġi fornit jew jinbiegħ bħala servizz separat jenħtieġ li jkunu applikabbli wkoll meta jkun parti minn pakkett b’mill-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri disponibbli pubblikament. Kwistjonijiet kuntrattwali oħra, bħar-rimedji applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt, jenħtieġ li jkunu rregolati bir-regoli applikabbli għal element rispettivi tal-pakkett, pereżempju permezz tar-regoli ta’ kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti jew għall-forniment ta’ kontenut diġitali. Madankollu, jenħtieġ li dritt ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe element ta’ pakkett li jinkludi mill-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri disponibbli pubblikament qabel tmiem iż-żmien miftiehem tal-kuntratt minħabba nuqqas ta’ konformità jew nuqqas ta’ forniment jagħti lil konsumatur id-dritt li jtemm l-elementi kollha tal-pakkett. Barra minn hekk, sabiex il-konsumaturi jżommu l-kapaċità tagħhom li jibdlu l-fornituri faċilment, jenħtieġ li ma jkunux intrappolati ma’ fornitur partikolari permezz ta’ estensjoni kuntrattwali de facto tal-perjodu tal-kuntratt tal-bidu.
(275)Il-possibbiltà tal-bdil tal-fornituri hija importanti biex ikun hemm kompetizzjoni effettiva f’ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li d-disponibbiltà ta’ informazzjoni trasparenti, akkurata u f’waqtha dwar il-bdil iżżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b’mod attiv fil-proċess kompetittiv. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi jiżguraw il-kontinwità tas-servizz sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jibdlu l-fornituri mingħajr ma jiġu mfixkla minħabba r-riskju ta’ telf ta’ servizz u, fejn ikun teknikament possibbli, jippermettu li jsir il-bdil fid-data mitluba mill-utenti finali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-bdil jista’ ma jkunx possibbli għal raġunijiet tekniċi oġġettivi bħal f’sitwazzjonijiet fejn il-funzjonament sikur tat-tagħmir terminali jew l-integrità tiegħu kieku jkunu fil-periklu. Dan jista’ possibbilment ikun il-każ għall-karti SIM jew għall-eSIMs li huma inkorporati fit-tagħmir terminali u li jintużaw kemm għat-trażmissjoni ta’ servizzi bejn magna u oħra kif ukoll għall-aċċess għall-internet. Eżempju għal dan jista’ jkun karozza fejn tintuża l-istess e-SIM għall-aġġornament tas-software tal-karozza kif ukoll għall-aċċess għall-internet għas-sistema ta’ inforikreazzjoni.
(276)Il-portabbiltà tan-numru hija faċilitatur ewlieni tal-għażla tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq kompetittivi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-utenti finali li jitolbu dan ikunu jistgħu jżommu n-numri tagħhom indipendentement mill-fornitur ta’ servizz u għal żmien limitat bejn il-bdil bejn fornituri ta’ servizz. Il-forniment ta’ din il-faċilità bejn konnessjonijiet għan-network pubbliku tat-telefown f’postijiet fissi u mhux fissi ma huwiex kopert bid-dispożizzjonijiet dwar il-bdil tal-fornituri u l-portabbiltà tan-numru.
(277)L-impatt tal-portabbiltà tan-numru jissaħħaħ konsiderevolment meta jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar it-tariffi, kemm għall-utenti finali li jġorru n-numru tagħhom kif ukoll għall-utenti finali li jċemplu lil dawk li jkun ġarrew in-numri tagħhom. Jenħtieġ li, fejn possibbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiffaċilitaw it-trasparenza tat-tariffi adatta bħala parti mill-implimentazzjoni tal-portabbiltà tan-numru.
(278)Meta jiġi assigurat li l-ipprezzar għal interkonnessjoni relatata mal-forniment ta’ portabbiltà tan-numru jkun orjentat lejn il-kost, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq komparattivi.
(279)Jenħtieġ li l-portabbiltà tan-numru tiġi implimentata bid-dewmien minimu, sabiex in-numru jkun attivat b’mod funzjonali fi żmien jum tax-xogħol wieħed u l-utent finali ma jkollux telf ta’ servizz li jdum aktar minn jum tax-xogħol wieħed mid-data miftiehma. Jenħtieġ li d-dritt ta’ portabbiltà tan-numru jiġi attribwit lill-utent finali li jkollu l-kuntratt rilevanti (imħallas minn qabel jew wara) mal-fornitur. Sabiex jiġi ffaċilitat punt uniku ta’ servizz li jippermetti l-bdiltal-fornituri bla intoppi għall-utenti finali, jenħtieġ li l-proċess tal-bdil tal-fornitur jmexxih il-fornitur riċeventi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku. Sabiex jikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-bdil tal-fornituri u l-portabbiltà tan-numru fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-BEREC joħroġ linji gwida dwar il-proċess globali tal-bdil u tal-portaġġ tan-numri, filwaqt li jqis l-iżviluppi teknoloġiċi. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn disponibbli, ir-rekwiżit li l-portaġġ jitlesta permezz ta’ proviżjonament over-the-air, sakemm utent finali ma jitlobx mod ieħor kif ukoll dettalji dwar il-proċess ta’ kumpens f’każ ta’ dewmien fil-proċessi ta’ portaġġ u ta’ bdil, jew abbuż ta’ dawn,, appuntamenti mitlufa ta’ servizzi u ta’ installazzjonijiet jew nuqqas mill-fornitur li jikkonforma mal-obbligi relatati mal-bdil u mal-portabbiltà tan-numru.
(280)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu regoli dwar penali fil-każ ta’ nuqqas minn fornitur li jikkonforma mal-obbligi dwar il-bdil u l-portaġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż dewmien fil-portaġġ minn fornitur, jew f’ismu, jew abbużi ta’ dan. L-esperjenza f’ċerti Stati Membri wriet li hemm ir-riskju li l-utenti finali jinbidlilhom il-fornitur mingħajr ma jkunu taw il-kunsens tagħhom. Filwaqt li dik hija kwistjoni li jenħtieġ li tiġi indirizzata primarjament mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu penali xierqa, kif huma neċessarji biex jimminimizzaw riskji bħal dawn, u sabiex jiżguraw li l-utenti finali jkunu protetti matul il-proċess kollu ta’ bdil mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għalihom. Jenħtieġ li d-dritt ta’ portaġġ tan-numri ma jkunx ristrett minn kundizzjonijiet kuntrattwali.
(281)Sabiex jiġi żgurat li l-bdil u l-portaġġ iseħħu fil-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu għall-kumpens tal-utenti finali minn fornituri b’mod faċli u f’waqtu fejn ftehim bejn fornitur u utent finali ma jiġix irrispettat. Jenħtieġ li tali miżuri jkunu proporzjonati mad-dewmien li jkun hemm sabiex il-fornitur jikkonforma mal-ftehim. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu kumpens għal dewmien li jaqbeż jum wieħed tax-xogħol wieħed fl-attivazzjoni tas-servizz, fil-portaġġ ta’ numru, jew fit-telf ta’ servizz, u fejn il-fornituri jitilfu appuntamenti miftiehma ta’ servizz jew ta’ installazzjoni. Kumpens addizzjonali jista’ jkun ukoll fl-għamla ta’ tnaqqis awtomatiku tar-remunerazzjoni fejn il-fornitur li qed jittrasferixxi jkollu jkompli jforni s-servizzi tiegħu sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi.
(282)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li numru ta’ dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-utent finali f’dan ir-Regolament ma japplikawx għal mikrointrapriżi li jipprovdu biss servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja 56 , id-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li tinkludi mikrointrapriżi, għandha tiġi interpretata strettament. Sabiex jiġu inklużi biss l-intrapriżi li huma mikrointrapriżi ġenwinament indipendenti, huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-istruttura tal-mikrointrapriżi li jiffurmaw grupp ekonomiku, li s-setgħa tiegħu tisboq is-setgħa ta’ mikrointrapriża, u li jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ mikrointrapriża ma tiġix evitata b’mezzi purament formali.
(283)Il-kompletar tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġ it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex ikollhom aċċess transfruntier għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku ma jċaħħdux u lanqas ma jirrestrinġu l-aċċess lill-utenti finali jew jiddiskriminaw kontrihom. Madankollu, jenħtieġ li d-differenzjazzjoni tkun possibbli abbażi u fi ħdan il-konfini stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, pereżempju l-miżuri previsti fir-Regolament (UE) 2022/612 biex jiġi evitat l-użu abbużiv jew anomali tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut.
(284)L-utenti finali qegħdin isiru dejjem aktar vulnerabbli għal attivitajiet frawdolenti mwettqa permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali. Diversi Stati Membri introduċew miżuri nazzjonali biex jiġġieldu l-iskemi ta’ frodi li dejjem jevolvu, bħal CLI (calling line identity) spoofing, phishing, smishing, u vishing. Madankollu, dawk il-miżuri għadhom ma humiex koordinati u jirriflettu perspettivi primarjament nazzjonali, li jippermettu lill-frodaturi jċaqilqu l-attivitajiet tagħhom lejn ġuriżdizzjonijiet fejn prattiki bħal dawn ma humiex indirizzati b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-ODN jippermetti l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti u tal-aħjar prattiki biex il-BEREC ikun jista’ joħroġ linji gwida tekniċi u legali dwar il-miżuri li jistgħu jipproteġu b’mod effettiv lill-utenti finali minn attivitajiet frawdolenti fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC jippermettu lill-Istati Membri jadottaw miżuri koordinati li għandhom jiġu implimentati minn servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, b’rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tissupplimenta l-effettività tal-miżuri li s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali jistabbilixxu biex jipproteġu lill-utenti finali minn attivitajiet frawdolenti.
(285)Filwaqt li jitqiesu l-aspetti partikolari relatati mar-rapportar ta’ tfal neqsin, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw li tassew ikun disponibbli fit-territorji tagħhom servizz li jiffunzjona tajjeb għar-rapportar ta’ tfal neqsin bin-numru “116000”. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ kwalità tas-servizz fit-tħaddim tan-numru “116000”.
(286)B’mod parallel man-numru tal-hotline għat-tfal neqsin “116000”, bosta Stati Membri jiżguraw ukoll li t-tfal ikollhom aċċess għal servizz faċli għat-tfal li jħaddem linja ta’ għajnuna li tgħin lit-tfal li jeħtieġu kura u protezzjoni bl-użu tan-numru “116111”. Jenħtieġ li dawn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini, u b’mod partikolari fost it-tfal u fost is-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal, dwar l-eżistenza tal-linja ta’ għajnuna “116111”.
(287)Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess pubbliku fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament u biex tiġi mħeġġa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipproduċu u jxerrdu, jew jieħdu ħsieb li tixxerred, bl-għajnuna ta’ fornituri ta’ tali servizzi, informazzjoni ta’ interess pubbliku relatata mal-użu ta’ tali servizzi. Jenħtieġ li jkun possibbli li tinkludi informazzjoni ta’ interess pubbliku fir-rigward tal-ksur l-aktar komuni u l-konsegwenzi legali tagħhom, pereżempju rigward ksur tad-dritt tal-awtur, użu illegali ieħor u t-tixrid ta’ kontenut dannuż, u parir u mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, pereżempju dawk li jirriżultaw mid-divulgazzjoni ta’ informazzjoni personali f’ċerti ċirkostanzi, kif ukoll riskji għall-privatezza u għad-data personali, u d-disponibbiltà ta’ software li hu faċli biex jintuża u konfigurabbli jew għażliet ta’ software li jippermettu l-protezzjoni tat-tfal jew ta’ persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-utenti finali jsiru konxji tar-riskji għas-sigurtà personali, għall-privatezza u għad-data personali meta jużaw servizzi ta’ aċċess għall-internet u servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-protezzjoni kontra attivitajiet frawdolenti mwettqa permezz ta’ dawk is-servizzi u jenħtieġ li jiġu infurmati dwar il-modi kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom kontra dawk ir-riskji. L-informazzjoni tista’ tiġi kkoordinata permezz ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni. Jenħtieġ li tali informazzjoni ta’ interess pubbliku tiġi aġġornata meta meħtieġ u jenħtieġ li tiġi ppreżentata f’formati faċilment komprensibbli, kif determinat minn kull Stat Membru, u fuq is-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament ixerrdu din l-informazzjoni standardizzata lill-klijenti tagħhom kollha b’mod li jitqies xieraq mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li t-tixrid ta’ informazzjoni ta’ interess pubbliku bħal din ma jimponix piż eċċessiv fuq il-fornituri. Jekk jagħmel hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li tali tixrid isir bil-mezzi użati mill-fornituri f’komunikazzjonijiet mal-utenti finali magħmula waqt il-perkors normali tan-negozju.
(288)Fin-nuqqas ta’ regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi huma meqjusa legali jew dannużi f’konformità mad-dritt sostantiv u proċedurali nazzjonali. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jaġixxu f’konformità ma’ rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi ikunu legali jew inkella dannużi. Dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065, li, fost l-oħrajn, fih regola ta’ “sempliċi conduit” għal fornituri ta’ servizzi intermedjarji, kif definita fih.
(289)Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw kwalunkwe mezz ta’ ħlas, minn kwalunkwe apparat li jippermetti servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali abbażi tan-numri, inkluż meta jivvjaġġaw fl-Unjoni. Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza huma mezz ta’ komunikazzjoni li jinkludi servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, messaġġi, vidjow jew tipi oħra ta’ komunikazzjonijiet, pereżempju test f’ħin reali, servizzi tal-konverżazzjoni komprensivi u servizzi ta’ relay. Jenħtieġ li, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet u t-tagħmir tekniku tal-PSAPs, l-Istati Membri jkunu kapaċi jiddeterminaw liema servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jkunu xierqa għas-servizzi ta’ emerġenza, inkluża l-possibbiltà li dawk l-għażliet jiġu limitati għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi u l-ekwivalenti tagħhom għal utenti finali b’diżabbiltà, jew li jiżdiedu għażliet addizzjonali kif miftiehem mal-PSAPs nazzjonali. Il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tista’ tiġi skattata f’isem persuna permezz ta’ sistema mmuntata fil-vettura bħala eCall kif definita fir-Regolament (UE) 2015/758. Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 jippermettu lill-utenti finali jaċċessaw ċentru diġitali għal servizzi essenzjali. Għalhekk, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu wkoll joriġinaw komunikazzjoni ta’ emerġenza billi jużaw il-kartiera diġitali tagħhom.
(290)Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa għandhom jiġu diretti lejn l-aktar PSAP xieraq mingħajr dewmien biex il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jkunu jistgħu jitwieġbu u jiġu ttrattati b’mod xieraq. Jenħtieġ li tiġi żgurata r-rotta effettiva tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza wkoll fil-kuntest tal-migrazzjoni teknoloġika minn teknoloġiji circuit-switched għal dawk packet-switched. L-aktar PSAP xieraq normalment jiġi ddeterminat mill-Istat Membru abbażi ta’ kompetenza territorjali biex jiġu ttrattati komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jew il-kompetenza biex jiġi ttrattat ċertu tip ta’ komunikazzjoni, pereżempju PSAP mgħammar biex jittratta test f’ħin reali jew komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali. Is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali pprovduti permezz ta’ teknoloġiji packet-switched li jipprovdu l-vuċi, it-test – inkluż it-test f’ħin reali –, u l-vidjow jistgħu jiġu diretti fid-dominju tan-network pubbliku jew fid-dominju tal-PSAPs. Skont l-organizzazzjoni nazzjonali tal-PSAPs, filwaqt li l-komunikazzjoni ta’ emerġenza tilħaq is-sistema tal-PSAPs permezz tan-networks pubbliċi, jista’ jkun neċessarju aktar routing fl-IP network tal-PSAPs biex jintlaħaq l-aktar PSAP xieraq. Sabiex tiġi ggarantita d-disponibbiltà ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza effettivi għall-benefiċċju tal-utenti finali kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw it-tempestività tar-rotot lejn l-aktar PSAP xieraq tat-tipi kollha ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa mandati fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jobbligaw l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza minn servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm is-sistema nazzjonali tal-PSAPs tippermetti li dawn il-komunikazzjonijiet jiġu riċevuti billi jiġu diretti lejn l-aktar PSAP xieraq u biex tiġi riċevuta informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa. Dan jista’ jinkludi d-deżinjazzjoni minn Stat Membru ta’ IP gateway unika għar-riċevuta ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza. Madankollu, jenħtieġ li fornituri bħal dawn jgħarrfu lill-utenti finali meta l-aċċess għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” jew għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa ma jkunx appoġġat.
(291)Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kapaċità tal-PSAP li jittratta komunikazzjonijiet ta’ emerġenza f’aktar minn lingwa waħda.
(292)Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta’ emerġenza, inkluż in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”, ikunu aċċessibbli ugwalment għall-utenti finali b’diżabbiltà, b’mod partikolari għal dawk l-utenti finali torox, b’insuffiċjenza fis-smigħ, b’insuffiċjenza fid-diskors u dawk torox u għomja u f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882. Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jimplika li jenħtieġ li l-utenti finali b’diżabbiltà jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza b’mod funzjonalment ekwivalenti għal dak li fih utenti finali oħrajn jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari billi jċemplu fuq in-numru “112” permezz ta’ servizzi bbażati fuq il-vuċi.
(293)L-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, li tapplika għall-komunikazzjonijiet kollha ta’ emerġenza, ittejjeb il-livell ta’ protezzjoni u s-sigurtà tal-utenti finali u tgħin lis-servizzi ta’ emerġenza fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, dment li t-trasferiment ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza u tad-data assoċjata lis-servizzi ta’ emerġenza kkonċernati jkun garantit mis-sistema nazzjonali ta’ PSAPs. Jenħtieġ li r-riċevuta u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, li tinkludi kemm informazzjoni dwar il-post ibbażata fuq in-network fejn in-network li jiżgura l-konnettività jipprovdi dik l-informazzjoni lill-fornitur tas-servizz jew lill-PSAP kif ukoll informazzjoni mtejba dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa fuq il-handset, fejn l-apparat tat-tagħmir tar-radju jagħmilha disponibbli għat-trażmissjoni, jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha tad-dritt tal-Unjoni dwar il-proċessar ta’ data personali. Jenħtieġ li l-impriżi li jipprovdu lokalizzazzjoni bbażata fuq network jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa disponibbli għas-servizzi ta’ emerġenza hekk kif is-sejħa tasal għand dak is-servizz, indipendentement mit-teknoloġija użata. Madankollu, it-teknoloġiji tal-lokalizzazzjoni bbażati fuq il-handset urew li huma ferm aktar akkurati u kosteffettivi minħabba d-disponibbiltà tad-data pprovduta mis-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja u mis-Sistema ta’ Navigazzjoni bis-Satellita Galileo u minn Sistemi Globali oħra ta’ Navigazzjoni bis-Satellita u tad-data tal-Wi-Fi. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa tikkomplementa l-informazzjoni bbażata fuq in-network dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa anke jekk il-post minn fejn toriġina s-sejħa meħud mill-handset isir disponibbli biss wara li tkun ġiet stabbilita l-komunikazzjoni ta’ emerġenza. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aktar PSAP adatt. Jista’ jkun li dan mhux dejjem ikun possibbli, pereżempju meta l-post minn fejn toriġina s-sejħa ma jkunx disponibbli fuq il-handset jew permezz tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali użat, jew meta ma jkunx teknikament fattibbli li tinkiseb dik l-informazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-PSAPs ikunu kapaċi jiġbru u jimmaniġġjaw l-informazzjoni disponibbli dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, meta jkun fattibbli. Jenħtieġ li l-istabbiliment u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa jkunu mingħajr ħlas kemm għall-utent finali kif ukoll għall-awtorità li tieħu ħsieb il-komunikazzjoni ta’ emerġenza irrispettivament mill-mezzi tal-istabbiliment, pereżempju permezz tal-handset jew tan-network, jew il-mezzi ta’ trażmissjoni, pereżempju permezz tal-kanal tal-vuċi, l-SMS jew abbażi tal-IP.
(294)Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” sabiex jittejjeb il-livell ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li ċ-ċittadini jsiru konxji, meta jivvjaġġaw fi kwalunkwe Stat Membru, b’mod partikolari permezz ta’ informazzjoni pprovduta fil-vendi tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew fl-ajruporti internazzjonali u fil-materjal tad-direttorji tat-telefown, għall-utenti finali u tal-fatturazzjoni, li n-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” jista’ jintuża bħala numru ta’ emerġenza uniku madwar l-Unjoni kollha. Din hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli kemm tappoġġa kif ukoll tissupplimenta l-inizjattivi tal-Istati Membri biex tkompli żżid l-għarfien tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” u perjodikament biex tevalwa l-għarfien tal-pubbliku dwaru u l-evoluzzjoni tal-użu tiegħu.
(295)Sabiex twieġeb għall-iżviluppi teknoloġiċi li jikkonċernaw l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza bl-użu tal-kartiera diġitali, informazzjoni akkurata dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà u r-routing tas-sejħa għall-aktar PSAP xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li permezz ta’ att delegat tadotta l-miżuri neċessarji biex tiżgura komunikazzjonijiet ta’ emerġenza effettivi fl-Unjoni. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn ikunu mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza tal-Istati Membri.
(296)Ċittadin fi Stat Membru wieħed li jkollu bżonn jikkuntattja lis-servizzi ta’ emerġenza fi Stat Membru ieħor ma jistax jagħmel dan għaliex il-PSAP ta’ pajjiżu jista’ ma jkollux l-informazzjoni ta’ kuntatt tas-sistema tal-PSAP fi Stati Membri oħra. Għalhekk, jenħtieġ li tinżamm bażi tad-data sigura u mifruxa mal-Unjoni kollha tan-numri biex jintlaħqu s-sistemi tal-PSAPs f’kull Stat Membru. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ODN iżomm bażi tad-data sigura tan-numri ta’ E.164 biex isir kuntatt mas-sistemi tal-PSAPs tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-PSAPs fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati mill-PSAP fi Stat Membru ieħor.
(297)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri mobbli għandhom rwol importanti fl-istrateġiji nazzjonali ta’ preparatezza, u għalhekk jenħtieġ li t-twissijiet pubbliċi jiġu trażmessi minn dawk il-fornituri lill-utenti finali kollha kkonċernati. Jenħtieġ li l-utenti finali kkonċernati jitqiesu bħala li huma dawk li jinsabu fiż-żoni ġeografiċi potenzjalment milquta minn emerġenzi u minn diżastri kbar imminenti jew li qed jiżviluppaw matul il-perjodu ta’ twissija, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti.
(298)Meta l-ilħuq effettiv tal-utenti finali kollha kkonċernati, indipendentement mill-post jew mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, ikun żgurata u jissodisfa l-ogħla livell ta’ sigurtà tad-data, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu għat-trażmissjoni ta’ twissijiet pubbliċi billi jużaw il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu protetti b’mod effettiv meta jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor.
(299)L-identifikazzjoni tal-oriġinazzjoni tfisser informazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-oriġinatur tal-komunikazzjoni jew il-punt ta’ tmiem ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħall-Vuċi fuq Protokoll tal-Internet (“VoIP”, Voice over Internet Protocol) f’networks packet-switched li tista’ tiġi trażmessa lejn it-terminal tal-parti riċeventi jew tal-utent finali meta tkun qed tiġi stabbilita l-komunikazzjoni. F’networks circuit-switched, il-preżentazzjoni tan-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa lill-parti li tirċievi s-sejħa qabel ma tiġi stabbilita s-sejħa hija magħrufa bħala identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel.
(300)L-identifikazzjoni tal-oriġinazzjoni tista’ tuża identifikaturi bħala protokolli ta’ sinjalar għajr in-numri tal-E.164 jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni biex tiġi trażmessa l-identifikazzjoni tal-oriġinatur jew il-punt ta’ tmiem għat-tagħmir terminali tal-parti li tirċievi s-sejħa jew riċeventi meta tkun qed tiġi stabbilita s-sejħa jew il-komunikazzjoni. Jenħtieġ li l-fornituri tal-interkonnessjoni, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ tranżitu, jiżguraw it-trasferiment tal-identifikazzjoni awtentika tal-oriġinazzjoni jew tal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel fil-ftehimiet ta’ interkonnessjoni nazzjonali u internazzjonali skont ir-regolamenti jew ir-regoli nazzjonali jew internazzjonali tal-pajjiżi involuti.
(301)Huwa neċessarju li jiġi protett id-dritt tal-parti li tagħmel is-sejħa li żżomm lura milli tippreżenta l-identifikazzjoni tal-linja/tal-oriġinazzjoni li minnha qed issir is-sejħa (“CLIR”, Calling Line Identification Restriction) u d-dritt tal-parti li tirċievi s-sejħa li tirrifjuta sejħiet minn linji mhux identifikati. Ċerti utenti finali, b’mod partikolari linji ta’ għajnuna, u organizzazzjonijiet simili, għandhom interess li jiggarantixxu l-anonimità ta’ min jagħmel is-sejħa.
(302)Ċentru li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza li juri identifikazzjoni ġenerika tal-linja meta jwieġeb għal komunikazzjoni ta’ emerġenza jenħtieġ li ma jitqiesx bħala linja mhux identifikata.
(303)Fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa, huwa neċessarju li jiġi protett id-dritt u l-interess leġittimu tal-parti msejħa li żżomm lura milli tippreżenta l-identifikazzjoni tal-linja li magħha l-parti li qed tagħmel is-sejħa tkun attwalment konnessa (“COLR”, Connected Line Identification Restriction).
(304)Jenħtieġ li l-użu ta’ kodiċi jew ta’ prefiss speċifiku ma jeħlisx lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jibagħtu s-sejħa għall-kummerċjalizzazzjoni diretta mill-obbligu li jippreżentaw l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni tagħhom.
(305)Hemm ġustifikazzjoni biex tiġi evitata l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni f’każijiet speċifiċi. Jenħtieġ li d-drittijiet tal-utenti finali għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel/tal-oriġinazzjoni jkunu ristretti fejn dan ikun neċessarju biex jiġu ttraċċati sejħiet malizzjużi u ta’ fastidju meta jitressaq ilment kontra tali użu lill-awtoritajiet kompetenti jew meta tiġi oriġinata komunikazzjoni ta’ emerġenza u fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni u tad-data tal-post fejn dan ikun neċessarju biex is-servizzi ta’ emerġenza u l-PSAPs ikunu jistgħu jwieġbu u jittrattaw b’mod effettiv il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza.
(306)Teżisti teknoloġija li tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonjieti elettroniċi jillimitaw ir-riċevuta ta’ telefonati malizzjużi, ta’ fastidju jew ta’ telefonati frawdolenti oħra mill-utenti finali b’modi differenti, inkluż l-imblukkar ta’ sejħiet silenzjużi, u li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti biex jittraċċaw sejħiet bħal dawn. Dawn is-sejħiet jistgħu jinkludu sejħiet li joriġinaw minn numri invalidi, jiġifieri numri li ma jeżistux fil-pjan ta’ numerazzjoni, jew numri validi li ma jiġux allokati lil fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jew li ma jiġux assenjati lil utent finali. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jipproteġu lill-utenti finali billi joffrulhom, mingħajr ħlas, il-possibbiltà li jitolbu l-imblukkar ta’ tali sejħiet, fejn teknikament fattibbli, jew it-twaqqif tat-trasferiment awtomatiku ta’ sejħiet minn parti terza għat-tagħmir terminali tal-utent finali. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-fornituri jvaraw teknoloġija mill-aktar avvanzata bħal soluzzjonijiet ta’ awtentikazzjoni. Jenħtieġ li l-fornituri jagħmlu lill-utenti finali konxji mill-eżistenza ta’ tali funzjonalitajiet permezz ta’ informazzjoni li takkumpanja l-kuntratt u b’mezzi oħra, pereżempju, permezz ta’ pubblikazzjoni fuq il-paġna web tagħhom, fejn xieraq. Jenħtieġ li l-possibbiltà li jiġu mblukkati sejħiet mhux mixtieqa titqies bħala teknikament fattibbli sakemm il-fornitur ma jurix ostakli tekniċi oġġettivi, li jistgħu jeżistu, pereżempju, fin-networks telefoniċi pubbliċi kommutati (PSTN, Public Switched Telephone Network). Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jkunu jistgħu jieħdu miżuri ta’ awtentikazzjoni biex jivverifikaw l-utenti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
(307)Id-direttorji disponibbli pubblikament jikkonsistu minn kwalunkwe direttorju jew servizz li fih informazzjoni dwar l-utenti finali, bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mobiles), indirizz tal-posta elettronika, dettalji ta’ kuntatt u jinkludu servizzi fejn jistgħu jsiru domandi. Il-funzjoni prinċipali tas-servizzi tad-direttorju hija li dawn il-persuni jkunu jistgħu jiġu identifikati. Id-disponibbiltà u l-użu dejjem akbar ta’ alternattivi diġitali bħall-magni tat-tiftix online, il-media soċjali u d-direttorji online li joffru mod aġġornat kif tinstab informazzjoni ta’ kuntatt ma jiġġustifikawx iż-żamma tal-obbligu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri. Barra minn hekk, ħafna servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju issa huma disponibbli bħala apps jew online, u jippermettu lill-utenti jfittxu l-informazzjoni b’mod diġitali. Barra minn hekk, huwa xieraq li biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni ta’ data personali, l-utenti finali li jkunu persuni fiżiċi jintalbu jagħtu l-kunsens tagħhom qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f’direttorju. B’differenza minn persuni fiżiċi, jenħtieġ li l-interessi leġittimi tal-entitajiet legali relatati mal-inklużjoni tad-data tagħhom f’direttorju jiġu protetti wkoll. L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE wriet prattiki diverġenti madwar l-Istati Membri fir-rigward tal-eżerċizzju tal-għażla tal-utenti finali li huma persuni fiżiċi għall-inklużjoni tad-data personali tagħhom f’direttorju. Xi drabi, l-Istati Membri jipprevedu li l-utenti finali jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-inklużjoni tad-data personali tagħhom fil-liġijiet nazzjonali tagħhom jew l-irtirar tal-kunsens ta’ persuna fiżika ma jiġix kondiviż ma’ partijiet terzi li jipproċessaw data personali mid-direttorji, li mhux biss jista’ jnaqqas il-livell ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, iżda wkoll jesponi lill-utenti finali għal prattiki frawdolenti minn atturi malizzjużi. Jenħtieġ li t-talba għal kunsens, inkluż għall-kondiviżjoni tad-dettalji ta’ kuntatt f’forma elettronika jew stampata irrispettivament mill-fornitur tkun f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
(308)F’konformità mal-objettivi tal-Karta u mal-obbligi minquxa fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, jenħtieġ li l-qafas regolatorju jiżgura li l-utenti finali kollha, inklużi l-utenti finali b’diżabbiltà, persuni akbar fl-età, u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli u ekwivalenti għal servizzi ta’ kwalità għolja affordabbli irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom fl-Unjoni. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa mat-Trattat ta’ Amsterdam 58 tipprevedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà meta jfasslu miżuri skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.
(309)Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali b’diżabbiltà jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u mill-għażla ta’ fornituri ta’ servizz li jgawdu l-maġġoranza tal-utenti finali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jispeċifikaw, fejn xieraq u fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, u wara li jikkonsultaw lill-utenti finali b’diżabbiltà, ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-konsumatur għall-utenti finali b’diżabbiltà li għandhom jiġu sodisfatti minn fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, li l-fornituri jiżguraw li utenti finali b’diżabbiltà jieħdu vantaġġ mis-servizzi tagħhom b’termini u b’kundizzjonijiet ekwivalenti, inkluż prezzijiet, tariffi u kwalità, bħal dawk offruti lill-utenti finali l-oħrajn tagħhom, irrispettivament minn kwalunkwe kost addizzjonali mġarrab minn dawk il-fornituri. Fit-teħid tal-miżuri dwar aċċess u għażla ekwivalenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jħeġġu l-konformità mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-istandardizzazzjoni. Ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għall-utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jiġu applikati wkoll għall-arranġamenti għall-operaturi bejn il-fornituri. Sabiex jiġi evitat li jinħoloq piż eċċessiv fuq il-fornituri ta’ servizzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw jekk l-objettivi ta’ aċċess u ta’ għażla ekwivalenti jistgħux jinkisbu mingħajr tali miżuri.
(310)Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu jistgħu jgawdu garanzija ta’ interoperabbiltà fir-rigward tat-tagħmir kollu mibjugħ fl-Unjoni għar-riċezzjoni tar-radju f’vetturi ġodda tal-kategorija M u tat-televiżjoni diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeħtieġu standards minimi armonizzati fir-rigward ta’ dak it-tagħmir. Standards bħal dawn jistgħu jiġu adattati minn żmien għal żmien fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.
(311)Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jadottaw miżuri f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 għall-interoperabbiltà ta’ riċevituri tar-radju tal-konsumaturi, jenħtieġ li l-impatt fuq is-suq għar-riċevituri tax-xandir bir-radju ta’ valur baxx ikun limitat u jenħtieġ li r-riċevituri jkunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu s-servizzi tar-radju forniti permezz tax-xandir bir-radju terrestri diġitali jew permezz tal-IP networks, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-interoperabbiltà. Dan jista’ jtejjeb ukoll is-sikurezza pubblika, billi jippermetti lill-utenti jiddependu fuq sett usa’ ta’ teknoloġiji biex jaċċessaw u jirċievu informazzjoni ta’ emerġenza fl-Istati Membri.
(312)Id-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabbiltà tat-tagħmir tar-radju u tat-televiżjoni tal-konsumaturi ma jimpedixxux lir-riċevituri tar-radju tal-karozzi f’vetturi ġodda tal-kategorija M milli jkunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu servizzi tar-radju pprovduti permezz ta’ xandir bir-radju analogu terrestri u dawk id-dispożizzjonijiet lanqas ma jipprevjenu lill-Istati Membri milli jimponu obbligi biex jiżguraw li r-riċevituri tar-radju diġitali jkunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu xandiriet bir-radju analogi terrestri.
(313)Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jadottaw regolamenti tekniċi relatati mat-tagħmir tat-televiżjoni diġitali terrestri, biex iħejju l-migrazzjoni tal-konsumaturi lejn standards tax-xandir terrestri ġodda, u tiġi evitata l-provvista ta’ tagħmir li ma jkunx konformi mal-istandards li għandhom jiġu varati.
(314)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jkunu jistgħu jistipulaw obbligi ta’ trażmissjoni “must-carry” proporzjonati fuq impriżi taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika, iżda jenħtieġ li dawk l-obbligi jkunu imposti biss fejn ikunu neċessarji biex jissodisfaw l-objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jkunu proporzjonati u trasparenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu applikati obbligi ta’ trażmissjoni “must-carry” għal servizzi speċifikati tatal-kanali tax-xandir tar-radju u televiżiv u għal servizzi komplementari forniti minn fornitur ta’ servizz tal-media speċifikat. Jenħtieġ li l-obbligi imposti mill-Istati Membri jkunu proporzjonati u trasparenti fid-dawl ta’ objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu ġustifikazzjoni oġġettiva għall-obbligi ta’ trażmissjoni “must-carry” li huma jimponu fid-dritt nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li dawn l-obbligi jkunu trasparenti, proporzjonati u definiti b’mod ċar. Jenħtieġ li l-obbligi jitfasslu b’mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura.
(315)In-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użati għad-distribuzzjoni tax-xandir tar-radju jew televiżiv lill-pubbliku jinkludu networks tax-xandir bil-cable, bl-IPTV, bis-satellita u terrestri. Jistgħu jinkludu wkoll networks oħra sa fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali jużaw dawk in-networks bħala l-mezz prinċipali tagħhom biex jirċievu xandiriet tar-radju u televiżivi. Jenħtieġ li l-obbligi “must-carry” relatati mat-trażmissjonijiet ta’ xandiriet televiżivi analogi jiġu kkunsidrati biss fejn in-nuqqas ta’ obbligu bħal dan jikkawża interruzzjoni sinifikanti għal għadd sinifikanti ta’ utenti finali jew meta ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor ta’ trażmissjoni għal kanali tax-xandir televiżiv speċifikati. L-obbligi “must-carry” jistgħu jinkludu t-trażmissjoni ta’ servizzi speċifikament maħsuba biex jippermettu aċċess ekwivalenti minn utenti finali b’diżabbiltà. Għaldaqstant is-servizzi komplementari jinkludu servizzi mfassla biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-utenti finali b’diżabbiltà, bħat-test bil-vidjow, is-sottotitolar għall-utenti finali li huma torox jew neqsin mis-smigħ, id-deskrizzjoni awdjo, is-sottotitoli mitkellma u l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, u jistgħu jinkludu aċċess għal data mhux ipproċessata relatata fejn neċessarju. Fid-dawl tal-forniment u tar-riċezzjoni dejjem akbar tas-servizzi konnessi tat-televiżjoni u tal-importanza kontinwa tal-EPGs għall-għażla tal-utent finali, it-trażmissjoni tad-data relatata mal-programmi neċessarja biex tappoġġa l-funzjonalitajiet konnessi tal-EPGs u tat-televiżjoni tista’ tiġi inkluża fl-obbligi “must-carry”. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali data relatata mal-programmi tinkludi informazzjoni dwar il-kontenut tal-programmi u kif jiġi aċċessat, iżda mhux il-kontenut tal-programm innifsu.
(316)Jenħtieġ li l-obbligi “must-carry” ikunu soġġetti għal rieżami mill-Istati Membri filwaqt li jqisu l-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq u sabiex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati mal-objettivi li jridu jinkisbu. Tali obbligi jistgħu, fejn xieraq, jinvolvu dispożizzjoni għal remunerazzjoni proporzjonata li jenħtieġ li tkun stipulata fid-dritt nazzjonali. Fejn dak ikun il-każ, jenħtieġ li d-dritt nazzjonali jiddetermina wkoll il-metodoloġija applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni xierqa. Jenħtieġ li dik il-metodoloġija tevita inkonsistenza mar-rimedji ta’ aċċess li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ trażmissjoni użati għax-xandir li jkunu ġew indikati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. Madankollu, fejn kuntratt għal terminu fiss jipprevedi metodoloġija differenti, jenħtieġ li jkun possibbli li dik il-metodoloġija tkompli tiġi applikata għad-durata tal-kuntratt. Fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni, il-fornituri ta’ kanali tax-xandir bir-radju jew tat-televiżjoni u l-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użati għat-trażmissjoni ta’ dawk il-kanali tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni jenħtieġ li jkunu kapaċi jaqblu kuntrattwalment fuq remunerazzjoni proporzjonata.
(317)Il-qafas regolatorju u l-istrutturi ta’ governanza tiegħu, inklużi l-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC, taw riżultati tajbin f’termini ta’ armonizzazzjoni tas-suq intern. Madankollu, is-swieq nazzjonali għadhom frammentati u ma nkisibx suq intern għan-networks u għas-servizzi elettroniċi. Dan jaffettwa lill-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi involuti f’negozju transfruntier jew attivi f’għadd sinifikanti ta’ Stati Membri, inkluż fejn jeżistu linji gwida tal-BEREC. L-evalwazzjoni identifikat b’mod partikolari tliet kwistjonijiet problematiċi; l-ewwel nett, l-influwenza nazzjonali qawwija fuq il-BEREC li tista’ taffettwa l-impatt tal-output tiegħu fuq is-suq intern, it-tieni, l-estensjoni asimetrika tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li toħloq inkonsistenzi fil-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-ħidma tal-BEREC, u t-tielet, il-limitazzjonijiet tar-riżorsi u d-dgħufijiet strutturali li jaffettwaw il-kapaċità tal-BEREC li jwettaq il-kompiti assenjati lilu. Għalhekk, il-qafas ta’ governanza jeħtieġ li jevolvi biex jappoġġa l-kompletar tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi madwar l-Unjoni, billi jiżgura approċċi konsistenti fl-applikazzjoni tar-regoli u aktar koordinazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fil-livell nazzjonali, fost il-korpi u l-uffiċċji tal-Unjoni fil-livell tal-Unjoni u bejn il-livell nazzjonali u tal-Unjoni.
(318)Jenħtieġ li ċerti kompiti jitwettqu biss mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jiġifieri korpi li huma indipendenti kemm mis-settur kif ukoll minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kollha kompetenti biex iwettqu l-kompiti neċessarji u li l-outputs tal-BEREC jirrappreżentaw il-pożizzjoni tal-Istati Membri sew, jenħtieġ li dawk il-kompiti jiġu estiżi għal, pereżempju, kompiti relatati mat-trattament tan-notifiki u mal-proċedura ta’ Passaport Uniku skont ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, kompiti relatati mal-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-tranżizzjoni għall-fibra jew relatati mal-appoġġ dwar il-preparatezza u r-reżiljenza. B’mod partikolari, minħabba l-għarfien espert tagħhom fir-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar it-tfassil tas-suq u l-aspetti tal-kompetizzjoni tal-proċeduri tal-assenjament tal-ispettru. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jassenjaw kompiti regolatorji oħra previsti f’dan ir-Regolament lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lil awtoritajiet kompetenti oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-istabbiltà tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-assenjament tal-kompiti li rriżultaw mit-traspożizzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni fis-suq jew mad-dħul fis-suq. Fejn jiġu assenjati kompiti lil awtoritajiet kompetenti oħra, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jfittxu l-parir tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali qabel jiddeċiedu. Skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni tajba, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jiskambjaw informazzjoni għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.
(319)Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra. Għall-awtoritajiet kompetenti għall-għoti ta’ drittijiet ta’ passaġġ, jenħtieġ li jkun possibbli li r-rekwiżit ta’ notifika jiġi sodisfatt b’referenza għall-punt uniku ta’ informazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2024/1309.
(320)Skont il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit tal-indipendenza huwa mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u għall-obbligi kostituzzjonali tal-Istati Membri jew għall-prinċipju ta’ newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema ta’ sjieda tal-proprjetà stabbilita fl-Artikolu 345 tat-TFUE.
(321)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva tal-qafas regolatorju u biex jiżdiedu l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet tagħha, jenħtieġ li awtorità regolatorja nazzjonali tiġi protetta kontra intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tagħha tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemha. Din l-influwenza esterna trendi l-korp leġiżlattiv nazzjonali mhux adatt biex jaġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali taħt il-qafas regolatorju. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli mill-bidu nett dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta’ dak il-korp u l-kapaċità tiegħu li ma jiġix influwenzat minn fatturi esterni. Sabiex jiġu evitati tkeċċijiet arbitrarji, jenħtieġ li l-membri mkeċċija jkollhom d-dritt li jitolbu lill-qrati kompetenti jivverifikaw l-eżistenza ta’ raġuni valida għat-tkeċċija, fost dawk previsti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tkeċċijiet bħal dawn ikunu marbuta biss mal-kwalifiki personali jew professjonali tal-kap jew tal-membru. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit tagħhom stess, b’mod partikolari sabiex ikunu jistgħu jirreklutaw numru suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li dak il-baġit jiġi ppubblikat kull sena. Fi ħdan il-limiti tal-baġit tagħhom, jenħtieġ li jkollhom l-awtonomija fil-ġestjoni tar-riżorsi tagħhom, kemm dawk umani kif ukoll finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità, jenħtieġ li l-Istati Membri li jibqgħu sidien jew ikollhom kontroll tal-impriżi li jikkontribwixxu għall-baġit tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra permezz ta’ imposti amministrattivi jiżguraw li jkun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-attivitajiet assoċjati mal-eżerċizzju tas-sjieda jew tal-kontroll mill-eżerċizzju tal-kontroll fuq il-baġit.
(322)Hemm bżonn li tissaħħaħ aktar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-kap u tal-membri tagħhom li ma jiġux influwenzati minn pressjoni esterna, billi jkun hemm kwalifiki minimi għall-ħatra, u durata minima għall-mandat tagħhom. Barra minn hekk, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ manipulazzjoni tar-regolatur, tiġi żgurata l-kontinwità u tissaħħaħ l-indipendenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jillimitaw il-possibbiltà ta’ tiġdid tal-mandati tal-kap jew tal-membri tal-bord u jistabbilixxu skema ta’ rotazzjoni xierqa għall-bord u għall-maniġment superjuri. Dan jista’ jsir, pereżempju, bil-ħatra tal-ewwel membri tal-korp kolleġġjali għal perjodi differenti sabiex il-mandati tagħhom, kif ukoll dak ta’ dawk li jiġu warajhom, ma jiskadux fl-istess mument.
(323)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu responsabbli għall-mod kif qed jeżerċitaw il-kompiti tagħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati li jirrapportaw dwar dan. Normalment, jenħtieġ li dan l-obbligu jieħu l-forma ta’ obbligu ta’ rapportar annwali aktar milli talbiet ta’ rapportar ad hoc li, jekk ikunu sproporzjonati, jistgħu jillimitaw l-indipendenza tagħhom jew ifixkluhom fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.
(324)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom. Sabiex il-BEREC isir aktar b’saħħtu, isir aktar rappreżentattiv u biex jiġu ssalvagwardjati l-għarfien espert, l-esperjenza u l-għarfien tas-sitwazzjoni speċifika tiegħu fil-firxa sħiħa tas-swieq nazzjonali, jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu jkollha r-riżorsi finanzjarji u umani adegwati meħtieġa biex tipparteċipa b’mod sħiħ fil-ħidma tal-BEREC.
(325)Il-BEREC ġie stabbilit l-ewwel mill-Kummissjoni fl-2002 59 bħala grupp ta’ ħidma ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“ERG”, European Regulators Group), biex jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-konsolidazzjoni tas-suq intern għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi jiżgura l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 stabbilixxa l-BEREC bħala korp tal-Unjoni, magħmul minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jissostitwixxi l-ERG, u appoġġat mill-Uffiċċju, korp Komunitarju b’personalità ġuridika stabbilit biex iwettaq il-kompiti msemmija f’dak ir-Regolament, b’mod partikolari l-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC. Sabiex jappoġġa b’mod effiċjenti lill-BEREC, l-Uffiċċju ngħata awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Ir-Regolament (UE) 2018/1971 stabbilixxa l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (“l-Uffiċċju tal-BEREC”) bħala aġenzija tal-Unjoni għall-appoġġ tal-BEREC. B’mod ġenerali, l-evalwazzjoni tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC uriet li t-tnejn kienu effettivi biex iwettqu l-kompiti u l-objettivi tagħhom, u għalhekk l-istruttura ħadmet tajjeb u tista’ tiġi ppreservata.
(326)Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, jenħtieġ li l-BEREC jiġbor l-għarfien espert mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-persunal mill-ODN. Jenħtieġ li l-BEREC ikollu l-għan li jiżgura l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha biex iwettaq il-kompiti regolatorji tiegħu u l-funzjonament tiegħu.
(327)Il-BEREC jaġixxi bħala forum għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont il-qafas regolatorju tal-Unjoni. Il-BEREC iservi wkoll bħala korp ta’ riflessjoni, ta’ dibattitu u ta’ pariri għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
(328)Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibbenefikaw mill-assistenza u l-pariri tal-BEREC, inkluż dwar l-impatt regolatorju rilevanti ta’ kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda d-dinamika globali tas-swieq diġitali jew fir-rigward tar-relazzjoni, tad-diskussjonijiet u tal-iskambji tagħhom ma’ partijiet terzi, u t-tixrid tal-aħjar prattiki regolatorji lilhom. Minbarra l-kontribut tiegħu għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-BEREC, meta mitlub, jagħti pariri lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-proposti leġislattivi. Jenħtieġ li l-BEREC ikun jista’ wkoll jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva tiegħu stess.
(329)Fid-dawl tal-konverġenza dejjem akbar bejn is-setturi li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u d-dimensjoni orizzontali tal-kwistjonijiet regolatorji relatati mal-iżvilupp tagħhom, jenħtieġ li l-BEREC u l-ODN jikkooperaw mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mal-korpi, mal-uffiċċji, mal-aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-RSPB, mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 , mal-Bord Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679, mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 , mal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 , man-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 , man-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif ukoll ma’ kumitati eżistenti (bħall-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet u l-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju), u mingħajr preġudizzju għar-rwol tagħhom. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-BEREC u l-ODN jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri responsabbli għall-kompetizzjoni, għall-protezzjoni tal-konsumatur, għaċ-ċibersigurtà u għall-protezzjoni tad-data, u mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari, mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew ma’ gruppi ta’ dawk l-awtoritajiet, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali meta dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li l-BEREC ikun jista’ wkoll jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati permezz ta’ konsultazzjoni pubblika.
(330)Il-BEREC, bħala korp tekniku b’għarfien espert dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex jiġi fdat b’kompiti bħal pereżempju li jikkontribwixxi għal proċeduri effiċjenti tas-suq intern għall-abbozzi tal-miżuri nazzjonali rigward ir-regolamentazzjoni tas-swieq, li jipprovdi l-linji gwida neċessarji lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra biex ikunu żgurati kriterji komuni u approċċ regolatorju konsistenti. Jenħtieġ li l-ODN ikun mgħammar biex jappoġġa lill-BEREC fil-kompiti regolatorji kollha tiegħu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompiti stabbiliti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li huma l-eqreb tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-kundizzjonijiet lokali tagħhom.
(331)Biex jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament, minbarra l-kompiti kurrenti tiegħu, jenħtieġ li l-BEREC jippromwovi kooperazzjoni effettiva fost il-fornituri ta’ networks u l-impriżi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi attivi f’setturi relatati mill-qrib, billi joħroġ linji gwida dwar l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni tal-ekosistema dwar kwistjonijiet tekniċi u kummerċjali relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika u ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi għall-benefiċċju, b’mod partikolari, tal-utenti finali, f’konformità mar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-BEREC jiġi fdat ukoll b’kompiti ġodda dwar ir-reżiljenza u l-preparatezza, inkluża l-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali mħejji mill-ODN. Jenħtieġ li l-BEREC jadotta wkoll linji gwida dwar miżuri tekniċi u legali li jistgħu jipproteġu b’mod effettiv lill-utenti finali kontra attivitajiet frawdolenti fl-Unjoni.
(332)Jenħtieġ li l-membri tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC jinħatru mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali normalment minn fost il-kapijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn membri tal-korp kolleġġjali tagħha. Ir-rotazzjoni tal-Presidenza tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC hija maħsuba biex tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-BEREC. Hija wkoll promossa rotazzjoni tar-rwoli tal-Viċi Presidenti.
(333)Jenħtieġ li l-BEREC jkun jista’ jaġixxi fl-interessi tal-Unjoni, indipendentement minn kwalunkwe intervent estern, inkluż pressjoni politika jew interferenza kummerċjali. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li persuni maħturin fuq il-Bord tar-Regolaturi jgawdu mill-ogħla garanziji ta’ indipendenza personali u funzjonali. Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, membru tal-korp kolleġġjali tagħha, jew is-sostituti ta’ kwalunkwe minnhom, igawdu minn tali livell ta’ indipendenza personali u funzjonali. B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv, u jenħtieġ li ma jfittxux jew ma jiħdux struzzjonijiet fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, u jenħtieġ li jkunu protetti kontra t-tkeċċija arbitrarja. Il-funzjoni tas-sostitut fuq il-Bord tar-Regolaturi tista’ titwettaq ukoll mill-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, minn membru tal-korp kolleġġjali tagħha, mis-sostitut ta’ kwalunkwe minnhom, jew minn membru ieħor tal-persunal tal-awtorità regolatorja nazzjonali, li jaġixxi f’isem il-membru sostitwit tal-Bord tar-Regolaturi, u skont l-ambitu tal-mandat tiegħu.
(334)Jenħtieġ li l-BEREC jipprovdi għarfien espert u jistabbilixxi kunfidenza bis-saħħa tal-indipendenza tiegħu, il-kwalità tal-pariri u tal-informazzjoni tiegħu, it-trasparenza tal-proċeduri u tal-metodi ta’ operat tiegħu, u d-diliġenza tiegħu fit-twettiq tal-kompiti tiegħu bl-appoġġ tal-ODN. Jenħtieġ li l-indipendenza tal-BEREC ma timpedixxix lill-Bord tar-Regolaturi tiegħu milli jiddelibera abbażi ta’ abbozzi mħejjija minn gruppi ta’ ħidma taħt il-gwida tiegħu.
(335)L-RSPG ġie stabbilit għall-ewwel darba bid-Deċiżjoni 2002/622/KE biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni. Aktar tard, id-Deċiżjoni 2002/622/KE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019. L-RSPG jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju. Dawk jinkludu d-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju, l-armonizzazzjoni u l-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju, l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-allokazzjoni, id-disponibbiltà u l-użu tal-ispettru tar-radju, il-metodi għall-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju, ir-refarming, ir-rilokazzjoni, il-valwazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-RSPG jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba tagħhom dwar kwistjonijiet tal-ispettru tar-radju. L-RSPG sar il-forum għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom relatati mal-ispettru tar-radju skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 u għandu rwol ċentrali fl-oqsma essenzjali għas-suq intern, bħall-koordinazzjoni u l-istandardizzazzjoni transfruntiera tal-ispettru tar-radju.
(336)B’mod ġenerali, ir-riżultati tanġibbli tal-RSPG ipprovdew kontribut siewi għal kunsiderazzjonijiet ulterjuri tal-Kummissjoni, ikkontribwew għall-iżvilupp tas-suq intern u biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni, u ntlaqgħu mill-partijiet ikkonċernati. Madankollu, fl-opinjonijiet tiegħu, l-RSPG ma sfruttax bis-sħiħ il-mandat tiegħu li jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar aspetti usa’ tal-politika dwar l-ispettru tar-radju b’mod ġenerali (eż. kwistjonijiet ekonomiċi, politiċi, kulturali, strateġiċi, tas-sigurtà, tas-saħħa u soċjali), parzjalment minħabba nuqqas ta’ struttura xierqa ta’ appoġġ. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BEREC u l-RSPG fejn il-kwistjonijiet tal-ispettru tar-radju jkollhom implikazzjonijiet regolatorji previsti mid-Direttiva (UE) 2018/1972, fil-prattika kienet limitata għal ftit opinjonijiet jew rapporti konġunti. Kemm il-BEREC kif ukoll l-RSPG ibbażaw fuq ir-riżorsi tal-membri tagħhom għall-ħidma fuq is-sustanza, li jfisser li kwalunkwe restrizzjoni li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali, kemm jekk ta’ natura baġitarja, ta’ persunal jew ta’ volum ta’ xogħol, hija riflessa fil-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħidma tal-BEREC u tal-RSPG.
(337)Kompiti ġodda skont dan ir-Regolament, bħal fil-qasam tal-użu tal-ispettru tar-radju bis-satelliti u fil-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru, jitolbu t-tisħiħ tal-RSPG. Jenħtieġ li dan jevolvi mill-grupp konsultattiv tal-Kummissjoni biex isir simili għall-BEREC, b’appoġġ amministrattiv u professjonali adegwat mill-ODN. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-RSPB li jissostitwixxi l-RSPG. Jenħtieġ li l-RSPB ikompli jkollu rwol konsultattiv fl-iżvilupp ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni. Il-Kummissjoni jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ fi kwalunkwe ħin jitlob lill-RSPB biex jadotta opinjoni jew rapport dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ politika dwar l-ispettru tar-radju. Fl-opinjonijiet tiegħu, jenħtieġ li l-RSPB iqis fost l-oħrajn l-aspetti tekniċi, ekonomiċi, politiċi, kulturali, strateġiċi, tas-saħħa u soċjali, kif ukoll id-diversi ħtiġijiet potenzjalment kunfliġġenti tal-utenti tal-ispettru tar-radju bl-għan li jiġi żgurat li jinkiseb bilanċ ġust, nondiskriminatorju u proporzjonat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-RSPB jassumi kompiti ġodda skont dan ir-Regolament.
(338)Peress li l-kompiti relatati mal-politika dwar l-ispettru tar-radju jeħtieġu għarfien espert minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti differenti b’responsabbiltà dwar kwistjonijiet tal-ispettru, inkluż minn korpi li jieħdu deċiżjonijiet politiċi, il-kompiti tal-RSPB ma jistgħux jingħataw lill-BEREC, li huwa magħmul minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali li mhux neċessarjament ikollhom kompetenzi fi kwistjonijiet ta’ politika dwar l-ispettru.
(339)Jenħtieġ li l-RSPB ikun magħmul mill-Bord tal-RSPB u minn gruppi ta’ ħidma. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma jagħmlu l-ħidma preparatorja għad-deliberazzjoni tal-Bord tal-RSPB b’mod simili bħalma kienu s-sottogruppi għall-RSPG.
(340)Jenħtieġ li l-Bord tal-RSPB jinkludi esperti ta’ livell għoli mill-Istati Membri b’responsabbiltà għall-politika strateġika dwar l-ispettru tar-radju. Dawn l-esperti jistgħu jiġu minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. Fil-laqgħat tal-RSPB, jenħtieġ li d-delegazzjonijiet nazzjonali jippreżentaw perspettiva nazzjonali konsolidata u koordinata, irrispettivament minn jekk ir-responsabbiltà għall-ispettru tar-radju tinqasamx bejn korpi nazzjonali differenti, mhux biss fir-rigward tas-suq intern iżda wkoll tal-politiki dwar l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika, il-protezzjoni ċivili u d-difiża peress li tali politiki jistgħu jinfluwenzaw l-organizzazzjoni tal-ispettru tar-radju kollu kemm hu.
(341)L-arranġament kurrenti tal-RSPG li l-President ikollu mandat ta’ sentejn u li, fl-aħħar tiegħu, huwa jiġi sostitwit minn Viċi President, wera li huwa ta’ benefiċċju biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-RSPG. Għalhekk, jenħtieġ li jitkompla arranġament simili għall-President u għall-Viċi President tal-Bord tal-RSPB.
(342)Jenħtieġ li s-CEPT tiġi mistiedna bħala osservatur tal-ħidma tal-RSPB billi l-attivitajiet tal-RSPB għandhom impatt sinifikanti fuq l-ispettru tar-radju fil-livell pan-Ewropew u li s-CEPT u l-korpi affiljati tagħha għandhom għarfien tekniku estensiv fil-ġestjoni tal-ispettru tar-radju. Huwa xieraq ukoll li jintuża l-għarfien espert tas-CEPT abbażi tal-mandati mogħtija lilha skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jiġu żviluppati miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi fl-oqsma tal-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju u tad-disponibbiltà tal-informazzjoni. Fid-dawl tal-importanza tal-istandardizzazzjoni Ewropea għall-iżvilupp ta’ tagħmir li juża l-ispettru tar-radju, huwa daqstant importanti li l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (“ETSI”, European Telecommunications Standardisation Institute) jiġi assoċjat bħala osservatur.
(343)Barra minn hekk, fejn neċessarju, u fuq bażi ta’ każ b’każ, jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB u l-Bord tat-Tmexxija tal-ODN ikunu jistgħu jistiednu lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ rilevanza, pereżempju fid-dawl tar-rwol u tal-għarfien espert tagħha, biex tipparteċipa fil-laqgħat tagħhom bħala osservatur. Jenħtieġ li tali status ta’ osservatur ma jkunx permanenti u, konsegwentement, jenħtieġ li tinħareġ stedina biex wieħed jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi, tal-Bord tal-RSPB jew tal-Bord tat-Tmexxija għal laqgħa speċifika. Minħabba n-natura sensittiva u kunfidenzjali ta’ ċerti diskussjonijiet li l-membri tal-BEREC u tal-RSPB jistgħu jkunu meħtieġa jkollhom biex iwettqu kompiti bħal pereżempju relatati mar-reżiljenza jew b’dimensjoni qawwija tal-Unjoni, huwa neċessarju li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob li l-parteċipazzjoni għal-laqgħa tal-BEREC u tal-RSPB tkun ristretta. Jenħtieġ li l-istess possibbiltà li tintalab limitazzjoni tal-parteċipazzjoni tingħata lill-Presidenti tal-BEREC u tal-RSPB li jistgħu jagħmlu tali talba bi qbil mad-Direttur tal-ODN.
(344)Jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB u l-Bord tat-Tmexxija tal-ODN ikollhom mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Mill-esperjenza tal-passat u minħabba r-rwol imsaħħaħ tal-BEREC u tal-RSPB, il-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB u l-Bord tat-Tmexxija tal-ODN jista’ jkollhom bżonn jagħmlu laqgħat addizzjonali. Sabiex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB, jistgħu jissejħu laqgħat konġunti tal-Bord tar-Regolatur u tal-Bord tal-RSPB biex jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ rilevanza kemm għall-BEREC kif ukoll għall-RSPB.
(345)Sabiex tkompli tiżdied id-dimensjoni tas-suq uniku tal-BEREC u l-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rapporti u dokumenti oħra tal-RSPB, jenħtieġ li l-maġġoranza unika ssir ir-regola għall-votazzjoni.
(346)L-esperjenza wriet li l-biċċa l-kbira tal-kompiti tal-BEREC u tal-RSPB jitwettqu aħjar permezz ta’ gruppi ta’ ħidma. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC dejjem jiżguraw kunsiderazzjoni ugwali tal-fehmiet u tal-kontributi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha, filwaqt li jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma tal-RSPB jiżguraw kunsiderazzjoni ugwali tal-fehmiet u tal-kontributi kollha tal-membri tal-RSPB. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju jwieġbu minnufih għat-talbiet għal nomina sabiex jiżguraw l-istabbiliment rapidu ta’ gruppi ta’ ħidma, b’mod partikolari dawk relatati ma’ proċeduri b’termini. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-Kummissjoni. Sabiex ikompli jittejjeb l-impatt tal-output tal-BEREC u tal-RSPB fuq is-suq intern, jenħtieġ li l-persunal professjonali mill-ODN jappoġġa u jikkontribwixxi wkoll b’mod sistematiku għall-attivitajiet tal-gruppi ta’ ħidma. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma, permezz tal-ODN, u jaħtru l-Presidenti tagħhom, li jirrappreżentaw, fejn possibbli, awtoritajiet regolatorji nazzjonali differenti u, fejn rilevanti, awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju, u l-ODN fid-dawl tal-għarfien espert u tad-disponibbiltà tal-persunal tal-ODN.
(347)Fil-proċedura tas-suq intern, meta l-grupp ta’ ħidma tal-BEREC ikun qed jivvaluta abbozz ta’ miżura nazzjonali propost minn awtorità regolatorja nazzjonali u jiżviluppa abbozz ta’ opinjoni, jekk rilevanti, dan jenħtieġ li ma jiġix influwenzat mill-fehmiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali li hija stess tkun ipproponiet il-miżura jew tal-Kummissjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma tal-RSPB u tal-BEREC li jittrattaw l-abbozzi notifikati tal-miżuri nazzjonali fil-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru ma jiġux influwenzati la mill-fehmiet ta’ awtorità kompetenti li tipproponi l-miżura u lanqas mill-Kummissjoni. Għalhekk, bħala eċċezzjoni, jenħtieġ li l-esperti mill-Kummissjoni u mill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti jew mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispettru ma jattendux il-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-BEREC jew tal-RSPB.
(348)L-RSPG kellu rwol importanti fit-tħejjija tal-Unjoni għad-WRCs permezz tal-identifikazzjoni flimkien mal-Kummissjoni ta’ punti tal-aġendi tad-WRCs li jistgħu jaffettwaw id-dritt, il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni u permezz tar-rakkomandazzjoni tal-pożizzjoni li l-Unjoni jenħtieġ li tieħu fid-WRCs. Peress li jenħtieġ li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux influwenzati minn kwalunkwe amministrazzjoni mhux tal-UE, il-membri tas-sottogrupp tal-RSPG rilevanti huma biss esperti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li arranġament ibħal dan kompli wara li l-kompiti tal-RSPG jittieħdu mill-RSPB.
(349)Fejn xieraq u skont l-allokazzjoni tal-kompiti lill-awtoritajiet f’kull Stat Membru, jenħtieġ li awtoritajiet kompetenti oħra jiġu mistiedna jipparteċipaw u jenħtieġ li l-fehmiet tagħhom jitqiesu fil-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-BEREC fejn ikun meħtieġ l-għarfien espert tagħhom. Jekk l-esperti minn awtoritajiet kompetenti oħra ma jkunux jistgħu jattendu laqgħat bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali juru li l-fehmiet tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li tinżamm l-indipendenza tal-BEREC. Bħala regola, jenħtieġ li l-BEREC u l-gruppi ta’ ħidma tal-RSPB ikollhom mandati speċifiċi u jenħtieġ li dawn jiġu xolti hekk kif ilestu l-mandat tagħhom. B’dan il-mod, il-ħidma tal-BEREC u tal-RSPB tkun aktar flessibbli u l-esperti jkunu involuti fejn u għaż-żmien meħtieġ. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkun possibbli li jinħolqu gruppi ta’ ħidma permanenti tal-BEREC jew tal-RSPB fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu rikorrenti.
(350)Il-prattika kurrenti tal-RSPG li jaħdem fuq il-bażi ta’ programm ta’ ħidma biennali wriet li kienet pożittiva peress li kienet tipprevedi kontinwità ta’ sentejn tal-attivitajiet mingħajr ma toħloq piż amministrattiv żejjed. Din ippermettiet li l-esperti nazzjonali jiġu involuti b’mod aktar razzjonali billi tiġi organizzata l-attività tal-RSPG skont l-urġenza u s-sensittività tal-attività u b’hekk l-attivitajiet kollha setgħu jitlestew mill-inqas fi ħdan il-perjodu ta’ sentejn. Jenħtieġ li din il-prattika tajba tkompli mal-RSPB u jenħtieġ li tiġi adottata wkoll mill-BEREC. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob opinjoni lill-BEREC jew lill-RSPB fi kwalunkwe ħin f’ċiklu biennali anke jekk attività bbażata fuq it-talba tkompli fiċ-ċiklu biennali li jmiss.
(351)Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li kull sentejn kemm il-BEREC kif ukoll l-RSPB jadottaw rapport dwar l-attivitajiet tagħhom, f’konformità mal-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom.
(352)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti u konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-politika dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-ispettru tar-radju, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB. Minħabba l-interdipendenza dejjem akbar bejn ir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, il-kooperazzjoni strutturata, regolari u sistematika, inkluż permezz ta’ laqgħat konġunti u gruppi ta’ ħidma konġunti, hija essenzjali biex tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja, tissaħħaħ il-koerenza tal-politika u jiġi appoġġat il-funzjonament effettiv tas-suq intern.
(353)Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB, jenħtieġ li l-President tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC u l-President tal-Bord tal-RSPB jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet identifikati bħala li jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BEREC u l-RSPB, jenħtieġ li l-Presidenti jagħmlu proposti lill-bordijiet rispettivi tagħhom għal attivitajiet konġunti, inkluż biex jistabbilixxu task forces konġunti. Il-kwistjonijiet identifikati li huma soġġetti għal kooperazzjoni mill-qrib jenħtieġ li jiġu deskritti wkoll fil-programmi ta’ ħidma tal-BEREC u tal-RSPB. L-oqsma fejn hija rakkomandabbli aktar kooperazzjoni jistgħu jinkludu kwistjonijiet regolatorji ta’ interess reċiproku, b’mod partikolari r-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni relatati mal-ispettru tar-radju, kif ukoll il-komunikazzjonijiet bis-satelliti, vertikali, in-networks tal-5G u tas-6G u l-komunikazzjonijiet mobbli futuri.
(354)Jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-Uffiċċju tal-BEREC, li bħalissa qed jipprovdi primarjament appoġġ amministrattiv lill-BEREC, biex jipprovdi lill-BEREC u lill-RSPB b’appoġġ għal kwistjonijiet amministrattivi u b’għarfien espert dwar il-merti tal-kompiti assenjati lilhom. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-istruttura tal-Uffiċċju tal-BEREC tiġi adattata u li r-riżorsi baġitarji tiegħu jiżdiedu. Jenħtieġ li l-isem uffiċjali l-ġdid tal-Uffiċċju tal-BEREC ikun l-“Uffiċċju għan-Networks Diġitali”. Jenħtieġ li d-deżinjazzjoni “ODN” tintuża bħala l-isem imqassar tal-Aġenzija.
(355)Fid-dawl tal-kumplessità u tal-importanza strateġika dejjem akbar tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-infrastrutturi tan-networks diġitali, u tal-interdipendenza dejjem akbar tagħhom mal-politika dwar l-ispettru tar-radju, huwa neċessarju li tiġi stabbilita struttura msaħħa ta’ appoġġ fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-ODN ikollu rwol ċentrali fl-għoti ta’ għarfien espert, ta’ kapaċità analitika u ta’ koordinazzjoni b’appoġġ tal-BEREC u tal-RSPB, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-mandati u l-indipendenza rispettivi tagħhom. L-appoġġ imsaħħaħ u strutturat fil-livell tal-Unjoni huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni, tissaħħaħ il-koerenza regolatorja u tal-politika, tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi diġitali tal-Unjoni.
(356)Jenħtieġ li l-ODN jipprovdi l-appoġġ professjonali u amministrattiv neċessarju kollu għall-ħidma tal-BEREC u tal-RSPB, inkluż appoġġ finanzjarju, organizzazzjonali u loġistiku, u jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħidma tal-BEREC u tal-RSPB.
(357)Biex jiġi żgurat li l-BEREC jirċievi appoġġ suffiċjenti fil-kompiti tiegħu u biex jissaħħaħ l-impatt fuq is-suq intern tal-output tiegħu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jassenja rwol u kompiti ċari u definiti lill-ODN, bħal li jipparteċipa u jikkontribwixxi b’mod attiv għall-attivitajiet kollha tal-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC, iħejji l-Pjan biex jissaħħu r-reżiljenza u l-preparatezza tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ infrastrutturi diġitali oħra fil-livell tal-Unjoni f’każ ta’ interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem li jista’ jkollhom impatt avvers sinifikanti fuq il-popolazzjoni jew fuq il-funzjonament tas-suq intern, u li jappoġġa l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra biex jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet uniċi għall-operat fl-Unjoni. Minħabba li biex jitwettqu l-kompiti assenjati lilu b’appoġġ għall-BEREC, għall-RSPB jew għall-Kummissjoni, l-ODN jeħtieġ li jiġbor id-data u janalizzaha, huwa xieraq li l-ODN jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ rapporti annwali informattivi dwar il-progress lejn is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li rapporti bħal dawn jiddeskrivu l-istat tas-suq, l-istruttura tas-suq, u l-impatt tal-miżuri implimentati skont dan ir-Regolament fuq is-suq intern, inklużi l-effetti ex post tal-fużjonijiet fuq is-suq. Il-Kummissjoni tista’ tqishom meta tkun qed tħejji r-rapporti tad-Deċennju Diġitali.
(358)Jenħtieġ li l-ODN jiġi fdat ukoll b’kompiti li jappoġġaw l-RSPB, pereżempju biex jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord tal-RSPB u lill-gruppi ta’ ħidma tiegħu fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ODN jassisti wkoll lill-Kummissjoni u lill-RSPB fil-proċess tal-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi satellitari u għall-użu tal-ispettru tar-radju għas-satellita, u fuq talba tal-Kummissjoni, jenħtieġ li dan jassistiha fit-twettiq ta’ proċedura ta’ għażla fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-ODN jaġixxi wkoll fejn tinħoloq proċedura ta’ punt uniku ta’ servizz mill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-għoti tal-ispettru tar-radju taħt kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni komuni.
(359)Minħabba li qed jissostitwixxi lill-Uffiċċju tal-BEREC, jenħtieġ li l-ODN ikun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika u jgawdi awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ODN jopera skont il-mandat tiegħu u l-qafas istituzzjonali eżistenti. Jenħtieġ li ma jitqiesx bħala li jirrappreżenta xi pożizzjoni tal-Unjoni quddiem udjenza barranija jew li jorbot lill-Unjoni b’obbligi legali. Is-sede tiegħu għandha tibqa’ f’Riga, kif deċiż mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri 65 . L-ewwel Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Uffiċċju daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Awwissu 2011. Sussegwentement ġie sostitwit bi Ftehim dwar Kwartieri Ġenerali ġdid iffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2020, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/1971.
(360)Jenħtieġ li l-ODN ikun magħmul minn Bord tat-Tmexxija u minn Direttur.
(361)Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija tal-ODN jiddeċiedi dwar kwistjonijiet amministrattivi, bħall-baġit, il-persunal u l-awditi, u jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC jiffoka fuq kwistjonijiet regolatorji relatati mal-kompiti tal-BEREC. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-Kummissjoni u tal-RSPB. Fil-prinċipju, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jkunu l-istess persuni bħal dawk maħtura fuq il-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, iżda jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jaħtru rappreżentanti oħrajn li jissodisfaw l-istess rekwiżiti. Minħabba li l-ODN għandu l-kompitu li jappoġġa wkoll l-RSPB, jenħtieġ li l-President tal-RSPB ikun membru tal-Bord tat-Tmexxija, biex jiżgura li l-ħtiġijiet tal-RSPB jiġu indirizzati b’mod adegwat.
(362)Dan ir-Regolament jipprevedi li l-Bord tat-Tmexxija jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur, li huwa awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat. Dan huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-punt uniku ta’ kuntatt tal-persunal għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u tan-notifiki tal-ODN.
(363)Jenħtieġ li d-Direttur jibqa’ r-rappreżentant tal-ODN fir-rigward ta’ kwistjonijiet legali u amministrattivi. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jaħtar lid-Direttur, soġġett għall-opinjoni pożittiva tar-rappreżentant tal-RSPB u wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti sabiex jiġu ggarantiti evalwazzjoni rigoruża tal-kandidati u livell għoli ta’ indipendenza.
(364)Jenħtieġ li l-ODN ikollu ammont adegwat ta’ persunal biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu. Jenħtieġ li l-kompiti kollha assenjati lill-ODN, inklużi s-servizzi professjonali u amministrattivi li jappoġġaw lill-BEREC u lill-RSPB fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, flimkien mal-konformità mar-regolamenti finanzjarji, tal-persunal u ma’ regolamenti applikabbli oħra, u l-piż akbar tal-kompiti operazzjonali meħtieġa tal-ODN vis-à-vis dawk amministrattivi, jiġu debitament ivvalutati u riflessi fil-programmazzjoni tar-riżorsi.
(365)Minħabba n-natura legali tiegħu bħala korp tal-Unjoni, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/715 66 japplika għall-ODN.
(366)Sabiex jiġu ggarantiti l-awtonomija u l-indipendenza tal-ODN, u sabiex jiġi pprovdut appoġġ għall-ħidma tal-BEREC u tal-RSPB, jenħtieġ li l-ODN ikollu l-baġit tiegħu stess. Jenħtieġ li l-baġit ikun adegwat u jenħtieġ li jirrifletti l-kompiti addizzjonali assenjati u r-rwol imsaħħaħ tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN. Jenħtieġ li l-ODN jiġi ffinanzjat prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li jkollu baġit adegwat biex iwettaq il-kompiti tiegħu, jenħtieġ li l-ODN ikun jista’ jimponi tariffi mingħand l-impriżi għall-kisba u għaż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet satellitari tal-Unjoni u riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej. Jenħtieġ li l-livell ta’ dawk it-tariffi u l-modalitajiet għall-pagamenti jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f’atti ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-ODN ikun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea 67 . Sabiex tkompli tiġi estiża l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB, il-gruppi ta’ ħidma, fejn rilevanti, u l-Bord tat-Tmexxija jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fejn dawk il-pajjiżi terzi jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop, bħall-Istati taż-ŻEE-EFTA u l-pajjiżi kandidati.
(367)Jenħtieġ li l-BEREC u l-RSPB ikunu intitolati li jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, li jenħtieġ li ma joħolqux obbligi legali. L-għan ta’ arranġamenti ta’ ħidma bħal dawn jistgħu jkunu, pereżempju, biex jiġu żviluppati relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet regolatorji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-arranġamenti ta’ ħidma neċessarji jkunu konsistenti mal-politika u mal-prijoritajiet tal-Unjoni, u li l-BEREC u l-RSPB joperaw fi ħdan il-limiti tal-mandat tagħhom u tal-qafas istituzzjonali eżistenti u ma jitqisux bħala li jirrappreżentaw il-pożizzjoni tal-Unjoni quddiem xi udjenza barranija jew li jorbtu lill-Unjoni b’obbligi internazzjonali. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN mingħajr id-dritt tal-vot tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi b’responsabbiltà primarja fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tal-ispettru, jenħtieġ li tkun possibbli biss meta jkunu fis-seħħ arranġamenti ta’ ħidma rilevanti.
(368)Sabiex tkompli tiġi estiża l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li l-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB, il-gruppi ta’ ħidma u l-Bord tat-Tmexxija jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fejn dawk il-pajjiżi terzi jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop, bħall-Istati taż-ŻEE-EFTA u l-pajjiżi kandidati.
(369)Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ kunfidenzjalità u jiġu evitati kunflitti ta’ interessi, jenħtieġ li r-regoli dwar dawk il-kwistjonijiet li japplikaw għall-membri tal-korpi organizzazzjonali tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN japplikaw għas-sostituti tagħhom.
(370)Jenħtieġ li l-NRAs jikkooperaw mal-BEREC u mal-ODN u jenħtieġ li jipprovdulhom informazzjoni akkurata u f’waqtha biex jiżguraw li l-BEREC u l-ODN ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-BEREC u l-ODN, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, jikkondividu l-informazzjoni neċessarja kollha mal-Kummissjoni, mal-NRAs u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra. Fejn rilevanti, jenħtieġ li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Meta jivvaluta jekk talba tkunx ġustifikata kif xieraq, jenħtieġ li l-BEREC iqis jekk l-informazzjoni mitluba tkunx relatata mat-twettiq tal-kompiti li jkunu attribwiti esklużivament lill-awtoritajiet rilevanti. L-istess japplika għall-RSPB u għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju mutatis mutandis.
(371)Jenħtieġ li l-ODN jistabbilixxi sistema komuni ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni biex jevita d-duplikazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u jiffaċilita l-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kollha involuti.
(372)Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni regolari tal-operat tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN u tal-effettività tal-istruttura istituzzjonali tagħhom f’ambjent diġitali li dejjem jinbidel. Jekk, bħala eżitu ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni ssib li l-istruttura istituzzjonali stabbilita minn dan ir-Regolament ma tkunx effettiva biex jinkisbu l-objettivi tiegħu, b’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li tipproponi l-emendi neċessarji.
(373)L-Uffiċċju tal-BEREC li ġie stabbilit bħala aġenzija deċentralizzata b’personalità ġuridika bir-Regolament (UE) 2018/1971, huwa sostitwit mill-ODN stabbilit b’dan ir-Regolament fir-rigward tas-sjieda, tal-ftehimiet, inkluża d-determinazzjoni tas-sede, tal-obbligi legali, tal-kuntratti ta’ impjieg, tal-impenji u tar-responsabbiltajiet finanzjarji kollha. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-ħidma tal-BEREC, tal-RSPG u tal-ODN, jenħtieġ li l-membri kurrenti tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, tal-RSPG u d-Direttur u l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-BEREC ikomplu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom.
(374)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC għandhom il-ħtieġa li jiġbru informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq għat-twettiq tal-kompiti tagħhom b’mod effettiv, inkluża l-valutazzjoni tal-konformità tat-termini u tal-kundizzjonijiet ġenerali ma’ dan ir-Regolament mingħajr is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet matul il-valutazzjoni. Eċċezzjonalment jista’ jkun neċessarju wkoll li tinġabar informazzjoni minn impriżi oħra attivi fis-setturi li jkunu marbuta mill-qrib mas-settur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal fornituri tal-kontenut, li jkollhom informazzjoni li tista’ tkun neċessarja għalihom biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Jaf ikun neċessarju wkoll li tali informazzjoni tinġabar f’isem il-Kummissjoni, biex din tkun tista’ tissodisfa l-obbligi rispettivi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-talbiet għall-informazzjoni jkunu proporzjonati u ma jimponux piż żejjed fuq l-impriżi. Jenħtieġ li l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u minn awtoritajiet kompetenti oħra tkun disponibbli għall-pubbliku, ħlief sa fejn tkun kunfidenzjali skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u soġġetta għar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.
(375)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b’mod effettiv, jenħtieġ li d-data li jiġbru tinkludi data ta’ kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut li huma assoċjati ma’ swieq tal-operaturi fejn impriża tkun iddeżinjata li għandha saħħa sinifikanti fis-suq u, għalhekk, ikunu regolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Jenħtieġ li d-data tinkludi wkoll data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet ta’ użu, l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-networks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti għall-operaturi li jsiru disponibbli għal partijiet oħra. L-informazzjoni dwar il-konformità mal-obbligi ta’ kopertura marbutin mad-drittijiet tal-użu għall-ispettru tar-radju hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kompletezza tal-istħarriġiet ġeografiċi tal-varar tan-network. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista’ titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq livell lokali diżaggregat bi granularità adegwata biex jitwettaq stħarriġ ġeografiku tan-networks. Jenħtieġ li jiġu żviluppati mudelli u approċċi komuni għar-rapportar ta’ data finanzjarja u statistika, networks u kategoriji ta’ servizzi u informazzjoni oħra tas-suq mill-fornituri ta’ servizzi. Il-bidliet fir-rekwiżiti ta’ rapportar, ladarba jiġu stabbiliti, jenħtieġ li jiġu mminimizzati kull fejn ikun possibbli.
(376)Sabiex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni, huwa vitali li l-Unjoni tattira investimenti f’attivitajiet sostenibbli fil-qasam tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Regolamenti bħar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 u skont id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 69 , iżda mhux biss, jippermettu lill-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji jaqsmu definizzjoni komuni ta’ attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jitqiesu sostenibbli. In-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma koperti b’mod partikolari mill-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet, kif ippjanat skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2022 bl-isem “Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija - Pjan ta’ azzjoni tal-UE”. F’konformità mal-prinċipju ta’ darba biss, huwa neċessarju li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jivvalutaw jekk l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà diġà pprovduta mill-impriżi skont id-dritt tal-Unjoni hijiex biżżejjed għalihom u għall-BEREC biex iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-BEREC, bħala parti mil-linji gwida orizzontali tiegħu dwar l-informazzjoni u r-rapportar, jidentifika l-obbligi ta’ rapportar relatati mas-sostenibbiltà. Jenħtieġ li l-BEREC jikkoopera ma’ awtoritajiet kompetenti oħra biex jiżgura l-ġbir u l-proċessar effiċjenti tad-data minn rapporti oħra relatati mas-sostenibbiltà meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv u terġa’ tintuża d-data rilevanti eżistenti.
(377)Jenħtieġ li jkun possibbli l-iskambju ta’ informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali minn awtorità kompetenti, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità u s-sigrieti kummerċjali u dwar il-protezzjoni ta’ data personali, mal-Kummissjoni, mal-BEREC u ma’ kwalunkwe awtorità oħra fejn tali skambju jkun neċessarju. Jenħtieġ li l-informazzjoni skambjata tkun limitata għal dik li tkun rilevanti u proporzjonat għall-għan ta’ tali skambju.
(378)Jenħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni għad-difiża tal-interessi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali kif ukoll l-obbligi ta’ rapportar skont liġi li ma tkunx speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħad-dritt tal-kompetizzjoni ma jiġux affettwati.
(379)Sabiex jittaffa l-piż tat-talbiet għall-informazzjoni mill-fornituri ta’ network u ta’ servizzi u mill-awtorità kompetenti kkonċernata, jenħtieġ li l-BEREC jadotta linji gwida dwar l-ambitu tat-talbiet għal informazzjoni u rapportar, il-mudelli, il-formati, it-twaqqit u l-frekwenza. Jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC jarmonizzaw ir-rapportar regolari u sistematiku relatat mal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet individwali ta’ użu għal riżorsi skarsi u għal obbligi speċifiċi u jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa aktar minn darba fis-sena u jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għall-mudelli tal-BEREC. Jenħtieġ li kwalunkwe talba għal informazzjoni u obbligu ta’ rapportar jkunu proporzjonati, oġġettivament ġustifikati u limitati għal dak li jkun strettament neċessarju. B’mod partikolari, jenħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni mill-awtorità kompetenti u mill-BEREC u tal-prova sistematika u regolari tal-konformità mal-kundizzjonijiet kollha taħt awtorizzazzjoni ġenerali jew dritt tal-użu. Jenħtieġ li l-impriżi jkunu konxji dwar l-użu intenzjonat tal-informazzjoni mitluba. Jenħtieġ li l-provvista tal-informazzjoni ma tkunx kundizzjoni għall-aċċess għas-suq. Għal finijiet statistiċi u biex tinżamm informazzjoni akkurata fil-bażi tad-data tan-notifiki, tista’ tkun meħtieġa notifika mill-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta dawn iwaqqfu l-attivitajiet.
(380)L-intervent regolatorju jrid jibbaża fuq informazzjoni dettaljata dwar it-tifrix tan-network sabiex ikun effettiv u biex jiġu mmirati l-oqsma fejn ikun meħtieġ. Dik l-informazzjoni hija essenzjali għall-fini li tippromwovi l-investiment, iżżid il-konnettività madwar l-Unjoni u tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet u liċ-ċittadini rilevanti kollha. Jenħtieġ li tinkludi stħarriġiet li jirrigwardaw kemm il-varar ta’ networks tal-gigabits kif ukoll titjib jew estensjonijiet sinifikanti tan-networks li jistgħu ma jaqblux mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta’ networks tal-gigabits f’kull aspett, bħall-varar tal-fibra sal-kabinett flimkien ma’ teknoloġiji attivi bħall-vectoring. Jenħtieġ li l-ġbir ta’ informazzjoni jappoġġa wkoll il-proċess tad-diżattivazzjoni tar-ram bl-informazzjoni rilevanti kollha. Jenħtieġ li t-tbassir rilevanti jikkonċerna perjodi sa massimu ta’ 3 snin. Jenħtieġ li l-livell ta’ dettall u l-granularità territorjali tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġbru jiġi ggwidat mill-objettiv regolatorju speċifiku u jenħtieġ li jkun adegwat għall-iskopijiet regolatorji li taqdi. Għalhekk, id-daqs tal-unità territorjali se jvarja wkoll bejn l-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet regolatorji fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, u skont id-disponibbiltà tad-data lokali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jimxu skont il-linji gwida tal-BEREC dwar l-aħjar prattika biex iwettqu kompitu bħal dan, u dawn il-linji gwida se jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-esperjenza eżistenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħra fit-twettiq ta’ stħarriġiet ġeografiċi tal-varar tan-networks. Mingħajr preġudizzju għar-rispett tal-informazzjoni kunfidenzjali u tas-sigrieti kummerċjali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, fejn l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli fis-suq, jagħmlu d-data aċċessibbli direttament f’format miftuħ f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 70 u mingħajr restrizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miġbura f’dawn l-istħarriġiet u jenħtieġ li jagħmlu l-għodod disponibbli għall-utenti finali fir-rigward tal-kwalità tas-servizz sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tal-għarfien tagħhom dwar is-servizzi disponibbli ta’ konnettività. Fil-ġbir ta’ kwalunkwe parti minn dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jirrispettaw il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità u jenħtieġ li jevitaw li joħolqu xi żvantaġġ kompetittiv għal kwalunkwe impriża.
(381)Fejn l-istħarriġiet ġeografiċi, possibbilment flimkien ma’ data rilevanti oħra, juru kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu rieżami tas-suq meta dan ikun ġustifikat.
(382)L-informazzjoni affidabbli dwar il-varar tan-networks tal-broadband hija essenzjali għall-immirar preċiż tal-għajnuna mill-Istat, għall-verifika tal-obbligi tas-servizz universali, u għall-promozzjoni effettiva tal-kompetizzjoni. L-istħarriġiet perjodiċi jistgħu jonqsu milli jaqbdu n-natura dinamika tal-varar tal-fibra. Għalhekk, l-aħjar prattiki jissuġġerixxu l-evoluzzjoni tal-immappjar tal-varar tan-network minn stħarriġ statiku għal stħarriġ kontinwu, idealment ibbażat fuq mudell ta’ inġestjoni tad-data bbażat fuq APIs, li joħloq “tewmi diġitali f’ħin reali” tal-konnettività tal-Unjoni li jinkludi kemm konnettività terrestri kif ukoll mhux terrestri (satellitari).
(383)Sabiex jikkonforma mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, in-network sussidjat irid jipprovdi, fost l-oħrajn, bidla adegwata fil-pass meta mqabbel man-networks eżistenti u ppjanati li diġà jeżistu jew li huma previsti li se jiġu varati. Dan jista’ jirrikjedi l-immappjar ta’ limiti konkreti tal-veloċità.
(384)Il-kalkolu akkurat tad-disponibbiltà (lokal moqdi), tal-prontezza (lokal konness) u tal-adozzjoni (lokal attivat) tal-firxa ġeografika tal-kopertura tal-konnettività tan-networks tal-gigabits, tar-rati tal-adozzjoni kif ukoll tal-ishma mis-suq jeħtieġu denominatur preċiż. Sabiex tiġi żgurata r-robustezza ta’ dawn il-kalkoli, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jkollhom aċċess għall-għadd awtorevoli ta’ unitajiet domestiċi u ta’ bini fiżiku għal kull punt tal-indirizz, kif miżmum mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika jew mill-Awtoritajiet Katastali. L-aċċess għal din id-data affidabbli huwa essenzjali biex jiġu kkalkolati r-rati akkurati ta’ kopertura u ta’ penetrazzjoni tal-konnettività għall-monitoraġġ tal-miri tad-Deċennju Diġitali u biex tiġi żgurata analiżi tas-suq robusta u konsistenti madwar l-Unjoni.
(385)L-aċċess għan-networks tal-gigabits huwa prerekwiżit għall-inklużjoni soċjali u għall-iżvilupp ekonomiku, iżda l-fatturi min-naħa tad-domanda jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kontestabbiltà tas-suq u l-vijabbiltà tal-investiment. Sabiex iwettqu b’mod effettiv l-analiżijiet tas-suq, jiddefinixxu s-swieq rilevanti, u jimmiraw l-interventi pubbliċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jiddistingwu bejn “lakuni fl-infrastruttura” (fejn in-networks ikunu nieqsa) u “lakuni fl-adozzjoni” (fejn n-networks jeżistu iżda għadhom mhux użati). Għalhekk, jista’ jkun utli li jitqabblu d-data tan-network ġeospazjali u l-mikrodata soċjoekonomika biex jiġu vvalutati r-restrizzjonijiet possibbli li jaffettwaw il-kopertura, id-domanda u l-inklużjoni diġitali.
(386)Id-data dwar il-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi, l-istruttura tal-età, u l-introjtu disponibbli jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-elastiċità tad-domanda u tal-ostakli potenzjali għall-adozzjoni tas-servizzi tal-broadband. Barra minn hekk, fejn disponibbli, għall-verifika awtomatika tal-eliġibbiltà għall-vawċers soċjali jistgħu jintużaw indikaturi tal-introjtu u tal-faqar. L-ipproċessar ta’ dawn il-metriċi jippermetti lill-Istati Membri jimmiraw is-sussidji pubbliċi biex jappoġġaw liċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli filwaqt li jillimitaw kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni.
(387)L-esperjenza wriet li l-ostakli tekniċi spiss jippersistu fil-konnessjoni finali mal-utent, distinti mill-varar qrib tan-network. Għalhekk, id-data statistika dwar il-karatteristiċi fiżiċi tal-bini, inklużi s-sena tal-kostruzzjoni, it-tip ta’ abitazzjoni (unitajiet b’abitazzjonijiet multipli vs unitajiet b’abitazzjoni waħda), u l-istatus tal-kiri, hija rilevanti. L-aċċess għal din id-data jista’ jippermetti lir-regolaturi jidentifikaw “konġestjonijiet vertikali”, bħall-kostijiet tal-wajers interni li jistgħu jaġixxu bħala ostakli għall-investimenti, u jaġġustaw il-mudelli tal-kost għall-ipprezzar tal-aċċess għall-operaturi kif xieraq.
(388)Sabiex iwettqu l-kompiti regolatorji b’mod effettiv, li jinkludu d-definizzjoni ta’ swieq ġeografiċi subnazzjonali u l-immirar tal-għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu l-ipproċessar ta’ data tan-networks ġeospazjali flimkien ma’ mikrodata soċjoekonomika u fiżika granulari fil-livell tal-punti ta’ indirizz individwali. Meta l-ipproċessar ta’ data personali jkun neċessarju biex jitwettqu dawk il-kompiti, it-tali pproċessar jitwettaq skont l-Artikolu 6(1), il-punt e) u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-prinċipji tal-kunfidenzjalità statistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 71 , jenħtieġ li dan ir-Regolament jippromwovi l-użu ta’ Ambjent ta’ Pproċessar Sigur (SPE, Secure Processing Environment) jew interfaċċi tekniċi siguri ekwivalenti. Dak l-ambjent jiżgura li filwaqt li titwettaq analiżi dwar il-mikrodata għall-akkuratezza, ma tiġi ddivulgata l-ebda data kunfidenzjali lill-awtorità regolatorja, u kwalunkwe rapportar pubbliku derivat minn din l-analiżi jrid jiġi aggregat għal livell li jipprevjeni l-identifikazzjoni mill-ġdid ta’ unitajiet statistiċi speċifiċi, li tipikament jiżgura limitu minimu ta’ mill-inqas tliet unitajiet.
(389)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fis-suq intern, jenħtieġ li l-BEREC ikun jista’ jaġġorna l-linji gwida tiegħu biex jispeċifika l-istandards tekniċi għall-Ambjent ta’ Pproċessar Sigur u d-definizzjonijiet tad-data għall-indikaturi soċjoekonomiċi, filwaqt li jiżgura li l-piż fuq l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika jiġi minimizzat permezz ta’ APIs standardizzati.
(390)Filwaqt li l-parteċipanti fis-suq jistgħu jibdlu l-pjanijiet ta’ varar tagħhom għal raġunijiet imprevedibbli, oġġettivi u ġustifikabbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jintervjenu, inkluż meta l-finanzjament pubbliku jkun affettwat, u, fejn xieraq, jimponu penali jekk impriża jew awtorità pubblika, konsapevolment jew minħabba negliġenza serja, tkun tathom informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew inkompluta. Fir-rigward tal-penali, jenħtieġ li negliġenza serja tirreferi għal sitwazzjoni li fiha impriża jew awtorità pubblika tagħti informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew inkompluta minħabba l-aġir jew l-organizzazzjoni interna tagħha li taqa’ b’mod sinifikanti taħt id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija. Jenħtieġ li negliġenza serja ma titlobx li l-impriża jew l-awtorità pubblika tkun taf li l-informazzjoni pprovduta tkun qarrieqa, żbaljata jew inkompluta, iżda, pjuttost, li kienet tkun taf li kieku hija aġixxiet jew kienet organizzata bid-diliġenza dovuta. Huwa importanti li l-penali jkunu dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u fuq il-proġetti ffinanzjati pubblikament. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-penali jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt li jintalab kumpens għad-danni f’konformità mad-dritt nazzjonali.
(391)It-tnaqqis fid-distakk diġitali fl-Unjoni huwa essenzjali biex jippermetti li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-internet u għas-servizzi diġitali. Għal dak l-għan, fil-każ ta’ żoni speċifiċi u definiti sew, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-impriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jvaraw networks tal-gigabits f’dawk iż-żoni, biex b’hekk jippermettulhom biżżejjed żmien biex jipprovdu rispons meqjus bir-reqqa. Jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fit-tbassir tirrifletti l-prospetti ekonomiċi tas-settur tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-intenzjonijiet tal-investiment tal-impriżi fil-mument meta tkun qed tinġabar id-data, biex tkun tista’ tiġi identifikata l-konnettività disponibbli f’żoni differenti. Meta impriża jew awtorità pubblika tiddikjara l-intenzjoni li tvara f’żona, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun tista’ titlob lil impriżi oħra u lill-awtoritajiet pubbliċi jiddikjaraw jekk ikollhomx l-intenzjoni li jvaraw networks tal-gigabits jew le. Dik il-proċedura, li tiddependi fuq li l-parteċipanti fis-suq iwieġbu b’mod onest u bona fide, jenħtieġ li toħloq trasparenza għall-impriżi u għall-awtoritajiet pubbliċi li jkunu esprimew l-interess tagħhom li jvaraw f’din iż-żona, sabiex, meta jfasslu l-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tagħhom, huma jkunu jistgħu jivvalutaw il-kompetizzjoni li x’aktarx se jiffaċċjaw minn networks oħra. Fl-interess ta’ kundizzjonijiet ta’ investiment prevedibbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni mal-impriżi u mal-awtoritajiet pubbliċi li jesprimu interess fl-introduzzjoni ta’ networks tal-gigabits dwar jekk tipi oħra ta’ titjib fin-network, ikunux preżenti jew previsti fiż-żona inkwistjoni.
(392)Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jikkonsultaw mal-partijiet kollha interessati dwar id-deċiżjonijiet proposti, jagħtuhom żmien biżżejjed għall-kumplessità tas-suġġett biex jipprovdu l-kummenti tagħhom, u jqisu l-kummenti tagħhom qabel ma jadottaw deċiżjoni finali. Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali ma jkollhomx effett negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern jew fuq objettivi oħra tat-TFUE, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinnotifikaw ukoll ċerti abbozzi ta’ deċiżjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-funzjonament tas-suq u l-kompetizzjoni lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra biex jagħtuhom l-opportunità li jikkummentaw. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsultaw mal-partijiet interessati fil-każijiet definiti f’dan ir-Regolament dwar l-abbozzi kollha tal-miżuri li jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
(393)Fil-kuntest ta’ ambjent kompetittiv, jenħtieġ li jittieħed kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi. Sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni xieraq. Mekkaniżmu bħal dan jista’ jieħu l-forma ta’ korp li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali u mill-fornituri ta’ servizzi, iwettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumaturi, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li jkun jopera b’mod trasparenti u jikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Barra minn dan, jista’ jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskop li jippermetti kooperazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta’ kontenut legali. Madankollu, jenħtieġ li kwalunkwe proċedura ta’ kooperazzjoni maqbula skont tali mekkaniżmu ma tippermettix sorveljanza sistematika tal-użu tal-internet.
(394)Jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni tibqa’ primarjament proċess immexxi mis-suq. Madankollu, xorta jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun xieraq li tintalab il-konformità ma’ standards speċifikati fil-livell tal-Unjoni biex jittejbu l-interoperabbiltà, il-libertà tal-għażla għall-utenti u titħeġġeġ l-interkonnettività fis-suq intern. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2015/1535. Jenħtieġ li l-proċeduri ta’ standardizzazzjoni skont dan ir-Regolament jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/30/UE 72 u 2014/35/UE 73 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għad-Direttiva 2014/53/UE.
(395)L-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju, u r-regolamentazzjoni tat-tagħmir appoġġata mill-istandardizzazzjoni abbażi tad-Direttiva 2014/53/UE 74 , huma komplementari u għandhom bżonn li jkunu kkoordinati mill-qrib biex jilħqu l-objettivi konġunti tagħhom b’mod effikaċi, bl-appoġġ tal-RSPB. Il-koordinazzjoni bejn il-kontenut u t-twaqqit tal-mandati lis-CEPT skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u t-talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni, bħall-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, inkluż fir-rigward tal-parametri tar-riċevituri tar-radju, jenħtieġ li tiffaċilita l-introduzzjoni ta’ sistemi futuri, tappoġġa opportunitajiet ta’ kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju u tiżgura l-ġestjoni effiċjenti tal-ispettru tar-radju.
(396)Jenħtieġ li t-talbiet ta’ standardizzazzjoni lill-korpi ta’ standardizzazzjoni, bħall-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, inkluż fir-rigward tal-parametri tar-riċevituri tar-radju, jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ sistemi futuri, jappoġġaw l-opportunitajiet ta’ kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju u jiżguraw ġestjoni effiċjenti tal-ispettru tar-radju.
(397)L-Unjoni u l-Istati Membri daħlu f’impenji fir-rigward tal-istandards u tal-qafas regolatorju tan-networks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
(398)Il-proċeduri għas-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim jistgħu jikkostitwixxu mod rapidu u kosteffiċjenti biex l-utenti finali jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari għall-konsumaturi u għall-mikrointrapriżi u għall-intrapriżi żgħar kif definiti fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 75 . Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lil awtorità kompetenti oħra responsabbli għad-drittijiet tal-utenti finali, jew għall-inqas korp indipendenti wieħed b’kompetenza pprovata fit-trattament tad-drittijiet tal-utenti finali, biex taġixxi bħala entità għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Fir-rigward ta’ tali soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-awtoritajiet jew korpi oħra notifikati bħala entitajiet għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jissodisfaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76 , b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għal ebda struzzjoni. Peress li ħafna Stati Membri stabbilew proċeduri ta’ soluzzjoni għat-tilwim ukoll għal utenti finali għajr il-konsumaturi, li għalihom ma tapplikax id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , huwa raġonevoli li tinżamm il-proċedura ta’ soluzzjoni għat-tilwim speċifika għas-settur kemm għall-konsumaturi kif ukoll, fejn l-Istati Membri jestenduha, għal utenti finali oħra, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar. Fir-rigward tas-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti bid-Direttiva 2013/11/UE sabiex jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
(399)Fil-każ ta’ tilwima bejn żewġ impriżi fl-istess Stat Membru f’qasam kopert minn dan ir-Regolament, pereżempju li tirrelata mal-obbligi għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni jew mal-mezzi tat-trasferimenti tal-listi tal-utenti finali, jenħtieġ li l-parti aggravata li tkun innegozjat bona fide iżda li tonqos milli tilħaq ftehim tkun tista’ titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex issolvi t-tilwima. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu soluzzjoni fuq il-partijiet. Jenħtieġ li l-intervent ta’ awtorità regolatorja nazzjonali fis-soluzzjoni ta’ tilwima bejn fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku jew ta’ servizzi jew ta’ faċilitajiet assoċjati fi Stat Membru jipprova jiżgura l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.
(400)B’żieda mad-drittijiet ta’ rikors mogħtija skonr id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, hemm il-ħtieġa ta’ proċedura sempliċi li għandha tinbeda fuq it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet fit-tilwima, biex jiġi riżolt it-tilwim transfruntier bejn impriżi li jipprovdu, jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu, networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stati Membri differenti.
(401)Kompitu importanti assenjat lill-BEREC huwa li, fejn ikun xieraq, jadotta opinjonijiet fir-rigward ta’ tilwim transfruntier. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirriflettu bis-sħiħ kwalunkwe opinjoni ppreżentata mill-BEREC fil-miżuri tagħhom li jimponu xi obbligu fuq impriża jew inkella jsolvu t-tilwim f’dawn il-każijiet.
(402)L-iżviluppi tat-teknoloġija u tas-suq fin-networks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fin-networks u fis-servizzi bbażati fuq il-cloud u l-IA qed iwasslu għal aktar interazzjoni, kooperazzjoni u ftehimiet kummerċjali fost firxa wiesgħa ta’ impriżi, inklużi fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, CAPs, żviluppaturi tas-software u tal-IA kif ukoll manifatturi tat-tagħmir u tal-apparat tan-network. Fid-dawl ta’ dawk l-iżviluppi, jenħtieġ li l-BEREC jassisti lill-impriżi permezz ta’ linji gwida, li jkopru, fost l-oħrajn, l-aħjar prattiki biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-atturi tas-suq fl-ekosistema usa’ tal-konnettività f’konformità mar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-linji gwida jkunu jħarsu ’l quddiem u jippermettu innovazzjoni trasformattiva fil-futur u żvilupp ta’ każijiet ta’ użu li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni skont il-Boxxla għall-Kompetittività. Il-BEREC, bl-appoġġ tal-ODN, jista’ jaħdem mill-qrib mar-rappreżentanti tal-industrija u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Għal dak l-għan, il-BEREC jista’ jistabbilixxi grupp ta’ kooperazzjoni dedikat għall-partijiet ikkonċernati biex jiffaċilita d-djalogu strutturat, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien espert tekniku, u biex jappoġġa l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-linji gwida.
(403)Jenħtieġ li l-aspetti ta’ kooperazzjoni skont dawk il-linji gwida tal-BEREC jinkludu ftehimiet fil-livell ta’ servizz bejn il-fornituri ta’ network, aspetti relatati mal-użu ġust, raġonevoli u proporzjonat tar-riżorsi tal-parti l-oħra, b’mod partikolari f’każijiet bħat-trasferiment tat-traffiku IP permezz ta’ interkonnessjoni, peering u tranżitu bl-għan li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informatika jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’mod effiċjenti, ekonomikament sostenibbli, u affidabbli, b’mod partikolari, għall-benefiċċju tal-utent finali. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ftehimiet bejn dawk l-atturi li jikkonċernaw it-trasferiment tat-traffiku ma jwasslux għal ħtiġijiet ta’ investiment sproporzjonati jew ekonomikament mhux sostenibbli għall-fornituri tan-networks, u jenħtieġ li l-benefiċċji li jirriżultaw minn żieda fit-traffiku jiġu kondiviżi b’mod li jwassal għal investiment, għal innovazzjoni u għal reżiljenza tan-network kontinwi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-linji gwida jkopru prattiki li jippermettu kollaborazzjoni teknika ta’ benefiċċju fl-ekosistema usa’ tal-konnettività u tas-servizzi diġitali.
(404)Jenħtieġ li l-linji gwida tal-BEREC jinkludu wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet tat-traffiku mistennija, inklużi l-eqqel sigħat, u t-tbassir ġenerali tat-traffiku, sabiex jappoġġaw l-ippjanar ottimizzat tan-networks u l-ġestjoni tal-konġestjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-linji gwida jindirizzaw aspetti addizzjonali ta’ twassil tat-traffiku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomikament sostenibbli u affidabbli minn perspettiva minn tarf sa tarf, inkluża l-promozzjoni ta’ użu aktar armonizzat ta’ tekniki ta’ kompressjoni tad-data, bħal codecs, sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tan-network. Fl-istess ħin, u bl-objettiv li jiġi inċentivat il-forniment ta’ servizzi innovattivi, il-linji gwida tal-BEREC jistgħu jipprovdu wkoll gwida dwar l-oqfsa ta’ koinnovazzjoni, bejn in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u impriżi oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib. Barra minn hekk, il-linji gwida jistgħu jipprovdu prattiki tajbin għall-varar fuq hosts u multicloud newtrali fin-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex jitnaqqsu l-ostakli għall-iżviluppaturi tal-IA u għall-fornituri tal-kontenut biex jinnovaw, f’konformità mar-Regolament 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jippromwovu standards ta’ interoperabbiltà u miżuri rilevanti oħra biex jinċentivaw il-varar ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi li jeħtieġu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew bejn tali fornituri u impriżi oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib. Prodotti u servizzi innovattivi bħal dawn jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-varar konġunt ta’ servizzi tal-edge computing biex iġibu r-riżorsi tal-cloud meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi b’latenza baxxa eqreb għall-abbonati tal-mowbajl, il-forniment ta’ pjattaformi tal-Internet tal-Oġġetti (IoT, Internet of Things) tal-intrapriżi/industrijali li jeħtieġu kollaborazzjoni bejn il-fornituri tal-cloud u tal-komunikazzjonjieti elettroniċi, jew il-fornituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-fornituri ta’ kontenut u ta’ applikazzjonijiet li jvaraw flimkien caches fin-networks biex jottimizzaw l-istreaming. Jenħtieġ li l-kwistjonijiet indirizzati f’dawk il-linji gwida, inklużi l-kwistjonijiet relatati mal-interkonnessjoni bejn networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli u networks li huma proprjetà ta’ impriżi għajr networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, ma jkunux soġġetti għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni għat-tilwim, li jenħtieġ li jkun limitat għall-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jenħtieġ li ma jestendix għal arranġamenti ta’ natura kooperattiva jew volontarja.
(405)Sabiex tiġi promossa kooperazzjoni effettiva bejn il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u impriżi oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura ta’ konċiljazzjoni volontarja biex jiġi ffaċilitat id-djalogu dwar arranġamenti tekniċi u kummerċjali. Proċedura bħal din tipprovdi forum strutturat u newtrali, appoġġat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kooperazzjoni mal-BEREC biex jitħeġġu soluzzjonijiet bonarji u titnaqqas il-probabbiltà ta’ tilwim fit-tul u tissaħħaħ il-konsistenza regolatorja. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti u armonizzata ta’ din il-proċedura ta’ konċiljazzjoni volontarja madwar l-Unjoni, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC matul il-proċedura, inkluż fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni u fir-rapport tagħha. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-BEREC jipprovdi opinjoni dwar każijiet individwali mressqa mill-partijiet fil-kuntest tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-linji gwida dwar il-kooperazzjoni fl-ekosistema jipprovdu gwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar il-valutazzjoni tal-kwistjonijiet kummerċjali u tekniċi rilevanti, kif ukoll dwar l-għażliet għal kooperazzjoni effettiva bejn il-partijiet. Billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni u l-fehim reċiproku, din il-proċedura tista’ tikkontribwixxi għat-twassil aktar effiċjenti, ekonomikament sostenibbli u affidabbli tat-traffiku tal-IP, tappoġġa l-interoperabbiltà u l-kwalità tas-servizzi, u tiffaċilita l-varar ta’ servizzi innovattivi bbażati fuq il-kollaborazzjoni, filwaqt li tippreserva l-libertà kuntrattwali.
(406)L-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa jemendaw id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, l-imposti u t-tariffi li jirrelataw mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u mad-drittijiet ta’ użu fejn dan ikun oġġettivament ġustifikat. Jenħtieġ li emendi proposti bħal dawn jiġu debitament innotifikati lill-partijiet interessati kollha fi żmien minn qabel biżżejjed li jagħtihom opportunità adegwata li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Jenħtieġ li jiġu evitati proċeduri żejda f’każ ta’ emendi minuri fid-drittijiet eżistenti biex jiġu installati l-faċilitajiet jew drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni meta tali emendi ma jkollhomx impatt fuq l-interessi tal-partijiet terzi. Emendi żgħar għad-drittijiet u għall-obbligi huma emendi li jkunu prinċipalment amministrattivi, li ma jbiddlux in-natura sostanzjali tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u tad-drittijiet individwali ta’ użu u għaldaqstant ma jistgħux jiġġeneraw kwalunkwe vantaġġ kompetittiv fuq impriżi oħra.
(407)B’kont meħud tal-importanza li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex tiġi promossa l-prevedibbiltà regolatorja biex ikun hemm ambjent sikur għall-investimenti, b’mod partikolari għal komunikazzjonijiet broadband bla fili ġodda, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar ta’ kwalunkwe dritt eżistenti ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jew dritt biex jiġu installati l-faċilitajiet ikun soġġett għal ġustifikazzjonijiet u għal proċeduri prevedibbli u trasparenti. Għalhekk, jistgħu jiġu imposti rekwiżiti aktar stretti jew mekkaniżmu ta’ notifika, b’mod partikolari fejn id-drittijiet ta’ użu jkunu ġew assenjati skont proċeduri kompetittivi jew komparattivi u fil-każ ta’ baned ta’ spettru tar-radju armonizzati li għandhom jintużaw għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi broadband bla fili (“servizzi broadband bla fili”). Il-ġustifikazzjonijiet li jirreferu għall-użu effiċjenti u effettiv tal-ispettru tar-radju u l-evoluzzjoni teknoloġika jistgħu jibbażaw fuq miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Barra minn hekk, għajr għal meta l-emendi proposti jkunu minuri, fejn ikun meħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jiġu ristretti, irtirati jew emendati mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt, dan jista’ jseħħ wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Minħabba li r-restrizzjonijiet jew l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta’ drittijiet jista’ jkollu konsegwenzi sinifikanti għad-detenturi tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu attenzjoni partikolari u jivvalutaw minn qabel il-ħsara potenzjali li miżuri bħal dawn jistgħu jikkawżaw qabel ma jadottawhom.
(408)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu tal-ispettru tar-radju, u b’mod partikolari biex jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju u l-konformità mal-obbligi tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz, permezz ta’ penali amministrattivi inklużi penali finanzjarji u inibizzjonijiet u rtirar tad-drittijiet ta’ użu fil-każ ta’ ksur ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet. Jenħtieġ li l-impriżi jipprovdu informazzjoni mill-aktar akkurata u sħiħa possibbli lill-awtoritajiet kompetenti biex jippermettulhom jissodisfaw il-kompiti ta’ sorveljanza tagħhom.
(409)Jenħtieġ li kwalunkwe parti soġġetta għal deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti, inkluża deċiżjoni li ma jiġux ittrattati applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, ikollha d-dritt li tappella lil korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti u minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika. Jenħtieġ li dik il-proċedura tal-appell tkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali u għad-drittijiet ta’ entitajiet ġuridiċi u ta’ persuni fiżiċi skont id-dritt nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjonijiet bħal dawn.
(410)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-atturi tas-suq, jenħtieġ li l-korpi ta’ appell iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-proċedimenti ta’ appell ma jkunux twal iżżejjed. Jenħtieġ li miżuri interim li jissospendu l-effett tad-deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti jingħataw biss f’każijiet urġenti biex ma jitħalliex li ssir ħsara kbira u irreparabbli lill-parti li tkun qed titlob dawk il-miżuri u biss meta l-bilanċ tal-interessi jirrikjedi li jsir hekk.
(411)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta deċiżjonijiet biex issolvi l-interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri; tidentifika approċċ armonizzat jew koordinat għall-fini tal-indirizzar tal-implimentazzjoni inkonsistenti tal-approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll in-numerazzjoni, inklużi l-meded tan-numri, il-portabbiltà tan-numri u l-identifikaturi, is-sistemi ta’ traduzzjoni tan-numri u tal-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”; tagħmel obbligatorja l-implimentazzjoni ta’ standards jew ta’ speċifikazzjonijiet, jew tneħħi standards jew speċifikazzjonijiet mill-parti obbligatorja tal-lista ta’ standards; tadotta l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex jiġu ġestiti b’mod xieraq ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi, kif ukoll iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ inċidenti ta’ sigurtà; tispeċifika d-dettalji rilevanti relatati mad-drittijiet individwali kummerċjabbli disponibbli pubblikament f’format elettroniku standardizzat meta jinħolqu d-drittijiet ta’ użu tal-ispettru tar-radju biex jiġu speċifikati l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar; tawtorizza jew tipprevjeni awtorità regolatorja nazzjonali milli timponi fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq ċerti obbligi għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni; tarmonizza numri jew firxiet ta’ numerazzjoni speċifiċi biex tindirizza d-domanda transfruntiera jew pan-Ewropea mhux issodisfata għar-riżorsi ta’ numerazzjoni; u tispeċifika l-mudell tas-sommarju tal-kuntratt li għandu jiġi pprovdut lill-konsumaturi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 77 .
(412)Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri tiżgura li l-parteċipanti fis-suq u parteċipanti potenzjali ġodda fis-suq jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jkunu jafu fejn isibu l-informazzjoni dettaljata rilevanti. Il-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali tgħin lill-partijiet interessati fl-Istati Membri l-oħra jsibu l-informazzjoni rilevanti.
(413)Biex tiġi ddeterminata l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun taf liema impriżi ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u liema obbligi tqiegħdu fuq il-parteċipanti fis-suq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għalhekk, minbarra l-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni fil-livell nazzjonali, huwa neċessarju li l-Istati Membri jissottomettu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jkunu meħtieġa jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b’mezzi elettroniċi, soġġetti għal ftehim dwar il-proċeduri xierqa ta’ awtentikazzjoni.
(414)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament perjodikament, b’mod partikolari biex tiddetermina jekk ikunux meħtieġa emendi fid-dawl tal-kundizzjonijiet teknoloġiċi jew tas-suq li dejjem jinbidlu. Meta tirrieżamina l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-protezzjoni tal-konsumatur, ikunx għad hemm ħtieġa għad-dispożizzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni ex ante speċifika għas-settur jew jekk jenħtiġx li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu emendati jew jitħassru.
(415)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fi [jj xahar 2026].
(416)Hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-Kummissjoni tistabbilixxi r-reġim tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni bis-satellita li jenħtieġ li jissostitwixxi dawk nazzjonali. Matul dan il-perjodu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-forniment ta’ networks satellitari u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u l-użu tal-ispettru u tistabbilixxi l-proċedura, inklużi l-iskedi ta’ żmien u l-prattikalitajiet, sabiex l-impriżi jissottomettu t-talbiet tagħhom għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm biżżejjed żmien għad-detenturi tad-drittijiet ta’ użu jew għall-utenti tal-ispettru skont id-dritt nazzjonali biex jitolbu awtorizzazzjoni tal-Unjoni u biex il-Kummissjoni tipproċessa talbiet bħal dawn,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
1.PARTI I - KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, OBJETTIVI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-forniment ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ faċilitajiet assoċjati u ta’ servizzi assoċjati, għall-ippjanar strateġiku u għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali.
2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll qafas ta’ governanza għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi magħmul mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u minn awtoritajiet kompetenti oħra, mill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”), mill-Korp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (“RSPB”), u mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (“ODN”), li jistabbilixxi l-kompiti tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN kif ukoll dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, ta’ awtoritajiet kompetenti oħra, u jistabbilixxi sett ta’ proċeduri għall-applikazzjoni tal-qafas legali rilevanti fl-Unjoni kollha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser sistemi tat-trażmissjoni, ibbażati jew le fuq infrastruttura permanenti jew kapaċità tal-amministrazzjoni ċentralizzata, u, meta applikabbli, tagħmir għall-iswitching jew għar-routing u riżorsi oħra, inklużi elementi tan-network li ma humiex attivi, li jippermettu t-twassil tas-sinjali bil-wajer, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra, inklużi networks tas-satellita, networks fissi u mobbli, sistemi tal-kejbils tal-elettriku, sal-punt li dawn jintużaw għall-fini tat-trażmissjoni tas-sinjali, networks użati għax-xandir bir-radju u televiżiv, u networks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni mwassla;
(2)“network tal-gigabits” tfisser jew network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jikkonsisti kollu kemm hu minn elementi tal-fibra ottika sal-punt tat-terminazzjoni tan-network, jew network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwassal, taħt kundizzjonijiet tal-eqqel sigħat tas-soltu, prestazzjoni tan-network simili f’termini tal-wisa’ tal-banda tad-downlink u tal-uplink disponibbli, tar-reżiljenza, tal-parametri relatati mal-erruri, u tal-latenza u tal-varjazzjoni tagħha;
Din id-definizzjoni tissostitwixxi d-definizzjoni ta’ “network b’kapaċità kbira ħafna” tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
(3)“servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz li normalment jiġi pprovdut bi ħlas permezz ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludi, bl-eċċezzjoni tas-servizzi li jipprovdu jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq il-kontenut trażmess b’servizzi u b’networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, it-tipi ta’ servizzi li ġejjin:
(a)is-servizz ta’ aċċess għall-internet;
(b)is-servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali;
(c)servizzi li jikkonsistu għalkollox jew prinċipalment fit-twassil tas-sinjali bħas-servizzi ta’ trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna u għax-xandir;
(4)“lokal moqdi” tfisser il-bini tal-utenti finali li għalih operatur ikun vara n-network ta’ aċċess tiegħu sal-punt tas-servizz (jiġifieri l-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni maħsub biex iservi lil dak il-bini), b’tali mod li, mir-riċevuta tat-talba, l-operatur ikun jista’ jagħmel is-servizz ta’ aċċess disponibbli fi żmien 4 ġimgħat b’xogħlijiet minuri addizzjonali raġonevoli (jiġifieri billi jwettaq biss il-konnessjoni drop u l-attivazzjoni finali standard speċifiċi għall-bini, mingħajr ma jestendi n-network ta’ aċċess lil hinn mill-punt tas-servizz;
(5)“lokal konness” tfisser bini tal-utent finali fejn l-infrastruttura tan-network ta’ aċċess tkun ġiet estiża fiżikament mill-punt tas-servizz u tintemm fil-bini tal-utent finali;
(6)“servizz essenzjali bbażat fuq ir-ram” tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pprovdut fuq infrastruttura miruta ta’ aċċess għar-ram sal-punt li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew essenzjali tal-missjoni, bħal komunikazzjoni ta’ emerġenza, sistemi ta’ telekura, allarmi u sistemi ta’ kontroll tal-monitoraġġ, użati mill-industriji tal-ilma, tal-enerġija u tat-trasport;
(7)“servizz ta’ aċċess għall-internet” tfisser servizz disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi aċċess għall-internet, u b’hekk konnettività virtwalment ma’ kull punt terminali tal-internet, irrispettivament mit-teknoloġija tan-network u mit-tagħmir terminali użat;
(8)“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali” tfisser servizz li normalment jiġi pprovdut bi ħlas u li jippermetti l-iskambju interpersonali u interattiv dirett tal-informazzjoni permezz ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn numru finit ta’ persuni, fejn il-persuni li jibdew jew li jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha, u ma tinkludix is-servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċement bħala karatteristika anċillari minuri li għandha rabta intrinsika ma’ servizz ieħor;
(9)“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li jaqbad ma’ riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet nazzjonalijew internazzjonali ta’ numerazzjoni , jew li jippermetti komunikazzjoni ma’ numru jew ma’ numri fil-pjanijiet nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni;
(10)“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li ma jaqbadx ma’ riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni, jew li ma jippermettix komunikazzjoni ma’ numru jew ma’ numri fil-pjanijiet nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni;
(11)“network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użat kompletament jew prinċipalment biex jipprovdi servizzi, disponibbli għall-pubbliku, tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jappoġġaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti tat-terminazzjoni tan-network;
(12)“punt tat-terminazzjoni tan-network” tfisser il-punt fiżiku fejn utent finali jingħata aċċess għal network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li, fil-każ tan-networks li jinvolvu l-iswitching jew ir-routing, jiġi identifikat b’indirizz speċifiku tan-network, li jista’ jkun assoċjat ma’ numru jew ma’ isem ta’ utent finali;
(13)“faċilitajiet assoċjati” tfisser is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma’ network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ma’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmlu possibbli jew jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network jew is-servizz, jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u tinkludi l-bini jew l-entrati fil-bini, il-wajers fil-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, il-kanali, il-kondjuwits, l-arbli, it-tappieri tal-ispezzjonar u l-kabinetti;
(14)“servizz assoċjat” tfisser servizz assoċjat ma’ network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ma’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmel possibbli jew jappoġġa l-forniment, l-awtoforniment jew il-forniment awtomatizzat tas-servizzi permezz ta’ dak in-network jew is-servizz, jew li għandu l-potenzjal li jagħmel dan, u jinkludi traduzzjoni tan-numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi ta’ aċċess kundizzjonali u gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs), kif ukoll servizzi oħra bħas-servizzi tal-identità, tal-lokalizzazzjoni u tal-preżenza;
(15)“sistema ta’ aċċess kundizzjonali” tfisser kull mezz tekniku, sistema ta’ awtentikazzjoni u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew televiżiv f’forma li tiftiehem ikun bil-kundizzjoni ta’ abbonament jew ta’ forma oħra ta’ awtorizzazzjoni individwali minn qabel;
(16)“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;
(17)“utent finali” tfisser utent li ma jipprovdix networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;
(18)“konsumatur” tfisser kull persuna fiżika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għall-finijiet lil hinn min-negozju, mill-kummerċ, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;
(19)“forniment ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser l-istabbiliment, l-operat, il-kontroll jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ networks bħal dawn;
(20)“interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet” jew “API” tfisser l-interfaċċa tas-software bejn l-applikazzjonijiet, magħmula disponibbli mix-xandara jew mill-fornituri ta’ servizzi, u r-riżorsi fil-kaxxi tad-dekowder maħsuba għall-konnessjoni ma’ settijiet tat-televiżjoni jew f’settijiet tat-televiżjoni diġitali integrati jew settijiet tar-radju diġitali;
(21)“allokazzjoni tal-ispettru tar-radju” tfisser id-deżinjazzjoni ta’ banda partikolari ta’ spettru tar-radju għall-użu minn tip wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bir-radju, meta xieraq, f’kundizzjonijiet speċifiċi;
(22)“interferenza dannuża” tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta’ servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta’ servizzi oħra tas-sikurezza jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizz ta’ komunikazzjonijiet bir-radju li jopera skont ir-regolamenti internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli;
(23)“awtorizzazzjoni ġenerali” tfisser qafas legali li jiżgura d-drittijiet u jistabbilixxi l-obbligi għall-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(24)“punt ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar” tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għan-network bla fili b’konsum baxx tal-enerġija li jopera fuq distanzi qosra, li juża spettru tar-radju liċenzjat jew spettru tar-radju eżenti mil-liċenzja jew taħlita tagħhom, li jista jintuża bħala parti minn network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jista’ jkun mgħammar b’antenna waħda jew aktar b’impatt viżiv baxx, u li jippermetti li l-utenti jkollhom aċċess bla fili għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi irrispettivament minn jekk it-topoloġija tan-network sottostanti tkunx mobbli jew fissa;
(25)“network ta’ żona lokali bir-radju” jew “RLAN” tfisser sistema tal-aċċess bla fili b’konsum baxx tal-enerġija, li topera fuq distanzi qosra, b’riskju baxx ta’ interferenza ma’ sistemi oħra bħal dawn varati fil-qrib minn utenti oħra, li tuża spettru armonizzat tar-radju b’mod mhux esklużiv;
(26)“spettru armonizzat tar-radju” tfisser spettru tar-radju li għalih ġew stabbiliti kundizzjonijiet tekniċi armonizzati relatati mad-disponibbiltà u mal-użu effiċjenti tiegħu permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;
(27)“użu kondiviż tal-ispettru tar-radju” tfisser aċċess, fuq ordni ugwali jew ġerarkika ta’ protezzjoni, minn żewġ teknoloġiji jew utenti jew aktar, għall-istess baned jew kanali tal-ispettru tar-radju, sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom, li jista’ jkun ibbażat fuq arranġament ta’ kondiviżjoni definit bejn l-utenti, awtorizzat abbażi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew ta’ taħlita tagħhom; dan jinkludi approċċi regolatorji bħall-aċċess kondiviż liċenzjat li jiggarantixxu lill-utenti kollha kundizzjonijiet ta’ kondiviżjoni prevedibbli u affidabbli;
(28)“aċċess” tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet u/jew ta’ servizzi lil impriża oħra, f’kundizzjonijiet definiti, fuq bażi esklużiva jew mhux esklużiva, bl-iskop li jkunu pprovduti servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tas-soċjetà tal-informatika jew servizzi tal-kontenut tax-xandir; dan ikopri, fost l-oħrajn: l-aċċess għal networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-elementi tan-network u għall-faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta’ tagħmir, b’mezzi fissi jew mhux fissi (b’mod partikolari dan jinkludi l-aċċess għaċ-ċirkwit lokali u għall-faċilitajiet u għas-servizzi neċessarji għall-forniment ta’ servizzi fuq iċ-ċirkwit lokali); l-aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi binjiet, kanali u arbli; l-aċċess għas-sistemi rilevanti tas-software, inklużi is-sistemi ta’ appoġġ operazzjonali; l-aċċess għal sistemi ta’ informazzjoni jew għal bażijiet tad-data għall-ordnijiet minn qabel, għall-proviżjonament, għall-ordnijiet, għat-talbiet ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija, u għall-fatturazzjoni; l-aċċess għal sistemi ta’ traduzzjoni tan-numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; l-aċċess għal networks fissi u mobbli, b’mod partikolari għar-roaming; l-aċċess għal sistemi ta’ aċċess kundizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u l-aċċess għal servizzi tan-network virtwali;
(29)“interkonnessjoni” tfisser tip speċifiku ta’ aċċess implimentat bejn fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-konnessjoni fiżika u loġika ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użati mill-istess impriża jew minn impriża differenti sabiex l-utenti ta’ impriża waħda jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ utenti tal-istess impriża jew ta’ impriża oħra, jew biex ikollhom aċċess għal servizzi pprovduti minn impriża oħra fejn tali servizzi jkunu forniti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra li jkollhom aċċess għan-network;
(30)“operatur” tfisser impriża li tipprovdi jew li tkun awtorizzata tipprovdi network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilità assoċjata;
(31)“ċirkwit lokali” tfisser il-mogħdija fiżika użata minn sinjali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jqabbdu l-punt tat-terminazzjoni tan-network ma’ qafas tad-distribuzzjoni jew ma’ faċilità ekwivalenti fin-network pubbliku fiss tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(32)“sejħa” tfisser konnessjoni stabbilita b’servizz, disponibbli għall-pubbliku, ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li tippermetti l-komunikazzjoni bidirezzjonali bil-vuċi;
(33)“servizz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi” tfisser servizz disponibbli għall-pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-oriġinazzjoni jew għar-riċevuta, direttament jew indirettament, ta’ sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali permezz ta’ numru jew numri fi pjan nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni;
(34)“numru ġeografiku” tfisser numru mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku użat għar-routing tas-sejħiet għall-post fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network;
(35)“numru nonġeografiku” tfisser numru minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni li ma jkunx numru ġeografiku, bħalma huma numri tal-mowbajls, bla ħlas u b’rati primjum;
(36)“servizz tal-konverżazzjoni komprensiv” tfisser servizz ta’ konverżazzjoni multimedjali f’ħin reali li jipprovdi trasferiment simetriku bidirezzjonali f’ħin reali ta’ vidjo bil-moviment, ta’ test f’ħin reali u ta’ vuċi bejn l-utenti f’żewġ postijiet jew aktar;
(37)“ċentru li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza” jew “PSAP” tfisser post fiżiku fejn tasal komunikazzjoni ta’ emerġenza u li jkun taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew ta’ organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;
(38)“l-aktar PSAP xieraq” tfisser PSAP stabbilit mill-awtoritajiet responsabbli li lilu tiġi routed il-komunikazzjoni ta’ emerġenza u li jkun kompetenti biex iwassal informazzjoni kuntestwali lil servizzi ta’ emerġenza miż-żona rilevanti ta’ intervent;
(39)“komunikazzjoni ta’ emerġenza” tfisser komunikazzjoni permezz tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bejn utent finali u l-PSAP bl-għan li tintalab u tiġi riċevuta l-għajnuna ta’ emerġenza mis-servizzi ta’ emerġenza.
(40)“komunikazzjoni ta’ emerġenza effettiva” tfisser komunikazzjoni ta’ emerġenza li tiżgura komunikazzjoni f’waqtha bejn l-utent finali u l-aktar PSAP xieraq, u li tagħmel disponibbli b’mod f’waqtu informazzjoni kuntestwali, inkluża informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa;
(41)“informazzjoni kuntestwali” tfisser l-informazzjoni mogħtija permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza mill-utent finali jew derivata u trażmessa awtomatikament mit-tagħmir terminali tal-utent finali jew min-network rilevanti sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riżorsi ta’ intervent ta’ servizzi ta’ emerġenza u l-wasla rapida ta’ servizzi ta’ emerġenza fix-xena tal-intervent;
(42)“servizz ta’ emerġenza” tfisser servizz, rikonoxxut bħala tali mill-Istat Membru, li jipprovdi għajnuna immedjata u rapida meta jkun hemm, b’mod partikolari, riskju dirett għall-ħajja jew ta’ ġrieħi gravi, għas-saħħa jew għas-sikurezza individwali jew tal-pubbliku, għall-proprjetà privata jew pubblika jew għall-ambjent, f’konformità mad-dritt nazzjonali;
(43)“informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa” tfisser, f’network pubbliku mobbli, id-data pproċessata, derivata mill-infrastruttura tan-network jew mill-handsets, li tindika l-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali mobbli tal-utent finali, u, f’network pubbliku fiss, id-data dwar l-indirizz fiżiku tal-punt ta’ terminazzjoni tan-network;
(44)“tagħmir terminali” tfisser tagħmir tat-terminals kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (1), tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE 78 ;
(45)“servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita” tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tagħmel użu, kompletament jew parzjalment, mill-istabbiliment ta’ radjukomunikazzjonijiet minn stazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjoni satellitari jew mill-komponenti komplementari tagħhom fuq l-art jew fl-ajru għall-istazzjonijiet spazjali (“uplinks”), u/jew mill-istabbiliment ta’ radjukomunikazzjonijiet minn stazzjon spazjali għal stazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjonijiet bis-satellita jew mill-komponenti komplementari tagħhom fuq l-art u fl-ajru (“downlinks”);
(46)“forniment ta’ networks satellitari” tfisser l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ sistemi satellitari, ta’ stazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, tal-komponenti komplementari tagħhom fuq l-art u fl-ajru;
(47)“stazzjon tal-art għall-komunikazzjoni satellitari” tfisser tagħmir fid-Dinja li jista’ jintuża jew għat-trażmissjoni biss, jew għat-trażmissjoni u għar-riċevuta (“jittrażmetti-jirċievi”), jew għar-riċevuta biss (“jirċievi biss”), ta’ sinjali ta’ radjukomunikazzjoni permezz ta’ satelliti jew sistemi oħra bbażati fl-ispazju. Dan jinkludi stazzjonijiet tal-art, terminals u tagħmir ibbażat fuq l-art, iżda mhux biss, li huma meħtieġa għall-komunikazzjonijiet satellitari jew ma’ stazzjonijiet spazjali oħra;
(48)“komponenti komplementari fuq l-art jew fl-ajru” tfisser stazzjonijiet ibbażati fuq l-art jew fl-ajru ta’ networks satellitari użati f’postijiet fissi jew li jinbidlu, sabiex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita f’żoni ġeografiċi fi ħdan l-impronta tas-satellita/i tas-sistema, fejn il-komunikazzjonijiet ma’ stazzjon spazjali waħda jew aktar ma jistgħux jiġu żgurati bil-kwalità meħtieġa;
(49)“data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;
(50)“kunsens” tfisser kunsens kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 3
Objettivi u prinċipji ġenerali
1.Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll il-BEREC, l-RSPB, l-ODN u l-Kummissjoni, għandhom, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jaħdmu għal dawn l-objettivi ġenerali li ġejjin li ma humiex elenkati f’ordni ta’ prijorità:
(a)isaħħu l-kompetittività tas-settur tal-konnettività u tal-industrija inġenerali billi jiffaċilitaw l-investimenti f’infrastrutturi diġitali avvanzati, inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud u fuq l-IA, billi jippermettu servizzi innovattivi, inklużi servizzi ta’ kwalità assigurata u affidabbli, u billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-atturi fl-ekosistema diġitali usa’;
(b)jiżviluppaw suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiffaċilita l-operat tan-network u l-forniment ta’ servizzi bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni, l-iżvilupp ta’ networks diġitali trans-Ewropej u l-forniment ta’ networks u ta’ servizzi innovattivi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita pan-Ewropej;
(c)isaħħu r-reżiljenza u l-preparatezza tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-livell tal-Unjoni, billi jrawmu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-bini tal-kapaċitajiet ta’ reżiljenza neċessarji, u fl-iżgurar tas-sigurtà u tal-interessi tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
(d)jippromwovu l-investiment fil-konnettività u d-disponibbiltà mifruxa, l-aċċess għal networks tal-gigabits u l-adozzjoni tagħhom, inklużi networks fissi, mobbli u bla fili, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji kollha tal-Unjoni, f’termini ta’ prezz, ta’ kwalità u ta’ għażla;
(e)jiżguraw il-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ kwalità għolja, affordabbli u disponibbli għall-pubbliku lill-utenti finali kollha permezz ta’ kompetizzjoni effettiva fin-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fil-faċilitajiet assoċjati, inkluża kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura, u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fis-servizzi assoċjati madwar l-Unjoni;
(f)jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni u jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali, inkluż it-trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku fil-forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, sabiex l-utenti finali kollha jkomplu jibbenefikaw minn għażla kbira ta’ servizzi avvanzati affordabbli u ta’ kwalità għolja; u jiggarantixxu livell għoli u komuni ta’ protezzjoni b’mod partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli, inklużi pprezzar affordabbli, għażla u aċċess ekwivalenti;
(g)jippromwovu s-sostenibbiltà billi jiffaċilitaw l-investimenti f’networks u f’soluzzjonijiet diġitali effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u jinċentivaw l-effiċjenza tat-traffiku minn tarf sa tarf;
(h)jappoġġaw l-objettivi ta’ politiki oħra tal-Unjoni li jiddependu fuq l-ispettru tar-radju, inkluż dwar l-ispazju u l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni.
2.Meta jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom jew iwettqu l-kompiti tagħhom biex jilħqu l-objettivi ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, il-BEREC, l-RSPB, l-ODN u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu b’mod imparzjali, oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju u proporzjonat. B’mod partikolari, dawn għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)jippromwovu l-prevedibbiltà regolatorja biex jiggarantixxu approċċi regolatorji konsistenti, permezz ta’ kooperazzjoni reċiproka;
(b)jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, il-miżuri jiġu applikati b’mod konsistenti u ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(c)iqisu kif xieraq il-piż regolatorju u amministrattiv potenzjali impost mid-deċiżjonijiet regolatorji u jistinkaw biex jillimitawhom kemm jista’ jkun;
(d)japplikaw id-dritt tal-Unjoni b’mod teknoloġikament newtrali, sa fejn dan ikun konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ġenerali stabbiliti f’dan l-Artikolu;
(e)iqisu kif xieraq il-varjetà ta’ kundizzjonijiet relatati mal-infrastruttura, mal-kompetizzjoni, maċ-ċirkostanzi tal-utenti finali u, b’mod partikolari, mal-konsumaturi fid-diversi żoni ġeografiċi fi Stat Membru.
2.PARTI II - REŻILJENZA
Artikolu 4
Rwol tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-iżgurar tar-reżiljenza
Filwaqt li jqisu r-rwol essenzjali tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għar-reżiljenza ġenerali tas-soċjetà u tal-ekonomija tal-Unjoni, il-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, il-BEREC, l-ODN, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u kompetenti deżinjati skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtoritajiet nazzjonali tal-maniġġar ta’ kriżijiet u tal-protezzjoni ċivili, inklużi l-awtoritajiet tal-maniġġar ta’ kriżijiet ċibernetiċi deżinjati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, għandhom jikkontribwixxu, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, għall-antiċipazzjoni, għall-prevenzjoni u għar-rispons għal interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lill-popolazzjoni, permezz tal-implimentazzjoni koerenti tal-obbligi relatati mal-preparatezza skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-mekkaniżmi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali tal-protezzjoni ċivili, tal-maniġġar ta’ kriżijiet u tar-rispons għalihom.
Artikolu 5
Disponibbiltà u kapaċitajiet tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1.Il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku u fornituri oħra msemmija fl-Artikolu 9(2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 79 u awtoritajiet kompetenti oħra inklużi, fejn rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-maniġġar ta’ kriżijiet u tal-protezzjoni ċivili, inklużi l-awtoritajiet tal-maniġġar ta’ kriżijiet ċibernetiċi deżinjati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, għandhom jikkooperaw biex jiżguraw id-disponibbiltà kontinwa tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll il-kapaċitajiet neċessarji tagħhom biex jantiċipaw u jipprevjenu interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lill-popolazzjoni, u biex iħejju u jirrispondu għalihom.
Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet u l-fornituri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu bis-sħiħ il-Pjan ta’ Preparatezza tal-BEREC tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali msemmi fl-Artikolu 6.
2.Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-PSAPs għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, b’kunsiderazzjoni tal-Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni tal-BEREC għall-Infrastrutturi Diġitali imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ komunikazzjonijiet kritiċi u ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza mingħajr interruzzjoni, kif ukoll it-trażmissjoni mhux interrotta ta’ twissijiet pubbliċi, fil-każ ta’ interruzzjonijiet, ta’ kriżijiet jew ta’ force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lill-popolazzjoni.
3.Meta jimplimentaw teknoloġiji ġodda fin-networks jew fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom, il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-PSAPs disponibbli għall-pubbliku għandhom jieħdu l-miżuri preparatorji neċessarji kollha, inklużi l-ittestjar u l-validazzjoni tas-soluzzjonijiet, biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza u ta’ twissija pubblika fl-Unjoni.
4.Meta l-migrazzjoni għal teknoloġiji oħra tan-network tista’ tirriżulta fil-waqfien tas-servizzi fuq l-apparati tal-utent finali użati bħalissa, il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għandhom jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-utenti finali mill-inqas sentejn minn qabel, billi jipprovdu pjan direzzjonali li jirrifletti l-proċess tal-migrazzjoni.
Artikolu 6
Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali
1.Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC għandu jadotta rapport, intitolat “Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali” (“il-Pjan”), bl-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-preparatezza tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ infrastrutturi diġitali oħra fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta’ interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem li jista’ jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-popolazzjoni jew fuq il-funzjonament tas-suq intern.
2.Il-Pjan għandu jinkludi:
(a)valutazzjoni komprensiva tal-arkitettura, tal-kapaċitajiet, tal-mezzi u tal-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-fornituri msemmija fl-Artikolu 5(1), imħejjija abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u trażmessa lill-ODN f’konformità mal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament;
(b)sett ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali dwar miżuri ta’ reżiljenza tan-network ibbażati, fost l-oħrajn, fuq il-valutazzjoni skont il-punt (a);
(c)prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha, fost l-oħrajn, tipprovdi ħarsa ġenerali lejn it-topoloġija tan-network fil-livell tal-Unjoni, tidentifika d-diversifikazzjoni tar-rotot, il-konġestjonijiet potenzjali jew il-punti ta’ falliment u l-oqsma fejn huma meħtieġa miżuri relatati mar-reżiljenza, bħal investimenti strateġiċi biex jappoġġaw ir-ridondanza, b’mod partikolari għan-networks diġitali trans-Ewropej. Il-valutazzjoni għandha tiġi ttrattata f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata. L-informazzjoni li tinsab fiha għandha tiġi ppreżentata f’forma aggregata, sabiex tiġi evitata l-ġeolokalizzazzjoni eżatta ta’ assi sensittivi.
Ir-rakkomandazzjonijiet operazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet li jiżguraw il-kapaċità teknika tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex jintegraw ma’ tipi differenti ta’ networks terrestri u mhux terrestri bħal networks satellitari, kapaċitajiet li jiżguraw il-kontinwità ta’ networks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet essenzjali matul sitwazzjonijiet ta’ domanda akbar, ta’ konġestjoni tan-network, jew ta’ interruzzjonijiet naturali jew ikkawżati mill-bniedem inkluż, iżda mhux limitat għal, theddid ta’ indisponibilità tas-sistema, bħal interferenza ta’ ħsara intenzjonali, jew miżuri oħra meqjusa strumentali fl-iżgurar tad-disponibbiltà tas-servizz u tal-kapaċitajiet neċessarji tan-network.
Il-prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom jiġu indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra u għandhom jimmiraw għal proċeduri armonizzati, għal arranġamenti ta’ koordinazzjoni u għal protokolli operazzjonali li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem. Il-prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu konsistenti mal-mekkaniżmi rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali tal-protezzjoni ċivili, tal-maniġġar ta’ kriżijiet u tar-rispons għal dawn, u għandhom ikunu komplementari għalihom.
Artikolu 7
Kooperazzjoni u ġbir tad-data li jappoġġaw it-tħejjija tal-Pjan
1.Biex jappoġġa lill-BEREC, l-ODN għandu jħejji l-abbozz tal-Pjan f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u, f’dak li għandu x’jaqsam mal-preparatezza u mar-reżiljenza tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u f’konsultazzjoni mal-ENISA u mal-awtoritajiet Ewropej rilevanti ta’ koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet u tal-protezzjoni ċivili, kif xieraq. Il-Pjan għandu jiġi rieżaminat u aġġornat b’mod regolari abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.Sabiex jappoġġaw it-tħejjija tal-Pjan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fuq bażi biennali, jiġbru informazzjoni dwar l-arkitettura, il-kapaċità, il-mezzi u l-użu tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku u, fejn rilevanti, in-networks użati, b’mod sħiħ jew prinċipalment, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika disponibbli għall-pubbliku, sa fejn tali informazzjoni ma tkunx diġà tqiegħdet għad-dispożizzjoni tagħhom jew għal awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali.
3.It-talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu motivati, proporzjonati u limitati għal dak li jkun strettament neċessarju għat-twettiq ta’ kompiti relatati mar-reżiljenza u mal-preparatezza. L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-ODN fuq bażi biennali.
4.Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-ENISA, jippubblika mudell komuni li għandu jintuża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-ġbir tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 8
Kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ma’ korpi oħra tal-Unjoni jew ma’ gruppi ta’ esperti
1.Meta interruzzjoni, kriżi jew force majeure naturali jew ikkawżata mill-bniedem tinvolvi jew tikkoinċidi ma’ inċident ċibernetiku fuq skala kbira skont it-tifsira tal-Artikolu 6, il-punt (7) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-BEREC għandu jipprovdi lin-Network Ewropew ta’ Organizzazzjoni ta’ Kollegament f’każ ta’ Ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti biex jiżgura għarfien kondiviż tas-sitwazzjoni u koerenza fir-rispons għall-kriżijiet.
2.Fuq talba, l-ODN għandu jaqsam mal-Kummissjoni d-dettalji tal-analiżi użata biex jitħejja l-Pjan f’konformità mal-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tqis tali informazzjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament, inklużi investimenti strateġiċi f’networks diġitali trans-Ewropej jew meta tadotta politiki jew miżuri biex ittejjeb ir-reżiljenza u l-preparatezza tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif xieraq.
3.Il-kompiti u l-azzjonijiet skont din il-Parti ma għandhomx jaffettwaw il-kompiti tal-ENISA, tal-Iskwadra ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRT, Computer Security Incident Response Team), tal-EU-CyCLONe, tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bid-Direttiva (UE) 2022/2555 jew gruppi oħra ta’ esperti jew sistemi ta’ koordinazzjoni skont il-liġi tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni.
3.PARTI III - AWTORIZZAZZJONI TAS-SUQ UNIKU U PASSAPORTAR
Artikolu 9
Awtorizzazzjoni ġenerali
1.Il-libertà li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet u għall-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biss għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tat-TFUE għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika. Kwalunkwe limitazzjoni bħal din għandha tkun motivata kif xieraq u għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
2.Ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali għandu japplika għall-fornituri ta’ servizzi pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użati, kompletament jew prinċipalment, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika disponibbli għall-pubbliku.
3.Ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali ma għandux japplika għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri.
4.Skont ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, id-dritt li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun soġġett biss għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, mar-rekwiżiti għar-reżiljenza u għall-preparatezza tan-networks matul interruzzjonijiet, kriżijiet jew force majeure naturali jew ikkawżati mill-bniedem skont dan ir-Regolament u mat-termini tal-użu għall-komunikazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi lill-pubbliku ġenerali għat-twissija tal-pubbliku dwar theddid imminenti u għall-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ katastrofi kbar;
(b)il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, mat-termini tal-użu għal servizzi ta’ komunikazzjoni kritika matul diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi u l-awtoritajiet ta’ emerġenza;
(c)il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 187;
(d)il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, mar-regoli dwar iċ-ċibersigurtà, inklużi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT imposti f’konformità mal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 80 ;
(e)l-abilitazzjoni tal-aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji, inkluż għall-interċettazzjoni legali u għaż-żamma tad-data f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, fl-Istati Membri li fihom jiġi pprovdut is-servizz, li jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, kif applikabbli għall-fornitur;
(f)iż-żamma tal-integrità tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż b’kundizzjonijiet li jimpedixxu l-interferenza elettromanjetika bejn networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2014/30/UE 81 , kif applikabbli għall-fornitur;
(g)il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, mar-rekwiżiti jew mal-miżuri dwar l-interkonnessjoni f’konformità mal-Artikolu 66;
(h)għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-konformità, kif applikabbli għall-fornitur, ma’ ftehimiet internazzjonali rilevanti relatati mal-użu ta’ riżorsi skarsi li ma humiex soġġetti għall-għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu;
(i)l-interoperabbiltà tas-servizzi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, kif applikabbli għall-fornitur;
(j)fejn xieraq, imposti amministrattivi f’konformità mal-Artikolu 12.
Kundizzjonijiet addizzjonali għall-użu tal-ispettru tar-radju għandhom japplikaw f’konformità mal-Artikolu 20 u 21, kif applikabbli għall-fornitur.
Kundizzjonijiet addizzjonali għall-użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni li huma assenjati mill-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni u, fejn applikabbli mill-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, għandhom japplikaw f’konformità mal-Artikoli 46 u 50, kif applikabbli għall-fornitur.
Artikolu 10
Proċedura tal-Passaport Uniku
1.Skont ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, meta fornitur ikollu l-ħsieb li jipprovdi networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri, huwa għandu jissottometti notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri skont il-proċedura tal-Passaport Uniku.
2.Il-fornituri ma għandhomx ikunu meħtieġa jiksbu deċiżjoni jew kwalunkwe att amministrattiv ieħor minn kwalunkwe awtorità regolatorja tal-Istat Membru ta’ notifika, li fih il-fornitur ikun biħsiebu jopera, qabel ma jeżerċita d-drittijiet derivati mill-awtorizzazzjoni ġenerali.
3.In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir permezz ta’ mudell ta’ notifika f’konformità mal-linji gwida tal-BEREC maħruġa skont l-Artikolu 125 mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida rilevanti fejn neċessarju.
4.L-awtorità regolatorja notifikata għandha tittrażmetti n-notifika li tirċievi lill-ODN mingħajr dewmien żejjed. Fejn in-notifika tikkonċerna l-bidu tal-forniment ta’ networks u ta’ servizzi f’diversi Stati Membri, l-ODN għandu jibgħatha għall-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn il-fornitur ikollu l-ħsieb li jopera mingħajr dewmien żejjed.
5.Fejn in-notifika tikkonċerna l-intenzjoni ta’ fornitur li diġà jopera fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri li jestendi l-operazzjonijiet tiegħu għal Stati Membri addizzjonali, l-ODN għandu jittrażmetti tali notifika għal informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati, inklużi dawk l-Istati Membri fejn il-fornitur diġà jipprovdi networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
6.Skont il-proċedura tal-Passaport Uniku, l-awtorità notifikata għandha tikkonferma lill-fornitur l-awtorizzazzjoni li jipprovdi networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi żmien ġimgħa mill-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Il-konferma għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ġenerali kollha ta’ awtorizzazzjoni applikabbli fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri, li fihom in-networks jew is-servizzi huma maħsuba li jiġu pprovduti, kif ukoll l-obbligi u d-drittijiet relatati derivati mill-awtorizzazzjoni. Fejn in-notifika tikkonċerna l-intenzjoni ta’ fornitur li diġà jopera fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri li jestendi l-operazzjonijiet tiegħu għal Stati Membri addizzjonali, il-konferma għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ awtorizzazzjoni applikabbli fl-Istati Membri addizzjonali.
7.Ladarba n-notifika tiġi kkonfermata, il-fornitur jista’ jeżerċita d-drittijiet derivati mill-awtorizzazzjoni ġenerali u jibda l-attività, fejn neċessarju soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu skont dan ir-Regolament.
8.L-ODN għandu jżomm bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki sottomessi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet notifikati għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha riċevuti fil-bażi tad-data mill-inqas kull xahrejn.
9.Għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi nnotifikati qabel [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], ma għandha tkun meħtieġa l-ebda notifika ġdida. Il-fornituri jistgħu jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali notifikata biex jiksbu awtorizzazzjoni ġenerali ġdida għal networks jew għal servizzi eżistenti skont il-proċedura ta’ Passaport Uniku. Meta jvaraw networks jew servizzi ġodda tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-fornituri għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ Passaport Uniku li tikkonċerna dawn in-networks jew is-servizzi l-ġodda.
Artikolu 11
Linji gwida u Assistenza reċiproka
1.Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi l-punti ta’ kuntatt deżinjati f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jippubblika linji gwida biex jiżgura li l-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 9(4) jiġu applikati b’mod koerenti, nondiskriminatorju u proporzjonat u jkunu aċċessibbli għall-fornituri permezz tal-paġna web tal-ODN.
2.Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali bil-kompitu li jikkomunika mal-ODN u li jżomm informazzjoni aġġornata dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali applikabbli għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari dawk relatati mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, inklużi l-kundizzjonijiet rigward iċ-ċibersigurtà, l-aċċess għad-data u l-protezzjoni tad-data u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3.Il-proċeduri li jikkonċernaw in-notifika, il-konferma għall-bidu tal-attivitajiet u tal-assistenza reċiproka għall-infurzar u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ODN f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/903 jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
4.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar tal-Istati Membri fir-rigward tad-dritt applikabbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, skont ir-reġim tal-Passaport Uniku, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika għandu jkollha s-setgħa li timponi penali għall-ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. F’każ ta’ ksur serju, il-miżuri possibbli, fejn neċessarju wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri affettwati, għandhom jinkludu l-irtirar tad-dritt li wieħed jopera fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri koperti mill-Passaport Uniku.
5.Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn jiġu pprovduti n-networks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tikkonkludi li l-ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jista’ jkollu impatt negattiv serju fit-territorju tagħha għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ interess pubbliku, hija għandu jkollha d-dritt li timponi penali fil-ġuriżdizzjoni tagħha, u fejn xieraq, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tan-notifika.
Artikolu 12
Imposti amministrattivi
1.Meta l-Istati Membri jimponu imposti amministrattivi fuq impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ikun ingħata dritt ta’ użu, dawk l-imposti għandhom:
(a)ikopri, b’kollox, biss il-kostijiet amministrattivi mġarrba fil-ġestjoni, fil-kontroll u fl-infurzar tas-sistema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet tal-użu u tal-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikoli 67, 68(1) 69 u 77, li jistgħu jinkludu l-kostijiet għall-kooperazzjoni internazzjonali, għall-armonizzazzjoni u għall-istandardizzazzjoni, għall-analiżi tas-suq, għall-monitoraġġ tal-konformità u għal kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll, fejn xieraq, għall-ħidma li tinvolvi l-preparazzjoni u infurzar ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni;
(b)jiġu imposti fuq l-impriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat.
2.L-impriżi tal-fatturat taħt ċertu limitu jew l-attivitajiet tagħhom li ma jilħqux sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna, ma għandhomx ikunu soġġetti għal imposti amministrattivi.
3.Meta jiġu stabbiliti imposti amministrattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali annwali tal-kostijiet amministrattivi tagħhom u tas-somma totali tal-imposti miġbura. Fejn teżisti differenza bejn it-total tal-ħlasijiet u tal-kostijiet amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.
4.PARTI IV - RIŻORSI (SPETTRU TAR-RADJU U NUMERAZZJONI)
4.1.TITOLU I: SPETTRU TAR-RADJU
4.1.1.KAPITOLU I: Prinċipji u objettivi
Taqsima 1: Regoli internazzjonali għall-użu u għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju
Artikolu 13
Ippjanar strateġiku u ġestjoni tal-ispettru tar-radju
1.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmaniġġjaw l-ispettru tar-radju fis-suq intern b’mod koordinat, filwaqt li jqisu l-valur tiegħu bħala riżorsa Ewropea komuni, taħt kompetenza kondiviża bil-ħsieb li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku, jiġu protetti l-valuri u s-sigurtà tal-Unjoni, biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, b’mod partikolari s-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll biex tinkiseb is-sigurtà, u s-sovranità diġitali.
2.Il-Kummissjoni, assistita mill-RSPB, u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw fl-ippjanar strateġiku tal-ispettru tar-radju u fil-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispettru tar-radju.
3.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmaniġġjaw l-ispettru tar-radju b’mod effettiv u effiċjenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (“UIT”) u ftehimiet oħra adottati fil-qafas tal-UIT applikabbli għall-ispettru tar-radju. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jeliminaw kwalunkwe sors potenzjali jew attwali ta’ interferenza dannuża transfruntiera jew nazzjonali u għandhom jieħdu miżuri relatati mal-ispettru tar-radju biex jimminimizzaw ir-riskji għas-sigurtà fil-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
4.Meta dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timmaniġġja l-ispettru tar-radju, dan għandu jkun soġġett għall-istess prinċipji u jirrispetta l-istess obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti, sakemm dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 14
Interferenza dannuża
1.Id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju għandu jkollhom id-dritt li jużaw il-frekwenzi tagħhom mingħajr interferenza dannuża, soġġetti għall-Pjanijiet Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi u għall-ftehimiet internazzjonali.
2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u, fejn xieraq, permezz tal-RSPB, fil-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispettru tar-radju. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex isolvu kwalunkwe problema jew tilwima fir-rigward tal-koordinazzjoni transfruntiera jew tal-interferenza dannuża transfruntiera li tipprevjeni l-użu tal-ispettru tar-radju fit-territorju tal-Unjoni.
3.F’każ ta’ koordinazzjoni transfruntiera mhux solvuta jew ta’ interferenza transfruntiera dannuża bejn l-Istati Membri, kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti jew kwalunkwe detentur ta’ dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju jista’ jitlob lill-RSPB biex juża l-bon offiċji tiegħu biex isolvi l-kwistjoni. L-RSPB jista’ joħroġ opinjoni li tipproponi soluzzjoni koordinata. Meta jintalab minn awtorità kompetenti, l-RSPB għandu joħroġ opinjoni bħal din.
4.Meta l-kwistjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri ma tiġix solvuta fi żmien 12-il xahar mit-talba msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali kompetenti minn kwalunkwe Stat Membru jew detentur affettwat ta’ dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex issolvi l-kwistjoni transfruntiera, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-RSPB skont il-paragrafu 3.
5.Meta kwistjoni transfruntiera tinvolvi pajjiż terz, inkluż pajjiż kandidat u pajjiż aderenti, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan l-RSPG għandhom, fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti minn Stat Membru affettwat, jikkooperaw biex jipprovdu appoġġ legali, politiku u tekniku biex isolvu tali kwistjoni, sabiex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josservaw l-obbligi tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jużaw l-ispettru tar-radju skont id-dritt tal-Unjoni.
6.Meta l-kwistjoni transfruntiera li tinvolvi pajjiż terz ma tiġix solvuta fi żmien 12-il xahar mit-talba msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali kompetenti mill-Istat Membru affettwat u wara li tikkonsulta lill-RSPB, tista’ tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-assistenza jew il-kontribut li l-Istati Membri għandhom jipprovdu, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, biex isolvu tali kwistjoni, irrispettivament minn jekk humiex affettwati mill-interferenza dannuża jew le.
7.Meta l-kwistjoni transfruntiera ma’ pajjiż terz ma tkunx tista’ tiġi solvuta bl-assistenza jew bil-kontribut imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill jista’ jikkunsidra li jadotta miżuri restrittivi skont l-Artikolu 29 TUE, f’konformità mal-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.
8.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4) bl-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 199(2) (“il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju”).
Taqsima 2: Prinċipji
Artikolu 15
Prinċipju tal-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju
1.Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu, l-ispettru tar-radju taħt awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet individwali ta’ użu għandhom jiġu kondiviżi mill-fornituri tal-istess servizz (kondiviżjoni intraservizz) jew ta’ servizzi differenti (kondiviżjoni interservizz), soġġetti għall-konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jirrestrinġu l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet relatati ma’ dawn:
(a)is-salvagwardja tal-kompetizzjoni u tal-aċċess nondiskriminatorju għas-suq;
(b)il-fattibbiltà teknika jew ekonomika;
(c)meta d-drittijiet esklużivi tal-użu tal-ispettru tar-radju jkunu neċessarji għas-salvagwardja tas-sikurezza pubblika, tas-sigurtà nazzjonali, tad-difiża jew tal-protezzjoni tas-servizzi essenzjali;
(d)l-evitar ta’ interferenza dannuża;
(e)il-koordinazzjoni transfruntiera.
2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-ispettru tar-radju assenjat jintuża b’mod effiċjenti. Għal dan l-għan, jistgħu jirrikjedu li d-detentur tal-ispettru tar-radju, inklużi dawk għad-difiża u għas-sigurtà, jikkondividi kwalunkwe porzjon tal-ispettru tar-radju li ma jintużax f’żona ġeografika jew f’perjodu ta’ żmien partikolari, dment li l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju ma jfixkilx, ma jiddegradax, jew ma jillimitax b’xi mod ieħor l-użu tal-ispettru tar-radju mid-detentur oriġinali u li l-użu kondiviż ikun konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni.
Artikolu 16
Prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tas-servizzi
1.F’konformita mad-dritt tal-Unjoni, jista’ jintuża kwalunkwe tip ta’ teknoloġija biex jiġu pprovduti networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-ispettru tar-radju ddikjarat disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jirrestrinġu dak id-dritt biss meta dan ikun neċessarju u proporzjonat għal raġunijiet ta’:
(a)evitar ta’ interferenza dannuża;
(b)protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra oqsma elettromanjetiċi f’riskju, filwaqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE;
(c)żgurar tal-kwalità teknika tas-servizz;
(d)żgurar tal-massimizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju;
(e)salvagwardja tal-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju;
(f)żgurar tat-twettiq tal-objettivi f’konformità mal-paragrafu 2.
3.F’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jista’ jiġi pprovdut kwalunkwe tip ta’ servizz tal-komunikazzjonjieti elettroniċi fl-ispettru tar-radju ddikjarat disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi, .
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jirrestrinġu dak id-dritt biss sabiex jissodisfaw rekwiżit skont ir-Regolamenti tar-Radju tal-UIT abbażi ta’ kriterji proporzjonati u nondiskriminatorji. Awtorità nazzjonali kompetenti għandu jkollha d-dritt li titlob li servizz partikolari jiġi pprovdut f’banda speċifika biss meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’:
(a)protezzjoni tas-sikurezza tal-ħajja;
(b)promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali;
(c)evitar ta’ użu ineffiċjenti tal-ispettru tar-radju;
(d)promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-pluraliżmu tal-media, pereżempju l-forniment ta’ servizzi tax-xandir bir-radju u televiżiv;
(e)ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati s-sikurezza pubblika, is-sigurtà nazzjonali, id-difiża, jew il-protezzjoni tas-servizzi essenzjali.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprojbixxu biss il-forniment ta’ kwalunkwe servizz ieħor f’banda speċifika, fejn dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi protetta s-sikurezza tal-ħajja.
4.1.2.KAPITOLU II: Allokazzjoni
Taqsima 1: Strateġija dwar l-ispettru tar-radju u pjanijiet direzzjonali għall-allokazzjoni
Artikolu 17
Strateġija u pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju
1.Wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati u lill-RSPB, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju li tħares ’il quddiem u għandha taġġornaha wara kull Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni, fejn meħtieġ.
2.L-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju għandha tiggwida l-ippjanar fit-tul tal-ispettru tar-radju, l-innovazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju madwar l-Unjoni. Hija għandha tidentifika l-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju u tiżgura d-disponibbiltà u, fejn rilevanti, tipproteġi l-ispettru tar-radju neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi ta’ oqsma ta’ politika differenti tal-Unjoni li jinvolvu l-użu tal-ispettru tar-radju, inklużi d-difiża u s-sigurtà, għal komunikazzjonijiet kritiċi u għal skopijiet oħra, inkluż ir-rilevament. Id-disponibbiltà tal-ispettru tar-radju għas-salvagwardja tas-sikurezza pubblika, tas-sigurtà nazzjonali, tad-difiża jew tal-protezzjoni tas-servizzi essenzjali taħt kundizzjonijiet armonizzati għandha titqies fl-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju u tiġi riflessa b’mod adegwat fil-pjanijiet nazzjonali għall-allokazzjoni tal-frekwenzi.
3.Abbażi tal-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni, fejn rilevanti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tadotta pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju.
Kull pjan direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju għandu jidentifika l-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju relatati ma’ teknoloġija jew ma’ servizz speċifiku tal-ispettru tar-radju u jistabbilixxi skedi ta’ żmien għall-armonizzazzjoni teknika tal-użu tal-ispettru tar-radju skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u, fejn rilevanti, skadenzi għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ dak l-ispettru tar-radju skont dan ir-Regolament, li jistgħu jidderogaw mill-iskadenza stabbilita mill-Artikolu 18(1). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ deroga mill-iskadenza tal-Artikolu 18(1) skont l-Artikolu 18(2) u (3).
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4) bl-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 199(2). L-RSPB għandu jimmonitorja l-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u soċjetali relatati mal-użu tal-ispettru tar-radju, u, fejn neċessarju, għandu jirrakkomanda l-aġġornament ta’ kwalunkwe pjan direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju.
4.Fi żmien 9 xhur mill-adozzjoni tal-pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-RSPB il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom dwar l-ispettru tar-radju, filwaqt li jindikaw, fejn rilevanti, il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju u l-iskedi ta’ żmien tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali dwar l-ispettru tar-radju u jaġġornawhom regolarment.
5.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni u lill-RSPB dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom dwar l-ispettru tar-radju. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan l-RSPB għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’oqsma fejn il-progress lejn objettiv wieħed jew aktar tal-pjan direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju jitqies bħala insuffiċjenti mill-Kummissjoni jew mill-RSPB.
Artikolu 18
Koordinament tat-twaqqit tal-assenjamenti
1.Meta l-użu tal-ispettru tar-radju jkun ġie armonizzat f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-broadband mingħajr fili, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jawtorizzawh fi żmien 24 xahar mill-adozzjoni ta’ dik il-miżura, jew mill-aktar fis possibbli wara t-tneħħija ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
2.L-iskadenza stabbilita mill-paragrafu 1 tista’ tiġi estiża għal banda speċifika sa fejn ikun neċessarju minn waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)restrizzjoni għall-użu ta’ dik il-banda abbażi tal-objettiv ta’ interess ġenerali previst fl-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) jew (d);
(b)kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti li jirriżultaw f’interferenza dannuża ma’ pajjiżi terzi, dment li l-Istat Membru affettwat ikun, fejn xieraq, talab l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 14(5);
(c)il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati s-sigurtà u d-difiża nazzjonali;
(d)force majeure.
L-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha tirrieżamina l-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-inqas kull sentejn u fuq talba minn utent prospettiv tal-ispettru tar-radju jew mill-Kummissjoni.
3.L-iskadenza stabbilita mill-paragrafu 1 tista’ tiġi estiża għal banda speċifika sa kemm ikun neċessarju u sa 24 xahar fil-każ ta’:
(a)kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti f’interferenza dannuża bejn l-Istati Membri, dment li l-Istat Membru affettwat ikun ħa l-miżuri neċessarji kollha b’mod puntwali skont l-Artikolu 14(3) u (4);
(b)il-ħtieġa li tiġi żgurata, u kif ukoll il-kumplessità biex tiġi żgurata, il-migrazzjoni teknika tal-utenti eżistenti ta’ dik il-banda.
4.Fil-każ ta’ estensjoni skont il-paragrafu 2 jew 3, l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni fil-ħin, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet.
5.Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jippermettu użu alternattiv tal-banda tal-ispettru tar-radju armonizzata kollha jew parti minnha, meta:
(a)konsultazzjoni pubblika li ssir f’konformità mal-Artikolu 184 u valutazzjoni li tħares ’il quddiem tad-domanda tas-suq, f’konformità mal-Artikolu 32, juru nuqqas ta’ domanda ċara għall-użu armonizzat tal-banda tal-ispettru tar-radju fil-futur prevedibbli;
(b)tali użu alternattiv ma jipprevjenix jew ma jfixkilx id-disponibbiltà jew l-użu ta’ tali banda fi Stati Membri oħra.
L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra, permezz tal-ODN, bid-deċiżjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet għaliha, u tirrieżaminaha regolarment.
6.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiddetermina d-dati komuni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ spettru tar-radju armonizzat speċifiku f’konformità mal-paragrafu 1 u b’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Taqsima 2: Petizzjoni għall-allokazzjoni/għall-armonizzazzjoni
Artikolu 19
Talba għall-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju
1.Kwalunkwe parti interessata tista’ tissottometti talba motivata lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u/jew għall-użu effiċjenti ta’ banda ta’ frekwenzi speċifika skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
2.Fuq talba bħal din, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjoni pubblika u tissottometti dik it-talba jew lill-RSPB għal rapport jew għal opinjoni, jew lill-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, jew lit-tnejn. Fejn ikun indirizzat, il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
Għandha tingħata tweġiba motivata għal talba bħal din fi żmien skadenza raġonevoli.
3.Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-talba u t-tweġiba.
4.1.3.KAPITOLU III: Assenjament
Taqsima 1: Prinċipji
Artikolu 20
Awtorizzazzjoni ġenerali tal-użu tal-ispettru tar-radju
1.L-ispettru tar-radju għandu jintuża taħt awtorizzazzjoni ġenerali soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm ma jkunx meħtieġ dritt individwali ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 21.
2.L-impriżi awtorizzati li jużaw l-ispettru tar-radju abbażi tal-awtorizzazzjoni ġenerali għandhom ikunu soġġetti biss għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)li jipprovdu servizz jew jużaw tip ta’ teknoloġija jekk tiġi imposta restrizzjoni skont l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, inklużi, fejn xieraq, il-kopertura u r-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizz;
(b)li jużaw l-ispettru tar-radju b’mod effettiv u effiċjenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(c)li japplikaw il-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi neċessarji biex tiġi evitata l-interferenza dannuża u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-oqsma elettromanjetiċi, filwaqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE, fejn tali kundizzjonijiet ikunu differenti minn dawk li jakkumpanjaw l-użu tal-ispettru tar-radju taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali;
(d)li jikkonformaw mar-regoli taċ-ċibersigurtà, inklużi r-rekwiżiti tal-katina tal-provvista tal-ICT skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881.
Artikolu 21
Drittijiet individwali ta’ użu tal-ispettru tar-radju
1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jissoġġettaw l-użu tal-ispettru tar-radju għal drittijiet individwali biss meta jkun neċessarju biex jimmassimizzaw l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju fid-dawl tad-domanda u filwaqt li jqisu dawn li ġejjin:
(a)il-karatteristiċi speċifiċi tal-ispettru tar-radju kkonċernat;
(b)il-ħtieġa li tiġi evitata interferenza dannuża;
(c)l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet affidabbli għall-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju, fejn xieraq;
(d)il-ħtieġa li tkun żgurata l-kwalità teknika tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizz;
(e)l-objettivi ta’ interess ġenerali kif stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni;
(f)il-ħtieġa li jkun salvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju.
2.L-impriżi li għandhom dritt individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jistgħu jkunu, minbarra l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2), soġġetti biss għall-kundizzjonijiet, stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti qabel l-assenjament jew it-tiġdid ta’ tali dritt, relatati ma’ dawn:
(a)perjodu ta’ żmien u durata massima f’konformità mal-Artikolu 24, soġġetti għal kwalunkwe bidla fil-Pjan Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi;
(b)it-trasferiment jew lokazzjoni tad-drittijiet f’konformità mal-Artikolu 26;
(c)il-ħlas tat-tariffi għad-drittijiet ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 29;
(d)l-issodisfar ta’ kwalunkwe impenn magħmul fil-qafas ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ proċess ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni jew, fejn applikabbli, għall-istedina għall-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ użu;
(e)l-akkomunament jew il-permess tal-aċċess għall-ispettru tar-radju għal utenti oħra f’reġjuni speċifiċi jew fil-livell nazzjonali jew il-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 27;
(f)l-użu ta’ baned tal-ispettru tar-radju f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti;
(g)il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu sperimentali tal-baned tal-ispettru tar-radju;
(h)il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew attiva li tiddependi fuq l-ispettru tar-radju;
(i)il-ftehimiet kummerċjali ta’ aċċess għar-roaming;
(j)il-varar konġunt ta’ infrastrutturi għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jibbażaw fuq l-użu tal-ispettru tar-radju.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jehmżu kundizzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (e), (h), (i) jew (j) ta’ dan il-paragrafu sakemm ma jkunx iġġustifikat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.
3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw u jinformaw lill-partijiet interessati, fil-ħin u b’mod trasparenti, dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mehmuża mad-drittijiet individwali ta’ użu qabel ma jiġu imposti. Huma għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet minn qabel u jibagħtuhom lill-partijiet interessati b’mod trasparenti.
4.L-awtorità kompetenti tista’ tgħaqqad id-drittijiet individwali mal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-ispettru tar-radju, filwaqt li tqis kwalunkwe effett probabbli fuq il-kompetizzjoni, fuq l-innovazzjoni u fuq id-dħul fis-suq.
5. L-RSPB għandu jiġbor prattiki tajbin dwar l-għażla bejn l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali.
Taqsima 2: Armonizzazzjoni
Artikolu 22
Kundizzjonijiet komuni għall-awtorizzazzjoni tal-użu għall-ispettru tar-radju
1.L-utenti prospettivi tal-ispettru tar-radju f’żewġ Stati Membri jew f’diversi Stati Membri, għal networks pubbliċi u mhux pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-Istati Membri kkonċernati biex jistabbilixxu b’mod konġunt, bl-assistenza tal-RSPB, kundizzjonijiet komuni għall-awtorizzazzjoni biex inaqqsu l-kost tal-varar jew l-impatt ambjentali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’talbiet bħal dawn.
2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, meta l-Kummissjoni jew mill-inqas żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jissottomettu talba motivata, irrispettivament minn jekk it-talba tiġix sottomessa mill-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le, l-RSPB għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jiżviluppa proposta għal kundizzjonijiet komuni għall-awtorizzazzjoni, inkluż fir-rigward tal-aħjar mod kif jiġi kondiviż l-ispettru tar-radju bejn in-networks pubbliċi u privati, f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni. Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-proposta tal-RSPB u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(4), il-Kummissjoni tista’ tadotta kundizzjonijiet komuni għall-awtorizzazzjoni vinkolanti fl-Istati Membri kollha u tistabbilixxi format komuni li għandu jintuża.
3.Fuq talba ta’ żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew aktar, jew tal-Kummissjoni, l-RSPB għandu jindirizza l-opportunità u l-modalitajiet tal-awtorizzazzjoni ta’ parti mill-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni u jissuġġerixxi l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni xierqa u l-kundizzjonijiet tal-għoti biex tiġi żgurata l-eżistenza fl-Unjoni kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-broadband mingħajr fili ta’ kwalità għolja (“servizzi tal-broadband mingħajr fili”), inklużi servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita Direttament għall-Apparat. Wara li tikkonsulta lill-RSPB, il-Kummissjoni tista’ tissupplimenta dan ir-Regolament, permezz ta’ att delegat f’konformità mal-Artikolu 198, filwaqt li tiddefinixxi l-proċessi u l-kundizzjonijiet tal-għoti għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju f’banda ta’ spettru tar-radju armonizzata partikolari, jew partijiet minnha, fil-livell tal-Unjoni.
4.Meta twettaq il-proċess ta’ awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tfittex l-assistenza tal-RSPB, tal-ODN, tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet jew ta’ esperti esterni.
5.Meta l-kundizzjonijiet komuni ta’ awtorizzazzjoni jkunu ġew stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dettalji ta’ proċedura ta’ punt uniku ta’ servizz li tippermetti lil impriża tippreżenta fl-ODN talbiet għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju f’aktar minn Stat Membru wieħed, u tispeċifika l-arranġamenti proċedurali, inkluż l-iskadenzi amministrattivi.
6.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtu d-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet sal-iskadenzi stabbiliti mill-Artikolu 30(8).
7.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 23
Assenjament armonizzat tal-ispettru tar-radju
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhom jimponu l-ebda kundizzjoni, kriterju jew proċedura addizzjonali oħra meta d-detenturi tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju jkunu ntgħażlu skont proċedura komuni tal-għażla fil-livell tal-Unjoni jew fejn japplikaw il-kundizzjonijiet armonizzati tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
Taqsima 3: Regoli armonizzati applikabbli għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni
Artikolu 24
Durata tad-drittijiet
1.Id-drittijiet ta’ użu tal-ispettru tar-radju għandhom fil-prinċipju jingħataw għal durata illimitata. Id-drittijiet individwali ta’ użu mogħtija għal perjodu ta’ żmien bla limitu għall-ispettru tar-radju użat għan-networks u għas-servizzi tal-broadband bla fili għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet regolari mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż l-obbligi tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz. Tali rieżamijiet ma għandhomx jitwettqu qabel kull 20 sena wara li jkun ingħata tali dritt individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju. Ir-rieżamijiet perjodiċi għandhom jiġu nnotifikati skont il-proċedura tal-Artikolu 31.
2.Id-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju li jingħataw għal perjodu ta’ żmien mhux limitat jistgħu jiġu rrevokati fi kwalunkwe ħin għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 25(2), u b’avviż ta’ 5 snin fil-każijiet l-oħra kollha. B’eċċezzjoni, meta d-drittijiet individwali ta’ użu tal-ispettru armonizzat tar-radju għal servizzi broadband bla fili li jkunu ngħataw għal durata illimitata jiġu rrevokati fl-ewwel 40 sena mill-ħruġ tagħhom, għandu japplika l-Artikolu 195.
3.B’eċċezzjoni għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jistgħu jingħataw għal perjodu limitat li jitqies xieraq fid-dawl tal-objettivi segwiti f’konformità mal-Artikolu 30(4), fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiġi promossa, jew evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 32.
Meta d-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jingħataw għal perjodu limitat, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi durata massima minn qabel, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe bidla sussegwenti fil-Pjan Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi u tispeċifikaha fid-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad-drittijiet individwali.
4.Meta l-awtoritajiet kompetenti jissoġġettaw id-drittijiet individwali ta’ użu għall-miżuri armonizzati tal-ispettru tar-radju biex jippermettu l-użu tiegħu għal servizzi broadband bla fili għal durata limitata, id-detenturi ta’ dawk id-drittijiet ta’ użu għandu jkollhom id-dritt li jużaw l-ispettru tar-radju għal perjodu ta’ mill-inqas 40 sena.
Meta jingħataw għal perjodu limitat, id-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandhom ikunu soġġetti għal tiġdid f’konformità mal-Artikolu 25.
5.Fejn ikun debitament ġustifikat, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jimponu durata iqsar minn 40 sena, għal spettru armonizzat jew mhux armonizzat, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)f’żoni ġeografiċi limitati, fejn l-aċċess għal networks ta’ veloċità għolja jkun batut ħafna jew assenti;
(b)għal proġetti speċifiċi ta’ terminu qasir;
(c)għal użu sperimentali billi jiġu imposti obbligi speċifiċi;
(d)għal użi tal-ispettru tar-radju li, f’konformità mal-Artikolu 16(1) u (2), jistgħu jeżistu flimkien mas-servizzi tal-broadband bla fili;
(e)għal użu alternattiv tal-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 18(5).
6.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jaġġustaw it-tul ta’ żmien tad-drittijiet ta’ użu stabbiliti f’dan l-Artikolu biex jiżguraw l-iskadenza simultanja tat-tul ta’ żmien tad-drittijiet f’banda waħda jew aktar, jew bil-ħsieb li jivvalutaw il-ħtieġa għal tiġdid f’konformità mal-Artikolu 25, fil-każ tal-aħħar għal perjodu ta’ sentejn biss, li jista’ jiġġedded darba.
Artikolu 25
Tiġdid ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju
1.Kwalunkwe dritt ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju soġġett għal durata limitata għandu jiġġedded awtomatikament għal durata simili u b’kundizzjonijiet simili fuq talba tad-detentur tiegħu.
2.B’deroga mill-paragrafu 1, wara li tagħti lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom permezz ta’ konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 184, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, mill-inqas 5 snin qabel l-iskadenza tad-dritt, li ma ġġeddidx awtomatikament id-dritt ta’ użu u jew tħalli d-dritt jiskadi u torganizza proċedura ta’ awtorizzazzjoni miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja sabiex tagħti drittijiet ġodda, jew li ġġedded id-drittijiet eżistenti soġġetti għal durata differenti jew għal kundizzjonijiet differenti għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)l-issodisfar tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 30(4), kif ukoll l-objettivi tal-politika pubblika skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, filwaqt li titqies ukoll l-importanza tal-investimenti eżistenti;
(b)l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni teknika ġdida adottata f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;
(c)in-nuqqas serju ta’ implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mad-dritt ta’ użu kkonċernat mid-detentur tiegħu;
(d)il-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni, jew li evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 32;
(e)il-ħtieġa li l-użu tal-ispettru tar-radju jsir aktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;
(f)meta l-ispettru tar-radju jkun ingħata mingħajr ħlas.
Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkunsidra li ma ġġeddidx id-dritt ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju għar-raġunijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), hija għandha tipproċedi bi proċedura ta’ għażla ġdida biss meta jkun hemm evidenza ta’ domanda kredibbli tas-suq minn impriżi għajr dawk li għandhom drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju fil-banda kkonċernata u meta tkun stabbiliet li l-għadd ta’ infrastrutturi li jistgħu jiġu sostnuti ekonomikament fis-suq ikun ogħla mill-għadd ta’ operaturi preeżistenti.
3.Sakemm id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tittiħidx mhux aktar tard minn 5 snin qabel l-iskadenza tad-drittijiet ikkonċernati, id-drittijiet eżistenti għandhom jiġġeddu awtomatikament skont il-paragrafu 1.
4.Id-deċiżjoni ta’ tiġdid għandha tkun akkumpanjata minn rieżami tat-tariffi annwali u ta’ darba relatati mal-użu tal-ispettru tar-radju, li għandu jitwettaq abbażi tal-Artikolu 29. Meta jiddefinixxu l-livell tat-tariffi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn, il-prezzijiet storiċi, il-parametri referenzjarji internazzjonali, l-evoluzzjoni tad-dħul medju għal kull MHz għal kull konnessjoni filwaqt li jqisu l-ispettru tar-radju kollu użat għas-servizz rispettiv, u l-kost tal-opportunità tal-ispettru tar-radju.
5.Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju li ngħataw qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u li jiskadu f’perjodu ta’ żmien ta’ mill-inqas 7 snin wara dik id-data.
Artikolu 26
Trasferiment jew lokazzjoni ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju
1.Id-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għajr l-ispettru tar-radju assenjat għax-xandir b’interess ġenerali jew b’objettiv kulturali marbut, u għajr l-ispettru li jkun ingħata mingħajr ħlas, għandu jkollhom id-dritt li jittrasferixxu jew joffru lokazzjoni tad-drittijiet ta’ użu tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu u soġġetti għall-konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni.
2.Id-detentur tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi jew li joffri lokazzjoni tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, kif ukoll id-data effettiva tat-trasferiment tagħhom, lill-awtorità nazzjonali kompetenti li għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.
Mid-data tat-trasferiment jew tal-lokazzjoni, iċ-ċessjonarju jew il-lokatarju għandu jkun marbut bil-kundizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, inklużi, pereżempju, kundizzjonijiet stretti kontra ż-żamma preventiva tal-ispettru u kundizzjonijiet biex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtorità nazzjonali kompetenti f’konformità mal-paragrafu 3. Fil-każ ta’ lokazzjoni, iċ-ċessjonarju oriġinali għandu jkun marbut bil-kundizzjonijiet oriġinali flimkien mal-lokatur. Fil-każ ta’ spettru armonizzat tar-radju, kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma’ tali użu armonizzat.
3.It-trasferiment jew il-lokazzjoni ta’ dawk id-drittijiet ta’ użu ma għandhomx jiġu rrifjutati sakemm ma jkunx hemm riskju ċar ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni mill-akkumulazzjoni tad-drittijiet ta’ użu b’mod partikolari f’konformità mal-Artikolu 32 jew sakemm ma jkunx hemm dubji serji dwar jekk l-utent il-ġdid ikunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet oriġinali għad-dritt ta’ użu.
B’kont meħud tal-kuntest u taċ-ċirkostanzi tat-trasferiment tad-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju, b’mod partikolari jekk iċ-ċessjonarju huwiex ikkontrollat direttament jew indirettament, pereżempju permezz ta’ finanzjament sinifikanti, inklużi sussidji, mill-gvern ta’ pajjiż terz jew huwiex qed iwettaq proġetti jew programmi esterni mmexxija mill-Istat, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimblukkaw it-trasferiment tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju li huwa neċessarju u proporzjonat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)ir-reżiljenza;
(b)is-sigurtà, inklużi l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(c)id-difiża;
(d)iż-żamma tal-ordni pubbliku, li t-tfixkil jew l-abbuż tiegħu jista’ jkollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni.
Kwalunkwe imposta amministrattiva imposta fuq l-impriżi b’rabta mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għat-trasferiment, għall-kondiviżjoni jew għal-lokazzjoni tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandha tikkonforma mal-Artikolu 12.
4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati biex id-drittijiet kurrenti tal-użu jsiru trasferibbli u jingħataw b’lokazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u jemendaw fil-ħin, fejn neċessarju, f’konformità mal-Artikolu 194, il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet eżistenti tal-użu wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għall-ispettru tar-radju rilevanti jkunu jistgħu jinqasmu jew jiġu diżaggregati bl-aħjar mod.
Artikolu 27
Użu kondiviż tal-ispettru tar-radju
1.F’konformità mal-Artikolu 15, u mingħajr preġudizzju għall-kopertura jew għal obbligi oħra imposti fuq id-detenturi tad-drittijiet individwali ta’ użu għall-frekwenza tar-radju, u għall-obbligi meħuda fil-kuntest ta’ proċedura kompetittiva jew komparattiva, id-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandhom jieħdu passi biex jorganizzaw, jippermettu u joffru l-kondiviżjoni tad-drittijiet ta’ użu tagħhom, fejn tali kondiviżjoni tkun teknikament fattibbli u soġġetta għall-konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni.
2.Kwalunkwe parti terza interessata li tuża parti mill-ispettru tar-radju f’territorju jew f’perjodu ta’ żmien speċifiku tista’ tesprimi l-interess tagħha lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
Id-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju meta juru li jkunu qed jużaw l-ispettru tar-radju jew li jkunu żviluppaw pjanijiet biex jużawh fil-futur prevedibbli, b’mod li l-kondiviżjoni ma tkunx teknikament fattibbli. Id-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għandhom jimpenjaw ruħhom għal dawk il-pjanijiet. Jekk detentur tad-dritt ta’ użu ma jaġixxix f’konformità mal-pjan tiegħu, għandu japplika l-Artikolu 196.
Meta jivvalutaw il-fattibbiltà tal-użu kondiviż ta’ spettru tar-radju, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu l-pjanijiet ta’ varar tad-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għad-durata kollha tad-dritt tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw il-proċedura tal-Artikolu 188 mutatis mutandis. Dawn jistgħu jippermettu l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju għal durata limitata jew jipprevedu rieżami perjodiku. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimblukkaw l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 26(3).
3.Il-kundizzjonijiet għall-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju għandhom jiġu stabbiliti fid-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 21.
Tali kundizzjonijiet għandhom jiddeterminaw dawn li ġejjin:
(a)il-prijorità tal-użu, ir-regoli ta’ koeżistenza u t-tip ta’ protezzjoni kontra interferenza dannuża bejn id-detentur primarju u sekondarju;
(b)it-tip ta’ użu permess lill-utent il-ġdid meta mqabbel mal-użu oriġinali awtorizzat;
(c)jekk l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju jistax jiġi impost f’każ ta’ ksur ta’ obbligu marbut mad-dritt ta’ użu, bħal obbligu ta’ kopertura.
4.Kwalunkwe obbligu li jakkumpanja d-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju jista’ jiġi ssodisfat jew mill-utent oriġinali jew mill-utent il-ġdid jew mit-tnejn li huma. Iż-żewġ utenti għandhom ikunu marbuta bl-obbligi stabbiliti fid-dritt ta’ użu li jirregolaw il-kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju.
5.Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ] l-RSPB għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BEREC, jadotta gwida biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15.
Artikolu 28
Bażi tad-data
1.L-ODN għandu jistabbilixxi bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru tar-radju biex jippromwovi u jippermetti l-użu kondiviż ta’ baned speċifiċi ta’ spettru tar-radju ħalli tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru tar-radju, sabiex jiġu appoġġati l-politiki tal-Unjoni.
Il-bażi tad-data għandha tinkludi informazzjoni aġġornata miġbura u pprovduta mill-Istati Membri u mid-detenturi tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju dwar il-ġeolokalizzazzjoni tal-użi eżistenti tal-ispettru tar-radju biex l-utenti prospettivi tal-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jaċċessaw tali spettru tar-radju.
Il-bażi tad-data għandha tkun direttament aċċessibbli għal kwalunkwe utent prospettiv tal-ispettru tar-radju.
2.Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-RSPB, tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-baned ta’ spettru tar-radju koperti mill-bażi tad-data u tiżviluppa arranġamenti prattiċi u formati uniformi għall-ġbir u għall-forniment ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
3.L-istabbiliment u l-użu tal-bażi tad-data għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-privatezza kif ukoll ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, b’mod partikolari skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, u d-dritt tal-Istati Membri li jżommu informazzjoni li hija rilevanti għas-sigurtà nazzjonali. Dan għandu jimminimizza bl-aħjar mod il-piż amministrattiv u l-obbligi eżistenti fuq l-Istati Membri skont liġi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-obbligi li jipprovdu informazzjoni speċifika.
4.L-ODN għandu jamministra l-bażi tad-data.
Artikolu 29
Kontribuzzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju
1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jimponu pagament għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju fil-forma ta’ tariffa ta’ darba jew annwali, jew taħlita tagħhom, iddeterminata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2.It-tariffi annwali u t-tariffi ta’ darba mhux relatati ma’ proċedura ta’ għażla komparattiva jew kompetittiva għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-għan maħsub tagħhom, jiżguraw l-aħjar użu tal-ispettru tar-radju u jqisu l-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament. It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li mill-inqas ikopri, b’kollox, il-kostijiet amministrattivi mġarrba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-ġestjoni, fil-kontroll u fl-infurzar tar-regoli dwar l-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 12(1), il-punt (a).
Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-BEREC u tal-RSPB, għandha tadotta rakkomandazzjoni dwar metodoloġija komuni għad-definizzjoni tat-tariffi annwali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, li tista’ tqis il-karatteristiċi differenti tal-ispettru tar-radju, bħall-kapaċità ta’ banda ta’ spettru tar-radju u l-iskarsezza tagħha, u s-servizz maħsub li jiġi pprovdut.
3.It-tariffi ta’ darba fi proċedura ta’ għażla komparattiva, jekk ikun hemm, jew il-prezzijiet ta’ riżerva fi proċedura ta’ għażla kompetittiva għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jiżgura l-assenjament u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, kif ukoll l-investimenti u l-varar ta’ networks u ta’ servizzi.
Kwalunkwe prezz ta’ riżerva għandu jiġi stabbilit bħala pagament minimu biex jinkiseb id-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju.
Qabel ma timponi prezz ta’ riżerva, jew tiddefinixxi l-livell tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tqis il-kostijiet involuti mill-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawk id-drittijiet.
Sa [12-il xahar wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC u mal-RSPB, tadotta rakkomandazzjoni dwar metodoloġija komuni għad-definizzjoni ta’ prezz ta’ riżerva, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, il-kost tal-opportunità tal-ispettru tar-radju u l-karatteristiċi tal-banda.
4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Jekk waħda mir-rakkomandazzjonijiet ma tiġix segwita u d-devjazzjonijiet jippersistu mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tiżgura applikazzjoni armonizzata.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
5.Kwalunkwe pagament ta’ kwalunkwe tariffa għandu jiġi applikat biss meta l-ispettru tar-radju jkun effettivament disponibbli għall-użu, u għandha tingħata l-possibbiltà li dawk it-tariffi jitħallsu f’pagamenti parzjali annwali.
6.It-tariffi annwali jew ta’ darba għandhom, fuq talba, jiġu rrimborżati mal-issodisfar ta’ impenji determinati minn qabel mid-detentur ta’ dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju. Il-possibbiltà u r-rata għal tali rimborż għandhom ikunu trasparenti, ġusti u nondiskriminatorji u mħabbra qabel kwalunkwe proċedura ta’ għażla jew assenjament, jew proċess ta’ tiġdid jew ta’ rieżami.
Taqsima 4: Proċeduri tal-għoti u ta’ għażla
Artikolu 30
Għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju u proċedura ta’ għażla
1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtu drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 21 fuq talba u wara proċeduri miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, stabbiliti minn qabel, lil kwalunkwe impriża dment li din tkun tista’ tikkonforma mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali dritt. L-applikanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha biex juru l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet marbuta mad-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju.
2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivvalutaw l-applikazzjonijiet għal drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju skont kriterji ta’ eliġibbiltà oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji li jkunu stabbiliti minn qabel u li jirriflettu l-kundizzjonijiet li għandhom jintrabtu ma’ dawn id-drittijiet. Huma ma għandhomx jiddiskriminaw lill-operaturi tal-faċilitajiet assoċjati u lill-operaturi tan-networks tal-operaturi meta japplikaw għal drittijiet individwali biex jużaw l-ispettru tar-radju għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u jispeċifikaw kif dawn l-operaturi jistgħu jissodisfaw l-obbligi tal-kopertura, tal-kwalità jew obbligi oħra.
3.Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, kriterji u proċeduri speċifiċi, inkluża eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ proċeduri miftuħa, jistgħu jiġu applikati meta l-għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew televiżiv ikun neċessarju biex jinkiseb objettiv ta’ interess ġenerali kif stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
4.Meta jkun ġustifikat, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tillimita l-għadd ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju. F’każ bħal dan, hija għandha tiddefinixxi u tagħti r-raġunijiet għall-proċedura ta’ għażla magħżula u l-objettivi segwiti minnha, filwaqt li tiddikjara l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq.
5.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtu lill-partijiet interessati kollha, inkluż lill-utenti u lill-konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar kwalunkwe aspett tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, speċjalment dwar kwalunkwe limitazzjoni, proċedura ta’ għażla u kriterju għall-għażla, f’perjodu raġonevoli ta’ mhux inqas minn 30 jum u għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet interessati.
6.Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti jkollha l-ħsieb li tillimita l-għadd ta’ drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju għan-networks u għas-servizzi tal-broadband bla fili, din għandha tinnotifika abbozz ta’ miżura finali f’konformità mal-Artikolu 31 u ma għandhiex tipproċedi bl-għażla qabel ma tiffinalizza l-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni.
7.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar il-proċedura ta’ għażla u r-regoli relatati, inkluż il-kriterji għall-għażla u l-kundizzjonijiet li għandhom jintrabtu mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, filwaqt li jiddikjaraw b’mod ċar ir-raġunijiet għal dan u jistiednu applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu.
8.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jieħdu, jikkomunikaw u jippubblikaw id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad-drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju mill-aktar fis possibbli wara li jirċievu l-applikazzjoni kompluta u fi żmien 6 ġimgħat fil-każ ta’ spettru tar-radju ddikjarat disponibbli għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi, li jistgħu jiġu estiżi sa 8 xhur fil-każ ta’ proċedura ta’ għażla, soġġetti għal kwalunkwe skeda ta’ żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 17.
Dak it-terminu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispettru tar-radju jew ta’ pożizzjonijiet orbitali.
9.L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrieżamina, kif xieraq, kwalunkwe limitazzjoni f’intervalli regolari jew fuq talba raġonevoli tal-impriżi affettwati. Meta awtorità kompetenti tikkonkludi li jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew taħlita tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali ta’ użu, hija għandha tippubblika dik il-konklużjoni u tibda l-proċess għall-għoti ta’ tali drittijiet.
10.L-RSPB għandu jiġbor prattiki tajbin dwar il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għoti relatati, bħal dwar id-disinn tal-irkanti favur l-investiment, u l-obbligi ta’ kopertura. Il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda l-aktar aspetti xierqa ta’ proċessi ta’ awtorizzazzjoni favur l-investiment u kundizzjonijiet tal-għażla għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ spettru tar-radju armonizzat f’banda waħda jew aktar bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi tal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali, inkluża kwalunkwe emenda tiegħu.
11.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 10 u għandhom jiġġustifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe devjazzjoni minnhom. F’każ li tali devjazzjoni tirriżulta f’implimentazzjoni inkonsistenti tal-proċessi ta’ awtorizzazzjoni favur l-investiment jew tal-kundizzjonijiet tal-għażla li jippersistu għal mill-inqas sentejn wara l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni u tirriskja li toħloq ostakli għas-suq intern minħabba livelli inkonsistenti ta’ varar ta’ networks bla fili ta’ kwalità għolja, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tagħhom.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
12.Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 26.
Artikolu 31
Proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni
1.Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti jkollha l-ħsieb li twettaq proċedura ta’ għażla f’konformità mal-Artikolu 30(6), jew li temenda jew iġġedded taħt kundizzjonijiet differenti, inkluż fir-rigward tad-durata, tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru armonizzat tar-radju għan-networks u għas-servizzi tal-broadband bla fili, din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura finali tagħha u tikkomunikah lill-Kummissjoni, lill-RSPB, lill-BEREC u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, filwaqt li fl-istess ħin tagħti r-raġunijiet għall-miżura u tispjega kif il-miżura:
(a)tippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern, il-forniment transfruntier ta’ servizzi, kif ukoll il-kompetizzjoni, u timmassimizza l-benefiċċji għall-konsumatur, u b’mod ġenerali tikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 13, kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;
(b)tiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju;
(c)tiżgura kundizzjonijiet stabbli u prevedibbli ta’ investiment għall-utenti eżistenti u prospettivi tal-ispettru tar-radju meta jiġu varati n-networks għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jibbażaw fuq l-ispettru tar-radju.
Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tispjega wkoll ir-raġunijiet għaliex qed tipproponi:
(a)kwalunkwe miżura tat-tfassil tas-suq skont l-Artikolu 32(2), u tinkludi l-eżitu tal-analiżi mwettqa;
(b)durata limitata tad-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 24(3).
2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-RSPB, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ miżura fi żmien 30 jum ta’ xogħol, li ma għandux jiġi estiż.
3.L-abbozz ta’ miżura finali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jiġi adottat għal 60 jum ta’ xogħol ulterjuri meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti li jkollha riżervi dwar il-ġustifikazzjoni għall-firxa tad-durata jew dwar il-proporzjonalità tal-abbozz ta’ miżuri tat-tfassil tas-suq jew dwar il-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-UE u b’mod partikolari mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-RSPB, lill-BEREC u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bir-riżervi tagħha f’każ bħal dan u fl-istess ħin tippubblikahom.
4.Fi żmien 30 jum ta’ xogħol min-notifika tar-riżervi tal-Kummissjoni, l-RSPB u l-BEREC għandhom joħorġu l-opinjonijiet tagħhom dwar ir-riżervi tal-Kummissjoni u jindikaw jekk iqisux li l-abbozz ta’ miżura għandux jinżamm, jiġi emendat jew irtirat u, fejn xieraq, jipprovdu proposti speċifiċi għal dak l-għan. Dawk l-opinjonijiet għandhom jipprovdu raġunijiet u jiġu ppubblikati.
5.Fejn, fl-opinjoni tiegħu, l-RSPG jew il-BEREC jikkondividi parzjalment jew kompletament ir-riżerva tal-Kummissjoni, huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata u mal-Kummissjoni biex jidentifikaw l-aktar miżura xierqa u effettiva.
6.Fi żmien 60 jum ta’ xogħol min-notifika tar-riżervi tagħha, il-Kummissjoni tista’ tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
(a)deċiżjoni li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti notifikanti temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura;
(b)deċiżjoni li tneħħi r-riżervi tagħha msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-RSPB tal-BEREC u ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra qabel ma tieħu deċiżjoni skont dan il-paragrafu.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun akkumpanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva tar-raġunijiet għaliex l-abbozz tal-miżura tat-tfassil tas-suq jew id-durata limitata ma għandhiex tiġi adottata jew tispjega kif għandha tiġi emendata.
7.Meta l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li titlob lill-awtorità tan-notifika tirtira l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità kkonċernata ma għandhiex tadotta tali miżura. Wara li tkun wettqet konsultazzjoni pubblika, f’konformità mal-Artikolu 184, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika, fi żmien 6 xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, abbozz ta’ miżura ġdid lill-RSPB, lill-BEREC, lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra u lill-Kummissjoni.
8.Ħlief fil-każijiet koperti mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u f’każ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fejn titlob l-irtirar, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tqis il-kummenti ta’ awtoritajiet kompetenti oħra, tal-RSPB, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u tista’ tadotta l-miżura li tirriżulta. Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata tieħu l-miżura, hija għandha tikkomunikaha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, lill-RSPB, lill-BEREC u lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra l-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
9.L-ODN għandu jżomm rekord tal-proċedimenti tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 32
Kompetizzjoni
1.Id-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għal networks u għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jingħataw, jiġu emendati jew jiġġeddu b’tali mod li tiġi promossa l-kompetizzjoni effettiva u jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2.Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju fir-rigward tal-ispettru tar-radju armonizzat għan-networks u għas-servizzi tal-broadband bla fili, huma għandhom jirreferu lill-awtorità regolatorja nazzjonali d-deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura li tista’ taffettwa l-kompetizzjoni, bħal:
(a)il-limitazzjoni tal-ammont ta’ baned tal-ispettru tar-radju li għalihom jingħataw drittijiet ta’ użu lil kwalunkwe impriża, jew, f’ċirkostanzi ġustifikati, l-irbit ta’ kundizzjonijiet ma’ tali drittijiet ta’ użu, bħall-forniment ta’ aċċess għall-operaturi jew tar-roaming nazzjonali jew reġjonali f’ċerti baned jew f’ċerti gruppi ta’ baned b’karatteristiċi simili;
(b)ir-riżerva, fejn xierqa u ġustifikata fir-rigward ta’ sitwazzjoni speċifika fis-suq nazzjonali, ta’ ċerta parti minn banda tal-ispettru tar-radju jew ta’ grupp ta’ baned għall-assenjament lil parteċipanti ġodda;
(c)ir-rifjut tal-għoti ta’ drittijiet ġodda ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew tal-permess ta’ użi ġodda għall-ispettru tar-radju f’ċerti baned, jew l-irbit ta’ kundizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet ta’ użi ġodda għall-ispettru tar-radju jew mal-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għall-ispettru tar-radju, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni ta’ kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjament, trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu;
(d)l-inklużjoni ta’ kundizzjonijiet li jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet fuq trasferimenti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn dawn it-tipi ta’ trasferimenti x’aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni;
(e)l-emendar tad-drittijiet eżistenti ta’ użu għall-ispettru tar-radju f’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn dan ikun neċessarju biex tiġi rrimedjata ex post distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni tad-drittijiet ta’ użu.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipproponu biss tali miżuri abbażi ta’ analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 73(2), u b’mod partikolari valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq u valutazzjoni tal-effetti probabbli ta’ tali miżuri fuq iż-żamma jew il-kisba ta’ kompetizzjoni effettiva kif ukoll fuq investimenti eżistenti u futuri.
3.Fl-għażla tal-miżuri xierqa skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrispettaw il-proporzjonalità u jimponu l-inqas miżura intrużiva li tkun kapaċi tiżgura l-kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut:
(a)qabel ma jimponu miżuri li jaffettwaw l-istruttura tas-suq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jivvalutaw l-għadd ta’ infrastrutturi li jistgħu jiġu sostnuti ekonomikament fis-suq b’referenza għall-karatteristiċi tal-ispettru mogħti u tar-rekwiżiti ta’ investiment assoċjati meħtieġa biex tinkiseb il-kwalità tas-servizz fil-mira.;
(b)qabel ma jimponu kwalunkwe obbligu ta’ aċċess għall-operaturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrieżaminaw is-swieq rilevanti, fuq bażi li tħares ’il quddiem, u jivvalutaw jekk is-swieq bl-imnut ikunux effettivament kompetittivi fin-nuqqas ta’ intervent tal-operaturi.
Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu.
4.Il-miżuri proposti skont il-paragrafu 2 għandhom jikkostitwixxu parti minn abbozz ta’ miżura ppreżentat minn awtorità kompetenti għall-proċedura skont l-Artikolu 31.
5.Meta japplikaw il-paragrafu 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 184, 194 u 195.
Taqsima 7: Varar u Użu ta’ Tagħmir tan-Network Mingħajr Fili
Artikolu 33
Aċċess għal networks ta’ żona lokali bir-radju
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-forniment tal-aċċess permezz ta’ RLANs għal network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju għal dak il-forniment, soġġett biss għall-kundizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali relatata mal-użu tal-ispettru tar-radju kif imsemmi fl-Artikolu 20(2).
Meta dik il-provvista ma tkunx parti minn attività ekonomika jew tkun anċillari għal attività ekonomika jew għal servizz pubbliku li ma jkunx dipendenti fuq it-twassil ta’ sinjali fuq dawk in-networks, kwalunkwe impriża, awtorità pubblika jew utent finali li jipprovdi tali aċċess ma għandu jkun soġġett għall-ebda awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 9, għal obbligi rigward id-drittijiet tal-utenti finali skont il-Parti VI, it-Titolu III, jew għal obbligi ta’ interkonnessjoni tan-networks tagħhom skont l-Artikolu 65(1).
2.L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandu japplika għar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ tali aċċess permezz tal-RLANs.
3.Il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għandhom id-dritt li jippermettu l-aċċess għan-networks tagħhom lil fornituri oħra ta’ tali networks u servizzi jew lill-pubbliku permezz tal-RLANs, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali u għall-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali, fejn l-RLAN ikun jinsab fil-bini tal-utent finali.
4.F’konformità mal-Artikolu 93, il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku ma għandhomx jirrestrinġu unilateralment jew jipprevjenu lill-utenti finali milli:
(a)jaċċessaw l-RLANs tal-għażla tagħhom ipprovduti minn partijiet terzi;
(b)jippermettu b’mod reċiproku jew b’mod aktar ġenerali li utenti finali oħra jaċċessaw in-networks ta’ tali fornituri permezz ta’ RLANs, inkluż abbażi ta’ inizjattivi ta’ partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-RLANs ta’ utenti finali differenti.
5.L-utenti finali jistgħu jippermettu aċċess, b’mod reċiproku jew mod ieħor, għall-RLANs tagħhom minn utenti finali oħra, inkluż abbażi ta’ inizjattivi ta’ partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu l-RLANs ta’ utenti finali differenti aċċessibbli għall-pubbliku.
6.Ma għandha tiġi applikata l-ebda restrizzjoni bla bżonn għall-għoti ta’ aċċess għall-RLANs lill-pubbliku:
(a)minn korpi tas-settur pubbliku jew fi spazji pubbliċi qrib il-bini okkupat minn tali korpi tas-settur pubbliku, meta dik id-dispożizzjoni tkun anċillari għas-servizzi pubbliċi pprovduti f’dak il-bini;
(b)minn inizjattivi ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta’ korpi tas-settur pubbliku li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli b’mod reċiproku jew b’mod aktar ġenerali l-RLANs ta’ utenti finali differenti, inkluż, meta jkun applikabbli, l-RLANs li għalihom jiġi pprovdut l-aċċess pubbliku f’konformità mal-punt (a).
Artikolu 34
Varar u tħaddim tal-punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar
1.Il-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar ma għandux ikun ristrett bla bżonn u jkun soġġett għal regoli konsistenti fil-livell nazzjonali. Tali regoli għandhom ikunu ppubblikati qabel l-applikazzjoni tagħhom.
B’mod partikolari, il-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti skont il-paragrafu 4 għandha tkun eżentata minn kwalunkwe permess individwali għall-ippjanar urban jew minn permess preċedenti individwali ieħor.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, il-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar fuq bini jew fuq siti ta’ valur arkitettoniku, storiku jew naturali protetti f’konformità mad-dritt nazzjonali jew fejn neċessarju għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika jista’ jkun soġġett għal permess. L-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament (UE) 2024/1309 għandhom japplikaw għall-għoti ta’ dawk il-permessi.
2.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħad-daqs, il-piż u, fejn xieraq, il-potenza ta’ emissjoni massimi tal-punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jinżammu taħt rieżami biex jadattaw għall-progress teknoloġiku kif ukoll għall-ħtiġijiet tal-varar tan-network.
3.Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni applikabbli għall-użu tal-ispettru tar-radju rilevanti.
4.Soġġetti, fejn rilevanti, għar-Regolament (UE) 2024/1309, l-operaturi għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal kwalunkwe infrastruttura fiżika kkontrollata mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali li tkun teknikament xierqa biex tospita punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar jew li tkun neċessarja biex tali punti ta’ aċċess jiġu konnessi ma’ network ewlieni, inkluż tagħmir tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-toroq, dwal tat-traffiku, kartelluni, waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metrò. It-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess għandhom jingħataw b’termini u b’kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji, li għandhom isiru pubbliċi f’punt ta’ informazzjoni uniku.
5.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali, il-varar ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe tariffa jew imposta li tmur lil hinn mill-imposti amministrattivi f’konformità mal-Artikolu 12.
Artikolu 35
Regolamenti tekniċi dwar l-oqsma elettromanjetiċi
Il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/1535 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura mill-awtoritajiet kompetenti li timponi fuq il-varar ta’ rekwiżiti differenti ta’ punti ta’ aċċess bla fili fuq żoni żgħar fir-rigward tal-oqsma elettromanjetiċi minn dawk imsemmija fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE jew mir-rakkomandazzjonijiet suċċessivi li jissostitwuha.
4.2.TITOLU II: UŻU TAL-ISPETTRU TAR-RADJU PERMEZZ TA’ SATELLITA
Artikolu 36
Kuntest internazzjonali u suq uniku
Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja biss l-użu tal-ispettru tar-radju għall-forniment ta’ networks satellitari jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita f’konformità mal-obbligi u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inklużi d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, b’mod li jirrifletti bis-sħiħ id-dimensjoni internazzjonali u l-importanza strateġika tiegħu għall-Unjoni u għall-Istati Membri, u b’appoġġ għall-objettiv li jiġi żviluppat suq uniku għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita.
Artikolu 37
Iffajljar u koordinazzjoni tas-sistemi bis-satellita mal-UIT
1.Fuq it-talba ta’ utent prospettiv tal-ispettru tar-radju, awtorità kompetenti tal-ispettru tar-radju għandha tinforma lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra fi ħdan l-RSPB dwar kwalunkwe talba biex tiġi ffajljata, ikkoordinata jew irreġistrata mal-UIT sistema bis-satellita li tkun maħsuba tkopri aktar minn Stat Membru wieħed jew stazzjon tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, il-komponenti komplementari tagħha fuq l-art u fl-ajru. L-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha tindika jekk teħtieġx appoġġ minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra u mill-Unjoni biex twettaq il-koordinazzjoni tal-UIT sabiex tiddefendi u tippromwovi l-interess u l-politiki tal-Istati Membri u tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentaw dwar it-talba. Filwaqt li jevita dewmien bla bżonn fil-proċess tal-iffajljar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li tali kummenti jiġu kkunsidrati kif xieraq.
2.Malli tirċievi talba għall-koordinazzjoni, skont ir-regoli tal-UIT, il-frekwenzi jew pożizzjoni orbitali għal sistema bis-satellita jew għal stazzjon tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, għall-komponenti komplementari tagħha fuq l-art u fl-ajru, skont ir-regoli tal-UIT, l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra b’dan permezz tal-RSPB.
3.Meta żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew aktar jirċievu talbiet li jikkonċernaw l-istess banda ta’ frekwenzi jew l-istess pożizzjoni orbitali, l-RSPB, appoġġat mill-ODN, għandu jikkoordina pożizzjoni tal-Unjoni għal rispons f’waqtu u konsistenti tal-Unjoni lill-UIT.
Artikolu 38
Awtorizzazzjoni ġenerali fil-livell tal-Unjoni għall-forniment ta’ networks satellitari u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita
1.L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 39 għandha tinkludi awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ networks satellitari jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita kif stabbilit skont dan l-Artikolu.
2.B’eċċezzjoni għall-Artikolu 9, il-forniment ta’ networks satellitari, inkluż stazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, komponenti komplementari fuq l-art u fl-ajru u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita fl-Unjoni jew f’diversi Stati Membri jista’ jkun soġġett biss għall-kundizzjonijiet speċifikati f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-fornituri għandhom jissottomettu notifika lill-Kummissjoni u ma għandhomx għalfejn jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew awtorizzazzjoni jew xi att amministrattiv ieħor minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-ODN għandu jassisti lill-Kummissjoni fit-trattament tan-notifiki.
3.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-RSPB, tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ networks satellitari jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita, fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 9(4). Il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu iżda ma jkunux limitati għal:
(a)stabbiliment fl-Unjoni;
(b)il-ħlas ta’ imposti amministrattivi f’konformità mal-Artikolu 12 mutatis mutandis;
(c)iż-żamma tal-integrità, tas-sigurtà u tar-reżiljenza tan-networks satellitari u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita;
(d)iż-żamma ta’ kontroll permanenti fuq it-trażmissjoni tal-istazzjonijiet tar-radju kollha, inkluż l-istazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, il-komponenti komplementari tagħhom fuq l-art u fl-ajru, bl-użu tal-ispettru tar-radju awtorizzat skont l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni, anke meta jkunu proprjetà ta’ partijiet terzi, installati jew operati minnhom jew ma jkunux jinsabu fl-Unjoni;
(e)l-obbligi dwar iż-żamma tad-data jew l-interċettazzjoni legali. L-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni tal-obbligi dwar iż-żamma tad-data u l-interċettazzjoni legali li għandhom jiġu stabbiliti bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
4.L-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għandha tagħti lill-impriżi d-drittijiet minimi derivati mill-awtorizzazzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 9 fl-Istati Membri kollha.
5.L-Artikoli 12, 194 u 195 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imposti amministrattivi, għall-emendi, għar-restrizzjonijiet u għall-irtirar tad-drittijiet u tal-obbligi taħt awtorizzazzjoni ġenerali.
Artikolu 39
Awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu ta’ spettru tar-radju satellitari
1.L-użu ta’ spettru tar-radju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita fl-Unjoni jew f’aktar minn Stat Membru wieħed għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni, mogħtija mill-Kummissjoni.
2.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-RSPB, għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u taġġorna t-Tabella Ewropea għall-Allokazzjoni tal-Frekwenzi tas-Satellita li tidentifika l-meded tal-ispettru tar-radju disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tarmonizza l-ispettru tar-radju disponibbli għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u tawtorizza l-użu ta’ spettru tar-radju armonizzat għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-aċċess għal ċerti baned ta’ spettru tar-radju satellitari għandu jkun possibbli taħt awtorizzazzjoni ġenerali. F’każ bħal dan, hija għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ spettru tar-radju f’dawk il-baned, inkluż kwalunkwe tariffa applikabbli.
3.Meta l-Kummissjoni tqis, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn awtorità kompetenti jew minn applikant, li tillimita l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni f’banda ta’ spettru tar-radju partikolari minħabba l-iskarsezza tal-ispettru tar-radju, jew għal raġunijiet ta’ interess ġenerali, hija għandha tagħti lill-partijiet interessati l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom f’konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 184. Abbażi tar-riżultat tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri neċessarja biex tillimita l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet.
4.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li għandhom jiġu adottati sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-baned tal-ispettru kkonċernati u kwalunkwe opinjoni tal-RSPB, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u għall-użu għall-baned differenti tal-ispettru, filwaqt li tiżgura li l-operaturi awtorizzati jkunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)ikunu stabbiliti fl-Unjoni;
(b)ikunu konformi mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT billi jiżguraw:
(I)applikazzjoni tal-proċeduri rilevanti ta’ koordinazzjoni u ta’ notifika tar-Regolamenti tar-Radju inkluż l-entrata fir-Reġistru Ewlieni tal-Frekwenzi Internazzjonali (MIFR, Master International Frequency Register) tal-UIT li jirrispetta l-istatus u d-dati tal-protezzjoni tal-UIT u mwettaq bona fide;
(II)konformità mal-ftehimiet ta’ koordinazzjoni internazzjonali rilevanti;
(III)li ma tinħoloq l-ebda interferenza dannuża għal networks jew għal sistemi satellitari oħra u lanqas għal kwalunkwe stazzjon operat f’konformità mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT;
(IV)operazzjoni abbażi ta’ nonprotezzjoni mingħajr interferenza meta l-iffajljar ikun għadu ma ġiex innotifikat u rreġistrat fl-MIFR jew ikun operat skont ir-Regolament tar-Radju tal-UIT Nru 4.4;
(c)jikkoordinaw ma’ kwalunkwe sistema satellitari awtorizzata fl-Unjoni;
(d)jużaw spettru tar-radju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita f’konformità mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT, inkluż l-evitar ta’ interferenza dannuża u, fejn applikabbli, f’konformità ma’ kwalunkwe att ta’ armonizzazzjoni teknika adottat skont id-Deċiżjoni Nru 626/2002/KE;
(e)fil-każ ta’ ffajljar tal-UIT magħmul minn pajjiż terz, juru li l-ġuriżdizzjoni ta’ dak il-pajjiż tipprevedi riżoluzzjoni effettiva ta’ interferenza dannuża u timplimenta għodod għal akkontabilità immedjata f’każ ta’ użu illegali;
(f)pagament ta’ tariffi tal-ispettru tar-radju li għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ metodoloġija stabbilita mill-Kummissjoni, permezz ta’ att delegat, f’konformità mal-kriterji tal-Artikolu 29(2), l-ewwel subparagrafu;
(g)kwalunkwe kundizzjoni oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja addizzjonali neċessarja għall-protezzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jiddependu fuq networks satellitari jew fuq servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita, inklużi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-użu sperimentali tal-ispettru.
5.Sa [36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissostitwixxi l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali validi fi [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għall-użu ta’ spettru tar-radju b’awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni.
6.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 40
Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni
1.Kwalunkwe impriża għandha tippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu ta’ spettru tar-radju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u ta’ networks satellitari lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn l-applikazzjonijiet malli tirċevihom.
Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-ODN u minn grupp ta’ ħidma permanenti tal-RSPB dwar l-awtorizzazzjonijiet satellitari. Dan il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ Stati Membri b’għarfien espert fil-komunikazzjonijiet bis-satellita.
2.L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju u jkun fiha l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-impriża, deskrizzjoni qasira tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u l-informazzjoni neċessarja għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39.
3.Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba bl-għajnuna tal-grupp ta’ ħidma tal-RSPB dwar l-awtorizzazzjonijiet satellitari u mal-ODN. L-RSPB għandu jippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi t-talba.
4.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni meta l-applikant jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 jew jirrifjuta li jagħti l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni fil-każijiet l-oħra kollha.
Fejn neċessarju, l-RSPB jista’ jipposponi l-preżentazzjoni tal-opinjoni tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa sabiex tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru tar-radju skont id-Deċiżjoni Nru 626/2002/KE jew kundizzjonijiet oħra tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni.
5.Meta, f’konformità mal-Artikolu 39(3), il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħżel id-detenturi tad-drittijiet fi proċedura ta’ għażla, hija għandha twettaq tali proċedura f’konformità mal-Anness VI, sakemm ma tkunx prevista proċedura speċifika fid-dritt tal-Unjoni.
6.Il-Kummissjoni għandha tadotta sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi d-dettalji u l-iskedi ta’ żmien applikabbli għall-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-UE.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 41
Effett tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni
1.B’deroga mill-Artikolu 9, l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għandha tagħti lid-detentur tagħha d-dritt li jipprovdi networks satellitari jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u d-dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju fl-Unjoni kollha jew lill-Istati Membri speċifiċi definiti fl-awtorizzazzjoni. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni nazzjonali għall-forniment ta’ networks satellitari, ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita jew għall-użu ta’ spettru tar-radju għall-forniment tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru.
2.L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għandha tagħti l-istess drittijiet u obbligi f’kull Stat Membru b’mod simili bħal awtorizzazzjoni mogħtija minn dak l-Istat Membru għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita jew ta’ networks satellitari jew għall-użu ta’ spettru tar-radju.
3.L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ma għandhiex teħles lid-detentur tagħha mill-obbligi ta’ koordinazzjoni, inkluż l-obbligi ta’ kondiviżjoni tal-ispettru tar-radju, fir-rigward ta’ networks satellitari jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita eżistenti jew futuri, li jirriżultaw mir-Regolamenti tar-Radju tal-UIT.
4.Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għandu:
(a)fejn applikabbli, jonora kwalunkwe impenn li jkun ħa fl-applikazzjoni tiegħu jew matul il-proċedura ta’ għażla, irrispettivament minn jekk id-domanda kkombinata għall-ispettru tar-radju taqbiżx l-ammont disponibbli;
(b)juża d-drittijiet ta’ użu tiegħu b’mod li jkun konsistenti mal-politiki tal-Unjoni li jibbażaw fuq l-ispettru, speċjalment billi ma jikkawżax interferenza dannuża lill-ebda sistema satellitari ffinanzjata permezz tal-programmi tal-Unjoni, u billi jagħti aċċess għall-ispettru tar-radju skont id-drittijiet tiegħu fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fi żminijiet ta’ kriżi;
(c)jipprovdi lill-Kummissjoni rapport annwali li jagħti dettalji dwar l-istatus tal-iżvilupp tan-network satellitari u/jew tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita tiegħu.
Artikolu 42
Durata u tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni
1.Id-durata tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. L-Artikolu 24 għandu japplika mutatis mutandis għad-drittijiet mogħtija skont l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
B’eċċezzjoni għall-Artikolu 24(5), fejn ġustifikat, il-Kummissjoni tista’ tqassar id-durata tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:
(a)għal proġetti speċifiċi ta’ terminu qasir;
(b)għal użu sperimentali fl-orbita;
(c)sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-dritt internazzjonali applikabbli għall-Istati Membri.
2.F’każ ta’ talba għat-tiġdid tad-dritt ta’ użu, l-RSPB għandu jippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi talba mill-Kummissjoni. L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tista’ tiġġedded mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies kwalunkwe opinjoni tal-RSPB. L-Artikolu 25 għandu japplika mutatis mutandis għat-tiġdid tad-drittijiet mogħtija skont l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
3.L-Artikoli 194 u 195 dwar l-emenda, ir-restrizzjoni u l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu japplikaw mutatis mutandis għad-drittijiet ta’ użu ta’ spettru tar-radju.
Artikolu 43
Superviżjoni u rimedji
1.Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jikkollaboraw fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 199(1) u l-RSPB għandhom jimmonitorjaw il-konformità tan-networks satellitari u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita li joperaw taħt awtorizzazzjoni tal-Unjoni mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38 u 39, kif ukoll mad-dritt tal-Unjoni u mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT applikabbli, u għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u għall-infurzar ikkoordinati tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar koordinati tal-awtorizzazzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(3).
2.Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe allegat ksur speċifiku ta’ kundizzjoni marbuta ma’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu. L-RSPB, appoġġat mill-ODN, għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-eżami tiegħu.
Meta awtorità nazzjonali kompetenti tkun tal-opinjoni li detentur tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni jonqos milli jikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ma’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-RSPB.
Meta l-Kummissjoni ssib li detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni ma jikkonforma mal-ebda kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 38 jew fl-Artikolu 39, hija għandha tinforma lil dak l-operatur bis-sejbiet tagħha.
3.F’każ ta’ ksur ta’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni jew dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri korrettivi xierqa u proporzjonati, li jikkonsistu fi:
(a)il-projbizzjoni (temporanja jew permanenti) tal-użu ta’ ċerti baned ta’ spettru tar-radju għall-istazzjonijiet tal-art għall-komunikazzjoni satellitari u, fejn applikabbli, il-komponenti komplementari tagħhom fuq l-art u fl-ajru fl-Unjoni, mingħajr preġudizzju għas-sanzjonijiet ċivili u kriminali skont id-dritt nazzjonali;
(b)is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Il-Kummissjoni tista’ timponi multi jew penali perjodiċi għal ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew tad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu fuq id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, li għandhom jiġu stabbiliti waqt li jitqiesu l-gravità u d-durata tal-ksur u ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-fatturat dinji totali tagħha fis-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata fis-sens tal-Artikolu 229 tat-TFUE biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew pagamenti perjodiċi ta’ penali; tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-azzjonijiet ta’ infurzar tagħha skont dan l-Artikolu.
4.Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn ma jkunux tħallsu t-tariffi tal-ispettru tar-radju, u jkun hemm nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 38(3), għandha tapplika mutatis mutandis il-proċedura f’konformità mal-Artikolu 196.
Artikolu 44
Infurzar
1.Kwalunkwe miżura deċiża mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 43, għandha tiġi infurzata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sal-limitu sħiħ tagħha u sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni. B’mod eċċezzjonali, awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob lill-Kummissjoni tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżura tagħha fit-territorju nazzjonali tagħha għal perjodu li jista’ jiġġedded sa 6 xhur meta dik il-miżura x’aktarx tfixkel serjament il-konnettività fit-territorju tagħha. Il-Kummissjoni għandha tillimita kemm jista’ jkun id-durata ta’ din l-eċċezzjoni, fejn applikabbli, billi tinċentiva lill-utenti finali jaqilbu għal networks satellitari jew għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita alternattivi.
2.Kwalunkwe miżura tal-Kummissjoni għandha tibqa’ pendenti sakemm joħroġ l-eżitu ta’ kwalunkwe appell ġudizzjarju jew appell ieħor kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew kontra miżura nazzjonali ta’ infurzar sakemm ma jingħatawx miżuri interim li jkunu xierqa biex jimmitigaw jew jeliminaw b’mod suffiċjenti tali interferenza skont il-paragrafu 3.
3.Meta tkun neċessarja azzjoni urġenti biex tiġi evitata interferenza dannuża fit-territorju tagħha, awtorità nazzjonali kompetenti tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, tieħu miżuri interim xierqa, inkluża s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni fit-territorju tagħha. Meta tagħmel dan fuq inizjattiva tagħha, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-RSPB bir-raġunijiet għall-azzjoni tagħha fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-RSPB u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tibda immedjatament il-proċedura prevista fl-Artikolu 43.
Artikolu 45
Koordinazzjoni bejn l-użu satellitari u terrestri tal-ispettru tar-radju
1.L-użu kondiviż ta’ spettru tar-radju bejn sistemi terrestri u satellitari għandu jkun possibbli biss bil-ftehim u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur primarju tad-dritt ta’ użu terrestri fejn tali detentur primarju jkun preżenti, u għandu jkollu l-għan li jiżgura l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, jipprevjeni l-interferenza dannuża għan-networks terrestri li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-broadband mingħajr fili u jipproteġi b’mod adegwat dawn is-servizzi u l-applikazzjonijiet eżistenti rilevanti l-oħra tal-broadband mingħajr fili, billi jissalvagwardja l-kontinwità mingħajr restrizzjonijiet tal-operat kurrenti u l-evoluzzjoni u l-iżvilupp futuri tas-servizzi u tal-applikazzjonijiet tar-radju rilevanti kollha li f’dak iż-żmien ikunu qed jużaw dawn il-baned u l-baned kontigwi.
2.Meta tintalab tikkoordina l-użu ta’ spettru tar-radju bejn applikazzjonijiet terrestri u spazjali skont ir-regoli tal-UIT fir-rigward ta’ spettru tar-radju armonizzat, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkomunika tali talba lill-Kummissjoni għal trażmissjoni immedjata lill-membri tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.
3.Il-Kumitat għandu jadotta opinjoni li tissuġġerixxi t-tweġiba li għandha tingħata għat-talba tal-UIT dwar il-koordinazzjoni, filwaqt li jqis kwalunkwe speċifiċità tal-użu ta’ dak l-ispettru tar-radju f’kull Stat Membru. Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni dwar kundizzjonijiet koordinati ta’ koeżistenza fl-Unjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
4.Fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni koordinata tad-drittijiet mogħtija mill-Istati Membri għall-użu terrestri ta’ spettru tar-radju armonizzat jew l-għoti koordinat ta’ drittijiet għall-użu ta’ tali spettru tar-radju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita fuq bażi kondiviża ma’ servizzi broadband bla fili, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament u tal-kondiviżjoni koordinata tal-ispettru tar-radju bejn l-użi terrestri u satellitari.
4.3.TITOLU III: RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI
Artikolu 46
Ippjanar strateġiku u ġestjoni tar-riżorsi ta’ numerazzjoni
1.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmaniġġjaw r-riżorsi ta’ numerazzjoni fis-suq intern b’mod koordinat bħala riżorsa komuni tal-Unjoni taħt kompetenza kondiviża bil-ħsieb li jrawmu t-tkabbir ekonomiku billi jippermettu l-innovazzjoni u l-forniment konsistenti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq in-numri fl-Unjoni, jipproteġu l-valuri u s-sigurtà tal-Unjoni, biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 3.
2.Il-Kummissjoni, assistita mill-ODN, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw fl-ippjanar strateġiku tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Unjoni u fl-identifikazzjoni tal-użu potenzjali tar-riżorsi ta’ numerazzjoni għas-servizzi transfruntiera jew pan-Ewropej.
3.Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC u wara li tagħti l-opportunità lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strateġija tal-Unjoni dwar in-numerazzjoni li tħares ’il quddiem fir-rigward tal-ġestjoni konsistenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
4.Abbażi tal-istrateġija ta’ numerazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, assistita mill-ODN, għandha tistabbilixxi l-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni li jipprevedi r-riżorsi ta’ numerazzjoni li għandhom jintużaw fl-Unjoni mis-servizzi transfruntiera jew pan-Ewropej korrispondenti.
Il-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, il-modalitajiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-meded ta’ numerazzjoni tal-UIT għall-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet li jistgħu jintrabtu mad-dritt ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, inkluż it-tariffi għad-drittijiet ta’ użu għal tali riżorsi, jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(3).
Artikolu 47
Riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej
1.Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri biex tarmonizza numri speċifiċi jew meded ta’ numerazzjoni jew tapplika għal meded ta’ numerazzjoni mal-UIT biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni għal servizzi transfruntiera jew pan-Ewropej, f’konformità mal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 46(4).
2.L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta’ numri speċifiċi jew meded ta’ numerazzjoni fl-Unjoni u l-applikazzjoni għal riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej għall-UIT fejn din tippromwovi suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jew l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej.
3.F’kooperazzjoni mal-ODN, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmaniġġjaw l-allokazzjoni ta’ numri jew ta’ meded ta’ numri mir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej u għandhom jinfurzaw il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali ta’ użu mir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej.
4.L-ODN għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-ħin mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-allokazzjoni ta’ numri u ta’ benefiċjarji tan-numri. Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, l-ODN għandu jistabbilixxi l-proċedura u s-sistema għall-għoti ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu u skont l-Artikolu 48(4), ir-raba’ subparagrafu.
Artikolu 48
Riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi kollha ta’ numerazzjoni nazzjonali u l-ġestjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni u għandhom jipprovdu riżorsi adegwati ta’ numerazzjoni għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali.
2.Fuq talba, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu wkoll drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lill-impriżi għajr il-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dment li jkunu disponibbli riżorsi adegwati ta’ numerazzjoni biex jissodisfaw id-domanda kurrenti u dik prevista fil-futur. Dawk l-impriżi għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jamministraw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u li jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit skont l-Artikolu 49. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jissospendu l-għoti ulterjuri ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni lil tali impriżi fejn jintwera li hemm riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi ta’ numerazzjoni.
Sabiex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jżomm linji gwida dwar kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità biex jiġu mmaniġġjati r-riżorsi ta’ numerazzjoni u tar-riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u jaġġornahom kif ikun neċessarju, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japplikaw il-pjanijiet u l-proċeduri nazzjonali ta’ numerazzjoni b’mod li jiżgura trattament ugwali lill-fornituri kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku u lill-impriżi eliġibbli f’konformità mal-paragrafu 2. L-impriżi li lilhom ikun ingħata d-dritt ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni ma għandhomx jiddiskriminaw kontra fornituri oħra ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fir-rigward tar-riżorsi ta’ numerazzjoni użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu disponibbli medda ta’ numri nonġeografiċi li jistgħu jintużaw għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/612 u l-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament. Meta d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jkunu ngħataw f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lil impriżi għajr fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi li d-drittijiet ta’ użu jkunu ngħataw għall-forniment tagħhom.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet, elenkati fl-Artikolu 50 li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni użati għall-forniment ta’ servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, kif ukoll l-infurzar tagħhom, ikunu daqstant stretti bħall-kundizzjonijiet u bħall-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti ġewwa l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw ukoll f’konformità mal-Artikolu 49(6) li l-fornituri li jużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni applikabbli f’dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri.
L-ODN għandu jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba tagħhom, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni bi dritt ta’ użu ekstraterritorjali fl-Unjoni.
Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC, assistit mill-ODN, għandu jżomm bażi tad-data dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni bi dritt ta’ użu ekstraterritorjali fl-Unjoni. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jittrażmettu perjodikament l-informazzjoni rilevanti lill-ODN.
5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni, kif ukoll iż-żidiet jew l-emendi sussegwenti kollha tagħhom, soġġetti biss għal limitazzjonijiet imposti għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali.
6.L-ewwel darba sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] u kull sentejn wara dan, il-BEREC għandu joħroġ rapport dwar il-prattiki nazzjonali rigward l-għoti tad-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali u pan-Ewropej, li jiffoka fuq prattiki diverġenti fl-Unjoni.
Artikolu 49
Proċedura għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni
1.Meta jkun neċessarju li jingħataw drittijiet individwali ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu tali drittijiet, fuq talba, lil kwalunkwe impriża għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 181(3), il-punt (c), u soġġett għal kwalunkwe regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi ta’ numerazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2.Id-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonali.
Meta jagħtu d-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux jiġu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet u taħt liema kundizzjonijiet.
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni għal perjodu limitat, id-durata ta’ dak il-perjodu għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, filwaqt li jitqies b’mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perjodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta’ investiment.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara li jirċievu l-applikazzjoni kompluta u fi żmien 3 ġimgħat fil-każ tar-riżorsi ta’ numerazzjoni li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi fil-pjan nazzjonali għan-numerazzjoni. Tali deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi.
4.Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu ddeterminaw, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 186, li d-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni ta’ valur ekonomiku eċċezzjonali għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu l-perjodu ta’ 3 ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu b’mhux aktar minn 3 ġimgħat.
5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta’ drittijiet individwali ta’ użu li għandhom jingħataw, ħlief fejn dan ikun neċessarju biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni.
6.Meta d-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jinkludu l-użu ekstraterritorjali tagħhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 48(4), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jorbtu ma’ dawk id-drittijiet ta’ użu kundizzjonijiet speċifiċi sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u mal-liġi nazzjonali relatata mal-użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni applikabbli fl-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni.
Fuq talba minn awtorità regolatorja nazzjonali ta’ Stat Membru fejn jintużaw ir-riżorsi ta’ numerazzjoni, li turi ksur tar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jew tal-liġijiet nazzjonali relatati mal-użu ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikunu ngħataw id-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni għandhom jinfurzaw il-kundizzjonijiet marbuta skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 199, inkluż, f’każijiet serji, billi jirtiraw id-drittijiet ta’ użu ekstraterritorjali għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mogħtija lill-impriża kkonċernata.
L-ODN għandu jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri differenti involuti u jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom.
7.Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni lill-impriżi għajr fornituri ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 48(2).
Artikolu 50
Kundizzjonijiet li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jorbtu kundizzjonijiet mad-dritt ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:
(a)id-deżinjazzjoni ta’ servizz li għalih għandu jintuża n-numru, inkluż kwalunkwe rekwiżit marbut mal-forniment ta’ dak is-servizz u, sabiex jiġu evitati dubju, il-prinċipji tat-tariffi u l-prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fil-medda ta’ numri speċifika bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (f);
(b)l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(c)ir-rekwiżiti dwar il-portabbiltà tan-numri f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(d)id-durata massima f’konformità mal-Artikolu 49, soġġetta għal kwalunkwe bidla fil-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni;
(e)it-trasferiment tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet għal tali trasferiment f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża kwalunkwe kundizzjoni li d-dritt ta’ użu għal numru jkun vinkolanti fuq l-impriżi kollha li lilhom jiġu ttrasferiti d-drittijiet;
(f)it-tariffi għad-drittijiet ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 51;
(g)kwalunkwe impenn li l-impriża li tikseb id-drittijiet ta’ użu tkun għamlet matul proċedura ta’ għażla kompetittiva jew komparattiva;
(h)l-obbligi skont il-ftehimiet internazzjonali rilevanti relatati mal-użu tan-numri;
(i)l-obbligi li jikkonċernaw l-użu ekstraterritorjali tan-numri fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra relatati man-numri fl-Istati Membri għajr dak tal-kodiċi tal-pajjiż;
(j)l-iffaċilitar tal-aċċess mill-utenti finali ta’ numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni, Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali, pjanijiet ta’ numerazzjoni ta’ Stati Membri oħra u numri mir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej.
Artikolu 51
Tariffi għad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu tariffi għad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu ta’ dawk ir-riżorsi. Tali tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-għan maħsub tagħhom u għandhom iqisu l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 52
Aċċess għan-numri u għas-servizzi
1.Meta jkun ekonomikament fattibbli, ħlief meta parti riċeventi tkun għażlet, għal raġunijiet kummerċjali, li tillimita l-aċċess permezz ta’ partijiet oriġinarji li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi, il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq in-numri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-partijiet oriġinarji jkunu jistgħu jaċċessaw dawn kollha li ġejjin:
(a)in-numri nonġeografiċi u s-servizzi li jużaw tali numri fl-Unjoni;
(b)in-numri kollha provduti fl-Unjoni, irrispettivament mit-teknoloġija u mit-tagħmir użati mill-operatur, inklużi dawk fil-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni tal-Istati Membri u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN, Universal International Freephone Numbers);
(c)in-numri mir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu li l-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jadottaw miżuri preventivi billi jimblukkaw l-aċċess għan-numri jew għas-servizzi meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ frodi jew ta’ użu ħażin u li jirrikjedu li f’tali każijiet il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jżommu l-interkonnessjoni rilevanti jew dħul ieħor mis-servizzi.
5.PARTI V – TRANŻIZZJONI GĦALL-FIBRA, FUNZJONAMENT TAS-SWIEQ U KOMPETIZZJONI
5.1.TITOLU I: TRANŻIZZJONI GĦAL NETWORKS TAL-FIBRA
Artikolu 53
Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Titolu
Dan it-Titolu għandu japplika fl-Istati Membri fejn in-networks tar-ram jibqgħu fis-servizz wara t-30 ta’ Ġunju 2029.
Artikolu 54
Obbligu ta’ diżattivazzjoni tar-ram
1.Qabel il-31 ta’ Diċembru 2035, l-Istati Membri għandhom jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram f’żoni ta’ diżattivazzjoni tar-ram (żoni ta’ CSO) fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 57(1).
2.Sal-31 ta’ Diċembru 2035, l-Istati Membri għandhom jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram fiż-żoni ta’ CSO kollha.
3.B’eċċezzjoni għall-paragrafu 2, fiż-żoni ta’ CSO fejn l-introduzzjoni tal-fibra ma tkunx ekonomikament vijabbli u ma tkun disponibbli l-ebda soluzzjoni ta’ konnettività adegwata li tkun kapaċi tissostitwixxi s-servizzi bbażati fuq ir-ram, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jobbligawx id-diżattivazzjoni tar-ram.
4.Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jobbligaw id-diżattivazzjoni tar-ram billi jadottaw att legali vinkolanti. Kull att legali bħal dan għandu jistabbilixxi data tal-bidu għad-diżattivazzjoni tar-ram li ma għandhiex tkun aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tiegħu, u għandu jirrikjedi li d-diżattivazzjoni tar-ram titlesta fi żmien 3 snin minn dik id-data tal-bidu. Għall-obbligi skont il-paragrafu 1, l-att legali għandu jiġi adottat fi żmien 6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ lista msemmija fl-Artikolu 58(3). Għall-obbligazzjonijiet skont il-paragrafu 2, l-att legali għandu jiġi adottat sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035.
Artikolu 55
Żoni ta’ diżattivazzjoni tar-ram
1.Id-diżattivazzjoni tar-ram għandha tiġi organizzata f’żoni ta’ CSO li jkopru ż-żoni ġeografiċi kollha fejn ikunu qed jintużaw in-networks tar-ram.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddelimitaw iż-żoni ta’ CSO, filwaqt li jqisu l-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni.
3.Sal-31 ta’ Mejju 2028, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-lista taż-żoni ta’ CSO.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrieżaminaw u, fejn xieraq, jaġġornaw il-lista taż-żoni ta’ CSO biex jappoġġaw diżattivazzjoni tar-ram f’waqtha u ordnata. Kwalunkwe lista aġġornata għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 56
Pjan nazzjonali ta’ tranżizzjoni għall-fibra
1.Sal-31 ta’ Ottubru 2029, kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ tranżizzjoni għall-fibra u jinnotifikah lill-Kummissjoni.
2.Il-pjan ta’ tranżizzjoni għall-fibra għandu jistabbilixxi l-istrateġija tal-Istat Membru għat-tranżizzjoni fil-pajjiż kollu għan-networks tal-fibra, b’mod partikolari għall-migrazzjoni min-networks tar-ram għan-networks FTTH. Għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)informazzjoni dwar il-kopertura tan-networks tar-ram u tal-fibra;
(b)deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ jew ippjanati biex irawmu l-varar tal-fibra u t-tranżizzjoni għal networks FTTH;
(c)lista taż-żoni ta’ CSO li, għal kull żona, tindika jekk il-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 57(1) humiex issodisfati, flimkien mal-istadji importanti korrispondenti tal-migrazzjoni u, fejn rilevanti, mal-miżuri abilitanti.
3.Sat-30 ta’ Ġunju 2034, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjan tagħhom ta’ tranżizzjoni għall-fibra u jinnotifikaw il-pjan aġġornat lill-Kummissjoni.
4.Il-pjan aġġornat ta’ tranżizzjoni għall-fibra għandu jirrapporta l-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan inizjali. Għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)informazzjoni dwar l-istatus tad-diżattivazzjoni tar-ram f’kull żona ta’ CSO;
(b)lista taż-żoni ta’ CSO fejn il-varar tal-fibra jkun ekonomikament vijabbli iżda se jitlesta biss wara l-31 ta’ Diċembru 2035, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ konnettività adegwati li kapaċi jissostitwixxu s-servizzi bbażati fuq ir-ram;
(c)lista taż-żoni ta’ CSO fejn il-varar tal-fibra ma jkunx ekonomikament vijabbli.
5.Il-Kummissjoni tista’ tikkummenta dwar il-pjan inizjali u aġġornat ta’ tranżizzjoni għall-fibra fi żmien xahar minn meta tirċevih. L-Istati Membri għandhom iqisu dawk il-kummenti.
Artikolu 57
Kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà
1.Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, il-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà għandhom jikkonsistu mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)mill-inqas 95 % tal-bini fiż-żona ta’ CSO jkun moqdi b’network tal-fibra, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3);
(b)ikunu disponibbli servizzi ta’ konnettività bl-imnut affordabbli ta’ kwalità komparabbli għall-utenti finali li jibbażaw fuq servizzi bbażati fuq ir-ram.
2.F’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw parametri u kriterji oġġettivi u trasparenti għall-affordabbiltà.
Artikolu 58
Valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà
1.Għal kull żona ta’ CSO, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jivvalutaw jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 57(1).
2.Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu d-data miġbura skont l-Artikolu 183.
3.Sat-30 ta’ Ġunju 2029, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw lista taż-żoni ta’ CSO fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà. Minn hemm ’il quddiem, għal perjodu ta’ 5 snin, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw, mill-inqas kull 12-il xahar, lista taż-żoni ta’ CSO li sussegwentement jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet.
Artikolu 59
Salvagwardji
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali affettwati mid-diżattivazzjoni tar-ram ikunu infurmati b’mod ċar, f’waqtu u aċċessibbli dwar dawn li ġejjin:
(a)it-twaqqit mistenni tad-diżattivazzjoni tar-ram;
(b)kwalunkwe bidla neċessarja fis-servizz ta’ konnettività jew fit-tagħmir terminali tagħhom;
(c)is-servizzi alternattivi ta’ konnettività disponibbli għalihom.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jappoġġaw is-servizzi essenzjali bbażati fuq ir-ram. L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u kummerċjali neċessarji biex jiżguraw it-tkomplija tal-operat ta’ tali servizzi jew il-migrazzjoni tagħhom lejn alternattivi funzjonalment ekwivalenti.
3.Filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji skont l-Artikoli 88 u 90 biex ikomplu jiżguraw servizzi affordabbli ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi lill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 88(2) u lill-utenti finali msemmija fl-Artikolu 90(1) wara d-diżattivazzjoni tar-ram.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal salvagwardji biex jipproteġu lill-utenti finali li jiddependu fuq servizzi bbażati fuq ir-ram, inklużi miżuri relatati mal-proċessi tal-bdil u mal-affordabbiltà ta’ servizzi alternattivi ta’ konnettività, u jagħtu pariri lill-Istati Membri kif xieraq.
5.Qabel l-adozzjoni ta’ att legali vinkolanti li jobbliga d-diżattivazzjoni tar-ram skont l-Artikolu 54, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035, l-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji xierqa biex jipproteġu lill-utenti finali li jiddependu fuq servizzi bbażati fuq ir-ram.
Artikolu 60
Pjanijiet għad-diżattivazzjoni tar-ram mill-operaturi
1.L-operaturi għandhom ifasslu pjan wieħed jew aktar għad-diżattivazzjoni tar-ram għaż-żoni ta’ CSO fejn tkun obbligata d-diżattivazzjoni tar-ram. Il-pjan għandu jinkludi l-iskedi ta’ żmien, il-miżuri tekniċi, l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u l-arranġamenti għall-migrazzjoni tar-rikjedenti tal-aċċess u tal-utenti finali.
2.L-operaturi għandhom jissottomettu l-pjanijiet tagħhom għad-diżattivazzjoni tar-ram lill-awtorità regolatorja nazzjonali fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-att legali vinkolanti skont l-Artikolu 54(4).
3.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-pjanijiet fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom u għandha jew tapprovahom jew tapprovahom soġġetti għal emendi.
4.L-operaturi għandhom jimplimentaw il-pjanijiet għad-diżattivazzjoni tar-ram kif approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, inkluża kwalunkwe emenda mitluba. L-operaturi għandhom jirrapportaw il-progress lill-awtorità regolatorja nazzjonali f’intervalli determinati minnha.
Artikolu 61
Superviżjoni u infurzar
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-diżattivazzjoni tar-ram f’konformità mal-pjanijiet approvati għad-diżattivazzjoni tar-ram u għandu jkollhom is-setgħat previsti fl-Artikolu 196.
5.2.TITOLU II: AĊĊESS GĦALL-ART
Artikolu 62
Tariffi għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu tariffi għad-drittijiet biex jiġu installati faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, fuqha jew taħtha li jintużaw għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati, dment li tali tariffi jkunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom u jqisu l-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 63
Dritt ta’ aċċess
1.Meta awtorità kompetenti tqis applikazzjoni għall-għoti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet li ġejjin, hija għandha tapplika l-paragrafu 2:
(a)id-dritt biex jiġu installati l-faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, fuqha jew taħtha lil impriża awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(b)id-dritt biex jiġu installati l-faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lil impriża awtorizzata biex tipprovdi networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għajr lill-pubbliku.
2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a)taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien 6 xhur mill-applikazzjoni, ħlief fil-każ ta’ esproprjazzjoni;
(b)issegwi l-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni billi torbot il-kundizzjonijiet ma’ kwalunkwe dritt bħal dan.
Il-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant ikunx qed jipprovdi networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le.
3.Meta l-awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu s-sjieda jew il-kontroll tal-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, għandu jkun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.
Artikolu 64
Kolokalizzazzjoni u kondiviżjoni ta’ elementi tan-network u ta’ faċilitajiet assoċjati għall-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1.Meta operatur ikun eżerċita d-dritt skont id-dritt nazzjonali biex jiġu installati l-faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-network u tal-faċilitajiet assoċjati installati abbażi ta’ dan, sabiex titrawwem is-sostenibbiltà ambjentali ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u s-sigurtà pubblika jew biex tiġi ssodisfata l-oażi tal-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiżi, sabiex titrawwem is-sostenibbiltà ambjentali ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u s-sigurtà pubblika jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiżi.
2.Il-kolokalizzazzjoni jew il-kondiviżjoni ta’ elementi tan-network u tal-faċilitajiet installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perjodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom tali kondiviżjoni titqies neċessarja bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-ewwel subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta’ tali faċilitajiet jew proprjetà, inklużi art, bini, daħliet għall-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta’ appoġġ, kanali, kondjuwits, tappieri tal-ispezzjonar, kabinetti jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Fejn neċessarju, Stat Membru jista’ jiddeżinja awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għal xi wieħed jew aktar mill-kompiti li ġejjin:
(a)biex taġixxi bħala punt uniku ta’ informazzjoni;
(b)biex tistabbilixxi regoli għat-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, il-gwida rilevanti maħruġa mill-BEREC jew mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1309.
3.Il-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti f’konformità na’ dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun rilevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
5.3.TITOLU III: INTERKONNESSJONI
5.3.1.KAPITOLU I: Dispożizzjonijiet ġenerali u prinċipji
Artikolu 65
Qafas ġenerali għall-aċċess u għall-interkonnessjoni
1.L-impriżi fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti għandu jkollhom id-dritt li jinnegozjaw bejniethom ftehimiet dwar arranġamenti tekniċi u kummerċjali għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-impriża li titlob aċċess jew interkonnessjoni ma għandhiex għalfejn tkun awtorizzata topera fl-Istat Membru fejn jintalab aċċess jew interkonnessjoni, jekk ma tkunx qed tipprovdi servizzi u ma toperax network f’dak l-Istat Membru.
2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 115, meta jagħtu aċċess jew interkonnessjoni, l-impriżi ma għandhomx ikunu meħtieġa joffru termini u kundizzjonijiet differenti lil impriżi differenti għal servizzi ekwivalenti jew miżuri li jimponu obbligi li ma jkunux relatati mas-servizzi proprji ta’ aċċess u ta’ interkonnessjoni pprovduti mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9.
Artikolu 66
Drittijiet u obbligi tal-impriżi
1.L-operaturi ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan f’konformità mal-Artikolu 9, obbligu li jinnegozjaw ma’ xulxin l-interkonnessjoni bl-iskop li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Unjoni kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lil impriżi oħra b’termini u b’kundizzjonijiet konsistenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikoli 68, 67 u 77.
2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 183, l-impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess ta’ negozjar għal arranġamenti ta’ aċċess jew ta’ interkonnessjoni għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-iskop li għalih tkun ġiet ipprovduta u jirrispettaw f’kull ħin il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna. Tali impriżi ma għandhomx jgħaddu l-informazzjoni riċevuta lil xi parti oħra, inklużi dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista’ tipprovdi vantaġġ kompetittiv.
3.In-negozjati għandhom jitwettqu permezz ta’ intermedjarji newtrali meta l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu jirrikjedu dan.
Artikolu 67
Sistemi ta’ aċċess kundizzjonali u faċilitajiet oħra
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I japplikaw fir-rigward tal-aċċess kundizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u tar-radju mxandra lit-telespettaturi u lis-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni. Wara analiżi tas-suq stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dawk il-kundizzjonijiet għal faċilitajiet oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness I.
2.Il-kundizzjonijiet applikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-Istati Membri li jimponu obbligi fir-rigward tal-aspett ta’ preżentazzjoni tal-EPGs u ta’ faċilitajiet simili ta’ elenkar u ta’ navigazzjoni.
3.Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrieżaminaw il-kundizzjonijiet applikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu, billi jwettqu analiżi tas-suq f’konformità mal-Artikolu 73(1) biex jiddeterminaw jekk iżommux, jemendawx jew jirtirawx il-kundizzjonijiet applikati.
5.3.2. KAPITOLU II: Regoli simetriċi għall-aċċess
Artikolu 68
Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u ta’ interkonnessjoni
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, iħeġġu u, fejn xieraq, jiżguraw, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, aċċess u interkonnessjoni adegwati, kif ukoll l-interoperabbiltà ta’ servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jippromwovu l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli il-varar ta’ networks tal-gigabits, il-faċilitaturi ta’ servizzi innovattivi, l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti u t-twassil sostenibbli ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika u ta’ kontenut u biex jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.
Huma għandhom jipprovdu gwida u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-proċeduri applikabbli biex jiksbu aċċess u interkonnessjoni biex jiżguraw li l-impriżi, inkluż l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’firxa ġeografika limitata, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti.
2.B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq f’konformità mal-Artikolu 77, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ikunu jistgħu jimponu:
(a)sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-konnettività minn tarf sa tarf, l-obbligi fuq l-impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluż, f’każijiet ġustifikati, l-obbligu ta’ interkonnessjoni tan-networks tagħhom meta dan ma jkunx diġà l-każ;
(b)f’każijiet iġġustifikati u sa fejn neċessarju, obbligi, fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;
(c)f’każijiet ġustifikati, fejn il-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali tkun ipperikolata minħabba nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, u sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata l-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali, obbligi fuq il-fornituri rilevanti ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jilħqu livell sinifikanti ta’ kopertura u ta’ adozzjoni mill-utenti, biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;
(d)sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għal servizzi diġitali ta’ xandir bir-radju u televiżiv u għas-servizzi komplementari relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi biex jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness I b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.
L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom jiġu imposti biss:
(I)sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq il-fornituri ta’ dawk is-servizzi biex jippubblikaw u jippermettu l-użu, il-modifika u r-ridistribuzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u minn fornituri oħra, jew biex jużaw u jimplimentaw standards jew speċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 187(1) jew ta’ kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor;
(II)meta l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u filwaqt li tqis l-opinjoni tiegħu, tkun sabet theddida sinifikanti għall-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali madwar l-Unjoni jew f’mill-inqas tliet Stati Membri u tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-ambitu ta’ kwalunkwe obbligu li jista’ jiġi impost.
Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 69
Miżuri simetriċi
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68(1) u (2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, fuq talba raġonevoli, jimponu obbligi biex jingħata aċċess għall-wajers u għall-kejbils u għall-faċilitajiet assoċjati fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn dak il-punt ikun jinsab barra l-bini. Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta’ tali elementi tan-network ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq il-proprjetarji ta’ tali wajers u kejbils u tal-faċilitajiet assoċjati, fejn dawk il-proprjetarji ma jkunux fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-kundizzjonijiet ta’ aċċess imposti jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal tali elementi tan-network u għall-faċilitajiet assoċjati u għas-servizzi assoċjati, dwar it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli.
2.Meta awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti f’konformità mal-paragrafu 1 jistgħu ma jindirizzawx b’mod suffiċjenti ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux tranżitorji għar-replikazzjoni li huma l-bażi ta’ sitwazzjoni tas-suq eżistenti jew emerġenti li tillimita b’mod sinifikanti l-eżiti kompetittivi għall-utenti finali, hija tista’ timponi l-obbligi tal-aċċess, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, skont termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, sakemm ċirkostanzi speċifiċi u ġustifikati ma jkunux jirrikjedu orjentazzjoni lejn il-kostijiet. Meta tiddetermina sa fejn jasal l-obbligu lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-linji gwida rilevanti tal-BEREC.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi f’konformità mal-paragrafu 2 dwar il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiddeterminaw xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)il-fornitur ikollu l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 84(1) u jagħmel disponibbli mezz alternattiv vijabbli u simili lil utenti finali billi jipprovdi aċċess għal network tal-gigabits lil kwalunkwe impriża, b’termini u b’kundizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dik l-eżenzjoni għal fornituri oħra li joffru, b’termini u b’kundizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, aċċess għal network tal-gigabits;
(b)l-impożizzjoni ta’ obbligi tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-introduzzjoni ta’ network ġdid, b’mod partikolari minn proġetti lokali iżgħar.
3.L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Dawn għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 85 u 184. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra li imponew tali obbligi u kundizzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati tagħhom sa 5 snin wara l-adozzjoni tal-miżura preċedenti adottata f’relazzjoni mal-istess impriżi u għandhom jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiġu rtirati jew emendati fid-dawl tal-kundizzjonijiet li jevolvu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw l-eżitu tal-valutazzjoni tagħhom f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 85 u 184.
4.Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tintervjeni fuq inizjattiva tagħha stess, fejn ġustifikat sabiex tiżgura l-objettivi ta’ politika tal-Artikolu 3, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
5.Sal-31 ta’ Ottubru 2029, il-BEREC għandu jivvaluta l-effettività tal-linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-network f’topoloġiji differenti tan-network biex jikkontribwixxi għal definizzjoni konsistenti tal-post tal-punti tat-terminazzjoni tan-network mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
Artikolu 70
Roaming lokalizzat
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68(1) u (2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu fuq l-impriżi li jipprovdu jew li huma awtorizzati li jipprovdu networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi obbligi fir-rigward tal-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew obbligi li jikkonkludu ftehimiet ta’ aċċess għal roaming lokalizzat, fiż-żewġ każijiet jekk dan ikun neċessarju direttament għall-forniment lokali ta’ servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dment li l-ebda mezz alternattiv vijabbli u simili ta’ aċċess għall-utenti finali ma jkun disponibbli għal kwalunkwe impriża b’termini u b’kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu tali obbligi biss meta din il-possibbiltà tkun prevista b’mod ċar meta jingħataw id-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u meta jkun iġġustifikat minħabba li, fiż-żona soġġetta għal tali obbligi, il-varar tal-infrastruttura mmexxi mis-suq għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuq l-użu tal-ispettru tar-radju jkun soġġett għal ostakli ekonomiċi jew fiżiċi insormontabbli,u għalhekk l-aċċess għan-networks jew għas-servizzi mill-utenti finali jkun defiċjenti ħafna jew assenti. F’dawn iċ-ċirkostanzi meta l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva waħedhom ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu
(a)il-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-konnettività madwar l-Unjoni, tul mogħdijiet ewlenin tat-trasport u b’mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b’mod sinifikanti l-għażla u l-kwalità ogħla ta’ servizz għall-utenti finali;
(b)l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju;
(c)il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kundizzjonijiet assoċjati;
(d)l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif ukoll kompetizzjoni bbażata fuq is-servizz;
(e)l-innovazzjoni teknoloġika;
(f)il-ħtieġa essenzjali li jiġi appoġġat l-inċentiv għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura.
3.Fil-każ ta’ soluzzjoni għat-tilwim, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu tal-kondiviżjoni jew tal-aċċess l-obbligu li jiġbor jew jikkondividi l-ispettru tar-radju mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti jew li jippermetti l-aċċess għall-ispettru tar-radju għal utenti oħra f’reġjuni speċifiċi jew fil-livell nazzjonali.
Artikolu 71
Miżuri simetriċi għat-tranżizzjoni għall-fibra
1.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi fuq fornitur li jvara network tal-fibra sad-dar (FTTH) fiż-żona fejn tkun ġiet obbligata d-diżattivazzjoni tar-ram l-obbligu li jikkollega, fuq talba tal-utent, l-unitajiet domestiċi moqdija min-network tal-fibra tiegħu. Meta jkun hemm aktar minn fornitur wieħed preżenti f’din iż-żona, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi tali obbligi fuq fornitur wieħed biss, abbażi ta’ kriterji trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji.
2.Fl-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 73(1) fil-kuntest tad-diżattivazzjoni tar-ram, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-obbligi tal-aċċess, inklużi l-kalkolu tal-irkupru tal-kostijiet, kif meħtieġ.
3.Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kostijiet jaqbżu tariffa normali tal-konnessjoni u li tariffa addizzjonali ta’ konnessjoni tista’ tiġi ġġustifikata, hija għandha tiżgura li tali tariffa addizzjonali, meta tiġġarrab mill-utenti finali, tkun ġusta u raġonevoli. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi livell massimu tat-tariffi ta’ konnessjoni li għandhom jitħallsu mill-utenti finali.
4.Fiż-żoni fejn tkun obbligatorja d-diżattivazzjoni tar-ram, meta l-konnessjoni tal-unitajiet domestiċi tirrikjedi li l-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jintroduċu wajers u kejbils tal-fibra ġodda u faċilitajiet assoċjati f’unità b’abitazzjonijiet multipli, is-sid jew l-amministratur ta’ tali unità b’abitazzjonijiet multipli għandu jippermetti t-tali varat fuq talba ta’ kwalunkwe resident tal-unità b’abitazzjonijiet multipli.
5.L-obbligu li jiġi permess il-varar ta’ wajers u ta’ kejbils tal-fibra u tal-faċilitajiet assoċjati f’unità b’abitazzjonijiet multipli għandu jitqies li ġie ssodisfat ladarba fornitur uniku ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkun vara n-network. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi miżuri skont l-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 69 fejn meħtieġ biex tiżgura aċċess effettiv minn fornituri oħra ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-wajers u għall-kejbils tal-fibra l-ġodda u għall-faċilitajiet assoċjati.
6.L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ titlob lil kwalunkwe fornitur ieħor ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex jipproċedi b’tali introduzzjoni meta l-fornitur ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkun għadda mill-unità b’abitazzjonijiet multipli jipprovdi ġustifikazzjoni sostanzjata li turi l-impossibbiltà li jikkonforma ma’ dan l-obbligu.
5.4.TITOLU IV: SWIEQ U KOMPETIZZJONI
5.4.1.KAPITOLU I Analiżi tas-suq u saħħa sinifikanti fis-suq
Artikolu 72
Definizzjoni tas-suq
1.Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom l-intenzjoni li jiddefinixxu s-swieq rilevanti xierqa għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, huma għandhom jagħmlu dan f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. Meta jiddefinixxu s-swieq ġeografiċi rilevanti fit-territorju tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-grad ta’ kompetizzjoni fl-infrastruttura.
Il-Kummissjoni għandha tanalizza regolarment ix-xejriet ġenerali fl-Unjoni, abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, u tivvaluta, b’referenza għall-Artikolu 73(1)(a), (b) u (c), jekk hijiex meħtieġa l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi (“ir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq”). Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, wara konsultazzjoni pubblika, inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC.
Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu tali li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għas-swieq li jistgħu jiġu ddefiniti f’każijiet speċifiċi skont id-dritt tal-kompetizzjoni. Dawn is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi għandhom jiġu ddefiniti f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, hija għandha tirrieżaminaha regolarment.
Meta suq ikun inkluż fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrieżaminaw is-suq. Is-swieq fejn tiġi imposta regolamentazzjoni ex ante għandhom jiġu rrieżaminati kull 5 snin biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji msemmija fl-Artikolu 73(1) humiex issodisfati.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn rilevanti, iqisu wkoll ir-riżultati tal-analiżi tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq f’konformità mal-Artikolu 183(12).
Artikolu 73
Proċedura ta’ analiżi tas-suq
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit f’konformità mal-Artikolu 72 huwiex tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi, fejn xieraq f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.
Qabel id-diżattivazzjoni tar-ram, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu rieżamijiet tas-swieq rilevanti li jkopru mill-inqas iż-żoni affettwati mid-diżattivazzjoni tar-ram.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 85 u 184 meta jwettqu analiżijiet tas-suq u għandhom jipproċedu fil-ħin, filwaqt li jikkonkludu l-proċess fi żmien sena.
Suq jista’ jitqies li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux tranżitorji għad-dħul;
(b)ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun tqies l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta’ kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;
(c)id-dritt tal-kompetizzjoni waħedha ma hijiex biżżejjed biex tindirizza b’mod adegwat il-falliment(i) tas-suq identifikat(i).
Meta awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi tas-suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, hija għandha tqis li l-punti (a), (b) u (c) ikunu ġew issodisfati, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tiddeterminax li wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji ma jkunx ġie ssodisfat fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.
2.Meta awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, hija għandha tqis, f’perspettiva li tħares ’il quddiem, kif is-swieq jiżviluppaw fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni imposta abbażi ta’ dan l-Artikolu. Fl-analiżi tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis dan kollu li ġej:
(a)żviluppi tas-suq li jaffettwaw il-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva;
(b)ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell tal-operaturi u fil-livell bl-imnut, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta’ tali xkiel ikunux networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħra ta’ servizzi jew ta’ applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk tali xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;
(c)tipi oħra ta’ regolamentazzjoni jew ta’ miżuri imposti u li jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq jew is-swieq bl-imnut relatati matul il-perjodu rilevanti, inklużi, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti f’konformità mal-Artikoli 64, 68 u 69;
(d)regolamentazzjoni imposta fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta’ dan l-Artikolu.
3.Meta awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li suq rilevanti ma jiġġustifikax l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji f’konformità mal-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati, ma għandha timponi l-ebda obbligu regolatorju speċifiku f’konformità mal-Artikolu 77 u għandha tirtira l-obbligi preċedenti imposti f’konformità mal-Artikolu 77.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu li jobbligaw perjodu xieraq ta’ notifika biex jitneħħew ir-rimedji, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni sostenibbli għall-benefiċjarji ta’ dawk l-obbligi u l-utenti finali, l-għażla tal-utenti finali u li r-regolamentazzjoni ma tkomplix għal aktar żmien milli neċessarju. Meta jistabbilixxu tali perjodu ta’ notifika, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeterminaw kundizzjonijiet speċifiċi u perjodi ta’ notifika b’rabta mal-ftehimiet eżistenti ta’ aċċess.
5.Meta awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li f’suq rilevanti l-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tkun ġustifikata, hija għandha tidentifika kwalunkwe impriża li individwalment jew b’mod konġunt ikollha saħħa sinifikanti fis-suq f’dak is-suq rilevanti f’konformità mal-Artikolu 76. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi obbligi regolatorji speċifiċi xierqa fuq tali impriżi f’konformità mal-Artikolu 77 jew iżżomm jew temenda tali obbligi fejn diġà jeżistu jekk tqis li l-eżitu għall-utenti finali ma jkunx effettivament kompetittiv fin-nuqqas ta’ dawk l-obbligi.
6.Miżuri meħuda f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 85 u 184. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-suq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 85 fi żmien 5 snin mill-adozzjoni ta’ miżura preċedenti fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun iddefiniet is-suq rilevanti u ddeterminat liema impriżi jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq.
Artikolu 74
Proċedura għall-identifikazzjoni tas-swieq tranżnazzjonali
1.Meta l-Kummissjoni jew mill-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jippreżentaw talba motivata, inkluż evidenza ta’ sostenn, il-BEREC għandu jwettaq analiżi ta’ suq tranżnazzjonali potenzjali. Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u wara li titqies l-analiżi mwettqa mill-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jidentifikaw is-swieq tranżnazzjonali f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni.
2.Fil-każ ta’ swieq tranżnazzjonali identifikati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom iwettqu b’mod konġunt l-analiżi tas-suq filwaqt li jqisu l-linji gwida dwar l-SMP u, b’mod miftiehem, għandhom jiddeċiedu dwar kwalunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligi regolatorji msemmija fl-Artikolu 73(4). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’mod konġunt l-abbozz ta’ miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju skont l-Artikolu 85.
3.Żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew aktar jistgħu wkoll jinnotifikaw b’mod konġunt l-abbozz ta’ miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju fin-nuqqas ta’ swieq tranżnazzjonali, meta jqisu li l-kundizzjonijiet tas-suq fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom ikunu omoġenji biżżejjed.
Artikolu 75
Proċedura għall-identifikazzjoni tad-domanda tranżnazzjonali
Il-BEREC għandu jwettaq analiżi tad-domanda tranżnazzjonali tal-utent finali għal prodotti u għal servizzi li jiġu pprovduti fl-Unjoni, meta jirċievi talba motivata li tipprovdi evidenza ta’ sostenn mill-Kummissjoni jew minn tal-anqas tnejn mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati li tindika li hemm problema serja tad-domanda li għandha tiġi indirizzata. Il-BEREC jista’ jwettaq ukoll tali analiżi meta jirċievi talba motivata mill-parteċipanti fis-suq li tipprovdi biżżejjed evidenza ta’ sostenn u jqis li hemm problema serja fid-domanda li għandha tiġi indirizzata. L-analiżi tal-BEREC hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe sejba tas-swieq tranżnazzjonali f’konformità mal-Artikolu 74(1) u għal kwalunkwe sejba tas-swieq ġeografiċi nazzjonali jew sottonazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 72.
Artikolu 76
Impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq
1.Meta awtorità nazzjonali regolatorji tidentifika li impriża għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 ta’ dan Artikolu għandu japplika.
2.Impriża għandha titqies li għandha saħħa sinifikanti fis-suq meta, jew individwalment jew b’mod konġunt ma’ oħrajn, tgawdi pożizzjoni ekwivalenti għal dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, mill-klijenti u fl-aħħar mill-aħħar mill-konsumaturi.
3.B’mod partikolari, meta jivvalutaw jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f’pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u jqisu l-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5.
4.Meta impriża jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku tista’ wkoll tiġi ddeżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq relatat mill-qrib, fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq jippermettu li s-saħħa fis-suq miżmuma fis-suq speċifiku tiġi ingranata fis-suq relatat mill-qrib, u b’hekk tissaħħaħ is-saħħa fis-suq tal-impriża. Konsegwentement, fis-suq relatat mill-qrib jistgħu jiġu applikati rimedji li skont l-Artikoli 77 sa 84 għandhom l-għan li jipprevjenu tali ingranaġġ.
5.Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għall-analiżi tas-suq u għall-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq (“il-linji gwida dwar l-SMP”) li għandhom ikunu f’konformità mal-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-linji gwida dwar l-SMP għandhom jinkludu gwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq għall-kuntest speċifiku ta’ regolamentazzjoni ex ante ta’ swieq ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, filwaqt li jqisu t-tliet kriterji msemmija fl-Artikolu 73(1).
5.4.2.KAPITOLU II: Rimedji ta’ aċċess imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq
Artikolu 77
Impożizzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligi imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq
1.Meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet kompetittivi ta’ suq speċifiku u l-ħtieġa għal intervent regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, f’konformità mal-Artikolu 73(2), jikkunsidraw fl-ewwel istanza l-influwenza fuq id-dinamika kompetittiva tar-regolamenti eżistenti, l-impenn possibbli offrut jew ir-rimedji imposti fil-kuntest ta’ proċedimenti skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni tal-kompetizzjoni jew ftehimiet kummerċjali.
2.F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, meta impriża tiġi ddeżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku b’riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 73, awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħżel l-inqas mod intrużiv biex tindirizza l-problemi possibbli identifikati fl-analiżi tas-suq. F’din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-impenji offruti mill-operaturi ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 83.
3.L-obbligi imposti f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu:
(a)ibbażati fuq in-natura tal-problema identifikata minn awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tagħha tas-suq, billi titqies, fejn xieraq, l-identifikazzjoni tad-domanda tranżnazzjonali skont l-Artikolu 75;
(b)proporzjonati, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji;
(c)ġustifikati meta jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3;
(d)imposti wara konsultazzjoni f’konformità mal-Artikoli 85 u 184.
4.Meta impriża tiġi ddeżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, fejn xieraq, jimponu obbligi bħal obbligi ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni fl-ewwel stadju tal-valutazzjoni.
Meta awtorità regolatorja nazzjonali tqis li l-obbligi msemmija hawn fuq ma jkunux biżżejjed jew xierqa, hija għandha teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ tali obbligi flimkien mal-obbligi imposti f’konformità mal-Artikolu 80 biss tkunx mezz proporzjonat u suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, fejn iqisu li huma meħtieġa obbligi ta’ aċċess addizzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi li jagħtu aċċess armonizzat stabbiliti fl-Artikolu 81.
Huwa biss meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jipprovdu ġustifikazzjoni sostanzjata li turi li tali obbligi imposti f’konformità mal-Artikoli 80 u 81 ma jindirizzawx il-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati fis-suq ikkonċernat, li jkunu jistgħu jimponu obbligi oħra għall-aċċess għal elementi u għal servizzi speċifiċi attivi jew virtwali tan-network, u għall-użu ta’ elementi speċifiċi ta’ network u tal-faċilitajiet assoċjati skont l-Artikolu 78.
Minbarra l-obbligi msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 77 sa 84 ma jkunux xierqa, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu l-obbligu tas-separazzjoni tal-kontabbiltà, l-obbligu tal-kontroll tal-prezzijiet u l-obbligi tal-kontabbiltà tal-kostijiet.
L-obbligi imposti ma għandux ikollhom effett retroattiv. Meta jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, l-obbligi jistgħu jiġu imposti b’data tal-bidu li tkun differenti minn dik normalment ipprovduta.
5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw l-obbligi fuq l-impriżi, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 85.
6.Fil-każ ta’ żviluppi fis-suq, inkluż ftehimiet kummerċjali, jew impenji, li ma jirrikjedux bidla fid-definizzjoni tas-suq jew fil-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq u li ma jiġġustifikawx analiżi ġdida tas-suq f’konformità mal-Artikolu 73, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jiġu rrieżaminati l-obbligi imposti fuq l-impriżi ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u li tiġi emendata kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż billi jiġu rtirati obbligi jew jiġu imposti obbligi ġodda, sabiex jiġi żgurat li tali obbligi jkomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali emendi għandhom jiġu imposti biss wara konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 85 u 184.
7.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)l-Artikoli 67, 68 u 69;
(b)l-Artikolu 50, l-Artikolu 52, l-Artikolu 64 u l-Artikolu 100 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE li fihom obbligi fuq impriżi għajr dawk iddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq;
(c)il-ħtieġa ta’ konformità ma’ impenji internazzjonali.
8.Sabiex tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC, tista’ toħroġ gwida biex tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.
Artikolu 78
Obbligi ta’ aċċess għal elementi speċifiċi ta’ networks u tal-faċilitajiet assoċjati, u ta’ użu tagħhom
1.F’konformità mal-Artikolu 77, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq l-impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal elementi speċifiċi ta’ network u għall-faċilitajiet assoċjati, minbarra dawk identifikati fl-Artikoli 80 u 81, u għall-użu tagħhom, f’sitwazzjonijiet li fihom l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kundizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu l-ħolqien ta’ suq kompetittiv sostenibbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u ma jkunux fl-interess tal-utent finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li l-impriżi, fost l-oħrajn:
(a)jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi fiżiċi speċifiċi ta’ networks u tal-faċilitajiet assoċjati, u jawtorizzaw l-użu tagħhom, kif xieraq, inkluż aċċess diżaggregat għaċ-ċirkwit u għas-sottoċirkwit lokali;
(b)jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u għal servizzi tan-networks attivi jew virtwali speċifiċi;
(c)jinnegozjaw bona fide ma’ impriżi li jitolbu l-aċċess;
(d)ma jirtirawx l-aċċess diġà mogħti għal faċilitajiet;
(e)jipprovdu servizzi speċifiċi tal-operaturi biex jinbiegħu mill-ġdid minn partijiet terzi;
(f)jagħtu aċċess miftuħ għal interfaċċi tekniċi, għal protokolli jew għal teknoloġiji prinċipali oħra li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-networks virtwali;
(g)jipprovdu l-kolokalizzazzjoni jew forom oħra ta’ kondiviżjoni tal-faċilitajiet assoċjati;
(h)jipprovdu servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti, jew ir-roaming fuq networks mobbli;
(i)jipprovdu aċċess għal sistemi ta’ sostenn operazzjonali jew għal sistemi simili ta’ software neċessarji biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;
(j)jagħmlu interkonnessjoni ma’ networks jew ma’ faċilitajiet ta’ networks;
(k)jipprovdu l-aċċess għal servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, tal-lokalizzazzjoni u tal-preżenza.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jissoġġettaw dawk l-obbligi għal kundizzjonijiet li jkopru l-ġustizzja, ir-raġonevolezza u l-puntwalità.
2.Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-adegwatezza li jimponu kwalunkwe wieħed mill-obbligi speċifiċi possibbli msemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari meta jivvalutaw, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk tali obbligi għandhomx jiġu imposti u kif, huma għandhom janalizzaw jekk forom oħra ta’ aċċess għall-inputs tal-operaturi, jew fl-istess suq tal-operaturi jew f’suq tal-operaturi relatat, ikunux biżżejjed biex jindirizzaw il-problema identifikata fl-interess tal-utent finali. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi offerti ta’ aċċess kummerċjali, ta’ aċċess regolat skont l-Artikoli 68 u 69, jew ta’ aċċess regolat eżistenti jew ippjanat għal inputs oħra tal-operaturi skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu b’mod partikolari l-fatturi li ġejjin:
(a)il-vijabbiltà teknika u ekonomika li jintużaw jew jiġu installati faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata ta’ żvilupp tas-suq u jitiqesu n-natura u t-tip ta’ interkonnessjoni jew ta’ aċċess involuti, inkluża l-vijabbiltà ta’ prodotti oħra ta’ aċċess upstream, bħall-aċċess għall-kanali;
(b)l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-immaniġġjar tan-networks;
(c)il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-networks tagħhom stess;
(d)il-fattibbiltà li jiġi pprovdut l-aċċess offrut, b’relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;
(e)l-investiment inizjali mis-sid tal-faċilità, filwaqt li jitqies kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti fit-twettiq tal-investiment, b’mod partikolari rigward l-investimenti fin-networks tal-gigabits, u l-livelli ta’ riskju assoċjati magħhom;
(f)il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b’attenzjoni partikolari lejn il-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u l-mudelli ta’ negozju innovattivi li jappoġġaw il-kompetizzjoni sostenibbli, bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-networks;
(g)fejn xieraq, kull dritt rilevanti ta’ proprjetà intellettwali;
(h)il-forniment ta’ servizzi pan-Ewropej.
3.Meta jimponu obbligi fuq impriża biex tipprovdi aċċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu kundizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornitur jew mill-benefiċjarji ta’ tali aċċess, fejn neċessarju, biex jiġi żgurat it-tħaddim normali tan-network. L-obbligi li jridu jiġu segwiti standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi għandhom ikunu konformi mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 189.
Artikolu 79
Kontroll tal-prezzijiet u obbligi ta’ kontabbiltà tal-kostijiet
1.F’konformità mal-Artikolu 77, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi obbligi relatati mal-irkupru tal-kostijiet u mal-kontroll tal-prezzijiet, inklużi obbligi għall-orjentazzjoni tal-kostijiet tal-prezzijiet u obbligi li jikkonċernaw sistemi ta’ kontabbiltà tal-kostijiet, għall-forniment ta’ tipi speċifiċi ta’ interkonnessjoni jew ta’ aċċess, f’sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva jfisser li l-impriża kkonċernata tista’ ssostni prezzijiet f’livell eċċessivament għoli, jew tista’ tapplika kompressjoni tal-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali.
Meta jiddeterminaw jekk l-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet ikunux xierqa, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li jippromwovu l-kompetizzjoni u l-interessi fit-tul tal-utenti finali relatati mal-varar u mal-adozzjoni tan-networks tal-gigabits. B’mod partikolari, biex jitħeġġu l-investimenti mill-impriża, inkluż fin-networks tal-gigabits, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-investiment magħmul mill-impriża, b’mod partikolari fejn ikunu saru investimenti ġodda. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet ikunu xierqa, dawn għandhom jippermettu lill-impriża rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital adegwat użat, filwaqt li jqisu kwalunkwe riskju speċifiku għal proġett partikolari ġdid ta’ network ta’ investiment.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw li ma jimponux jew ma jżommux obbligi skont dan l-Artikolu, meta jistabbilixxu li hemm restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz bl-imnut u li kwalunkwe obbligu impost f’konformità mal-Artikolu 77, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe test tar-replikabbiltà ekonomika, jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju.
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li jkun xieraq li jimponu obbligi ta’ kontroll tal-prezzijiet fuq l-aċċess għall-elementi eżistenti tan-network, dawn għandhom iqisu wkoll il-benefiċċji ta’ prezzijiet tal-operaturi prevedibbli u stabbli biex jiġi żgurat dħul effiċjenti fis-suq u inċentivi suffiċjenti għall-impriżi kollha biex ivaraw networks ġodda u mtejba.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rkupru tal-kostijiet jew metodoloġija tal-ipprezzar obbligatorja sservi biex tippromwovi l-varar ta’ networks ġodda u mtejba, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u timmassimizza l-benefiċċji sostenibbli għall-utenti finali. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jqisu wkoll il-prezzijiet disponibbli fi swieq kompetittivi komparabbli.
3.Meta impriża jkollha obbligu rigward l-orjentazzjoni tal-kostijiet tal-prezzijiet tagħha, l-oneru tal-provi li l-imposti jkunu derivati mill-kostijiet, inkluża rata raġonevoli ta’ redditu fuq l-investiment, għandu jaqa’ fuq l-impriża kkonċernata. Għall-fini tal-kalkolu tal-kost ta’ forniment effiċjenti ta’ servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jużaw metodi ta’ kontabbiltà tal-kostijiet indipendentement minn dawk użati mill-impriża. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li impriża tipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tagħha u jistgħu, fejn xieraq, jirrikjedu li l-prezzijiet jiġu aġġustati.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontabilità tal-kostijiet hija obbligatorja sabiex tappoġġa l-kontroll tal-prezzijiet, deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontabbiltà tal-kostijiet tkun disponibbli għall-pubbliku, li turi mill-inqas il-kategoriji ewlenin li taħthom il-kostijiet huma raggruppati u r-regoli użati għall-allokazzjoni tal-kostijiet. Korp indipendenti kwalifikat għandu jivverifika l-konformità mas-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet u għandu jippubblika kull sena dikjarazzjoni dwar il-konformità.
Artikolu 80
Aċċess għal networks passivi
1.F’konformità mal-Artikolu 77, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi obbligi fuq l-impriżi biex jiġu ssodisfati talbiet raġonevoli għall-aċċess għal fibra skura u għall-inġinerija ċivili, u l-użu tagħhom, li jinkludu, iżda mhux biss, bini jew dħul għal bini, kejbils tal-bini, inklużi wajers, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, arbli, kanali, kondjuwits, kmamar tal-ispezzjonijiet, tappieri tal-ispezzjonar u kabinetti, f’sitwazzjonijiet fejn, wara li tkun ikkunsidrat l-analiżi tas-suq, l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li ċ-ċaħda għall-aċċess jew l-aċċess mogħti skont termini u kundizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jkun ifixkel il-ħolqien ta’ suq kompetittiv sostenibbli u ma jkunx fl-interess tal-utent finali.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq impriża biex tipprovdi aċċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk l-assi li jkunu affettwati mill-obbligu jkunux parti mis-suq rilevanti f’konformità mal-analiżi tas-suq, dment li l-obbligu jkun neċessarju u proporzjonat sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 3.
Artikolu 81
Prodotti ta’ aċċess armonizzati
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk huwiex ġustifikat u proporzjonat li jiġi impost fuq operatur deżinjat bħala li għandu saħħa sinifikanti fis-suq f’suq speċifiku b’riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 73, obbligu li joffri prodotti ta’ aċċess armonizzati tal-Unjoni qabel ma jiġu imposti prodotti ta’ aċċess oħra.
2.Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li timponi prodotti oħra ta’ aċċess, hija għandha tispjega għalfejn dawn huma aktar xierqa mill-prodotti ta’ aċċess armonizzati biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati.
3.Il-prodotti armonizzati tal-Unjoni jistgħu jinkludu prodotti ta’ aċċess lokali.
4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta fi żmien [6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-elementi standard tal-kost, il-metodoloġiji tal-kost għall-prodotti armonizzati u l-offerta ta’ referenza relatata mal-prodott(i) ta’ aċċess armonizzat(i), filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
5.Il-prodotti ta’ aċċess armonizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi li ġejjin:
(a)il-kapaċità li jiġu offruti bħala prodott ta’ aċċess lil kwalunkwe fornitur ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkun attiv fl-Unjoni;
(b)il-grad massimu ta’ interoperabbiltà tan-networks u tas-servizzi u l-immaniġġjar nondiskriminatorju tan-network bejn l-operaturi b’mod konsistenti mat-topoloġija tan-networks;
(c)il-kapaċità li jaqdu lill-utenti finali skont termini kompetittivi;
(d)il-kosteffettività, filwaqt li titqies il-kapaċità li għandha tiġi implimentata fuq networks eżistenti u dawk mibnija ġodda u li teżisti flimkien ma’ prodotti ta’ aċċess oħra li jistgħu jiġu pprovduti fuq l-istess infrastruttura tan-network;
(e)l-effettività operazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward li jiġu limitati, sa fejn ikun possibbli, l-ostakli għall-implimentazzjoni u l-kostijiet tal-varar għall-fornituri tal-aċċess u għal rikjedenti tal-aċċess;
(f)ir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-data personali, is-sigurtà u l-integrità tan-networks u t-trasparenza f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
6.Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun stabbiliet li l-obbligu li jiġu offruti tali prodotti ta’ aċċess armonizzati għandu jissostitwixxi l-obbligi ta’ aċċess għall-operaturi imposti qabel, hija għandha tistabbilixxi perjodu tranżitorju xieraq ta’ mill-inqas 6 xhur qabel ma tħassar dawn il-miżuri tal-aħħar.
Artikolu 82
Rati ta’ terminazzjoni
1.Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att delegat li jissupplimenta dan ir-Regolament, rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni (flimkien imsejħa “ir-rati għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni”), li huma imposti fuq kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile jew ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi, rispettivament, fi kwalunkwe Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak l-att delegat kull 5 snin wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandha tikkunsidra f’kull okkażjoni bħal din, billi tapplika l-kriterji msemmija fl-Artikolu 73(1), jekk l-iffissar tar-rati għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni jkunx għadu neċessarju. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha f’konformità ma’ dan il-paragrafu, li ma timponix rata massima għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile jew rata massima għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi, jew l-ebda waħda minnhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jwettqu analiżijiet tas-suq tas-swieq tat-terminazzjoni ta’ telefonati f’konformità mal-Artikolu 73, biex jivvalutaw jekk l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji tkunx neċessarja. Meta, b’riżultat ta’ tali analiżi, awtorità regolatorja nazzjonali timponi rati ta’ terminazzjoni tal-operaturi orjentati lejn il-kostijiet f’suq rilevanti, hija għandha ssegwi l-prinċipji, il-kriterji u l-parametri stabbiliti fl-Anness II u l-abbozz ta’ miżura tagħha għandu jkun soġġett għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 85 u 184.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw mill-qrib l-applikazzjoni tar-rati għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni mill-fornituri ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati, u jiżguraw il-konformità magħha. Fi kwalunkwe ħin, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li fornitur ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati jemenda r-rata li jimponi fuq impriżi oħra jekk ma jikkonformax mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 83
Proċedura ta’ impenji
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-operaturi bil-possibbiltà li joffru impenji biex jindirizzaw il-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati.
2.L-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru lill-awtorità regolatorja nazzjonali impenji rigward il-kundizzjonijiet għall-aċċess, il-koinvestiment, jew it-tnejn li huma, applikabbli għan-networks tagħhom b’rabta, fost l-oħrajn, ma’ dawn:
(a)l-arranġamenti kooperattivi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ obbligi xierqa u proporzjonati skont l-Artikolu 77;
(b)il-koinvestiment f’networks tal-gigabits;
(c)l-aċċess effettiv u nondiskriminatorju minn partijiet terzi matul perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ separazzjoni volontarja, inkluż it-trasferiment tal-assi tan-network ta’ aċċess lokali tagħhom jew parti sostanzjali minnhom lil entità legali separata taħt sjieda differenti, jew l-istabbiliment ta’ entità ta’ negozju separata, minn impriża integrata vertikalment, u wara li tiġi implimentata l-forma proposta ta’ separazzjoni.
L-offerta għal impenji għandha tkun dettaljata biżżejjed fir-rigward tal-ambitu, tad-durata u tat-twaqqit u tal-modalità tal-implimentazzjoni tagħhom, biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Impenji bħal dawn jistgħu jestendu lil hinn mill-perjodi għat-twettiq tal-analiżi tas-suq previsti fl-Artikolu 73(6).
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw jekk l-impenji waħedhom ikunux mezz proporzjonat u suffiċjenti biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati. Sabiex tivvaluta kwalunkwe impenn offrut minn impriża skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fejn tali impenji ma jissodisfawx b’mod ċar kundizzjoni jew kriterju rilevanti wieħed jew aktar, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq test tas-suq, b’mod partikolari fuq it-termini offruti, billi twettaq konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati, b’mod partikolari mal-partijiet terzi li huma affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew ir-rikjedenti tal-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità tal-impenji offruti mal-kundizzjonijiet previsti, kif applikabbli, fl-Artikolu 77 u jistgħu jipproponu bidliet.
4.Fir-rigward tal-impenji offruti skont dan l-Artikolu, meta tivvaluta l-obbligi skont l-Artikolu 77(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis b’mod partikolari:
(a)l-evidenza fir-rigward tan-natura ġusta u raġonevoli tal-impenji offruti;
(b)l-aċċess miftuħ għall-impenji għall-parteċipanti kollha fis-suq;
(c)id-disponibbiltà f’waqtha tal-aċċess b’kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, qabel it-tnedija ta’ servizzi bl-imnut relatati;
(d)l-adegwatezza ġenerali tal-impenji offruti biex jippermettu kompetizzjoni sostenibbli fis-swieq downstream u biex jiffaċilitaw il-varar u l-adozzjoni kooperattivi tan-networks tal-gigabits fl-interess tal-utenti finali.
Filwaqt li tqis il-fehmiet kollha espressi fil-konsultazzjoni u sa liema punt dawn il-fehmiet ikunu rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati differenti, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-impriża ddeżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar jekk l-impenji offruti jikkonformawx mal-objettivi, mal-kriterji u mal-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 77 u taħt liema kundizzjonijiet tista’ tikkunsidra li tagħmel l-impenji vinkolanti. L-impriża tista’ tirrevedi l-offerta inizjali tagħha biex tqis il-konklużjonijiet preliminari tal-awtorità regolatorja nazzjonali u bil-ħsieb li tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 77.
5.L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ toħroġ deċiżjoni biex tagħmel l-impenji kompletament jew parzjalment vinkolanti.
6.B’deroga mill-Artikolu 73(6), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel xi impenji jew l-impenji kollha vinkolanti għal perjodu speċifiku, li jista’ jkun il-perjodu kollu li għalih jiġu offruti, u, fil-każ ta’ impenji ta’ koinvestiment magħmula vinkolanti, għandha tagħmilhom vinkolanti għal perjodu minimu ta’ 7 snin. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel l-impenji vinkolanti skont dan l-Artikolu, hija għandha tivvaluta skont l-Artikolu 77 il-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni għall-iżvilupp tas-suq u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe obbligu li tkun imponiet jew li, fin-nuqqas ta’ dawk l-impenji, kienet tikkunsidra li timponi skont l-Artikoli 77 sa 81. Meta tinnotifika l-abbozz ta’ miżura rilevanti skont l-Artikolu 77 f’konformità mal-Artikolu 85, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha takkumpanja l-abbozz ta’ miżura notifikat bid-deċiżjoni dwar l-impenji.
7.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenji li tkun għamlet vinkolanti f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu bl-istess mod li bih timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-obbligi imposti skont l-Artikolu 77, u għandha tqis l-estensjoni tal-perjodu li għalih ikunu saru vinkolanti meta jiskadi l-perjodu inizjali. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li impriża ma kkonformatx mal-impenji li saru vinkolanti f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ timponi penali fuq tali impriża f’konformità mal-Artikolu 196. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura biex tiġi żgurata l-konformità ta’ obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 196, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tivvaluta mill-ġdid l-obbligi imposti f’konformità mal-Artikolu 77.
8.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-impriżi li jistgħu joffru impenji biex jevitaw il-miżuri regolatorji skont l-Artikolu 69.
Artikolu 84
Impriżi bl-ingrossa biss
1.Awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeżinja impriża li tkun assenti minn kwalunkwe suq bl-imnut għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq ġeografiku rilevanti bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’suq tal-operaturi wieħed jew aktar f’konformità mal-Artikolu 73 għandha tqis jekk dik l-impriża jkollhiex il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)il-kumpaniji u l-unitajiet tan-negozju kollha fl-impriża, il-kumpaniji kollha li jkunu kkontrollati iżda mhux neċessarjament kompletament proprjetà tal-istess sid aħħari u kwalunkwe azzjonist li kapaċi jeżerċita kontroll fuq l-impriża jkollhom biss attivitajiet, kurrenti u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għalhekk ma jkollhomx attivitajiet f’xi suq tal-operaturi għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pprovduti lill-utenti finali fis-suq ġeografiku rilevanti jew fi kwalunkwe suq ieħor li jista’ jinfluwenza l-imġiba tal-impriża fis-suq tal-operaturi rilevanti;
(b)l-impriża ma tkunx marbuta li tittratta ma’ impriża unika u separata li topera downstream li tkun attiva fis-suq bl-imnut għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pprovduti lill-utenti finali fis-suq ġeografiku rilevanti u fi kwalunkwe suq ieħor li jista’ jinfluwenza l-imġiba tal-impriża fis-suq tal-operaturi rilevanti, minħabba ftehim esklużiv jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklużiv.
2.Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati, hija tista’ timponi obbligi fuq dik l-impriża biss skont l-Artikolu 78 u nondiskriminazzjoni jew ipprezzar ġust u raġonevoli, fejn ġustifikat, abbażi ta’ analiżi tas-suq li tinkludi valutazzjoni prospettiva tal-imġiba probabbli tal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.
3.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tirrieżamina l-obbligi imposti fuq l-impriża f’konformità ma’ dan l-Artikolu fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, u għandha, kif xieraq, tapplika l-Artikolu 73 u l-Artikoli 77 sa 83. L-impriżi għandhom jinformaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanza rilevanti għall-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu.
4.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tirrieżamina wkoll l-obbligi imposti fuq l-impriża f’konformità ma’ dan l-Artikolu jekk abbażi ta’ evidenza tat-termini u tal-kundizzjonijiet offruti mill-impriża lill-klijenti downstream tagħha, l-awtorità tikkonkludi li nqalgħu jew x’aktarx jinħolqu problemi tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-utenti finali li jirrikjedu l-impożizzjoni ta’ obbligu wieħed jew aktar stabbiliti fl-Artikoli 77 sa 81, jew l-emenda tal-obbligi imposta f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-impożizzjoni ta’ obbligi u r-rieżami tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 85 u 184.
5.4.3.KAPITOLU III: Proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-suq
Artikolu 85
Konsolidazzjoni tas-suq intern fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1.Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu bis-sħiħ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.Ħlief fejn previst mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet jew fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 186, mat-tlestija tal-konsultazzjoni pubblika, meta awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li tieħu miżura li:
(a)taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 68 u 69 u tal-Artikoli 71 sa 84;
(b)tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri,
din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura u tikkomunikah lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra, fl-istess ħin, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura, f’konformità mal-Artikolu 184(4). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentaw dwar dak l-abbozz ta’ miżura fi żmien 30 jum ta’ xogħol. Il-perjodu ta’ 30 jum ta’ xogħol ma għandux jiġi estiż.
3.L-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jiġi adottat għal 90 jum ta’ xogħol ieħor, meta dik il-miżura jkollha l-għan li:
(a)tiddefinixxi suq rilevanti u tivvaluta s-suxxettibbiltà tiegħu għal regolamentazzjoni ex ante skont l-Artikolu 72;
(b)tiddeċiedi jekk impriża għandhiex tiġi ddeżinjata jew le bħala li għandha, individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, skont l-Artikolu 73;
(c)timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq impriża fl-applikazzjoni tal-Artikolu 69(2) jew tal-Artikolu 77, ħlief għall-obbligi imposti f’konformità mal-Artikoli 80 u 81,
u l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tqis li l-abbozz ta’ miżura joħloq ostaklu għas-suq intern jew jekk ikollha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Dak il-perjodu ta’ 90 jum ta’ xogħol ma għandux jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra bir-riżervi tagħha f’każ bħal dan, u fl-istess ħin tippubblikahom.
4.Fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-bidu tal-perjodu ta’ 90 jum ta’ xogħol imsemmi fil-paragrafu 3, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar ir-riżervi tal-Kummissjoni msemmija f’dak il-paragrafu, li tindika jekk iqisx li l-abbozz ta’ miżura għandux jinżamm, jiġi emendat jew irtirat u, fejn xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak l-għan. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet u tiġi ppubblikata.
5.Meta fl-opinjoni tiegħu l-BEREC jikkondividi, parzjalment jew kompletament, id-dubji serji tal-Kummissjoni, dan għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u mal-Kummissjoni biex jidentifika l-aktar miżura xierqa u effettiva.
6.Fi żmien il-perjodu ta’ 90 jum ta’ xogħol imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’:
(a)tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata ma tadottax l-abbozz ta’ miżura meta r-riżervi tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq il-paragrafu 3, il-punt (a), (b) jew (c);
(b)tieħu deċiżjoni għat-tneħħija tar-riżervi tagħha msemmija fil-paragrafu 3;
(c)għall-abbozzi tal-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 69(2), tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura.
Qabel ma tieħu deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC.
Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi dettaljata u oġġettiva tar-raġuni għaliex il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta’ miżura ma għandux jiġi adottat, flimkien ma’ proposti speċifiċi biex jiġi emendat.
7.Meta l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu li tirrikjedi li l-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali ma għandhiex tadotta tali miżura. Wara li tkun wettqet konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 186, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika abbozz ta’ miżura ġdid fi żmien 18-il xahar mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
8.Ħlief fil-każijiet koperti mill-paragrafu 3 u mill-paragrafu 6, il-punti (a) u (c), l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tqis bis-sħiħ il-kummenti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u tista’ tadotta l-abbozz ta’ miżura li jirriżulta u għandha, meta tagħmel dan, tikkomunikah lill-Kummissjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-paragrafu 2.
Artikolu 86
Miżuri proviżorji
1.Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi sabiex tissalvagwardja l-kompetizzjoni jew tipproteġi l-interessi tal-utenti, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 85, din tista’ tadotta minnufih miżuri proporzjonati u proviżorji validi għal perjodu mhux aktar minn 18-il xahar. Mingħajr dewmien, hija għandha tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra u lill-BEREC.
2.Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 18-il xahar, il-miżura proviżorja għandha tiġi rtirata jew sostitwita b’miżura permanenti soġġetta għal konsultazzjoni minn qabel fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 85 u 184.
3.L-awtorità regolatorja nazzjonali ma għandhiex tadotta miżura proviżorja biex tindirizza l-istess problema ta’ kompetizzjoni li għaliha tkun diġà ġiet adottata miżura proviżorja.
6.PARTI VI - SERVIZZI
6.1.TITOLU I: OBBLIGI TA’ SERVIZZ UNIVERSALI
Artikolu 87
Servizz universali
1.Il-konsumaturi kollha fl-Unjoni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għal servizz affordabbli ta’ aċċess adegwat għall-internet u għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bil-kwalità speċifikata fit-territorji tagħhom, f’post fiss.
2.Kull Stat Membru għandu, fid-dawl tal-wisa’ tal-banda minima li jgawdu l-maġġoranza tal-konsumaturi fit-territorju tiegħu, u filwaqt li jqis il-linji gwida tal-BEREC kif previst fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jiddefinixxi s-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet imsemmi fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li tiġi żgurata l-wisa’ tal-banda neċessarja għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà.
Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, filwaqt li jqis id-data disponibbli tal-Kummissjoni (Eurostat), għandu joħroġ linji gwida biex jappoġġa d-definizzjoni ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet imsemmi fil-paragrafu 1 u l-ispeċifikazzjoni tal-wisa’ tal-banda neċessarja għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jirriflettu l-avvanzi teknoloġiċi u l-bidliet fix-xejriet tal-użu tal-konsumatur.
Artikolu 88
Forniment ta’ servizz universali affordabbli
1.F’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, kull sena l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni u l-livell tal-prezzijiet bl-imnut tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 87(1) disponibbli fis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet nazzjonali u tal-introjtu nazzjonali tal-konsumatur.
2.Meta l-Istati Membri jistabbilixxu li, fid-dawl ta’ kundizzjonijiet nazzjonali, il-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 87(1) ma jkunux affordabbli, minħabba li l-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jitħallewx jaċċessaw tali servizzi, huma għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-affordabbiltà għal tali konsumaturi ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-inqas f’post fiss.
3.Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jirrikjedu għażliet jew pakketti ta’ tariffi, dawn għandhom jiġu offruti mill-fornituri kollha. Dawn l-offerti għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali. F’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw, fejn applikabbli, li l-kundizzjonijiet li bihom l-impriżi jipprovdu għażliet jew pakketti ta’ tariffi jkunu kompletament trasparenti u jiġu ppubblikati u applikati f’konformità mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-effiċjenza.
Il-konsumaturi intitolati għall-għażliet jew għall-pakketti ta’ tariffi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu kuntratt ma’ fornitur ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
Meta konsumatur jitlob dan, il-kuntratt għandu jkun limitat għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
4.L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ, kif xieraq, lill-konsumaturi b’diżabbiltà u jieħdu miżuri speċifiċi oħra fejn xieraq, bil-ħsieb li jiżguraw li t-tagħmir terminali relatat u t-tagħmir u s-servizzi speċifiċi li jtejbu l-aċċess ekwivalenti, inkluż fejn neċessarji servizzi tal-konverżazzjoni komprensivi u servizzi ta’ relay, ikunu disponibbli u affordabbli.
5.L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar approċċ effiċjenti u xieraq għall-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità u jiżguraw il-kompatibbiltà mas-suq intern, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni.
Artikolu 89
Definizzjoni ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet, tal-wisa’ tal-banda neċessarja, tal-kriterji u tal-metodoloġija għall-affordabbiltà
Filwaqt li tqis l-avvanzi u l-bidliet teknoloġiċi fix-xejriet tal-użu tal-konsumatur, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet, inkluża l-wisa’ tal-banda neċessarja għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà msemmija fl-Artikolu 87 fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jinkludu wkoll kriterji u metodoloġija li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra biex jiġi stabbilit jekk il-prezzijiet bl-imnut tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 87(1) humiex affordabbli għall-konsumaturi b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali msemmija fl-Artikolu 88.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 90
Disponibbiltà ta’ servizz universali
1.Meta Stat Membru jkun stabbilixxa, filwaqt li jqis ir-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq f’konformità mal-Artikolu 183, kif ukoll kwalunkwe evidenza addizzjonali fejn neċessarja, li d-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet kif definit f’konformità mal-Artikolu 87(2) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi ma tistax tiġi żgurata f’ċirkostanzi kummerċjali normali fit-territorju nazzjonali jew f’partijiet differenti tiegħu, l-Istati Membri għandhom jużaw għodod ta’ politika pubblika u, meta għodod oħra ta’ politika pubblika ma jkunux ipprovdew l-effett mixtieq, huma jistgħu jimponu obbligi ta’ servizz universali biex jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha mill-konsumaturi, mill-mikrointrapriżi, mill-intrapriżi żgħar u mill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għall-aċċess ta’ dawk is-servizzi fil-partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom jiġu ssodisfati.
2.Meta miżuri oħra jew għodod ta’ politika pubblika ma jkunux ipprovdew l-effett mixtieq u l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu l-obbligi ta’ servizz universali msemmija fil-paragrafu 1, huma jistgħu jinkarigaw impriża waħda jew aktar bil-forniment ta’ tali obbligi fit-territorju nazzjonali kollu, jew li jkopru partijiet speċifiċi tat-territorju nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar approċċ effiċjenti u xieraq għall-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità, filwaqt li jiżguraw il-kompatibbiltà mas-suq intern, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni.
Artikolu 91
Kontroll tan-nefqa u faċilitajiet u servizzi addizzjonali
1.Meta jipprovdu faċilitajiet u servizzi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 87, il-fornituri ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’konformità mal-Artikoli 87, 88 u 90 għandhom jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet b’tali mod li l-utent finali eliġibbli ma jkunx obbligat iħallas għal faċilitajiet jew għal servizzi li ma jkunux neċessarji jew li ma jkunux meħtieġa għas-servizz mitlub.
2.Il-fornituri ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 87 li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 88 għandhom joffru l-faċilitajiet u s-servizzi speċifiċi li ġejjin lill-konsumaturi li jibbenefikaw minn miżuri skont l-Artikolu 88, kif applikabbli, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa:
(a)imblukkar selettiv għal telefonati magħmula jew SMS primjum jew MMS, jew, fejn ikun teknikament fattibbli, tipi oħra ta’ applikazzjonijiet simili;
(b)sistemi ta’ prepagament;
(c)pagament bin-nifs tat-tariffi ta’ konnessjoni;
(d)miżuri proporzjonati, nondiskriminatorji u ppubblikati, li jiżguraw twissija xierqa ta’ kwalunkwe interruzzjoni jew skonnessjoni konsegwenti tas-servizz, biex ikopru n-nuqqas ta’ ħlas ta’ kontijiet maħruġa mill-fornituri u miżuri biex tiġi evitata skonnessjoni mhux ġustifikata tas-servizzi, inkluż mekkaniżmu xieraq biex jiġi vverifikat l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz;
(e)pariri dwar it-tariffi;
(f)kontroll tal-kostijiet, inklużi twissijiet mingħajr ħlas lill-konsumaturi fil-każ ta’ xejriet ta’ konsum atipiku jew eċċessiv;
(g)faċilità ta’ diżattivazzjoni tal-ħruġ ta’ kontijiet minn parti terza.
Artikolu 92
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar id-deżinjazzjonijiet tal-impriżi skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 u rieżami tas-servizz universali
1.L-impriżi li qabel [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] ġew iddeżinjati għall-forniment ta’ għażliet jew ta’ pakketti ta’ tariffi speċifiċi jew biex jiżguraw id-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom iżommu l-istatus tagħhom sal-iskadenza tat-tali deżinjazzjonijiet.
2.Il-BEREC għandu jimmonitorja d-disponibbiltà u l-affordabbiltà fir-rigward tal-aċċess adegwat għall-internet u tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u għandu, sat-30 ta’ Ġunju 2033,jippubblika opinjoni dwar tali żviluppi u dwar l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tad-disponibbiltà u tal-affordabbiltà.
3.Sat-30 ta’ Ġunju 2034, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC, għandha tirrieżamina l-ambitu tas-servizz universali affordabbli tal-Artikolu 88 u d-disponibbiltà tas-servizz universali tal-Artikolu 90, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ambitu jinbidel jew jiġi ddefinit mill-ġdid.
Ir-rieżami għandu jsir fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, inkluża t-tranżizzjoni għall-fibra u filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, it-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-rieżami.
6.2.TITOLU II: AĊĊESS GĦAL INTERNET MIFTUĦ
Artikolu 93
Salvagwardja tal-aċċess għal internet miftuħ
1.L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi, u jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-post fejn jinsab l-utent finali jew tal-fornitur, jew il-post, l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-informazzjoni, tal-kontenut, tal-applikazzjoni jew tas-servizz, permezz tas-servizz ta’ aċċess għall-internet tagħhom. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, marbuta mal-legalità tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet jew tas-servizzi.
2.Ftehimiet bejn fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ utenti finali dwar kundizzjonijiet kummerċjali u tekniċi u l-karatteristiċi ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet bħall-prezz, il-volumi jew il-veloċità tad-data, u kwalunkwe prattika kummerċjali mwettqa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, ma għandhomx jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali stipulati fil-paragrafu 1.
3.Meta jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-internet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet għandhom jittrattaw it-traffiku kollu bl-istess mod, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, u irrispettivament minn min jibgħat u min jirċievi, mill-kontenut aċċessat jew imxerred, mill-applikazzjonijiet jew mis-servizzi użati jew ipprovduti, jew mit-tagħmir terminali użat.
L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet milli jimplimentaw miżuri raġonevoli ta’ mmaniġġjar tat-traffiku. Sabiex jitqiesu raġonevoli, dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, u ma għandhomx ikunu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali iżda fuq rekwiżiti oġġettivament differenti għall-kwalità teknika tas-servizz ta’ kategoriji speċifiċi tat-traffiku. Tali miżuri ma għandhomx jimmonitorjaw il-kontenut speċifiku u ma għandhomx jinżammu għal aktar żmien milli jkun neċessarju.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’miżuri ta’ mmaniġġjar tat-traffiku li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fit-tieni subparagrafu, u b’mod partikolari ma għandhomx jimblokkaw, irażżnu, ibiddlu, jirrestrinġu, jinterferixxu, jiddegradaw jew jiddiskriminaw bejn kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi tagħhom, ħlief kif neċessarju, u għal kemm ikun neċessarju biss, sabiex:
(a)jikkonformaw mal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, li għaliha jkun soġġett il-fornitur tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, jew ma’ miżuri li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni li jimplimentaw tali atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali, inkluż ma’ ordnijiet minn qrati jew minn awtoritajiet pubbliċi vestiti bis-setgħat rilevanti;
(b)jippreżervaw l-integrità u s-sigurtà tan-network, tas-servizzi pprovduti permezz ta’ dak in-network, u tat-tagħmir terminali tal-utenti finali;
(c)jipprevjenu konġestjoni imminenti tan-network u jimmitigaw l-effetti ta’ konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja tan-network, dment li l-kategoriji ekwivalenti tat-traffiku jiġu trattati bl-istess mod.
4.Kwalunkwe miżura tal-immaniġġjar tat-traffiku tista’ tinvolvi l-proċessar ta’ data personali biss jekk tali proċessar ikun neċessarju u proporzjonat biex jinkisbu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 3. Tali proċessar għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-miżuri tal-immaniġġjar tat-traffiku għandhom jikkonformaw ukoll mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
5.Il-fornituri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, u l-fornituri ta’ kontenut, ta’ applikazzjonijiet u ta’ servizzi għandhom ikunu liberi li joffru servizzi għajr servizzi ta’ aċċess għall-internet ottimizzati għal kontenut, għal applikazzjonijiet jew għal servizzi speċifiċi, jew għal taħlita tagħhom, meta l-ottimizzazzjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet jew tas-servizzi għal livell speċifiku ta’ kwalità. Il-fornituri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, jistgħu joffru jew jiffaċilitaw biss tali servizzi meta l-kapaċità tan-network tkun biżżejjed biex jiġu pprovduti flimkien ma’ kwalunkwe servizz ta’ aċċess għall-internet ipprovdut. Servizzi bħal dawn ma għandhomx ikunu jistgħu jintużaw jew jiġu offruti biex jissostitwixxu servizzi ta’ aċċess għall-internet, u ma għandhomx ikunu ta’ detriment għad-disponibbiltà jew għall-kwalità ġenerali tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet għall-utenti finali.
6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għall-offerta ta’ servizzi għajr servizzi ta’ aċċess għall-internet li huma ottimizzati għal kontenut, għal applikazzjonijiet jew għal servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Artikolu 94
Superviżjoni u infurzar ta’ aċċess għal internet miftuħ
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw mill-qrib u jiżguraw konformità mal-Artikolu 93 u għandhom jippromwovu d-disponibbiltà kontinwa ta’ servizzi nondiskriminatorji ta’ aċċess għall-internet f’livelli ta’ kwalità li jirriflettu l-avvanzi fit-teknoloġija. Għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti dwar karatteristiċi tekniċi, rekwiżiti minimi għall-kwalità tas-servizz u miżuri oħra xierqa u neċessarja fuq fornitur wieħed jew aktar ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, inkluż fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet.
2.Il-fornituri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, inkluż il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, għandhom jipprovdu, kull sentejn, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, informazzjoni rilevanti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 93, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-kapaċità tan-network u tat-traffiku tagħhom, kif ukoll ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe miżura applikata tal-immaniġġjar tat-traffiku.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkondividu mal-BEREC aġġornamenti dwar il-prattiki ewlenin u s-sejbiet nazzjonali tagħhom dwar l-aċċess miftuħ għall-internet abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 2. Abbażi tal-informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC għandu, sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sentejn wara dan, jippubblika rapport dwar il-prattiki u s-sejbiet ewlenin li jikkonċernaw l-aċċess għall-internet miftuħ fl-Unjoni.
4.Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jippubblika mudell komuni li għandu jintuża biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2.
5.Il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont dan l-Artikolu. Il-linji gwida għandhom jagħtu wkoll dettalji dwar il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz għal servizzi ta’ aċċess għall-internet, inkluż parametri għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 97(4), it-tieni subparagrafu, parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà, il-metodi ta’ kejl applikabbli, il-kontenut u l-format tal-informazzjoni, kif previst fl-Anness III u tal-pubblikazzjoni kif previst fl-Anness IV, u l-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità. Il-parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà għandhom jinkludu wkoll parametri għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-linji gwida tal-BEREC meta jinfurzaw l-obbligi tal-kwalità tas-servizz.
6.3.TITOLU III: DRITTIJIET TAL-UTENT FINALI
6.3.1.KAPITOLU I Drittijiet tal-Konsumaturi
Artikolu 95
Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti
1.Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, u flimkien mar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2011/83/UE, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku għandhom jipprovdu l-informazzjoni elenkata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament sa fejn dik l-informazzjoni tkun relatata ma’ servizz li jipprovdu.
L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u li jinftiehem fuq mezz li jservi għal żmien twil kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta l-forniment fuq mezz li jservi għal żmien twil ma jkunx fattibbli, f’dokument li jista’ jitniżżel faċilment magħmul disponibbli mill-fornitur. Il-fornitur għandu espressament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għad-disponibbiltà ta’ dak id-dokument u l-importanza li jitniżżel għall-finijiet ta’ dokumentazzjoni, ta’ referenza futura u ta’ riproduzzjoni mhux mibdula.
L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, fuq talba, f’format aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku għandhom jipprovdu lill-konsumaturi sommarju tal-kuntratt konċiż u li jinqara faċilment. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu:
(a)l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-fornitur u, jekk differenti, l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe lment;
(b)il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut;
(c)il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġu attivati s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kwalunkwe ħlas rikorrenti jew relatat mal-konsum, meta s-servizz jiġi pprovdut għal pagament dirett ta’ flus;
(d)id-durata tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm;
(e)sa liem punt il-prodotti u s-servizzi huma deżinjati għal utenti finali b’diżabbiltà;
(f)fir-rigward ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, sommarju tal-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (d) u (e) tat-Taqsima 5 tal-Anness III.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell għas-sommarju tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-paragrafu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Il-fornituri soġġetti għall-obbligi skont il-paragrafu 1 għandhom jimlew kif xieraq dak il-mudell għas-sommarju tal-kuntratt bl-informazzjoni meħtieġa u jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt mingħajr ħlas lill-konsumaturi, qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, inklużi kuntratti mill-bogħod. Meta, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, ikun impossibbli li jiġi pprovdut is-sommarju tal-kuntratt f’dak il-mument, dan għandu jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed wara dan u qabel ma l-konsumatur ikun marbut b’kuntratt jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti.
3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha ssir parti integrali mill-kuntratt u ma għandhiex tinbidel sakemm il-partijiet kontraenti ma jaqblux espressament mod ieħor.
4.Meta l-fornitur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti tal-informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, dan għandu jitqies li kkonforma mar-rekwiżiti tal-informazzjoni fl-Artikolu 5(1)(a) jew 6(1)(a), 5(1)(b) jew 6(1)(b) u 6(1)(c), 5(1)(c) jew 6(1)(e), 5(1)f, 6(1)(o) u 6(1)(p) u fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2011/83/UE.
5.Meta s-servizzi ta’ aċċess għall-internet jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jiġu fatturati abbażi tal-konsum tal-ħin jew tal-volum, il-fornituri tagħhom għandhom joffru lill-konsumaturi l-faċilità li jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-użu u l-kost ta’ kull wieħed minn dawk is-servizzi. Din il-faċilità għandha tinkludi aċċess għal informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum tas-servizzi inklużi fil-pjan tat-tariffa. B’mod partikolari, il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi qabel ma jintlaħaq kwalunkwe limitu ta’ konsum, inkluż fil-pjan tat-tariffa tagħhom, u meta servizz inkluż fil-pjan tat-tariffa tagħhom jiġi kkonsmat kollu.
6.Il-fornituri għandhom joffru mingħajr ħlas il-livell bażiku ta’ kontijiet dettaljati, fejn applikabbli, lill-konsumaturi sabiex dawn ikunu jistgħu:
(a)jivverifikaw u jikkontrollaw l-imposti mġarrba meta jużaw is-servizzi ta’ aċċess għall-internet jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri;
(b)jimmonitorjaw b’mod adegwat l-użu u n-nefqa tagħhom, u b’hekk jeżerċitaw grad raġonevoli ta’ kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.
Dawn il-kontijiet dettaljati għandhom jinkludu referenza espliċita għall-identità tal-fornitur u għad-durata tas-servizzi imposti minn kwalunkwe numru primjum sakemm il-konsumatur ma jkunx talab biex dik l-informazzjoni ma tissemmiex.
Sejħiet li jkunu mingħajr ħlas lill-utenti finali li jagħmlu s-sejħa, inkluż sejħiet lil linji telefoniċi għall-għajnuna, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu identifikati fil-kont dettaljat tal-konsumatur li jagħmel is-sejħa.
Il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jirċievu kontijiet mhux dettaljati. Id-drittijiet tal-konsumaturi li jirċievu kontijiet dettaljati għandhom jiġu rrikonċiljati mad-dritt tal-privatezza tal-konsumaturi li jagħmlu s-sejħiet u tal-konsumaturi li jirċievu s-sejħiet, inkluż billi jiġi żgurat li għal tali konsumaturi jkunu disponibbli metodi alternattivi suffiċjenti li jtejbu l-privatezza tal-komunikazzjonijiet jew tal-pagamenti.
7.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu dispożizzjonijiet dwar faċilitajiet addizzjonali skont id-Direttiva (UE) 2018/1972.
Artikolu 96
Trasparenza
1.Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jagħmlu l-forniment ta’ dawk is-servizzi lill-konsumaturi soġġett għal termini u għal kundizzjonijiet, huma għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament b’mod ċar, komprensiv u li jinqara mill-magni u f’format aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment.
2.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni.
Artikolu 97
Durata u terminazzjoni tal-kuntratt
1.Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt ma għandhomx jaġixxu bħala diżinċentiv għall-bdil tal-fornitur tas-servizz. Il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi bejn magna u oħra, ma għandhomx jobbligaw perjodu ta’ impenn itwal minn 24 xahar. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu dispożizzjonijiet li jobbligaw perjodi ta’ impenn kuntrattwali massimi iqsar.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta’ kuntratt ta’ pagamenti parzjali meta f’kuntratt separat il-konsumatur ikun qabel dwar pagamenti parzjali esklużivament għall-varar ta’ konnessjoni fiżika, b’mod partikolari għan-networks tal-gigabits. Kuntratt ta’ ħlas bin-nifs għall-varar ta’ konnessjoni fiżika ma għandux jinkludi tagħmir terminali, bħal router jew modem, u ma għandux jipprekludi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-paragrafi 2 sa 6.
2.Meta kuntratt jew liġi nazzjonali jipprevedu estensjoni awtomatika ta’ kuntratt b’durata fissa għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi bejn magna u oħra, il-konsumaturi huma intitolati, wara tali estensjoni, li jitterminaw il-kuntratt fi kwalunkwe ħin b’perjodu massimu ta’ notifika ta’ xahar u mingħajr ma jġarrbu l-ebda kost ħlief l-imposti biex jirċievu s-servizz matul il-perjodu ta’ notifika. Qabel ma l-kuntratt jiġi estiż awtomatikament, il-fornituri għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi b’mod prominenti u f’waqtu u fuq mezz li jservi għal żmien twil, dwar it-tmiem tal-impenn kuntrattwali u dwar il-mezzi li bihom jiġi tterminat il-kuntratt. Barra minn hekk, u fl-istess ħin, il-fornituri għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-aħjar pariri dwar it-tariffi relatati mas-servizzi tagħhom.
3.Il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt tagħhom mingħajr ma jġarrbu kostijiet ulterjuri mal-avviż tal-bidliet fil-kundizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-fornitur ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, sakemm il-bidliet proposti ma jkunux esklużivament għall-benefiċċju tal-konsumatur, ma jkunux ta’ natura purament amministrattiva u ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq il-konsumatur, jew ma jkunux imposti direttament mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali.
Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi mill-inqas xahar qabel kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet kuntrattwali, u fl-istess ħin għandhom jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jġarrbu kostijiet ulterjuri jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda. Id-dritt li jiġi tterminat il-kuntratt għandu jkun eżerċitabbli fi żmien xahar wara n-notifika. In-notifika għandha ssir b’mod ċar u li jinftiehem fuq mezz li jservi għal żmien twil.
4.Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew li sseħħ frekwenti bejn il-prestazzjoni attwali ta’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għajr servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt għandha titqies bħala bażi biex jiġu skattati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur f’konformità mad-dritt nazzjonali, inkluż id-dritt li jiġi tterminat il-kuntratt mingħajr ħlas.
Għal servizz ta’ aċċess għall-internet, kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew rikorrenti regolarment, bejn il-prestazzjoni attwali tas-servizz ta’ aċċess għall-internet fir-rigward tal-veloċità jew parametri oħra tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet f’konformità mal-punti (a) sa (d) tat-Taqsima 5 tal-Anness III għandha, meta l-fatti rilevanti jkunu stabbiliti mill-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ speċifikat fil-linji gwida tal-BEREC imsemmija fl-Artikolu 94(5) u ċċertifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet tal-iskattar tar-rimedji disponibbli għall-konsumatur f’konformità mad-dritt nazzjonali.
5.Meta konsumatur ikollu d-dritt li jittermina kuntratt għal servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, għajr servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, qabel tmiem il-perjodu miftiehem tal-kuntratt skont dan ir-Regolament jew skont dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali, l-ebda kumpens ma għandu jkun dovut mill-konsumatur għajr għal tagħmir terminali sussidjat miżmum.
Meta l-konsumatur jagħżel li jżomm tagħmir terminali raggruppat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, kwalunkwe kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu kif miftiehem fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tal-parti li jifdal tat-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema hija iżgħar.
Il-fornitur għandu jneħħi kwalunkwe kundizzjoni dwar l-użu ta’ dak it-tagħmir terminali fuq networks oħra mingħajr ħlas sa mhux aktar tard mill-pagament tal-kumpens.
6.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 98
Offerti ta’ pakketti
1.Fejn pakkett ta’ servizzi jew pakkett ta’ servizzi u tagħmir terminali offrut lil konsumatur jinkludi mill-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri disponibbli għall-pubbliku, l-Artikolu 95(2), l-Artikolu 96(1), l-Artikolu 97 u l-Artikolu 100(1) għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett, inkluż, mutatis mutandis, dawk li ma humiex koperti b’mod ieħor minn dawk id-dispożizzjonijiet.
2.Meta l-konsumatur ikollu, skont id-dritt tal-Unjoni, jew id-dritt nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, dritt li jittermina kwalunkwe element tal-pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 1 qabel tmiem it-terminu kuntrattwali miftiehem minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt jew nuqqas ta’ provvista, il-konsumatur għandu d-dritt li jittermina l-kuntratt fir-rigward tal-elementi kollha tal-pakkett.
3.Kwalunkwe abbonament għal servizzi addizzjonali jew għal tagħmir terminali pprovdut jew distribwit mill-istess fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli għall-pubbliku ma għandux jestendi d-durata oriġinali tal-kuntratt li miegħu jiżdiedu tali servizzi jew tagħmir terminali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espressament mod ieħor meta jabbona għas-servizzi addizzjonali jew għat-tagħmir terminali.
4.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni.
Artikolu 99
Drittijiet għall-mikrointrapriżi, għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ
L-Artikolu 95, l-Artikolu 97(1), l-Artikolu 98(1) u l-Artikolu 98(3) għandhom japplikaw ukoll għall-utenti finali li huma mikrointrapriżi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu b’mod espliċitu li jirrinunzjaw id-drittijiet kollha jew partijiet minnhom stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet. L-Artikolu 97(2), l-Artikolu 97(3) u l-Artikolu 97(5) għandhom japplikaw ukoll għall-utenti finali li huma mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu b’mod espliċitu li jirrinunzjaw id-drittijiet kollha jew partijiet minnhom stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet.
6.3.2.KAPITOLU II: Drittijiet tal-utenti finali
Artikolu 100
Bdil tal-fornitur u portabbiltà tan-numru
1.Fil-każ ta’ bdil bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, il-fornituri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-utent finali b’informazzjoni adegwata qabel u waqt il-proċess tal-bdil u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz ta’ aċċess għall-internet, ħlief jekk teknikament dan ma jkunx fattibbli. Il-fornitur riċeventi għandu jiżgura li l-attivazzjoni tas-servizz ta’ aċċess għall-internet issir fl-iqsar żmien possibbli fid-data u fiż-żmien espressament miftiehma mal-utent finali. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet bl-istess termini sa meta l-fornitur riċeventi jattiva s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet. It-telf tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil ma għandux ikun aktar minn jum wieħed ta’ xogħol.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċess tal-bdil ikun effiċjenti u sempliċi għall-utent finali.
2.L-utenti finali b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jżommu n-numri tagħhom, jekk jitolbu dan, indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz. Dan id-dritt għandu japplika:
(a)fil-każ ta’ numri ġeografiċi, f’post speċifiku;
(b)fil-każ ta’ numri nonġeografiċi, fi kwalunkwe post.
Id-dritt stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-portaġġ tan-numri bejn networks li jipprovdu servizzi f’post fiss u networks mobbli.
3.Meta utent finali jtemm kuntratt, l-utent finali għandu jkollu d-dritt ta’ portaġġ ta’ numru mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni għall-istess fornitur jew għal fornitur ieħor għal minimu ta’ xahar wara d-data ta’ terminazzjoni, sakemm dak id-dritt ma jiġix irrinunzjat mill-utent finali.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar fost il-fornituri relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru jkun orjentat lejn l-kostijiet, u li ma tiġi applikata l-ebda imposta diretta fuq l-utenti finali.
5.Il-portaġġ tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli fid-data miftiehma b’mod espliċitu mal-utent finali. Fi kwalunkwe każ, l-utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portaġġ ta’ numru għal fornitur ġdid għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien jum ta’ xogħol mid-data miftiehma mal-utent finali. F’każ li l-proċess ta’ portaġġ ifalli, il-fornitur trasferenti għandu jerġa’ jattiva n-numru u s-servizzi relatati tal-utent finali sa meta jirnexxi l-portaġġ. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess termini u kundizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil tal-fornitur u tal-portabbiltà tan-numri ma għandux idum aktar minn jum wieħed ta’ xogħol. L-operaturi li n-networks jew il-faċilitajiet tal-aċċess tagħhom jintużaw jew mill-fornitur trasferenti jew minn dak riċeventi, jew mit-tnejn li huma, għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf ta’ servizz li jdewwem il-proċess tal-bdil u tal-portaġġ tan-numri.
6.Il-fornitur riċeventi għandu jmexxi l-proċessi tal-bdil u tal-portaġġ tan-numri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 u kemm il-fornituri riċeventi kif ukoll il-fornituri trasferenti għandhom jikkooperaw bona fide. Huma la għandhom idewmu l-proċessi tal-bdil u tal-portaġġ tan-numri u lanqas jabbużaw minnhom, u lanqas ma għandhom iwettqu l-portaġġ tan-numri jew jeqilbu lill-utenti finali mingħajr il-kunsens espliċitu tal-utenti finali. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-fornitur trasferenti għandhom jintemmu awtomatikament mal-konklużjoni tal-proċess tal-bdil.
Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jadotta linji gwida li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċessi tal-bdil u tal-portaġġ, filwaqt li jqis il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz għall-utenti finali. Il-linji gwida għandhom jiddeskrivu wkoll il-proċess ta’ kumpens tal-utenti finali mill-fornituri tagħhom fil-każ ta’ dewmien fil-proċessi ta’ portaġġ u ta’ bdil, jew ta’ abbuż ta’ dawn il-proċessi, jew fil-każ ta’ appuntamenti mitlufa ta’ servizzi u ta’ installazzjoni jew fil-każ ta’ nuqqas mill-fornitur li jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-proċessi tal-bdil u tal-portabbiltà tan-numri filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-BEREC. Dan għandu jinkludi, fejn ikun teknikament fattibbli, rekwiżit biex il-portaġġ tan-numri jsir permezz tal-proviżjonament over-the-air, ħlief jekk utent finali jitlob mod ieħor.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu adegwatament infurmati u protetti matul il-proċessi tal-bdil u tal-portaġġ tan-numri u ma jinqalbux għal fornitur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.
Il-fornituri trasferenti għandhom iħallsu lura, fuq talba, kull kreditu pendenti lill-konsumaturi li jużaw servizzi mħallsa minn qabel. Ir-rifużjoni tista’ tkun soġġetta għal tariffa biss jekk din tkun prevista fil-kuntratt. Kwalunkwe tariffa bħal din għandha tkun proporzjonata u proporzjonata għall-kostijiet reali mġarrba mill-fornitur trasferenti fl-offerta tar-rifużjoni.
7.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu regoli dwar il-kumpens tal-utenti finali mill-fornituri tagħhom fil-każ ta’ nuqqas ta’ fornitur li jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, kif ukoll fil-każ ta’ dewmien fil-proċessi ta’ portaġġ u ta’ bdil, jew fil-każ ta’ abbuż ta’ dawn il-proċessi, u fil-każ ta’ appuntamenti mitlufa ta’ servizzi u ta’ installazzjoni.
Artikolu 101
Eżenzjoni ta’ ċerti mikrointrapriżi
Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 102, dan it-Titolu ma japplikax għall-mikrointrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm ma jipprovdux ukoll servizzi oħra tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Qabel ma jiġi konkluż kuntratt, mikrointrapriża li tibbenefika minn tali eżenzjoni għandha tinforma lill-utenti finali bl-eżenzjoni skont l-ewwel paragrafu.
Artikolu 102
Nondiskriminazzjoni
Il-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma għandhom japplikaw l-ebda rekwiżit jew kundizzjoni ġenerali differenti ta’ aċċess għal networks jew għal servizzi lill-utenti finali, jew tal-użu tagħhom minn dawn l-utenti finali, sakemm ma jkunx iġġustifikat fil-limiti tad-dritt tal-Unjoni.
6.3.3.KAPITOLU III: Faċilitajiet u funzjonalitajiet għall-utenti finali
Artikolu 103
Protezzjoni tal-utenti finali kontra attivitajiet frodulenti
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jidentifikaw miżuri effettivi biex jipprevjenu attivitajiet frodulenti mwettqa bl-użu ta’ dawk is-servizzi, li jaffettwaw lill-utenti finali, filwaqt li jiżguraw il-konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.
2.L-ODN għandu jiġbor informazzjoni mingħand awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, organizzazzjonijiet u partijiet ikkonċernati Ewropej u globali rilevanti, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL, European Union Agency for Law Enforcement Cooperation) u l-ENISA, dwar l-attivitajiet frodulenti mwettqa bl-użu tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dwar dawk li jkunu ta’ natura transfruntiera.
3.Il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mal-ENISA, għandu joħroġ linji gwida dwar miżuri tekniċi u legali li jistgħu jipproteġu b’mod effettiv lill-utenti finali kontra attivitajiet frodulenti fl-Unjoni, b’mod partikolari miżuri li jiddependu fuq l-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti biex jimblukkaw in-numri u s-servizzi skont l-Artikolu 52(2). L-ewwel linji gwida tal-BEREC bħal dawn għandhom jiġu adottati [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida meta jkun neċessarju iżda mill-inqas kull sentejn wara l-adozzjoni tagħhom.
4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadottaw miżuri li jipprevjenu attivitajiet frodulenti mwettqa bl-użu tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, billi jqisu l-linji gwida maħruġa skont il-paragrafu 3.
5.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 198 li jissupplimentaw il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu dwar il-miżuri neċessarji biex jiġu żgurati l-effettività, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-miżuri li jipprevjenu l-frodi fl-Unjoni.
Artikolu 104
Hotlines għat-tfal neqsin u għall-għajnuna lit-tfal
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri għandhom jiżguraw aċċess mingħajr ħlas għall-utenti finali, inklużi l-utenti finali b’diżabbiltà, għas-servizz li jopera hotline biex jirrapporta każijiet ta’ tfal neqsin. Meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, l-utenti finali għandu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizz tal-pajjiż li jkunu qed iżuru. Il-hotline għandu jkun disponibbli fuq in-numru “116000”.
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtorità jew l-impriża li lilha ġie assenjat in-numru “116000” allokat ir-riżorsi neċessarji biex tiġi operata l-hotline.
3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti finali jiġu infurmati b’mod adegwat dwar l-eżistenza u l-użu tas-servizzi pprovduti permezz tan-numru “116000” u, fejn xieraq, tan-numru “116111”.
Artikolu 105
Tqassim ta’ informazzjoni ta’ interess pubbliku
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku għandhom iqassmu informazzjoni ta’ interess pubbliku mingħajr ħlas lill-utenti finali eżistenti u ġodda, meta dan ikun xieraq, bil-mezzi li normalment jintużaw minnhom fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. L-informazzjoni ta’ interess pubbliku għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti f’format standardizzat u għandha tkopri mill-inqas dawn is-suġġetti li ġejjin:
(a)l-użi tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku għall-involviment f’attivitajiet illegali jew għat-tixrid ta’ kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn dan jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ oħrajn, u tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati;
(b)il-mezzi ta’ protezzjoni kontra r-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali meta jintużaw servizzi ta’ aċċess għall-internet u servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-protezzjoni kontra attivitajiet frodulenti mwettqa bl-użu ta’ dawk is-servizzi.
Artikolu 106
Komunikazzjoni ta’ emerġenza u n-numru Ewropew uniku tal-emerġenza
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli għall-pubbliku għandhom jipprovdu lill-utenti finali aċċess għal servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza, bl-obbligu stabbilit mill-Istat Membru. Dik il-komunikazzjoni ta’ emerġenza għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u mingħajr ma jkun hemm bżonn li jintuża kwalunkwe mezz ta’ ħlas, inkluż bl-użu tan-numru Ewropew uniku tal-emerġenza “112” u kwalunkwe numru nazzjonali ta’ emerġenza speċifikat mill-Istati Membri.
Il-fornituri ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza għandhom jiżguraw li l-PSAPs ikunu jistgħu jċemplu lura lill-utenti finali li jkunu bdew il-komunikazzjoni ta’ emerġenza, jew jibdew komunikazzjoni interpersonali billi jużaw l-istess servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bħal dak li jkunu ġew ikkuntattjati fuqu, mingħajr ħlas, u fejn ma jkunx ekonomikament fattibbli, bi prezz bl-imnut li ma jeċċedix il-prezz bl-imnut domestiku tal-fornitur li jservi l-PSAP.
L-Istati Membri jistgħu jobbligaw l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza minn servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm is-sistema nazzjonali tal-PSAPs tippermetti r-routing għall-PSAP l-aktar xieraq u r-riċevuta tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ma jkunux disponibbli għall-pubbliku iżda li jippermettu sejħiet lil networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza bl-użu tan-numru Ewropew uniku tal-emerġenza “112” meta ma jkunx disponibbli aċċess alternattiv u faċli għas-servizzi ta’ emerġenza.
2.Mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu joriġinaw il-komunikazzjoni ta’ emerġenza permezz ta’ applikazzjoni mobbli flimkien mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014.
3.Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi interpersonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex jiżguraw komunikazzjoni effettiva ta’ emerġenza, għall-utenti finali tagħhom waqt li jivvjaġġaw fl-Unjoni.
4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u s-sistemi tal-PSAPs nazzjonali għandhom jiżguraw li r-routing lejn l-aktar PSAP xieraq tal-komunikazzjoni ta’ emerġenza u tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa jsir mingħajr dewmien. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-PSAPs għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni kollha ta’ emerġenza, inkluż meta jintuża n-numru Ewropew uniku tal-emerġenza “112”, titwieġeb u tiġi ttrattata kif xieraq.
5.Il-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà għas-servizzi ta’ emerġenza jkun disponibbli permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak li jgawdu utenti finali oħra, inkluż billi jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2019/882.
Meta jobbligaw mezzi ta’ aċċess għal servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, soġġetti għall-fattibbiltà teknika, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ ekwivalenza funzjonali li ġejjin:
(a)il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tippermetti komunikazzjoni interattiva bidirezzjonali bejn l-utent finali b’diżabbiltà u l-PSAP;
(b)il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tkun disponibbli mingħajr xkiel, mingħajr prereġistrazzjoni, għall-utenti finali b’diżabbiltà li jivvjaġġaw fl-Unjoni;
(c)il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tiġi pprovduta lill-utenti finali b’diżabbiltà mingħajr ħlas;
(d)il-komunikazzjoni ta’ emerġenza tiġi ttrasferita mingħajr dewmien lejn l-aktar PSAP xieraq li jkun kwalifikat u mgħammar biex iwieġeb u jipproċessa b’mod xieraq il-komunikazzjoni ta’ emerġenza mill-utenti finali b’diżabbiltà;
(e)ikunu żgurati livelli ekwivalenti ta’ akkuratezza u ta’ affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa għall-komunikazzjoni ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabbiltà bħal fil-każ ta’ sejħiet ta’ emerġenza minn utenti finali oħrajn;
(f)l-utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jilħqu mill-inqas l-istess livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza bħal utenti finali oħrajn dwar sejħiet ta’ emerġenza lil “112”, jew bit-tfassil tal-mezzi ta’ aċċess jew permezz ta’ miżuri ta’ sensibilizzazzjoni.
6.Il-fornituri ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa ssir disponibbli għall-aktar PSAP xieraq mingħajr dewmien wara li tiġi stabbilita l-komunikazzjoni ta’ emerġenza. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa li tkun ibbażata fuq in-network u, fejn l-apparat tat-tagħmir tar-radju jagħmilha disponibbli għat-trażmissjoni, informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa. Il-fornituri ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza għandhom jiżguraw li l-istabbiliment u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa jkunu mingħajr ħlas għall-utent finali u għall-PSAP fir-rigward tal-komunikazzjoni kollha ta’ emerġenza lejn in-numru Ewropew uniku tal-emerġenza “112”. L-organizzazzjonijiet tal-PSAPs għandhom jiżguraw li l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali jkunu fis-seħħ biex jirċievu u jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawk l-obbligi biex ikopru l-komunikazzjoni ta’ emerġenza lejn in-numri nazzjonali ta’ emerġenza.
7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali, inklużi l-utenti finali tar-roaming, u l-utenti finali b’diżabbiltà jkunu infurmati b’mod adegwat dwar il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza, inkluż bl-użu tan-numru Ewropew uniku tal-emerġenza “112”, kif ukoll dwar il-mezzi ta’ aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltà. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’formati aċċessibbli, li jindirizzaw tipi differenti ta’ diżabbiltà, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri.
8.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 198 li jissupplimentaw il-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi l-miżuri neċessarji biex tiġi żgurata komunikazzjoni effettiva ta’ emerġenza fl-Unjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex tkun tista’ tinbeda komunikazzjoni ta’ emerġenza permezz ta’ applikazzjoni mobbli flimkien mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, kriterji armonizzati Ewropej għall-post minn fejn toriġina s-sejħa, aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà u trasferiment lejn il-PSAP l-aktar xieraq.
9.L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-ODN in-numri E.164 sabiex jikkuntattjaw is-sistemi tal-PSAPs tal-Istati Membri. Il-BEREC megħjun mill-ODN għandu jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data ta’ dawk in-numri li s-sistemi tal-PSAP tal-Istati Membri għandhom jużaw biex jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor.
Artikolu 107
Trażmissjoni ta’ twissijiet pubbliċi
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri mobbli għandhom jibagħtu t-twissijiet pubbliċi lill-utenti finali kkonċernati, permezz tat-teknoloġija awtorizzata mill-Istati Membri fejn jipprovdu s-servizz, fiż-żoni ġeografiċi li potenzjalment ikunu affettwati minn emerġenzi u minn diżastri maġġuri imminenti jew li qed jiżviluppaw matul il-perjodu ta’ twissija, kif iddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti.
2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi dwar it-trażmissjoni ta’ twissijiet pubbliċi permezz ta’ applikazzjoni mobbli flimkien mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014 lill-utenti finali kollha kkonċernati, inklużi l-utenti finali tar-roaming. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(3).
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sena wara l-ewwel att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-twissijiet pubbliċi jintbagħtu wkoll lill-utenti finali kollha kkonċernati permezz ta’ applikazzjoni mobbli flimkien mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014.
Artikolu 108
Preżentazzjoni u restrizzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel, tal-linja konnessa u tal-oriġinazzjoni
1.Il-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jew għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet għandhom jipprovdu l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni.
Huma għandhom jiżguraw li l-parti oriġinarja tkun tista’, bl-użu ta’ mezzi sempliċi u mingħajr ħlas, tipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni fil-punt fejn il-komunikazzjoni bil-vuċi tagħhom tintemm fuq bażi ta’ kull komunikazzjoni.
2.In-network jew il-fornitur ta’ servizz għandu jiżgura li, bl-użu ta’ mezzi sempliċi u mingħajr ħlas għall-użu raġonevoli ta’ din il-funzjoni, il-parti riċeventi tkun tista’ tipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni tas-sejħiet li jkunu deħlin.
3.Qabel ma tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bil-vuċi u tiġi ppreżentata l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni, il-fornitur ta’ servizz għandu jiżgura li, bl-użu ta’ mezzi sempliċi u mingħajr ħlas, il-parti riċeventi tkun tista’ tirrifjuta komunikazzjonijiet bil-vuċi li jkunu deħlin meta l-parti oriġinarja tkun użat id-dritt tagħha previst fil-paragrafu 1.
4.Meta tiġi offruta l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa, il-fornitur ta’ servizz għandu jiżgura li, bl-użu ta’ mezzi sempliċi u mingħajr ħlas, il-parti riċeventi tkun tista’ tipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa li magħha jkun imqabbad l-utent finali li jkun qed jagħmel is-sejħa.
5.Is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fir-rigward tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi lil pajjiżi terzi li joriġinaw fl-Unjoni. Is-subparagrafu 2 tal-paragrafu 1, kif ukoll il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-komunikazzjonijiet bil-vuċi li jkunu deħlin li joriġinaw f’pajjiżi terzi.
6.Meta tintwera l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja cmin iċempel jew tal-linja konnessa jew tal-identifikazzjoni tal-oriġinazzjoni, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet disponibbli għall-pubbliku jew ta’ komunikazzjonijiet interpersonali għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar dan u dwar id-drittijiet stabbiliti fis-subparagrafu 2 tal-paragrafu 1 u tal-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u l-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 109.
Artikolu 109
Eċċezzjonijiet għat-traċċar ta’ komunikazzjonijiet malizzjużi jew ta’ fastidju u ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza
1.Id-dritt ta’ min iċempel jew tal-parti oriġinarja li ma turix l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni msemmija fl-Artikolu 108(2) jista’ jiġi injorat mill-fornituri ta’ networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew minn servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, fuq bażi temporanja, biex l-awtoritajiet kompetenti jew utent finali jkun jista’ jittraċċa komunikazzjonijiet malizzjużi jew ta’ fastidju wara lment lill-awtoritajiet.
2.Il-fornituri msemmija fl-Artikolu 108(1) għandhom iwarrbu l-prevenzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni u jipproċessaw id-data dwar il-post fejn tinsab il-parti oriġinarja bl-għan li jipprovdu tali informazzjoni lill-PSAP l-aktar xieraq f’konformità mal-Artikolu 106(6).
Artikolu 110
Sistemi ta’ trażmissjoni awtomatika ta’ sejħiet u ta’ sejħiet awtomatizzati
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli għall-pubbliku għandhom ivaraw miżuri tal-ogħla livell biex jillimitaw, fuq it-talba tal-utent finali li saritlu t-telefonata, ir-riċeviment ta’ telefonati malizzjużi jew ta’ fastidju billi jipprovdu l-possibbiltajiet li ġejjin, mingħajr ħlas:
(a)li jiġu mblukkati, fejn teknikament fattibbli, telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew minn sorsi anonimi;
(b)li titwaqqaf it-trażmissjoni awtomatika ta’ sejħiet minn parti terza għat-tagħmir terminali tal-utent finali.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li joffru sistemi ta’ sejħiet awtomatizzati ma għandhomx jipprevjenu d-dritt tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel jew tal-oriġinazzjoni fuq il-linja li fuqha saret it-telefonata jew lill-parti riċeventi u għandhom jippreżentaw l-identità jew in-numru li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati.
Artikolu 111
Aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà
1.Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għandhom jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltà:
(a)ikollhom aċċess għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali relatata pprovduta skont l-Artikolu 95, ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza tal-utenti finali;
(b)jibbenefikaw mill-għażla tal-impriżi u tas-servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti għal dan l-għan li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri.
2.Meta jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħeġġu l-konformità mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 187.
Artikolu 112
Interoperabbiltà ta’ riċevituri tar-radju tal-karozza u tar-radju tal-konsumaturi u ta’ tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumaturi
1.Ir-riċevituri tar-radju tal-karozzi u t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumaturi għandhom ikunu interoperabbli f’konformità mal-Anness V.
2.Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jadottaw miżuri biex jiżguraw l-interoperabbiltà ta’ riċevituri oħra tar-radju tal-konsumaturi, dawn il-miżuri ma għandhomx jiġu applikati għal prodotti fejn riċevitur tar-radju jkun purament anċillari, bħall-ismartphones, u għal tagħmir użat minn dilettanti tar-radju.
3.Il-fornituri ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jipprovdu lill-utenti finali tagħhom ikun interoperabbli sabiex, fejn ikun teknikament fattibbli, it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali jkun jista’ jerġa’ jintuża ma’ fornituri oħra ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 82 , mat-tmiem tal-kuntratt tagħhom, l-utenti finali għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali bi proċess faċli u mingħajr ħlas, ħlief jekk il-fornitur juri li dan huwa għalkollox interoperabbli mas-servizzi tat-televiżjoni diġitali ta’ fornituri oħra, inklużi dawk li l-utent finali jkun qaleb magħhom.
It-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jkun konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom, għandu jitqies bħala li jikkonforma mar-rekwiżit ta’ interoperabbiltà stabbilit fit-tieni subparagrafu kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
4.Fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jiddevjaw minn dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiġi żgurat livell differenti ta’ protezzjoni.
Artikolu 113
Obbligi ta’ “must carry”
1.L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi ta’ “must carry” raġonevoli għat-trażmissjoni ta’ kanali speċifiċi tax-xandir fuq ir-radju u televiżiv u għas-servizzi komplementari relatati, b’mod partikolari servizzi ta’ aċċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għall-utenti finali b’diżabbiltà u d-data li tappoġġa s-servizzi televiżivi konnessi u l-gwidi elettroniċi tal-programmi, fuq impriżi taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użati għad-distribuzzjoni ta’ kanali tax-xandir fuq ir-radju u televiżiv lill-pubbliku, fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali ta’ tali networks u servizzi jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu kanali tax-xandir fuq ir-radju u televiżiv. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali kif definiti b’mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.
2.L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun hemm bidla rilevanti fil-kundizzjonijiet tas-suq nazzjonali jew meta jinbidlu l-objettivi ta’ interess ġenerali msemmija fil-paragrafu 1.
3.La l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 65(2) ma għandhom jippreġudikaw il-kapaċità tal-Istati Membri li jistabbilixxu remunerazzjoni xierqa, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ miżuri meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu filwaqt li jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta’ fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Meta tkun prevista r-remunerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-obbligu ta’ remunerazzjoni b’mod ċar fid-dritt nazzjonali, inklużi, fejn rilevanti, il-kriterji għall-kalkolu ta’ dik ir-remunerazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan jiġi applikat b’mod proporzjonat u trasparenti.
Artikolu 114
Adattament tal-Annessi IV, V u VI
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 198 li jemendaw l-Annessi IV, V u VI sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali jew il-bidliet fid-domanda tas-suq.
7.PARTI VII - GOVERNANZA
7.1.TITOLU I: AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI U AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA
Artikolu 115
Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra
1.Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mill-inqas għal dawn il-kompiti li ġejjin:
(a)it-trattament tal-proċedura ta’ notifika u ta’ Passaport Uniku skont is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali;
(b)l-implimentazzjoni tar-regolamentazzjoni tas-suq, inkluża l-impożizzjoni ta’ obbligi tal-aċċess u tal-interkonnessjoni;
(c)il-ġbir tad-data, inkluż dwar ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jista’ jkollhom bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
(d)l-implimentazzjoni tal-miżuri għat-tranżizzjoni għall-fibra, inkluża d-definizzjoni taż-żoni tad-diżattivazzjoni tar-ram, il-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-pjanijiet għad-diżattivazzjoni tar-ram ippreżentati mill-operaturi tan-network;
(e)l-iżgurar tas-soluzzjoni għat-tilwim bejn l-impriżi;
(f)l-offerta tal-konċiljazzjoni volontarja dwar il-kooperazzjoni fl-ekosistema;
(g)it-twettiq tal-ġestjoni u tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju, jew, fejn dawk il-kompiti huma assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, it-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-elementi tal-iffurmar tas-suq u l-kompetizzjoni ta’ proċessi nazzjonali relatati mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju għal networks u għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(h)il-kontribut għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra;
(i)is-superviżjoni u l-infurzar tal-aċċess miftuħ għall-internet;
(j)il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni u tal-livell tal-prezzijiet bl-imnut tas-servizzi;
(k)l-iżgurar tal-portabbiltà tan-numri;
(l)l-għoti ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni u l-ġestjoni ta’ pjanijiet ta’ numerazzjoni;
(m)l-għoti ta’ appoġġ dwar il-preparatezza u r-reżiljenza;
(n)it-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu ieħor li dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tirriżerva għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġaw b’mod attiv l-għanijiet tal-BEREC li jippromwovi koordinazzjoni u konsistenza regolatorji akbar.
3.L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra u l-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f’forma faċilment aċċessibbli.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull awtorità regolatorja nazzjonali u awtorità kompetenti oħra li jiġu assenjati kompiti skont dan ir-Regolament, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll kwalunkwe bidla li ssir fihom.
Artikolu 116
Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fl-Artikolu 115 għandhom ikunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi networks, tagħmir jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda jew il-kontroll ta’ impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.
Artikolu 117
Ħatra u tkeċċija ta’ membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
1.Il-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew, meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostituti tagħhom, għandhom jinħatru għal mandat ta’ mill-anqas 3 snin minn fost persuni bi statura u b’esperjenza professjonali rikonoxxuti, abbażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien u tal-esperjenza u wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti.
2.Il-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew matul it-terminu tagħhom biss jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti fid-dritt nazzjonali qabel il-ħatra tagħhom.
3.Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, jew meta applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandha tiġi ppubblikata fiż-żmien tat-tneħħija. Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jitkeċċa jew, meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni li jitkeċċew għandhom jirċievu dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Fil-każ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tiġix ippubblikata, għandha tiġi ppublikata fuq it-talba ta’ dik il-persuna. Din id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ta’ qorti, fuq punti tal-fatt kif ukoll fuq punti tal-liġi.
Artikolu 118
Indipendenza politika u akkontabilità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 122(9), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv, inkluż fl-iżvilupp ta’ proċeduri interni u tal-organizzazzjoni tal-persunal, għandhom joperaw b’mod trasparenti u akkontabbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand xi korp ieħor b’rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni f’konformità mad-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi ta’ appell biss stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 197 għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrapportaw kull sena, mill-inqas dwar l-istat tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dwar id-deċiżjonijiet li joħorġu, dwar ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom u dwar kif dawk ir-riżorsi jiġu attribwiti, kif ukoll dwar il-pjanijiet futuri. Ir-rapporti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 119
Kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom baġits annwali separati u jkollhom l-awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Dawk il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħidma tal-BEREC u jikkontribwixxu għaliha. L-awtonomija finanzjarja ma għandhiex tipprevjeni s-superviżjoni jew il-kontroll f’konformità mad-dritt kostituzzjonali nazzjonali. Kwalunkwe kontroll fuq il-baġit tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkun eżerċitat b’mod trasparenti u jiġi ppubblikat.
Artikolu 120
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-BEREC
1.Fl-Istati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità nazzjonali waħda jew awtorità kompetenti waħda responsabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw bejniethom, kif neċessarju.
Tali awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità bħal dik tal-awtorità oriġinarja.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tal-istess Stat Membru jew ta’ Stati Membri differenti għandhom, fejn neċessarju, jidħlu f’arranġamenti kooperattivi ma’ xulxin biex irawmu l-kooperazzjoni regolatorja.
3.Meta l-kompetenzi skont dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni jiġu assenjati mill-Istati Membri lil awtoritajiet kompetenti oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu bħala koordinaturi nazzjonali, filwaqt li jiżguraw li l-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti jitqiesu bis-sħiħ fid-diskussjonijiet u fl-outputs kollha tal-BEREC.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-ODN b’kuntatti rilevanti fi ħdan l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex ikun jista’ jimplimenta l-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 146 u 147.
7.2.TITOLU II: KOMPITI U ORGANIZZAZZJONI TAL-BEREC
Artikolu 121
Objettivi tal-BEREC
1.B’dan huwa stabbilit il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”) bir-responsabbiltajiet stipulati f’dan ir-Regolament. Il-BEREC ma għandu jkollu l-ebda personalità ġuridika u għandu jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolamenti (UE) 2022/612 u (UE) 2015/2120.
Il-BEREC għandu jissostitwixxi u jieħu post il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”) stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1971.
2.Il-BEREC għandu jsegwi l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3. B’mod partikolari, il-BEREC għandu jkollu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-kamp ta’ applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.Il-BEREC għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti, imparzjali, trasparenti u f’waqtu.
4.Il-BEREC għandu jagħmel użu mill-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u fl-ODN.
Artikolu 122
Kompiti ġenerali tal-BEREC
1.Il-kompiti regolatorji u konsultattivi ġenerali li l-BEREC jista’ jwettaq għandhom ikunu dawn li ġejjin
(a)jassisti u jagħti pariri lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u jikkoopera mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-Kummissjoni, fuq talba jew fuq inizjattiva tiegħu stess, dwar kwalunkwe kwistjoni teknika fir-rigward tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan il-kompetenza tiegħu;
(b)joħroġ opinjonijiet, linji gwida u rapporti, kif imsemmi fl-Artikoli 124, 125 u 126, kif ukoll rakkomandazzjonijiet u pożizzjonijiet komuni, u jxerred l-aħjar prattiki regolatorji indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex iħeġġeġ l-implimentazzjoni konsistenti u korretta tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BEREC joħroġ opinjonijiet, linji gwida u rapporti, anke jekk ma jkunux elenkati b’mod espliċitu fl-Artikoli 124, 125 u 126.
2.Il-BEREC għandu jevalwa l-ħtieġa ta’ innovazzjoni regolatorja u jikkoordina azzjonijiet bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati komunikazzjonijiet elettroniċi innovattivi ġodda.
3.Fi kwistjonijiet relatati mal-ispettru tar-radju, il-BEREC għandu jipparteċipa fil-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni.
4.Il-BEREC jista’ jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni meta tkun qed tirrieżamina l-fużjonijiet fid-dimensjoni tal-Unjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
5.Il-BEREC għandu jippromwovi l-kooperazzjoni effettiva fost il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-impriżi attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, f’konformità mal-Artikolu 191(2).
6.Il-BEREC għandu jwettaq kompiti oħra assenjati lilu minn dan ir-Regolament jew minn atti legali oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-Regolamenti (UE) 2022/612 u (UE) 2015/2120.
7.Il-BEREC għandu jagħmel il-kompiti tiegħu pubbliċi u għandu jaġġorna dik l-informazzjoni meta jiġu assenjati lilu kompiti ġodda.
8.Il-BEREC għandu jagħmel pubbliċi l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni u l-aħjar prattiki finali kollha tiegħu, u kwalunkwe studju kkummissjonat, kif ukoll l-abbozzi ta’ dokumenti rilevanti għall-fini tal-konsultazzjonijiet pubbliċi msemmija fil-paragrafu 10.
9.Mingħajr preġudizzju għall-konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u ma’ atti oħra adottati mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom iqisu bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida, opinjoni, rakkomandazzjoni, pożizzjoni komuni u l-aħjar prattika adottata mill-BEREC f’konformità ma’ dan ir-Regolament, bl-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-kamp ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 121.
Fejn xi awtorità regolatorja nazzjonali tiddevja mil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 125, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dan.
10.Il-BEREC għandu, fejn xieraq, jikkonsulta lill-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità jikkummentaw fi żmien raġonevoli b’kont meħud tal-kumplessità tal-kwistjoni. Tali konsultazzjonijiet għandhom isiru kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn 30 jum, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 169, il-BEREC għandu jagħmel ir-riżultati tat-tali konsultazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
11.Fejn xieraq, il-BEREC għandu jikkonsulta u jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, bħal dawk kompetenti fl-oqsma tal-kompetizzjoni, tal-protezzjoni tal-konsumatur, taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data.
12.Fejn xieraq, il-BEREC għandu jikkoopera ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, kif ukoll mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 166(1).
Artikolu 123
Analiżi, monitoraġġ u ġbir tal-informazzjoni
1.Il-BEREC għandu janalizza s-swieq tranżnazzjonali potenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 74 u d-domanda tranżnazzjonali tal-utenti finali kif imsemmija fl-Artikolu 75.
2.Il-BEREC għandu jippromwovi l-modernizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-ġbir tad-data mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u minn awtoritajiet kompetenti oħra. Il-BEREC għandu jagħmel tali data disponibbli għall-pubbliku f’format miftuħ, li jista’ jerġa’ jintuża u li jinqara mill-magni fuq is-sit web tiegħu u fuq il-Gateway Diġitali tal-UE.
3.Il-BEREC għandu jistabbilixxi u jżomm bażijiet tad-data ta’ dawn:
(a)in-notifiki mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti mill-fornituri ta’ networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, f’konformità mal-Artikolu 10(8) ta’ dan ir-Regolament;
(b)ir-riżorsi ta’ numerazzjoni bi dritt ta’ użu ekstraterritorjali fi ħdan l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 48(4), ir-raba’ subparagrafu;
(c)in-numri E.164 tal-PSAPs tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 106(9);
(d)il-bażijiet tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/618.
Artikolu 124
Opinjonijiet tal-BEREC
1.Il-BEREC għandu joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti kif imsemmi f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2022/612, u b’mod partikolari dwar:
(a)l-istrateġija ta’ numerazzjoni tal-Unjoni li tħares ’il quddiem dwar l-amministrazzjoni konsistenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 46(3);
(b)il-konnettività minn tarf sa tarf bejn l-utenti finali, f’konformità mal-Artikolu 68(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (ii);
(c)swieq suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante, f’konformità mal-Artikolu 72(1);
(d)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-elementi standard tal-kost, il-metodoloġiji tal-kost u l-offerta ta’ referenza relatata mal-prodott(i) ta’ aċċess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 81;
(e)id-determinazzjoni ta’ rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni kollha u ta’ rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni kollha, f’konformità mal-Artikolu 82;
(f)l-abbozzi ta’ miżuri nazzjonali relatati mal-proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-suq, f’konformità mal-Artikolu 85;
(g)l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-aċċess adegwat għall-internet u tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi, f’konformità mal-Artikolu 92(2);
(h)l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 186;
(i)is-soluzzjoni għat-tilwim transfruntier, f’konformità mal-Artikolu 190;
(j)l-elementi tal-każ ippreżentati għal proċedura ta’ konċiljazzjoni fuq bażi volontarja, f’konformità mal-Artikolu 192(2).
2.Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-ispettru tar-radju, il-BEREC għandu joħroġ l-opinjonijiet li ġejjin:
(a)dwar metodoloġiji komuni għad-definizzjoni tat-tariffi annwali tal-ispettru tar-radju u tal-prezzijiet ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 29;
(b)fejn rilevanti, f’konformità mal-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31.
Artikolu 125
Linji gwida tal-BEREC
Il-BEREC għandu joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari kif imsemmi f’dan ir-Regolament, dwar:
(a)mudell komuni għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-arkitettura, il-kapaċità, il-kapaċitajiet u l-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, f’konformità mal-Artikolu 7(4);
(b)il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ġenerali skont il-proċedura tal-Passaport Uniku, biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati b’mod koerenti, nondiskriminatorju u proporzjonat, f’konformità mal-Artikolu 11(1);
(c)il-mudell ta’ notifika, f’konformità mal-Artikolu 10(3);
(d)l-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri għall-iffurmar tas-suq f’konformità mal-Artikolu 32(3);
(e)il-kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u tar-riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 48(2);
(f)id-definizzjoni ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet u l-ispeċifikazzjoni tal-wisa’ tal-banda neċessarja għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà, f’konformità mal-Artikolu 87(2);
(g)il-kriterji rilevanti biex titrawwem l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 69(2);
(h)l-approċċi komuni biex jiġi identifikat il-punt tat-terminazzjoni tan-network f’topoloġiji differenti tan-network, f’konformità mal-Artikolu 69(6);
(i)mudell komuni li għandu jintuża biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 94(4);
(j)l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis-salvagwardja tal-aċċess miftuħ għall-internet, f’konformità mal-Artikolu 94(5), li għandhom jiddeskrivu wkoll il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, inklużi l-parametri għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 97(4), it-tieni subparagrafu, il-parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà, il-metodi ta’ kejl applikabbli, il-kontenut u l-format tal-informazzjoni, kif previst fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, u tal-pubblikazzjoni, kif previst fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u l-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ kwalità;
(k)l-ispeċifikazzjoni tad-dettalji tal-proċessi ta’ bdil u ta’ portaġġ, f’konformità mal-Artikolu 100(6) ta’ dan ir-Regolament;
(l)il-miżuri tekniċi u legali li jistgħu jipproteġu b’mod effettiv lill-utenti finali minn attivitajiet frodulenti, f’konformità mal-Artikolu 103(3);
(m)l-armonizzazzjoni tat-talbiet għall-informazzjoni u għar-rapportar kif deskritti fl-Artikolu 181(1), (3) u (7) dwar is-suġġetti rilevanti, inklużi l-kamp ta’ applikazzjoni, it-twaqqit, il-frekwenza, il-format u l-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 182(1);
(n)l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi fir-rigward tal-istħarriġ u tal-previżjonijiet ġeografiċi, f’konformità mal-Artikolu 183;
(o)l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni fl-ekosistema dwar kwistjonijiet tekniċi u kummerċjali relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika u ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi, f’konformità mal-Artikolu 191(1);
(p)linji gwida oħra jistgħu jinħarġu bil-ħsieb li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u deċiżjonijiet regolatorji konsistenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, b’mod partikolari għall-kwistjonijiet regolatorji li jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jew li jkollhom element transfruntier;
(q)kwalunkwe linja gwida f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2022/612 u (UE) 2015/2120, kif rilevanti.
Artikolu 126
Rapporti tal-BEREC
Il-BEREC għandu joħroġ rapporti dwar kwistjonijiet tekniċi fil-kompetenza tiegħu, b’mod partikolari dwar:
(a)il-Pjan, inkluża valutazzjoni komprensiva tal-arkitettura, tal-kapaċitajiet u tal-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-fornituri msemmija fl-Artikolu 5(1), sett ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali u prattiki ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, f’konformità mal-Artikolu 6;
(b)il-prattiki nazzjonali rigward l-għoti tad-drittijiet ta’ użu għan-numri nazzjonali u pan-Ewropej, b’enfasi fuq prattiki diverġenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 48(6);
(c)il-prattiki u s-sejbiet ewlenin li jikkonċernaw l-aċċess miftuħ għall-internet fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 94(3);
(d)l-effetti tal-applikazzjoni tal-linji gwida fuq il-kooperazzjoni effettiva fl-ekosistema, u fuq il-funzjonament tal-faċilità għall-konċiljazzjoni fuq bażi volontarja, f’konformità mal-Artikolu 193(1);
(e)l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern, f’konformità mal-Artikolu 204(4);
u kwalunkwe rapport f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/612.
Artikolu 127
Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC
1.Il-Bord ta’ Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru. Kull membru jkollu d-dritt tal-vot.
Kull membru għandu jinħatar mill-awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha r-responsabbiltà primarja li tissorvelja l-operat ta’ kuljum tas-swieq għal networks u għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont dan ir-Regolament. Il-membru għandu jinħatar minn fost il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, membru tal-korp kolleġġjali tagħha, jew is-sostitut ta’ kwalunkwe wieħed minnhom.
2.Kull membru tal-Bord ta’ Regolaturi għandu jkollu membru sostitut, maħtur mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Is-sostitut għandu jinħatar minn fost il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, membru tal-korp kolleġġjali tagħha, is-sostitut ta’ kwalunkwe wieħed minnhom, jew il-persunal tal-awtorità regolatorja nazzjonali.
3.Il-membri tal-Bord ta’ Regolaturi u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’kont meħud tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord ta’ Regolaturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jaħtru kollha għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw it-tibdil tal-membri u, fejn possibbli, anke tas-sostituti tagħhom, u għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.
4.Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fid-deliberazzjonijiet kollha tal-Bord ta’ Regolaturi mingħajr id-dritt tal-vot u għandha tkun rappreżentata f’livell adegwatament għoli.
5.Għandha tiġi ppubblikata lista aġġornata tal-membri tal-Bord ta’ Regolaturi u tas-sostituti tagħhom, flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom.
Artikolu 128
Indipendenza tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC
1.Il-Bord ta’ Regolaturi għandu jaġixxi b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interessi tal-Unjoni, irrispettivament minn kwalunkwe interess nazzjonali jew personali partikolari.
2.Mingħajr preġudizzju għall-koordinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 120(1), il-membri tal-Bord ta’ Regolaturi u s-sostituti tagħhom la għandhom ifittxu, u lanqas jieħdu, struzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.
Artikolu 129
Funzjonijiet tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC
1.Il-Bord ta’ Regolaturi għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a)li jwettaq il-kompiti tal-BEREC stabbiliti fl-Artikoli 122 sa 126, jiġifieri li jadotta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-pożizzjonijiet komuni u li jxerred l-aħjar prattiki msemmija f’dawk l-Artikoli, u meta jagħmel dan, jibbaża ruħu fuq il-ħidma preparatorja mwettqa mill-gruppi ta’ ħidma;
(b) li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna tal-ħidma tal-BEREC mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni tal-ODN;
(c)li jadotta l-programm ta’ ħidma biennali tal-BEREC kif imsemmi fl-Artikolu 141;
(d)li jadotta r-rapport biennali tal-BEREC dwar l-attivitajiet tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 142;
(e)li jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi kif imsemmija fl-Artikolu 173(5), kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-gruppi ta’ ħidma;
(f)li jadotta regoli dettaljati dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti miżmuma mill-BEREC f’konformità mal-Artikolu 167;
(g)li, abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid kif imsemmija fl-Artikolu 168(1) u jaġġornahom regolarment;
(h)li jadotta, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, u jagħmel pubbliċi, ir-regoli ta’ proċedura tiegħu;
(i)li jawtorizza, flimkien mad-Direttur tal-ODN, il-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni u mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 166(1);
(j)li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma, f’koordinazzjoni mal-ODN, u li jaħtar il-Presidenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 140;
(k)li jipprovdi gwida lid-Direttur tal-ODN fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ODN relatati mal-kompiti tal-BEREC.
2.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC għandu jirrieżamina r-regoli ta’ proċedura tiegħu sa [6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 130
President u Viċi Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC
1.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, għandu jaħtar President u mill-inqas Viċi President wieħed minn fost il-membri tiegħu.
2.Il-Viċi President għandu jassumi d-dmirijiet tal-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dawk id-dmirijiet.
3.Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ sena, u jista’ jiġġedded darba biss. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jipprevedu kemm jista’ jkun kontinwità fl-ogħla livell tal-Bord.
4.Il-President tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand ebda gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.
5.Il-President għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq tal-kompiti tal-BEREC meta jintalab jagħmel dan.
7.3.TITOLU III: KOMPITI U ORGANIZZAZZJONI TAL-RSPB
Artikolu 131
Stabbiliment u objettivi tal-RSPB
1.B’dan huwa stabbilit il-Korp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (“RSPB”) mingħajr personalità ġuridika u bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2.L-RSPB għandu jissostitwixxi u jieħu f’idejh il-kompiti tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (“RSPB”), li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019.
3.L-RSPB għandu jsegwi l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-RSPB għandu jkollu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju dwar l-ispettru u jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika tal-ispettru tar-radju fil-livell tal-Unjoni.
4.L-RSPB għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod imparzjali, trasparenti u f’waqtu.
5.L-RSPB għandu jagħmel użu mill-kompetenza disponibbli fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u fl-ODN.
Artikolu 132
Kompiti tal-RSPB b’appoġġ għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni
1.L-RSPB għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni:
(a)dwar kwistjonijiet strateġiċi tal-politika tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni;
(b)dwar il-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni;
(c)billi joħroġ opinjonijiet fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-qasam tal-ispettru tar-radju, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-BEREC;
(d)dwar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-programmi u tal-politiki eżistenti tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju;
(e)fejn xieraq, dwar kundizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u tal-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, neċessarji għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-suq intern.
2.L-RSPB għandu jassisti lill-Kummissjoni:
(a)fl-iżvilupp tal-istrateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 17 u fil-monitoraġġ tal-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u soċjetali biex jiġu ssuġġeriti aġġornamenti ta’ kwalunkwe pjan direzzjonali tal-Unjoni għall-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 17(3).
(b)f’każijiet ta’ talba għall-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju minn parti interessata, fejn il-kwistjoni taffettwa l-politika tal-ispettru tar-radju, f’konformità mal-Artikolu 19;
(c)fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni komuni rilevanti u, fejn rilevanti, fis-suġġeriment tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni xierqa u tal-kundizzjonijiet għall-għoti, f’konformità mal-Artikolu 22;
(d)fir-rakkomandazzjoni ta’ metodoloġiji komuni għad-definizzjoni tat-tariffi annwali u tal-prezzijiet ta’ riżerva skont l-Artikolu 29;
(e)fl-iżvilupp ta’ aspetti tal-proċessi ta’ awtorizzazzjoni komuni favur l-investiment u l-kundizzjonijiet tal-għażla għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru armonizzat tar-radju f’konformità mal-Artikolu 30(10);
(f)fejn rilevanti, fl-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni ġenerali f’konformità mal-Artikolu 38(3);
(g)fl-istabbiliment tat-Tabella Ewropea ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi tas-Satellita f’konformità mal-Artikolu 39(2);
(h)fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u għall-użu għal baned differenti tal-ispettru f’konformità mal-Artikolu 39(4);
(i)fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 40;
(j)fir-rakkomandazzjoni tal-kondiviżjoni koordinata tal-ispettru tar-radju bejn l-użi terrestri u satellitari f’konformità mal-Artikolu 45(4).
3.L-RSPB għandu jassisti wkoll lill-Kummissjoni fil-ħidma preparatorja tagħha fuq proposti lill-Kunsill għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet f’konformità mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE li jistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tal-ispettru tar-radju.
4.Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-RSPB joħroġ opinjonijiet jew rapporti, anke jekk ma jkunux elenkati b’mod espliċitu f’dan l-Artikolu.
5.L-RSPB għandu, fejn xieraq, jikkonsulta lill-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità jikkummentaw fi ħdan perjodu raġonevoli b’kont meħud tal-kumplessità tal-kwistjoni. Tali konsultazzjonijiet għandhom isiru kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni ma għandux ikun inqas minn 45 jum, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 169, il-BEREC għandu jagħmel ir-riżultati tat-tali konsultazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
6.L-RSPB għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fuq talba tagħhom dwar l-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni.
Artikolu 133
Kompiti tal-RSPB b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
1.L-RSPB għandu jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’appoġġ għall-ippjanar strateġiku u għall-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispettru tar-radju fl-Unjoni, billi:
(a)jiżviluppa l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ispettru tar-radju, bil-ħsieb li jiġi implimentat id-dritt tal-Unjoni, inkluż billi jinġabru prattiki tajbin dwar:
(I)ir-reġim tal-awtorizzazzjoni l-aktar xieraq f’konformità mal-Artikolu 21(5);
(II)il-proċessi tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju u l-kundizzjonijiet tal-għażla f’konformità mal-Artikolu 30(10).
(b)l-iffaċilitar tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi implimentat id-dritt tal-Unjoni u li jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż billi jittejbu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-kooperazzjoni u t-tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri;
(c)il-koordinazzjoni tal-approċċi tal-Istati Membri fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti u ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ispettru tar-radju;
(d)fejn rilevanti, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, jiddiskutu u jiskambjaw fehmiet u esperjenzi relatati mal-proċessi tal-awtorizzazzjoni u mal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju;
(e)l-organizzazzjoni ta’ diskussjonijiet regolari mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet strateġiċi differenti relatati mal-ispettru tar-radju;
(f)l-organizzazzjoni ta’ workshops u ta’ seduti ma’ rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati u tal-akkademja dwar l-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u soċjetali relatati mal-ispettru tar-radju.
2.L-RSPB għandu jassisti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni:
(a)billi jipprovdi l-bon offiċji tiegħu biex tiġi solvuta kwalunkwe kwistjoni ta’ koordinazzjoni transfruntiera jew ta’ interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri jew ma’ pajjiżi terzi, u fil-ħruġ ta’ opinjonijiet rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 14;
(b)fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali nazzjonali għall-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 17(5);
(c)fl-implimentazzjoni tal-kondiviżjoni tal-ispettru bl-adozzjoni ta’ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 27(5);
(d)fl-identifikazzjoni ta’ baned tal-ispettru tar-radju li għandhom jiġu koperti minn bażijiet tad-data, u l-arranġament prattiku tagħhom f’konformità mal-Artikolu 28(2);
(e)fir-rigward tal-iffajljar u tal-koordinazzjoni tas-sistemi satellitari mal-UIT f’konformità mal-Artikolu 37;
(f)fil-monitoraġġ tal-konformità tas-sistemi satellitari li joperaw taħt awtorizzazzjoni tal-Unjoni, u fl-eżami u fir-rispons xieraq għall-ksur tagħha f’konformità mal-Artikolu 43, inkluż billi jinħarġu opinjonijiet rilevanti;
(g)fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar azzjonijiet urġenti f’konformità mal-Artikolu 44(3).
3.L-RSPB għandu jipparteċipa fil-proċedura tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 u għandu jagħti kummenti u opinjonijiet, fejn previst f’dan ir-Regolament.
Artikolu 134
Kompożizzjoni tal-Bord tal-RSPB
1.Il-Bord tal-RSPB għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru minn awtoritajiet responsabbli għall-politika tal-ispettru tar-radju. Kull membru jkollu d-dritt tal-vot.
2.Il-membru tal-Bord maħtur minn kull Stat Membru għandu jkun rappreżentant ta’ livell għoli b’responsabbiltà ġenerali għall-politika strateġika dwar l-ispettru tar-radju.
3.Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-laqgħat kollha tal-Bord tal-RSPB mingħajr id-dritt tal-vot u għandha tkun rappreżentata f’livell adegwatament għoli.
4.Kull membru tal-Bord tal-RSPB kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jaħtru rappreżentant sostitut li jissostitwixxi lill-membru fl-assenza tiegħu.
5.Lista bl-ismijiet u bl-affiljazzjoni tar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord tal-RSPB kif ukoll tas-sostituti tagħhom għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-RSPB.
Artikolu 135
Funzjonijiet tal-Bord tal-RSPB
1.Il-Bord tal-RSPB għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a)li jwettaq il-kompiti tal-RSPB stabbiliti fl-Artikoli 132 sa 133, jiġifieri li jadotta l-opinjonijiet u r-rapporti, u li jxerred l-aħjar prattiki, u meta jagħmel dan, jibbaża ruħu fuq il-ħidma preparatorja mwettqa mill-gruppi ta’ ħidma;
(b)li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna tal-ħidma tal-RSPB mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni tal-ODN;
(c)li jadotta l-programm ta’ ħidma biennali tal-RSPB kif imsemmi fl-Artikolu 141;
(d)li jadotta r-rapport biennali tal-RSPB dwar l-attivitajiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 142;
(e)li jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi kif imsemmija fl-Artikolu 173(5), kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-gruppi ta’ ħidma;
(f)li jadotta regoli dettaljati dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti miżmuma mill-RSPB f’konformità mal-Artikolu 167;
(g)li, abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid kif imsemmija fl-Artikolu 168(1) u jaġġornahom regolarment;
(h)li jadotta u jagħmel pubbliċi r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu;
(i)li jawtorizza, flimkien mad-Direttur tal-ODN, il-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni u mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 166(1);
(j)li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma, f’koordinazzjoni mal-ODN, u li jaħtar il-Presidenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 140;
(k)li jipprovdi gwida lid-Direttur tal-ODN fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-ODN relatati mal-kompiti tal-RSPB.
2.Il-Bord tal-RSPB għandu jirrieżamina r-regoli ta’ proċedura tiegħu sa [6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 136
President u Viċi Presidenti tal-Bord tal-RSPB
1.Il-Bord tal-RSPB, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, għandu jaħtar President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu.
2.Il-Viċi President għandu jassumi d-dmirijiet tal-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dawk id-dmirijiet.
3.Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded darba. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jipprevedu kemm jista’ jkun kontinwità fl-ogħla livell tal-Bord.
4.Il-President għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq tal-kompiti tal-RSPB meta jintalab jagħmel dan.
7.4.TITOLU IV: DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U KOOPERAZZJONI BEJN IL-BEREC U L-RSPB
Artikolu 137
Struttura organizzazzjonali tal-BEREC u tal-RSPB
Il-BEREC u l-RSPB għandhom jinkludu kull wieħed:
(a)Bord;
(b)gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 138
Laqgħat tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB
1.Il-Presidenti tal-Bord tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB għandhom isejħu l-laqgħat tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB, rispettivament, u għandhom jistabbilixxu l-aġendi għal dawk il-laqgħat, li għandhom jiġu ppubblikati.
2.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandu jkollhom mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena.
Il-laqgħat straordinarji għandhom jissejħu fuq inizjattiva tal-President, fuq it-talba ta’ mill-inqas tliet membri tiegħu jew fuq it-talba tal-Kummissjoni.
3.Id-Direttur tal-ODN għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet kollha mingħajr id-dritt tal-vot.
4.Il-Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB, rispettivament, jistgħu jistiednu lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess għalihom, biex tipparteċipa fil-laqgħat tagħhom bħala osservatur.
5.Il-membri u s-sostituti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB jistgħu, rispettivament, soġġett għar-regoli ta’ proċedura tagħhom, jiġu assistiti waqt il-laqgħat mill-konsulenti tagħhom jew minn esperti oħrajn.
6.Meta l-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB, rispettivament, iqisu li dan ikun xieraq, huma jistgħu jistiednu rappreżentanti rilevanti mill-industrija għal-laqgħat rispettivi tagħhom, biex jippreżentaw il-pożizzjonijiet biss.
7.Il-Kummissjoni tista’ titlob li l-parteċipazzjoni f’diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet sensittivi u kunfidenzjali u li l-Kummissjoni tqis li jkollhom dimensjoni qawwija tal-Unjoni tkun ristretta. Bi qbil mad-Direttur tal-ODN, il-President jista’ jitlob li l-parteċipazzjoni f’diskussjonijiet relatati mar-reżiljenza jew mas-sigurtà li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitwettqu kompiti skont dan ir-Regolament tkun ristretta.
8.L-ODN għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u għall-Bord tal-RSPB.
Artikolu 139
Regoli tal-votazzjoni
1.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħhom, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB għandhom jiġu ppubblikati, u għandhom jindikaw kwalunkwe riżerva ta’ kwalunkwe membru fuq talba tiegħu.
2.Kull membru tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru, is-sostitut għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot ta’ dak il-membru.
Fin-nuqqas kemm ta’ membru kif ukoll tas-sostitut, id-dritt tal-vot jista’ jiġi ddelegat lil membru ieħor, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura rispettivi.
Il-President jista’ jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu fi kwalunkwe każ. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm li ma jkunx iddelega d-dritt tal-vot.
3.Ir-regoli ta’ proċedura rispettivi tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li fihom membru wieħed jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor, il-kworum, u l-iskadenzi tan-notifika għal-laqgħat. Barra minn hekk, ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB jingħataw l-aġendi sħaħ u l-abbozzi ta’ proposti fi żmien biżżejjed qabel kull laqgħa sabiex ikollhom l-opportunità li jipproponu emendi qabel il-votazzjoni. Ir-regoli ta’ proċedura jistgħu, fost l-oħrajn, jistabbilixxu proċedura għal votazzjoni dwar kwistjonijiet urġenti, proċedura bil-miktub, u arranġamenti prattiċi oħra għall-operat tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB.
Artikolu 140
Gruppi ta’ ħidma
1.Fejn ġustifikat, il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma, wara li jikkonsultaw lill-ODN, biex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom.
2.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jaħtru l-Presidenti tal-gruppi ta’ ħidma rispettivi tagħhom, li jirrappreżentaw, sa fejn ikun possibbli, awtoritajiet regolatorji nazzjonali differenti u l-membri tal-RSPB u tal-ODN.
3.Il-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha. Il-gruppi ta’ ħidma tal-RSPB għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-RSPB. L-esperti mill-ODN u mill-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma kollha. Il-persunal tal-ODN għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ħidma regolatorja tal-gruppi ta’ ħidma, u jipprovdilhom appoġġ amministrattiv.
4.B’deroga mill-paragrafu 3:
(a)l-esperti mill-Kummissjoni u mill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata ma għandhomx jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC stabbiliti biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 124(1), il-punt (f);
(b)l-esperti mill-Kummissjoni u mill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata ma għandhomx jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma tal-RSPB u tal-BEREC stabbiliti biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 133(3) u fl-Artikolu 124(2), il-punt (b) rispettivament;
(c)l-esperti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Kummissjoni u mill-ODN biss għandhom jipparteċipaw fil-grupp ta’ ħidma tal-RSPB stabbilit biex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 132(3).
5.Fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC li huma stabbiliti biex iwettqu l-kompiti relatati mal-kompetenzi attribwiti fil-livell nazzjonali lil awtoritajiet kompetenti oħra, l-esperti minn awtoritajiet kompetenti oħra nnotifikati skont l-Artikolu 115(3) għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw u għandhom jitqiesu l-fehmiet tagħhom. Jekk esperti minn awtoritajiet kompetenti oħra ma jkunux jistgħu jattendu tali laqgħat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jkunu tqiesu l-fehmiet ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
Il-Presidenti rispettivi tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB jew il-Presidenti tal-gruppi ta’ ħidma jistgħu jistiednu esperti individwali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam rilevanti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma, fejn neċessarju, abbażi ta’ każ b’każ.
6.Normalment, il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti malli jiġi eżegwit il-mandat tagħhom.
7.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jadottaw rispettivament ir-regoli ta’ proċedura li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għall-operat tal-gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 141
Programm ta’ ħidma
1.Wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil partijiet interessati oħra f’konformitá mal-Artikolu 122(10) u l-Artikolu 132(5) rispettivament, il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jadottaw il-programm ta’ ħidma biennali rispettiv tagħhom sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel iċ-ċiklu biennali.
2.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC għandu jibgħat il-programm ta’ ħidma rispettiv lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni malli jiġi adottat.
Artikolu 142
Rapport biennali tal-attività
Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jadottaw ir-rapport biennali rispettiv tagħhom dwar l-attivitajiet rispettivi tagħhom. Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC għandu jibgħat ir-rapport biennali tal-attività lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
Artikolu 143
Kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB
1.Il-BEREC u l-RSPB għandhom jikkooperaw fuq bażi kontinwa u sistematika dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza reċiproka, b’mod partikolari fejn jikkoinċidu r-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-politika tal-ispettru tar-radju. Għal dak l-għan, il-BEREC u l-RSPB għandhom jistabbilixxu, fejn xieraq, gruppi ta’ ħidma konġunti, jiżguraw skambji regolari ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert, u jikkoordinaw il-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom sabiex jippromwovu l-konsistenza regolatorja u l-implimentazzjoni effettiva tal-politika.
2.Il-President tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-President tal-Bord tal-RSPB għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena sabiex jidentifikaw kwistjonijiet ta’ interess komuni li jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib u sistematika bejn il-BEREC u l-RSPB. Il-Presidenti għandhom jissottomettu proposti lill-bordijiet rispettivi tagħhom għall-adozzjoni ta’ attivitajiet konġunti, inklużi, fejn rilevanti, mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni strutturata. Tali kwistjonijiet għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma biennali tal-BEREC u tal-RSPB.
3.Fejn neċessarju, għandhom jissejħu laqgħat konġunti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tal-RSPB biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ rilevanza għaż-żewġ korpi u biex jiġu żgurati approċċi regolatorji u ta’ politika konsistenti u koerenti.
7.5.TITOLU V: UFFIĊĊJU GĦAN-NETWORKS DIĠITALI
7.5.1.KAPITOLU I: Kompiti u organizzazzjoni tal-ODN
Artikolu 144
Stabbiliment
L-ODN għandu jissostitwixxi u jkun is-suċċessur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (“l-Uffiċċju tal-BEREC”), li ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1971.
Artikolu 145
Mandat ġenerali tad-ODN
1.L-ODN għandu jaġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jappoġġa l-iżvilupp tas-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.
2.Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, l-ODN għandu jappoġġa u jassisti lill-BEREC fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-għoti ta’ għarfien espert tekniku, ta’ kapaċità analitika, ta’ appoġġ għall-koordinazzjoni u ta’ assistenza operazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-BEREC u għas-setgħat tiegħu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. L-ODN għandu jappoġġa u jassisti b’mod attiv ukoll lill-RSPB fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, b’mod partikolari billi jiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn il-politika u r-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-ispettru tar-radju, u billi jiffaċilita l-kooperazzjoni strutturata fejn jinħolqu kwistjonijiet ta’ rilevanza komuni.
3.L-ODN għandu jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor mogħti lilu minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-Unjoni, dment li tali kompiti jkunu kompatibbli mal-mandat tiegħu u jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 146
Kompiti tal-ODN
1.L-ODN għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)jipprovdi servizzi ta’ appoġġ espert, professjonali, amministrattiv u loġistiku lill-BEREC fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż billi jipparteċipa fl-attivitajiet kollha tal-gruppi ta’ ħidma, u jikkontribwixxi għalihom, f’konformità mal-Artikolu 140;
(b)jiġbor data u informazzjoni minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali u minn awtoritajiet kompetenti oħra, u jiskambja u jibgħat informazzjoni fir-rigward tal-kompiti assenjati lill-BEREC skont l-Artikolu 103(2) u l-Artikoli 122 sa 126;
(c)jipproduċi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (b), abbozzi ta’ rapporti regolari dwar aspetti speċifiċi tal-iżviluppi fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-Unjoni, bħal rapporti dwar ir-roaming u l-valutazzjoni komparattiva, li għandhom jiġu sottomessi lill-BEREC;
(d)ixerred l-aħjar prattiki regolatorji fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, f’konformità mal-Artikolu 122(1), il-punt (b);
(e)jassisti lill-BEREC fl-istabbiliment u fil-ġestjoni tar-reġistri u tal-bażijiet tad-data f’konformità mal-Artikolu 123(3) u ta’ sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 172;
(f)jistabbilixxi u jiġġestixxi bażi tad-data dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej, f’konformità mal-Artikolu 47(4);
(g)jassisti lill-BEREC fit-twettiq ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, f’konformità mal-Artikolu 122(10);
(h)jassisti fit-tħejjija tal-ħidma u jipprovdi appoġġ ieħor amministrattiv u relatat mal-kontenut biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC;
(i)jassisti fl-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma, fuq it-talba tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, jikkontribwixxi għall-ħidma regolatorja u jipprovdi appoġġ amministrattiv biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel ta’ dawk il-gruppi;
(j)iħejji l-Pjan, f’konformità mal-Artikoli 6 u 7;
(k)jibgħat in-notifiki msemmija fl-Artikolu 10(1) lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet kompetenti oħra biex jiffaċilitaw il-proċedura tal-Passaport Uniku f’konformità mal-Artikolu 10(4);
(l)iżomm bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki sottomessi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 10(8);
(m)jassisti lill-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Unjoni u fl-identifikazzjoni tal-użu potenzjali tar-riżorsi ta’ numerazzjoni għal servizzi transfruntiera jew pan-Ewropej, u fl-istabbiliment ta’ pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2) u (4);
(n)jikkoopera mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-allokazzjoni tan-numri u l-ġestjoni tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej, f’konformità mal-Artikolu 47(3);
(o)jistabbilixxi l-proċedura u s-sistema għall-għoti ta’ informazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 47(4);
(p)jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni bi dritt ta’ użu ekstraterritorjali, f’konformità mal-Artikolu 48(4);
(q)jassisti lill-BEREC fit-tħejjija tal-mudelli armonizzati, f’konformità mal-Artikolu 182;
(r)iwettaq kompiti oħra assenjati lilu b’dan ir-Regolament jew minn atti legali oħra tal-Unjoni.
2.Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] u kull sena minn hemm ’il quddiem, l-ODN għandu jippubblika rapport dwar il-progress lejn is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeskrivi b’mod partikolari l-istat tas-suq, l-istruttura tas-suq, u l-impatt tal-miżuri implimentati skont dan ir-Regolament fuq is-suq intern, inklużi l-effetti ex post tal-fużjonijiet fuq is-suq. Qabel il-pubblikazzjoni, għandu jiġi ppreżentat abbozz ta’ rapport lill-BEREC u lill-RSPB għall-approvazzjoni. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 147
Kompiti tal-ODN b’appoġġ għall-RSPB
L-ODN għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)jipprovdi servizzi ta’ appoġġ espert, professjonali, amministrattiv u loġistiku lill-RSPB fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż billi jipparteċipa fl-attivitajiet kollha tal-gruppi ta’ ħidma, u jikkontribwixxi għalihom, f’konformità mal-Artikolu 140;
(b)jiġbor data u informazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jiskambja u jibgħat informazzjoni fir-rigward tal-kompiti assenjati lill-RSPB skont l-Artikoli 132 u 133;
(c)jassisti lill-RSPB fit-twettiq ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, f’konformità mal-Artikolu 132(5);
(d)jassisti fit-tħejjija tal-ħidma u jipprovdi appoġġ ieħor amministrattiv u relatat mal-kontenut biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Bord tal-RSPB;
(e)jassisti fl-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma, fuq it-talba tal-Bord tal-RSPB, jikkontribwixxi għall-ħidma regolatorja u jipprovdi appoġġ amministrattiv biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel ta’ dawk il-gruppi;
(f)jassisti lill-Kummissjoni fuq talba fit-twettiq tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 22(4);
(g)jaġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ notifiki f’konformità mal-Artikolu 22(5);
(h)jistabbilixxi u jamministra bażijiet tad-data dinamiċi għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru tar-radju f’konformità mal-Artikolu 28;
(i)iżomm rekord tal-proċedimenti tas-suq uniku tal-ispettru tar-radju tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 31(9);
(j)jipprovdi appoġġ lill-RSPB fil-koordinazzjoni ta’ pożizzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 37(3);
(k)jassisti lill-Kummissjoni fit-trattament tan-notifiki f’konformità mal-Artikolu 38(2), it-tieni subparagrafu;
(l)jassisti lill-Kummissjoni u lill-RSPB fil-proċess tal-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 40 u, fejn mitlub mill-Kummissjoni, jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ proċedura ta’ għażla f’konformità mal-Anness VI;
(m)jappoġġa lill-RSPB fl-assistenza lill-Kummissjoni fl-eżami ta’ allegat ksur tal-kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 43(2).
Artikolu 148
Personalità ġuridika tal-ODN
1.L-ODN għandu jkun korp tal-Unjoni. Huwa għandu jkollu personalità ġuridika.
2.F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-ODN għandu jgawdi mill-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont id-dritt nazzjonali. B’mod partikolari, huwa jista’ jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u li jkun parti fi proċedimenti legali.
3.L-ODN għandu jkun rappreżentat mid-Direttur tiegħu.
4.L-ODN għandu jkollu r-responsabbiltà unika għall-kompiti assenjati u għas-setgħat mogħtija lilu.
5.L-ODN għandu jkollu s-sede tiegħu f’Riga.
Artikolu 149
Struttura organizzazzjonali tal-ODN
L-ODN għandu jinkludi:
(a)Bord tat-Tmexxija;
(b)Direttur.
Artikolu 150
Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul mill-persuni maħtura bħala membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, il-Presidenti tal-RSPB u minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu d-dritt tal-vot.
Kull awtorità regolatorja nazzjonali tal-ħatra, kif imsemmi fl-Artikolu 127(1), it-tieni subparagrafu, tista’ taħtar persuna oħra minbarra l-membru tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC bħala membru tal-Bord tat-Tmexxija. Dik il-persuna għandha tkun il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, membru tal-korp kolleġġjali tagħha, jew is-sostitut ta’ kwalunkwe wieħed minnhom.
2.Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu sostitut. Is-sostituti għandhom jirrappreżentaw lill-membru fl-assenza tiegħu.
Is-sostituti ta’ kull membru għandhom ikunu l-persuni maħtura bħala sostituti tal-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu sostitut ukoll. Is-sostitut tal-President tal-Bord tal-RSPB għandu jkun il-Viċi President tal-Bord tal-RSPB.
Kull awtorità regolatorja nazzjonali tal-ħatra, kif imsemmi fl-Artikolu 127(1), it-tieni subparagrafu, tista’ taħtar persuna oħra minbarra s-sostitut tal-membru tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC bħala s-sostitut tal-membru tal-Bord tat-Tmexxija. Dik il-persuna għandha tkun il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, membru tal-korp kolleġġjali tagħha, is-sostitut ta’ kwalunkwe wieħed minnhom, jew il-persunal tal-awtorità regolatorja nazzjonali.
3.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom la għandhom ifittxu, u lanqas jieħdu, struzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.
4.Għandha tiġi ppubblikata lista aġġornata tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tas-sostituti tagħhom, flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom.
Artikolu 151
Funzjonijiet amministrattivi tal-Bord tat-Tmexxija
1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-funzjonijiet amministrattivi li ġejjin:
(a)li jiżgura li l-ODN iwettaq il-kompiti kollha assenjati lilu f’konformità ma’ dan ir-Regolament, billi jqis il-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ xieraq lill-RSPB u jwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità mal-Artikoli 146 u 147;
(b)li jipprovdi orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-ODN u jadotta, fuq bażi annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ODN b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-BEREC u tal-RSPB u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u f’konformità mal-Artikolu 157;
(c)li jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-drittijiet tal-vot, il-baġit annwali tal-ODN u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-ODN skont il-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu;
(d)li jadotta, jagħmel pubblika u jipproċedi b’valutazzjoni tar-rapport annwali tal-attività konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ODN imsemmija fl-Artikolu 161 u jissottometti kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu, sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;
(e)li jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-ODN, f’konformità mal-Artikolu 163;
(f)li jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;
(g)li jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u mill-evalwazzjonijiet, kif ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
(h)li jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi kif imsemmi fl-Artikolu 173(5);
(i)li, abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet, jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid kif imsemmija fl-Artikolu 168(2) u jaġġornahom regolarment;
(j)li jadotta miżuri prattiċi dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-ODN, f’konformità mal-Artikolu 167;
(k)li jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;
(l)li jawtorizza l-konklużjoni tal-arranġamenti tax-xogħol, f’konformità mal-Artikolu 166;
(m)li jadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex idaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea 83 , f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
(n)mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, li jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-ODN, is-setgħat mogħtija lilu mir-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra fuq l-Awtorità bis-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg (is-“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);
(o)li jaħtar lid-Direttur u, fejn rilevanti, jestendi jew iwaqqaf il-mandat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 156;
(p)li jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, li għandu jkun indipendenti għalkollox fil-qadi ta’ dmirijietu;
(q)li jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ODN, u fejn neċessarju, dwar il-modifika tagħhom, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-ODN kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda.
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (p), l-ODN jista’ jaħtar l-istess Uffiċjal tal-Kontabilità ta’ korp jew ta’ istituzzjoni oħra tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ODN u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-ODN.
2.F’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u li fiha jispeċifika l-kundizzjonijiet li bihom tkun tista’ tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.
Fejn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-Bord tat-Tmexxija, b’deċiżjoni, jista’ jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u dawk is-setgħat sottodelegati minnu u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal ieħor minbarra d-Direttur.
3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 152
President u Viċi Presidenti tal-Bord tat-Tmexxija
1.Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord tat-Tmexxija għandhom ikunu l-persuni maħtura bħala l-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC. Għandu japplika l-istess mandat.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jeleġġi membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija bħala President jew Viċi President(i) minn fost il-membri tiegħu, li jirrappreżentaw l-Istati Membri. Il-mandat tagħhom għandu jkun l-istess bħal dak tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC.
2.Wieħed mill-Viċi Presidenti għandu, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura, jassumi d-dmirijiet tal-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jaqdi dawk id-dmirijiet.
3.Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ODN meta jintalab jagħmel dan.
Artikolu 153
Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija
1.Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandu jsejjaħhom il-President.
2.Id-Direttur tal-ODN għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, ħlief dawk relatati mal-Artikolu 156, mingħajr id-dritt tal-vot.
3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu mill-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, il-President għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq l-inizjattiva tiegħu stess, fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq talba ta’ mill-inqas tliet membri tiegħu.
4.Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden lil kull persuna b’opinjoni li tista’ tkun ta’ interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
5.Waqt il-laqgħat, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jistgħu, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew minn esperti.
6.L-ODN għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 154
Regoli tal-votazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
2.Meta l-Bord tat-Tmexxija jivvota dwar kwistjonijiet relatati mar-Regolament Delegat (UE) 2019/715 u mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija.
3.Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ membru bid-dritt tal-vot, is-sostitut għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.
4.Il-President jista’ jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu fi kwalunkwe każ. Huwa għandu jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm li ma jkunx iddelega d-dritt tal-vot.
5.Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ votazzjoni aktar dettaljati, b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor.
Artikolu 155
Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur
1.Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-ODN u għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni amministrattiva tal-ODN. Id-Direttur għandu jagħti rendikont lill-Bord tat-Tmexxija.
2.Id-Direttur għandu jħejji l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u jassisti lill-President tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u lill-President tal-Bord tal-RSPB, fit-tħejjija tal-laqgħat tal-korpi rispettivi tagħhom.
3.Id-Direttur għandu jkun indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu u la għandu jfittex, u lanqas jieħu, struzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern, istituzzjoni, persuna jew korp.
4.Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-qadi ta’ dmirijietu meta jintalab jagħmel dan.
5.Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-ODN u jsegwi l-gwida pprovduta mill-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, mill-Bord tal-RSPB u mill-Bord tat-Tmexxija. B’mod partikolari, id-Direttur għandu jkun responsabbli biex:
(a)iwettaq l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-ODN;
(b)iħejji l-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija u jipparteċipa, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija;
(c)jimplimenta d-deċiżjonijiet amministrattivi adottati mill-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, mill-Bord tal-RSPB u mill-Bord tat-Tmexxija;
(d)iħejji, u jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas 4 ġimgħat qabel il-laqgħa rilevanti tal-Bord tat-Tmexxija, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 157;
(e)jassisti lill-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u lill-Bord tal-RSPB fit-tħejjija tar-rapporti tal-attività tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 142;
(f)jassisti lill-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u lill-Bord tal-RSPB fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 141;
(g)jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni, u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(h)iħejji l-abbozz tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ODN kif imsemmi fl-Artikolu 161 u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni;
(i)iħejji pjan ta’ azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti interni jew esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll tal-investigazzjonijiet mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress mill-inqas darba fis-sena lill-Bord tat-Tmexxija;
(j)iħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bi żball u, fejn xieraq, billi jimponi miżuri amministrattivi li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż penali finanzjarji;
(k)iħejji strateġija kontra l-frodi għall-ODN u jippreżentaha lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;
(l)iħejji abbozz tar-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ODN;
(m)iħejji l-abbozzi tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-ODN u l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 158;
(n)jawtorizza, flimkien mal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, jew mal-Bord tal-RSPB fejn rilevanti, il-konklużjoni ta’ arranġamenti ta’ ħidma ma’ korpi, uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 166.
6.Taħt is-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u tal-pubblikazzjoni tal-avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-ODN f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
7.Id-Direttur għandu, soġġett għall-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istati Membri kkonċernati, jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tal-ODN b’mod effiċjenti u effettiv, li membru wieħed jew aktar mill-persunal tiegħu jintbagħat f’xi Stat Membru wieħed jew aktar. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu b’mod li jkunu evitati kostijiet mhux neċessarji u d-duplikazzjoni ta’ funzjonijiet amministrattivi tal-ODN. Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, għandu jiġi indikat, fid-dokument tal-programmazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 157, l-impatt tagħha f’termini tal-allokazzjoni ta’ persunal u tal-baġit.
Artikolu 156
Ħatra tad-Direttur
1.Id-Direttur għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-ODN f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (a), tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.
2.Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, wara proċedura ta’ għażla miftuħa u trasparenti, abbażi tal-mertu, tal-ħiliet ġestjonali, amministrattivi u baġitarji u tal-ħiliet u l-esperjenza rilevanti għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-ħatra għandha tkun soġġetta għall-opinjoni pożittiva tar-rappreżentant tal-RSPB fil-Bord tat-Tmexxija.
3.Il-lista tal-kandidati ma għandhiex tiġi proposta mill-President biss jew minn Viċi President waħdu. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw proċedura li twassal għal lista mqassra tal-għadd ta’ kandidati eliġibbli u proċedura tal-votazzjoni.
4.Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija għandu jinstema’ mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
5.Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur, l-ODN għandu jiġi rappreżentat mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.
6.Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ 5 snin. Fi żmien debitu, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur u tal-kompiti u tal-isfidi tal-ODN. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.
7.Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, soġġett għal opinjoni pożittiva tal-Bord tal-RSPB jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur, għal mhux aktar minn 5 snin. Direttur li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta’ għażla oħra għall-istess pożizzjoni.
8.Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-inqas żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u soġġett għall-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-RSPB. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur fuq il-bażi ta’ vot ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.
7.5.2.KAPITOLU II: Baġit u programmazzjoni tal-ODN
Artikolu 157
Programmazzjoni annwali u pluriennali
1.Kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali (“dokument uniku ta’ programmazzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2019/715, filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.
Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jibagħtu lill-Kummissjoni biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwaru. Barra minn hekk, l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Sussegwentement, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwaru. Huwa għandu jippreżenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni, kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, fejn neċessarju, għandu jiġi aġġustat skont dan.
2.Id-dokument ta’ programmazzjoni annwali għandu jinkludi l-objettivi fid-dettall u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-ġestjoni bbażati fuq l-attività, kif imsemmi wkoll fl-Artikolu 164. Id-dokument ta’ programmazzjoni annwali għandu jkun konsistenti mal-programm ta’ ħidma tal-BEREC u tal-RSPB kif imsemmi fl-Artikolu 141 u mad-dokument ta’ programmazzjoni pluriennali tal-ODN imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta’ qabel.
3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fejn neċessarju, jemenda d-dokument ta’ programmazzjoni annwali wara l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-BEREC u tal-RSPB imsemmija fl-Artikolu 141 u fejn jiġi assenjat kompitu ġdid lill-BEREC, lill-RSPB jew lill-ODN.
Kwalunkwe emenda sostanzjali fid-dokument ta’ programmazzjoni annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik użata biex jiġi adottat l-ewwel dokument ta’ programmazzjoni annwali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa lid-Direttur biex jagħmel emendi mhux sostanzjali fid-dokument ta’ programmazzjoni annwali.
4.Id-dokument ta’ programmazzjoni pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal.
Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun xieraq, u b’mod partikolari biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 179.
5.Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ODN għandu jinkludi l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-BEREC u tal-RSPB għar-relazzjonijiet ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 166(3), l-azzjonijiet marbuta ma’ dik l-istrateġija u l-ispeċifikazzjoni ta’ riżorsi assoċjati.
Artikolu 158
Stabbiliment tal-baġit
1.Kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz proviżorju tal-estimu tad-dħul u tan-nefqa tal-ODN (“l-abbozz tal-estimu”) għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluża t-tabella tal-persunal, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija.
L-informazzjoni li tkun tinsab fl-abbozz tal-estimu għandha tkun konsistenti mal-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 157(1).
2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz proviżorju tal-estimu, jadotta abbozz tal-estimu tad-dħul tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.
3.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz tal-estimu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.Abbażi tal-abbozz tal-estimu, fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-Kummissjoni għandha ddaħħal l-estimi li tqis li huma neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-baġit ġenerali, u għandha tippreżentahom lill-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.
5.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-ODN.
6.L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal tal-ODN.
7.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-ODN. Il-baġit għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn neċessarju, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.
8.Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-ODN, għandu japplika r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715.
Artikolu 159
Struttura tal-baġit
1.L-estimi tad-dħul u tan-nefqa kollha għall-ODN għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-ODN.
2.Il-baġit tal-ODN għandu jkun ibbilanċjat f’termini tad-dħul u tan-nefqa.
3.Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-ODN għandu jikkonsisti fi kwalunkwe taħlita ta’ dawn li ġejjin:
(a)kontribuzzjoni mill-Unjoni;
(b)kwalunkwe tariffa mħallsa mill-impriżi għall-kisba u għaż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet satellitari tal-Unjoni li għandha tiġi stabbilita permezz tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 39(4), it-tariffi għad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej li għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 46(4), l-imposti għall-pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-ODN;
(c)kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja in natura jew volontarja mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi jew mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-ODN, kif previst fl-Artikolu 166.
4.Id-dħul riċevut mill-ODN ma għandux jikkomprometti n-newtralità, l-indipendenza jew l-oġġettività tiegħu.
5.Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-livell tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), abbażi ta’ evalwazzjoni u, fejn neċessarju, għandha tadatta l-metodoloġija jew il-livell ta’ dawk it-tariffi u l-mod kif għandhom jitħallsu.
6.L-awtorità baġitarja għandha teżamina mill-ġdid, meta jkun neċessarju, il-livell tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta’ evalwazzjoni tal-ħtiġijiet u filwaqt li tqis il-livell tat-tariffi.
7.In-nefqa tal-ODN għandha tinkludi ir-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u n-nefqa operazzjonali.
Artikolu 160
Implimentazzjoni tal-baġit
1.Id-Direttur għandu jimplimenta l-baġit tal-ODN.
2.Kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni kollha li tkun rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri tal-evalwazzjoni.
Artikolu 161
Rapport annwali tal-attività konsolidat
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapporti annwali tal-attività konsolidat f’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715, filwaqt li jqis il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.
Artikolu 162
Preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza
1.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-ODN għandu jippreżenta l-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.
2.L-ODN għandu jippreżenta r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.
3.Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-ODN, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-ODN għandu jħejji l-kontijiet finali tal-ODN taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess. Id-Direttur għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Bord tat-Tmexxija għall-opinjoni tiegħu.
4.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-ODN.
5.Id-Direttur għandu jippreżenta l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja.
6.L-ODN għandu jippubblika l-kontijiet finali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.
7.Id-Direttur għandu jippreżenta lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. Id-Direttur għandu jippreżenta wkoll dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.
8.Id-Direttur għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 267(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 84 .
9.Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 163
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-ODN għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715, ħlief meta tali diverġenza tkun meħtieġa għall-operat tal-ODN u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem għal dan.
Artikolu 164
Persunal tal-ODN
1.Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra u r-regoli adottati permezz ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex idaħħlu fis-seħħ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-ODN.
2.F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività tar-riżorsi umani, l-ODN għandu jkollu l-persunal meħtieġ biex jaqdi dmirijietu.
3.L-għadd ta’ persunal u ta’ riżorsi finanzjarji korrispondenti għandhom jiġu proposti f’konformità mal-Artikolu 157(2) u (4) u mal-Artikolu 158(1), filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 146 u 147 u kull kompitu ieħor assenjat lill-ODN b’dan ir-Regolament jew b’atti legali oħra tal-Unjoni, kif ukoll tal-ħtieġa ta’ konformità mar-regolamenti applikabbli għall-aġenziji deċentralizzati kollha tal-Unjoni.
4.L-ODN jista’ jagħmel użu mis-servizzi ta’ esperti nazzjonali sekondati jew ta’ persunal ieħor li ma jkunx impjegat minnu. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra ma għandhomx japplikaw għal tali persunal.
5.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-ODN.
7.5.3.KAPITOLU III: Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 165
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-ODN u għall-persunal tiegħu.
Artikolu 166
Kooperazzjoni mal-korpi tal-Unjoni, mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali
1.Sa fejn ikun neċessarju biex jiksbu l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament u jwettqu l-kompiti tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-BEREC, l-RSPB u l-ODN jistgħu jikkooperaw ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Għal dak l-għan, il-BEREC, l-RSPB u l-ODN jistgħu, soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi.
2.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB, il-gruppi ta’ ħidma u l-Bord tat-Tmexxija għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà primarja fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tal-politika tal-ispettru tar-radju kif rilevanti, fejn dawk il-pajjiżi terzi jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop.
Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk il-ftehimiet, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, il-limitu u l-mod kif l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati se jipparteċipaw mingħajr id-dritt tal-vot fil-ħidma tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-BEREC, u mill-RSPB, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għall-ODN. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal.
3.Bħala parti mill-programm ta’ ħidma biennali msemmi fl-Artikolu 141, il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u l-Bord tal-RSPB għandhom jadottaw, rispettivament, l-istrateġija tal-BEREC u tal-RSPB għar-relazzjonijiet ma’ korpi, ma’ uffiċċji, ma’ aġenziji u ma’ gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jidħlu kwistjonijiet li għalihom il-BEREC u l-RSPB huma kompetenti rispettivament. Il-Kummissjoni, il-BEREC, l-RSPB u l-ODN għandhom jikkonkludu arranġament xieraq ta’ ħidma bl-għan li jiżguraw li l-BEREC, l-RSPB u l-ODN joperaw fi ħdan il-mandat tagħhom u l-qafas istituzzjonali eżistenti.
Artikolu 167
Aċċess għal dokumenti u protezzjoni tad-data
1.Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 85 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC, mill-RSPB u mill-ODN.
2.Il-Bord tat-Tmexxija tal-ODN għandu jaġġorna, fejn neċessarju, ir-regoli dettaljati adottati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC, mill-RSPB u mill-ODN. L-ODN għandu jkun responsabbli mill-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għal dawk id-dokumenti.
3.Il-proċessar ta’ data personali mill-ODN għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 168
Trasparenza u komunikazzjoni
1.Il-BEREC u l-RSPB, bl-appoġġ tal-ODN, jistgħu jkunu involuti f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħhom stess fil-qasam tal-kompetenza tagħhom f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid adottati mill-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u mill-Bord tal-RSPB. L-allokazzjoni ta’ riżorsi għal tali appoġġ għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni fi ħdan il-baġit tal-ODN ma għandhiex tkun ta’ detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti tal-BEREC kif imsemmija fl-Artikolu 122 sa 126 jew il-kompiti tal-RSPB kif imsemmija fl-Artikoli 132 u 133, jew il-kompiti tal-ODN kif imsemmija fl-Artikoli 146 u 147.
2.L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-ODN għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 169
Kunfidenzjalità
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 167(1) u għall-Artikolu 171(2), il-BEREC, l-RSPB u l-ODN ma għandhomx jiddivulgaw lill-partijiet terzi l-informazzjoni li jipproċessaw jew li jirċievu li b’rabta magħha tkun saret talba motivata għal trattament kunfidenzjali ta’ dik l-informazzjoni kollha jew ta’ xi parti minnha.
2.Il-membri u parteċipanti oħra fil-laqgħat tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, tal-Bord tal-RSPB, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-gruppi ta’ ħidma, tad-Direttur, tal-esperti nazzjonali sekondati u ta’ persunal ieħor mhux impjegat mill-ODN għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.
3.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB u l-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 170
Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
Il-BEREC, l-RSPB u l-ODN għandhom jadottaw ir-regoli tas-sigurtà tagħhom stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni biex titħares l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, fost l-oħrajn id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, għall-proċessar u għall-ħżin ta’ tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 86 u (UE, Euratom) 2015/444 87 . Inkella, il-BEREC, l-RSPB jew l-ODN jista’ jadotta deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-Kummissjoni fuq bażi mutatis mutandis.
Artikolu 171
Skambju ta’ informazzjoni
1.Fuq talba motivata mill-BEREC, mill-RSPB jew mill-ODN, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jipprovdu lill-BEREC, lill-RSPB jew lill-ODN bl-informazzjoni neċessarja kollha, b’mod f’waqtu u akkurat, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, dment li dawn ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u li t-talba għall-informazzjoni tkun neċessarja b’rabta man-natura tal-kompitu inkwistjoni.
Il-BEREC, l-RSPB jew l-ODN jistgħu jitolbu wkoll li tali informazzjoni tingħata f’intervalli regolari u f’formati speċifikati. Fejn possibbli, talbiet bħal dawn għandhom isiru bl-użu ta’ formati komuni tar-rapportar.
2.Fuq talba tal-Kummissjoni, ta’ Stat Membru jew ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra, il-BEREC, l-RSPB jew l-ODN għandhom jipprovdu, b’mod f’waqtu u akkurat, kwalunkwe informazzjoni li tkun neċessarja biex il-Kummissjoni, l-Istat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra, tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera. Il-Kummissjoni, Stat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tiżgura l-kunfidenzjalità f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt nazzjonali, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għall-informazzjoni kkunsidrata mill-BEREC, mill-RSPB jew mill-ODN bħala kunfidenzjali. Il-kunfidenzjalità kummerċjali ma għandhiex tipprevjeni l-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni.
3.Qabel ma ssir it-talba għall-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, il-BEREC, l-RSPB jew l-ODN għandu jqis kwalunkwe informazzjoni eżistenti rilevanti li tkun disponibbli għall-pubbliku.
4.Fejn xi informazzjoni ma tkunx saret disponibbli mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jew mill-Istat Membru, b’mod f’waqtu, il-BEREC, l-RSPB, jew l-ODN jistgħu jindirizzaw talba motivata jew lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat, jew direttament lill-impriżi rilevanti li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u faċilitajiet assoċjati. Il-BEREC, l-RSPB jew l-ODN għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lil awtoritajiet kompetenti oħra li jkunu naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni dwar it-talbiet f’konformità mal-ewwel paragrafu.
Fuq talba tal-BEREC, tal-RSPB jew tal-ODN, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jassistu lill-BEREC jew lill-RSPB fil-ġbir tal-informazzjoni.
5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li awtoritajiet nazzjonali responsabbli oħra jew impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati jew servizzi assoċjati jippreżentaw l-informazzjoni neċessarja kollha biex iwettqu l-kompiti tagħhom imsemmija f’dan l-Artikolu.
Awtoritajiet nazzjonali jew impriżi oħra responsabbli kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprovdu tali informazzjoni minnufih malli tintalab u f’konformità mal-limiti ta’ żmien u fil-livell ta’ dettall meħtieġ.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jingħataw is-setgħa li jinforzaw tali talbiet għal informazzjoni billi jimponu penali li jkunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 172
Sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni
1.L-ODN għandu jistabbilixxi u jiġġestixxi sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li jkollha mill-inqas il-funzjonijiet li ġejjin:
(a)pjattaforma komuni għall-iskambju ta’ informazzjoni, li tipprovdi lill-BEREC, lill-RSPB, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju bl-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(b)interfaċċa dedikata għal talbiet għal informazzjoni u għan-notifika ta’ dawk it-talbiet kif imsemmi fl-Artikolu 171, għall-aċċess mill-BEREC, mill-RSPB, mill-ODN, mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju;
(c)pjattaforma għall-identifikazzjoni bikrija tal-ħtieġa ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru tar-radju.
2.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali bl-għan li tiġi stabbilita s-sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li s-sistema tikkonforma mal-liġijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u mal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ.
Artikolu 173
Dikjarazzjonijiet ta’ interessi
1.Il-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, tal-Bord tal-RSPB, tal-Bord tat-Tmexxija tal-ODN, id-Direttur, l-esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor li ma jkunx impjegat mill-ODN ilkoll għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub fejn tindika l-impenji tagħhom u l-assenza jew il-preżenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.
2.Tali dikjarazzjonijiet għandhom isiru meta jiġu assunti r-responsabbiltajiet, għandhom ikunu akkurati u kompluti, u għandhom jiġu aġġornati fejn ikun hemm riskju ta’ preżenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni.
3.Id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, mill-Bord tal-RSPB, mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-ODN u mid-Direttur għandhom jiġu ppubblikati.
4.Il-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, tal-Bord tal-RSPB, tal-Bord tat-Tmexxija tal-ODN u tal-gruppi ta’ ħidma, u parteċipanti oħra fil-laqgħat tagħhom, id-Direttur, l-esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor li ma jkunx impjegat mill-ODN għandhom jiddikjaraw ilkoll b’mod akkurat u komplut, sa mhux aktar tard minn meta tibda kull laqgħa, kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fejn jidħlu l-punti fl-aġenda, u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni u fil-votazzjoni dwar tali punti.
5.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC, il-Bord tal-RSPB, u l-Bord tat-Tmexxija tal-ODN għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi u, b’mod partikolari, għall-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 174
Ġlieda kontra l-frodi
1.Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-ODN għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) 88 u jadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal kollu tal-ODN bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.
2.Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-ODN.
3.L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 89 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 90 bil-ħsieb li tistabilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew xi deċiżjoni ta’ għotja jew xi kuntratt iffinanzjat mill-ODN.
4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ ħidma mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, f’konformià mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.
F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371.
Artikolu 175
Responsabbiltà
1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-ODN għandha tkun irregolata bid-dritt applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-ODN.
3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, l-ODN għandu jagħmel tajjeb għal kull dannu li jikkaġunaw id-dipartimenti tiegħu jew il-persunal tiegħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
4.Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fit-tilwim fuq il-kumpens għad-danni kif imsemmi fil-paragrafu 3.
5.Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tiegħu lejn l-ODN għandhom jirregolawha d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra li japplikaw għalihom.
Artikolu 176
Stħarriġ amministrattiv
L-attivitajiet tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN għandhom ikunu soġġetti għall-istħarriġ tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.
Artikolu 177
Arranġamenti lingwistiċi
1.Ir-Regolament Nru 1 91 għandu japplika għall-ODN.
2.It-traduzzjoni u s-servizzi lingwistiċi l-oħra kollha meħtieġa mill-ODN, minbarra l-interpretazzjoni, għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 92 .
Artikolu 178
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-operat
1.Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija għall-Appoġġ għall-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u l-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja tal-21 ta’ Diċembru 2020 jista’ jiġi rrieżaminat wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.
2.L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji biex jiżgura li l-ODN jaħdem bla xkiel u b’mod effiċjenti, inklużi t-tagħlim multilingwi u orjentat lejn l-Ewropa u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.
Artikolu 179
Evalwazzjoni
1.Sa [60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat, tal-kompiti u tas-sede tagħhom. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li tiġi mmodifikata l-istruttura jew il-mandat tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali modifika.
2.Fejn il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-BEREC, tal-RSPB jew tal-ODN ma tkunx għadha ġustifikata fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilhom, hija tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew jitħassar kif meħtieġ.
3.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni u għandha tagħmel pubbliċi dawk is-sejbiet.
Artikolu 180
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-BEREC, is-suċċessjoni tal-RSPG mill-RSPB u s-suċċessjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC mill-ODN
1.L-ODN għandu jieħu post l-Uffiċċju tal-BEREC li kien ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1971 fir-rigward tas-sjieda, tal-ftehimiet, tal-obbligi legali, tal-kuntratti ta’ impjiegi, tal-impenji finanzjarji u tar-responsabbiltajiet kollha.
2.B’mod partikolari, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal tal-Uffiċċju tal-BEREC.
3.Minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], id-Direttur maħtur abbażi tar-Regolament (UE) 2018/1971 għandu jaġixxi bħala Direttur bil-funzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tad-Direttur ma għandhomx jinbidlu.
4.Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jġedded it-terminu tal-mandat tad-Direttur imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal terminu ieħor. L-Artikolu 156(6) u (7) għandu japplika mutatis mutandis. It-terminu kumulattiv tal-mandat tad-Direttur ma għandux jeċċedi l-10 snin.
5.Il-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tat-Tmexxija msemmija fl-Artikoli 127 u 150 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu magħmula mill-membri tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC u tal-Bord tat-Tmexxija imsemmija fl-Artikoli 7 u 15 tar-Regolament (UE) 2018/1971, sakemm jinħatru rappreżentanti ġodda, bl-eċċezzjoni tal-President tal-RSPG imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu li għandu jsir membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-ODN minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
6.Il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi u tal-Bord tat-Tmexxija tal-ODN, li jkunu nħatru abbażi tar-Regolament (UE) 2018/1971, għandhom jibqgħu fil-kariga bħala l-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord ta’ Regolaturi tal-BEREC kif msemmi fl-Artikolu 130 ta’ dan ir-Regolament, u bħala l-President u l-Viċi Presidenti tal-Bord tat-Tmexxija kif imsemmi fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament għall-kumplament tal-mandat ta’ sena tagħhom.
7.Il-Bord tal-RSPB imsemmi fl-Artikolu 134 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun magħmul mill-membri tal-RSPG imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019, sakemm jinħatru rappreżentanti ġodda.
8.Il-President u l-Viċi Presidenti tal-RSPG, li jkunu fil-kariga fi [id-data tal-applikazzjoni], għandhom jibqgħu fil-kariga bħala President u Viċi President tal-Bord tal-RSPB sat-tmiem tal-mandat tagħhom.
9.L-arranġamenti ta’ ħidma żviluppati skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2018/1971 għandhom jibqgħu validi għall-BEREC u għall-ODN. Il-membri tal-RSPG mingħajr drittijiet tal-vot għandhom isiru parteċipanti fl-RSPB mingħajr drittijiet tal-vot dment li l-arranġamenti ta’ ħidma jiġu żviluppati f’konformità mal-Artikolu 166(2), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.
8.PARTI VIII - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
8.1.TITOLU I: GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI, STĦARRIĠ U MEKKANIŻMU TA’ KONSULTAZZJONI
Artikolu 181
Għoti ta’ informazzjoni
1.L-impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati, jew servizzi assoċjati, għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, neċessarja għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għal awtoritajiet kompetenti oħra, għall-BEREC u għall-RSPB biex iwettqu l-kompiti tagħhom u jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew mad-deċiżjonijiet jew mal-opinjonijiet adottati f’konformità miegħu. Meta l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed biex iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC u l-RSPB għandu jkollhom id-dritt li jitolbu tali informazzjoni minn impriżi rilevanti oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew setturi relatati mill-qrib, kif ukoll mill-punti ta’ informazzjoni uniċi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2024/1309.
2.Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti b’dan ir-Regolament u għandha tkun motivata. Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrikjedu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku għalfejn se tintuża din l-informazzjoni. L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-pront u fi kwalunkwe każ sal-iskadenzi stabbiliti.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li l-impriżi jipprovdu informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu tal-ispettru permezz ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita, id-drittijiet ta’ użu jew l-obbligi speċifiċi, li tkun proporzjonata u oġġettivament ġustifikata b’mod partikolari għall-finijiet ta’:
(a)il-verifika, fuq bażi sistematika jew ta’ każ b’każ, tal-konformità mal-kundizzjonijiet jew mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 9(4), 20, 21, 29, 38, 39, 49, 50, 51, 67, 68(1), 69 u 77;
(b)il-verifika, abbażi ta’ każ b’każ, tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew mal-obbligi u mal-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kundizzjoni ma tkunx qed tiġi rrispettata jew fil-każ ta’ xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess;
(c)it-twettiq tal-proċeduri għat-talbiet għall-għoti tad-drittijiet ta’ użu u l-valutazzjoni tagħhom;
(d)il-pubblikazzjoni ta’ prospetti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;
(e)il-kollazzjoni ta’ statistiki, ta’ rapporti jew ta’ studji definiti b’mod ċar;
(f)it-twettiq ta’ analiżijiet tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluża data dwar is-swieq downstream jew bl-imnut assoċjati jew relatati mas-swieq li huma s-suġġett tal-analiżi tas-suq u data tal-kontabilità dwar is-swieq bl-imnut mill-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq;
(g)is-salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni;
(h)l-evalwazzjoni ta’ żviluppi futuri tan-network jew tas-servizz li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa magħmula disponibbli għall-kompetituri, kif ukoll informazzjoni dwar in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-faċilitajiet assoċjati, li hija diżaggregata fil-livell lokali u dettaljata biżżejjed f’termini ta’ kopertura territorjali, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew għat-twettiq ta’ stħarriġ ġeografiku skont l-Artikolu 183;
(i)it-tweġiba għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC jew mill-RSPB.
(j)L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) u l-punti (d) sa (i), ma għandhiex tintalab qabel jingħata l-aċċess għas-suq jew bħala kundizzjoni biex jingħata dan l-aċċess.
4.L-awtorità regolatorja nazzjonali fejn jiġu pprovduti networks u servizzi tista’ titlob lill-awtorità kompetenti deżinjata skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881, tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT u taqsam is-sejbiet meta tali verifika tkun neċessarja għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 9(4), il-punt (d), u l-Artikolu 20.
5.Fir-rigward tad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tirreferi b’mod partikolari għall-użu effettiv u effiċjenti tal-ispettru tar-radju kif ukoll għall-konformità ma’ kull obbligu tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz marbut mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u mal-verifika tagħhom.
6.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra ma għandhomx jidduplikaw it-talbiet għal informazzjoni li diġà jkun għamel il-BEREC jew l-RSPB skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fejn il-BEREC jew l-RSPB ikun għamel l-informazzjoni riċevuta disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.
7.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrikjedu li l-fornituri jirrapportaw dwar l-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet ta’ użu u l-obbligi speċifiċi mhux aktar minn darba fis-sena.
Artikolu 182
Talbiet għal informazzjoni u rapportar armonizzati
1.Għall-fini tal-armonizzazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u tar-rapportar lill-impriżi skont l-Artikolu 181(1), (3) u (7), u f’konformità mal-Artikoli 3(2), il-punt (c) u l-Artikolu 202, sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida dwar suġġetti rilevanti, inkluż dwar l-ambitu, it-twaqqit, il-frekwenza u l-format tat-talbiet għal informazzjoni u tar-rapportar u dwar il-proċeduri tal-ġbir tal-informazzjoni. Il-linji gwida għandhom jinkludu wkoll mudelli għat-talbiet għal informazzjoni u r-rapportar.
2.Meta applikabbli, l-RSPB għandu jiżviluppa mudelli għat-talbiet għal informazzjoni. L-informazzjoni għandha tintalab u tiġi sottomessa f’konformità mal-mudelli żviluppati.
3.Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tarmonizza l-metodoloġiji għall-ġbir tal-informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
4.Meta tinġabar informazzjoni dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (g), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra l-ewwel għandhom jaċċessaw l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi skont leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Jekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jikkonkludu li din l-informazzjoni ma tkunx biżżejjed għat-tlestija tal-kompiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-BEREC jista’ jaġġorna l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jipprevedi l-ġbir tad-data addizzjonali meħtieġa.
5.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba motivata, bl-informazzjoni neċessarja għaliha biex twettaq il-kompiti tagħha skont it-TFUE. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti. Meta l-informazzjoni pprovduta tkun tirreferi għall-informazzjoni pprovduta qabel mill-impriżi fuq talba tal-awtorità, dawk l-impriżi għandhom ikunu infurmati b’dan. Sal-punt neċessarju, u sakemm l-awtorità li pprovdiet l-informazzjoni ma tkunx għamlet talba espliċita u motivata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pprovduta disponibbli lil awtorità oħra bħalha fi Stat Membru ieħor.
6.Soġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafu 7, l-informazzjoni ppreżentata lil awtorità waħda għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità oħra bħalha fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti, u tal-BEREC u tal-RSPB, wara talba sostanzjata, fejn neċessarju biex kwalunkwe awtorità minnhom, jew il-BEREC jew l-RSPB, ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni.
7.Fejn l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 181 (1) u (3), inkluża informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ stħarriġ ġeografiku skont l-Artikolu 183, titqies bħala kunfidenzjali minn awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandha tipproteġi tali kunfidenzjalità. Il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata ma għandhomx jinżammu milli jikkondividu l-informazzjoni bejniethom b’mod f’waqtu għall-finijiet tar-rieżami, tal-monitoraġġ u tas-superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
8.Filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u soġġett għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali u l-protezzjoni ta’ data personali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.
9.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw it-termini għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ tali l-aċċess.
Artikolu 183
Stħarriġ ġeografiku dwar il-varar tan-networks
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwasslu s-servizzi tal-broadband (“in-networks tal-broadband”) sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jaġġornawh mill-inqas kull 3 snin wara dan.
2.L-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi stħarriġ tal-firxa ġeografika attwali tad-disponibbiltà (il-lokal moqdi), tal-prontezza (il-lokal konness) u tal-adozzjoni (il-lokal attivat, fejn is-servizz ikun attivat u funzjonali) ta’ kull network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn rilevanti, li jiddistingwi bejn is-segmenti residenzjali, kummerċjali u pubbliċi, fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħra skont dan ir-Regolament. L-istħarriġ ġeografiku għandu jikkontribwixxi wkoll għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti.
3.L-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi previżjoni għal perjodu ddeterminat mill-awtorità rilevanti tal-firxa tan-networks tal-broadband fit-territorju tagħha, inkluż mill-inqas il-lokal moqdi u, fejn rilevanti, il-lokal konness minn networks tal-gigabits. L-istħarriġ ġeografiku għandu jikkontribwixxi wkoll għall-immappjar meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti.
4.Il-previżjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża l-informazzjoni dwar l-introduzzjoni ppjanata minn kwalunkwe impriża jew awtorità pubblika, ta’ mill-inqas networks tal-gigabits. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jirrikjedu li l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu tali informazzjoni sa fejn din tkun disponibbli u tista’ tiġi pprovduta bi sforz raġonevoli.
5.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, fir-rigward ta’ kompiti speċifikament attribwiti lilha skont dan ir-Regolament, il-grad sa fejn ikun xieraq li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni kollha miġbura jew parti minnha fil-kuntest ta’ tali previżjoni.
6.Fejn ma jsirx stħarriġ ġeografiku mill-awtorità regolatorja nazzjonali, dan għandu jsir b’kooperazzjoni ma’ dik l-awtorità sa fejn dan ikun rilevanti għall-kompiti tagħha. L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ ġeografiku għandha tkun f’livell xieraq ta’ dettall lokali, li jilħaq il-livell tal-indirizz fejn neċessarju, għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz inklużi mill-inqas il-veloċitajiet ta’ download u ta’ upload, il-mezz ta’ trażmissjoni (mingħajr fili jew bil-fili) u t-teknoloġija użata, u għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 182(6).
7.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jiddeżinjaw żona b’konfini territorjali ċari fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura u kwalunkwe previżjoni mħejjija skont il-paragrafu 1, ikun ġie ddeterminat li, għad-durata tal-perjodu tal-previżjoni rilevanti, l-ebda impriża jew awtorità pubblika ma tkun varat jew qed tippjana li tvara network tal-gigabits jew li taġġorna b’mod sinifikanti n-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi eżistenti tagħha għal network tal-gigabits. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw iż-żoni deżinjati.
8.Fi ħdan żona deżinjata, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jistiednu lill-impriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jvaraw networks tal-gigabits tul id-durata tal-perjodu ta’ previżjoni rilevanti. Meta din l-istedina tirriżulta f’dikjarazzjoni minn impriża jew awtorità pubblika tal-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, l-awtorità rilevanti tista’ tirrikjedi li impriżi u awtoritajiet pubbliċi oħra jiddikjaraw kwalunkwe intenzjoni li jvaraw networks tal-gigabits. L-awtorità rilevanti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’dawn il-preżentazzjoni, sabiex tiżgura mill-inqas livell simili ta’ dettall bħal dak li tqies fi kwalunkwe previżjoni skont il-paragrafu 1.
9.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jiġbru d-data f’konformità ma’ proċedura effiċjenti, awtomatizzata fejn possibbli, oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja, fejn l-ebda impriża ma tiġi eskluża a priori.
10.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali responsabbli biex jallokaw fondi pubbliċi għall-varar tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex ifasslu l-pjanijiet nazzjonali tal-broadband, biex jiddefinixxu l-obbligi ta’ kopertura marbuta mad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u biex jivverifikaw id-disponibbiltà tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ servizzi universali fit-territorju tagħhom, għandhom iqisu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku u ta’ kwalunkwe żona deżinjata skont il-paragrafi 1, 2, u 3. Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi għall-varar tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jitqiesu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku u kwalunkwe waħda miż-żoni deżinjati skont il-paragrafi 1, 2 u 3, sa fejn ikunu rilevanti u xierqa biex jiġu ssodisfati l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet li jwettqu l-istħarriġ ġeografiku għandhom jagħtu dawk ir-riżultati bil-kundizzjoni li l-awtorità riċeventi tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali bħall-awtorità tal-oriġini u jinfurmaw lill-partijiet li pprovdew l-informazzjoni. Dawk ir-riżultati għandhom isiru disponibbli wkoll għall-BEREC u għall-Kummissjoni meta jitolbuhom, u bl-istess kundizzjonijiet.
11.Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu d-data li tirrizulta mill-istħarriġ ġeografiku li ma tkunx soġġetta għal kunfidenzjalità kummerċjali aċċessibbli direttament f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1024 biex jiġi permess l-użu mill-ġdid tagħha. Fejn tali għodod ma jkunux disponibbli fis-suq, huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll l-għodod tal-informazzjoni biex l-utenti finali jkunu jistgħu jiddeterminaw id-disponibbiltà tal-konnettività f’żoni differenti, b’livell ta’ dettall li jkun utli biex tiġi appoġġata l-għażla tagħhom tal-operatur jew tal-fornitur ta’ servizz.
12.L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tanalizza r-riżultati tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ stħarriġ ġeografiku skont dan l-Artikolu u tiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn li jsir rieżami tas-suq skont it-tifsira tal-Artikoli 72 u 73. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku r-riżultati ta’ tali analiżi f’forma ta’ rapport.
13.Fil-perjodu tat-tranżizzjoni għall-fibra, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi l-analiżi tal-informazzjoni li tikkonċerna l-istħarriġ ġeografiku kif ukoll l-analiżi tal-informazzjoni, miġbura skont l-Artikolu 181 jew sorsi disponibbli oħra, rigward il-prezzijiet u l-kwalità tas-servizzi disponibbli fuq il-prezzijiet tar-ram u tal-fibra. Ir-rapport għandu jintuża biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 57. L-ewwel rapport għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 184
Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u ta’ trasparenza
1.Ħlief f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 86, 188 jew 189, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew meta jkollhom l-intenzjoni jipprevedu restrizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16(1) u (2), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, dawn għandhom jagħtu l-opportunità lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar l-abbozz tal-miżura fi żmien raġonevoli, filwaqt li jkunu qiesu l-kumplessità tal-kwistjoni u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn 30 jum.
2.Għall-finijiet tal-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-RSPB, lill-BEREC u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fil-mument tal-pubblikazzjoni dwar kwalunkwe abbozz ta’ miżura li jaqa’ fl-ambitu ta’ proċedura ta’ għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament u li huwa relatat mal-użu ta’ spettru tar-radju armonizzat sabiex ikun jista’ jintuża għan-networks u s-servizzi tal-broadband.
3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta’ konsultazzjoni nazzjonali tagħhom permezz ta’ punt ta’ informazzjoni uniku li permezz tiegħu jistgħu jiġu aċċessati l-konsultazzjonijiet kurrenti kollha.
4.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.
Artikolu 185
Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati
1.L-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-fehmiet ta’ utenti finali, b’mod partikolari tal-konsumaturi, u ta’ utenti finali b’diżabbiltà, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inklużi l-aċċess u l-għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.
2.L-awtoritajiet kompetenti, f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni, aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.
3.Il-partijiet interessati jistgħu jiżviluppaw, bil-gwida tal-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mekkaniżmi li jinvolvu lill-konsumaturi, lill-gruppi tal-utenti jew lill-fornituri tas-servizzi, biex titjieb il-kwalità ġenerali tal-forniment tas-servizzi billi, fost l-oħrajn, jiġu żviluppati u mmonitorjati l-kodiċijiet ta’ kondotta u l-istandards tal-operat.
4.Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li jippromwovu l-objettivi tal-politika kulturali u dwar il-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media, l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-setturi interessati fil-promozzjoni tal-kontenut legali fin-networks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll il-koordinazzjoni tal-informazzjoni ta’ interess pubbliku li trid tiġi pprovduta skont l-Artikolu 105.
8.2.TITOLU II: PROĊEDURI TA’ ARMONIZZAZZJONI
Artikolu 186
Proċeduri ta’ armonizzazzjoni
1.Fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’dan ir-Regolament jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tqis l-opinjoni tal-BEREC, jew, fejn rilevanti, tal-RSPB, tadotta rakkomandazzjonijiet jew, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, deċiżjonijiet, permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni, biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta’dan ir-Regolament u sabiex ikomplu jinkisbu l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.
3.Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu biss l-identifikazzjoni ta’ approċċ armonizzat jew koordinat bl-għan li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)l-implimentazzjoni inkonsistenti ta’ approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 72 u 73, meta din toħloq ostaklu għas-suq intern; tali deċiżjonijiet ma għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 85; f’tali każ, il-Kummissjoni għandha tipproponi abbozz ta’ deċiżjoni biss:
(I)wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni;
(II)wara li tkun qieset opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li għandha tkun ipprovduta mill-BEREC fi żmien 3 xhur mit-talba tal-Kummissjoni;
(b)in-numerazzjoni, inklużi l-firxiet tan-numri, il-portabbiltà tan-numri u tal-identifikaturi, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjoni ta’ emerġenza.
4.L-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
5.Il-BEREC jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.
6.Meta l-Kummissjoni ma tkun adottat la rakkommandazzjoni u lanqas deċiżjoni fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta’ opinjoni mill-BEREC li tindika l-eżistenza ta’ diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’dan ir-Regolament li jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.
Meta l-Kummissjoni tkun adottat rakkomandazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iżda l-implimentazzjoni inkonsistenti li toħloq ostakli għas-suq intern tippersisti għal sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha, soġġetta għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta deċiżjoni biex tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(4).
Meta l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sena ulterjuri minn kwalunkwe rakkommandazzjoni adottata skont it-tieni paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet dan, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.
Artikolu 187
Standardizzazzjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mhux obbligatorji biex isservi bħala bażi biex tħeġġeġ il-provvista armonizzata ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet u tas-servizzi assoċjati. Fejn neċessarju, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva (UE) 2015/1535, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 93 titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar tabbozza l-istandards.
2.L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 għall-provvista ta’ servizzi, ta’ interfaċċi tekniċi jew ta’ funzjonijiet tan-networks, sa fejn ikun strettament neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi, il-konnettività minn tarf sa tarf, il-faċilitazzjoni tal-bdil ta’ fornituri u l-portabilità tan-numri u tal-identifikaturi, u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.
3.Fejn ma jkunux ġew ippubblikati standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-implimentazzjoni ta’ standards jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali standards jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-UIT, mill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO, International Organisation for Standardisation) u mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC, International Electrotechnical Commission).
4.Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni biex jużawhom, jew il-partijiet rilevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew il-partijiet rilevanti jkunu ineffettivi. Kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1 jew f’dan il-paragrafu ma għandhiex tipprevjeni l-aċċess kif jista’ jkun meħtieġ skont dan ir-Regolament, meta dan ikun fattibbli.
5.Fejn l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew implimentati adegwatament b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-implimentazzjoni ta’ tali standards jew speċifikazzjonijiet tista’ ssir obbligatorja skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 6, sa fejn ikun strettament neċessarju biex tiġi żgurata dik l-interoperabbiltà u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.
6.Fejn il-Kummissjoni jkun biħsiebha tagħmel l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorja, għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji jew speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji fil-lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7.Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ma għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta’ servizzi armonizzati tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha tneħħihom mil-lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1.
8.Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ma għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta’ servizzi armonizzati tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, hija tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tneħħi dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
9.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 199(6).
10.Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta’ xi wieħed mir-rekwiżiti essenzjali, mill-speċifikazzjonijiet ta’ interfaċċja jew mill-istandards armonizzati li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/53/UE.
8.3.TITOLU III: SOLUZZJONI GĦAT-TILWIM
Artikolu 188
Soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim
1.L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikoli 95, 96, 97, 98 u 100 ta’ dan ir-Regolament jew mill-inqas korp indipendenti wieħed b’għarfien espert ipprovat f’din l-applikazzjoni, għandha tiġi elenkata bħala entità ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/EU bil-ħsieb li ssolvi t-tilwim bejn il-fornituri u l-konsumaturi, kif ukoll, meta applikabbli u fil-mandat tal-korp rilevanti, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar, li jirriżulta skont dan ir-Regolament u li jkun relatat mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti.
2.Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2013/11/UE, fejn tali tilwim ikun jinvolvi partijiet fi Stati Membri differenti, il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom bil-ħsieb li t-tilwim jiġi riżolt.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet għandhom jistabbilixxu proċeduri trasparenti, sempliċi u effiċjenti biex jindirizzaw l-ilmenti tal-utenti finali relatati mad-drittijiet u mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 93 u l-ilmenti tal-konsumaturi, tal-mikrointrapriżi u tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ relatati mad-drittijiet stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness III.
Artikolu 189
Soluzzjoni għat-tilwim bejn impriżi
1.Fil-każ ta’ tilwim li jinħoloq b’rabta mal-obbligi eżistenti skont dan ir-Regolament bejn il-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, jew bejn tali impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefikaw mill-obbligi ta’ aċċess jew ta’ interkonnessjoni jew bejn il-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru u l-fornituri tal-faċilitajiet assoċjati, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-iqsar żmien possibbli abbażi ta’ proċeduri ċari u effiċjenti, u fi kwalunkwe każ fi żmien 4 xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-partijiet kollha għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità regolatorja nazzjonali.
2.Fis-soluzzjoni ta’ tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu deċiżjonijiet immirati biex tikseb l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3. Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-soluzzjoni ta’ tilwima għandu jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.
3.Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità kummerċjali. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-partijiet konċernati b’dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni.
4.Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tibda proċeduri quddiem il-qrati.
Artikolu 190
Soluzzjoni ta’ tilwim transfruntier
1.Fil-każ ta’ tilwim li jinħoloq skont dan ir-Regolament bejn l-impriżi fi Stati Membri differenti, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal tilwim relatat mal-koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju koperta bl-Artikolu 14.
2.Kull parti tista’ tirreferi t-tilwima lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati. Fejn it-tilwima tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw it-tilwima lill-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
3.Fejn tkun saret notifika bħal din, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni biex jistieden lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika sabiex jissolva t-tilwim jew biex ma jieħdu l-ebda azzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, u fi kwalunkwe fi żmien 4 xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
4.L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex isolvu t-tilwima. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun hemm ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni jew jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali, kull waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti tista’, jew fuq talba tal-partijiet jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tadotta miżuri interim.
5.Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala parti mis-soluzzjoni tat-tilwima għandu jkun konformi ma’ dan ir-Regolament, iqis l-opinjoni adottata mill-BEREC, u jiġi adottat fi żmien xahar minn tali opinjoni.
6.Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tibda proċeduri quddiem il-qrati.
8.4.TITOLU IV: KOOPERAZZJONI FL-EKOSISTEMA
Artikolu 191
Gwida biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fl-ekosistema
1.Sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jippubblika linji gwida biex jassisti lill-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u lil impriżi oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, fl-applikazzjoni tal-prattiki tal-industrija u fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tekniċi u kummerċjali relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tas-soċjetà tal-informatika b’mod effiċjenti, ekonomikament sostenibbli u affidabbli, kif ukoll relatat mal-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi, għall-benefiċċju tal-utenti finali. Tali linji gwida għandhom ikopru kwistjonijiet barra mill-ambitu tal-obbligi skont dan ir-Regolament li għandhom effett fuq il-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika.
2.Bl-appoġġ tal-ODN, il-BEREC għandu jippromwovi l-kooperazzjoni effettiva fost il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-impriżi attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, filwaqt li jiżgura li tali kooperazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1. Il-BEREC għandu jiffaċilita l-applikazzjoni koerenti ta’ dawk il-linji gwida, iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prattiki tekniċi u kummerċjali konġunti, u jimmonitorja l-effetti tagħhom fuq il-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika b’mod effiċjenti, ekonomikament sostenibbli u affidabbli.
Artikolu 192
Faċilità għal konċiljazzjoni volontarja
1.Fuq talba tal-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ impriżi oħra attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom joffru laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn żewġ fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew bejn tali fornitur u impriża oħra attiva fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib dwar arranġamenti tekniċi u kummerċjali li huma soġġetti għal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 191(1). Il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni għandha tissejjaħ mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-parti li tippreżenta t-talba għal konċiljazzjoni sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-partijiet.
2.Fi żmien ġimgħa waħda wara t-talba għal konċiljazzjoni volontarja, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-BEREC bl-elementi tal-każ. Fi żmien xahrejn wara t-talba, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar l-elementi tal-każ u l-għażliet għal kooperazzjoni effettiva f’konformità mal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 191.
3.F’kooperazzjoni mal-BEREC, l-awtorità regolatorja nazzjonali speċifikata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha ssejjaħ il-laqgħa tal-partijiet mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-preżentazzjoni tat-talba għall-faċilità għal konċiljazzjoni volontarja. Mhux aktar tard minn xahar wara l-laqgħa, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-BEREC, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi rendikont bil-miktub tal-laqgħa, inkluża l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-fehmiet tal-partijiet involuti;
(b) il-passi possibbli li jmiss;
(c)l-elementi tal-ftehim, meta applikabbli u jekk iż-żewġ partijiet kinux preżenti fil-laqgħa;
(d)l-għażliet proposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali għal kooperazzjoni effettiva, jekk iż-żewġ partijiet kienu preżenti fil-laqgħa u ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim.
Artikolu 193
Rapportar dwar il-funzjonament tal-kooperazzjoni fl-ekosistema u r-rieżami tiegħu
Sa [24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kull sentejn wara dan], il-BEREC għandu jippubblika rapport dwar l-effetti tal-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 191(1) dwar il-kooperazzjoni effettiva fl-ekosistema kif ukoll dwar il-funzjonament tal-faċilità għall-konċiljazzjoni volontarja msemmija fl-Artikolu 192.
Sa [36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], filwaqt li jitqies ir-rapport tal-BEREC imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-kooperazzjoni fl-ekosistema.
8.5.TITOLU V: KONFORMITÀ U DRITT TA’ APPELL
Artikolu 194
Emenda tad-drittijiet u tal-obbligi skont l-awtorizzazzjoni ġenerali u awtorizzazzjonijiet individwali għal riżorsi skarsi
1.Id-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew id-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet jistgħu jiġu emendati biss f’każijiet oġġettivament ġustifikati u b’mod proporzjonat, filwaqt li jitqiesu, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni.
2.Ħlief meta l-emendi proposti jkunu minuri u jkunu ġew miftiehma mad-detentur tad-drittijiet jew mal-awtorizzazzjoni ġenerali, l-intenzjoni li jsiru tali emendi għandha tiġi nnotifikata biżżejjed minn qabel. Id-detenturi tad-drittijiet jew tal-awtorizzazzjoni ġenerali u partijiet interessati oħra, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti. Dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn 4 ġimgħat ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw l-emendi, flimkien mar-raġunijiet għalihom.
Artikolu 195
Restrizzjoni jew irtirar tad-drittijiet
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 196(10) u (11), l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu jew jirtiraw id-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mogħtija għal perjodu ta’ żmien definit, qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikunu ngħataw, ħlief fejn dan ikun ġustifikat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, meta applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 20, 21 jew 50, u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.
2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrestrnġu jew jirtiraw id-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju, għajr dawk mogħtija għal perjodu ta’ żmien indefinit, fejn meħtieġ biex jiġi żgurat użu effiċjenti u effettiv tal-ispettru tar-radju, jew l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ armonizzazzjoni teknika adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq proċeduri stabbiliti minn qabel u definiti b’mod ċar skont id-dritt nazzjonali, f’konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni. Meta d-drittijiet ta’ użu jkunu ġew assenjati għal durata speċifika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fiż-żmien tal-għoti tad-dritt, id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jiġu kkumpensati kif xieraq għall-kost dirett tal-migrazzjoni jew tar-riallokazzjoni tal-ispettru tar-radju f’konformità mad-dritt nazzjonali.
3.Modifika fl-użu tal-ispettru tar-radju minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) jew (2) ma għandhiex, waħedha, tiġġustifika l-irtirar ta’ dritt ta’ użu għall-ispettru tar-radju.
4.Kwalunkwe intenzjoni li jiġu ristretti jew irtirati drittijiet skont l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet individwali ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 185.
Artikolu 196
Konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u mal-obbligi u mal-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, u mal-obbligi speċifiċi u mal-miżuri għan-nuqqas ta’ konformità
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 9(4), mal-obbligi u l-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju msemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 29, 33 u 34 u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni msemmija fl-Artikoli 46, 49 u 50, u mal-obbligi speċifiċi msemmija fil-Parti V.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jirrikejdu li l-impriżi soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jibbenefikaw minn drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew mal-obbligi u mal-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fil-Parti V, f’konformità mal-Artikolu 181.
3.Fejn awtorità kompetenti ssib li impriża ma tkunx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew mal-obbligi u mal-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fil-Parti V, din għandha tinnotifika lill-impriża b’dawk is-sejbiet u tagħti l-opportunità lill-impriża biex tiddikjara l-fehmiet tagħha, f’terminu raġonevoli.
4.L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 minnufih jew f’terminu raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bl-għan li tiżgura l-konformità.
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimponu:
(a)fejn xieraq, penali finanzjarji dissważivi li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b’effett retroattiv;
(b)ordnijiet ta’ waqfien jew ta’ dewmien tal-forniment ta’ servizz jew ta’ pakkett ta’ servizzi, li jekk jissoktaw, iwasslu għal dannu sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi ta’ aċċess imposti wara analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 73.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom jiġu bbażati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perjodu raġonevoli għall-impriża biex din tikkonforma mal-miżuri.
5.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi, fejn neċessarji, multi u penali predeterminati jew perjodiċi mhux kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti adottata mill-Kummissjoni, mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra skont dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
6.Minkejja l-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa li timponi, fejn xieraq, penali finanzjarji fuq l-impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni, f’konformità mal-obbligi imposti fl-Artikolu 181(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) jew (b) u mal-obbligi tat-trasparenza, f’perjodu raġonevoli stipulat mill-awtorità kompetenti.
7.L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 183(8) f’każ biss li impriża jew awtorità pubblika konxjament jew b’negliġenza kbira tkun ipprovdiet informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta.
8.Meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multi jew tal-penali perjodiċi imposti fuq impriża jew fuq awtorità pubblika talli konxjament jew b’negliġenza kbira tkun ipprovdiet informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 183(8), għandu jitqies, fost oħrajn, jekk l-imġiba tal-impriża jew tal-awtorità pubblika kellhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, jekk, għall-kuntrarju tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta jew kwalunkwe aġġornament tagħha, l-impriża jew awtorità pubblika varatx, estendietx jew tejbitx network, jew ma varatx network u naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dik il-bidla fil-pjan.
9.F’każ ta’ ksur serju jew ripetut tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, jew tal-obbligi u l-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fil-Parti V, meta jkunu fallew il-miżuri mmirati biex jiżguraw il-konformità kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprevjenu lil impriża milli tkompli tipprovdi n-networks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew jissospendu jew jirtiraw dawk id-drittijet ta’ użu. Tali penali jistgħu jiġu applikati biex ikopru l-perjodu ta’ kull ksur, anke jekk il-ksur ikun ġie rrettifikat sussegwentement.
10.Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti deżinjata skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu jissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill wara li jkunu ġew eżawriti l-miżuri ta’ rimedju ta’ nuqqas ta’ konformità skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, l-awtorità regolatorja nazzjonali fejn jiġu pprovduti n-networks u s-servizzi għandha tirtira d-dritt li tipprovdi networks u servizzi taħt awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet individwali ta’ użu tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4), il-punt (d), u l-Artikolu 20 f’każijiet fejn il-fornitur ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-ICT tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà.
11.Minkejja l-paragrafi 3, 4 u 9 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39 dwar awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu tal-ispettru tar-radju bis-satellita, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali, fejn ikollha evidenza ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, tal-obbligi u tal-kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-ispettru tar-radju u għar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fil-Parti V li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għas-sikurezza pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika jew jirriskja li joħloq problemi ekonomiċi jew operazzjonali serji għal fornituri jew għal utenti oħra tan-networks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew għal utenti oħra tal-ispettru tar-radju. L-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-impriża kkonċernata l-opportunità biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi kwalunkwe rimedju. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti tista’ tikkonferma l-miżuri interim li għandhom ikunu validi għal massimu ta’ 3 xhur, iżda meta ma jkunux intemmu l-proċeduri ta’ infurzar, dawn jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn 3 xhur.
Artikolu 197
Dritt ta’ appell
1.Kull utent jew impriża li tipprovdi networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilitajiet assoċjati li tkun affettwata minn deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tappella kontra dik id-deċiżjoni quddiem korp ta’ appell li jkun indipendenti mill-partijiet involuti u minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti minnu tal-kwistjonijiet ippreżentati quddiemu. Dan il-korp, li jista’ jkun qorti, għandu jkollu l-kompetenza xierqa biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv.
2.Sa meta jkun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri interim f’konformità mad-dritt nazzjonali.
3.Fejn il-korp ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx ta’ natura ġudizzjarja, xorta waħda għandu jagħti r-raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjoni tiegħu. Barra minn hekk, f’każ bħal dan, id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għal stħarriġ minn qorti jew minn tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 267 tat-TFUE.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu għall-appell ikun effettiv.
8.6.TITOLU VI: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 198
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 39(4), il-punt (f), fl-Artikolu 82(1), fl-Artikolu 103(5), fl-Artikolu 106(8) u fl-Artikolu 114 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa sa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 82(1), fl-Artikolu 103(5), fl-Artikolu 106(8) u fl-Artikolu 114 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 103(5), l-Artikolu 106(8) u l-Artikolu 114 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 199
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bid-Direttiva (UE) 2018/1972. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Għall-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 14(8), 17(3) u 45(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju stabbilit bl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 200
Skambju ta’ informazzjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti tal-operaturi tan-networks, tal-fornituri ta’ servizzi, tal-utenti, tal-konsumaturi, tal-manifatturi u tat-trade unions, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
2.Filwaqt li jqis il-politika tal-Unjoni dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu jrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw in-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Artikolu 201
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom filwaqt li jiddeskrivu kif u fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni. L-ewwel avviż bħal dan għandu jiġi ppubblikat qabel [24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u wara dan għandu jiġi ppubblikat avviż meta jkun hemm xi bidla fl-informazzjoni li tinsab fih.
2.L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kopja ta’ dawk l-avviżi kollha fil-mument tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, l-imposti, it-tariffi u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu u d-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b’mod xieraq sabiex jiġi pprovdut aċċess faċli għal dik l-informazzjoni għall-partijiet konċernati kollha.
4.Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tinżamm f’livelli differenti tal-gvern, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet fuq id-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha, filwaqt li tqis il-kostijiet involuti, biex toħloq ħarsa ġenerali faċli biex tiftiehem lejn dik l-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni dwar il-livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu ppubblikati l-obbligi speċifiċi imposti fuq l-impriżi skont dan ir-Regolament u li jiġu identifikati l-prodott u s-servizz speċifiċi, u s-swieq ġeografiċi. Soġġetti għall-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali, huma għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata ssir disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.
6.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f’forma faċilment aċċessibbli u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.
Artikolu 202
Użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll il-BEREC, l-RSPB, l-ODN u l-Kummissjoni, għandhom jippermettu u jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju kif stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [XXX] 94 .
Artikolu 203
Notifika u monitoraġġ
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u l-obbligi imposti fuqhom skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla li taffettwa l-obbligi imposti fuq impriżi jew tal-impriżi affettwati skont dan ir-Regolament għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 204
Proċeduri ta’ rieżami
1.Sa [60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.Dawk ir-rieżamijiet għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-implikazzjonijiet tas-suq tal-Artikoli 69 u 83 u jekk is-setgħat ta’ intervent ex ante u oħrajn skont dan ir-Regolament humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tirnexxi għall-benefiċċju tal-utenti finali.
3.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.
4.Il-BEREC għandu, sa [36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull 3 snin wara dan, jippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.
5.Filwaqt li tqis ir-rapport tal-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet meta tqis li dan huwa meħtieġ għall-finijiet tal-indirizzar tal-ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.
Artikolu 205
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-mudell tas-sommarju tal-kuntratt
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2243 95 għandu jkompli japplika, mutatis mutandis, għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni ta’ mudell tas-sommarju tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 95(2) ta’ dan ir-Regolament, sal-jum tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 206
Emendi tar-Regolament (UE) 2015/2120
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 huwa emendat kif ġej:
(a)it-Titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri li jikkonċernaw it-tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati”
(b)fl-Artikolu 1, jitħassru l-paragrafi 1 u 2;
(c)fl-Artikolu 2, jitħassru l-punti (1) u (2);
(d)jitħassru l-Artikoli 3, 4, 5, u 9;
(e)fl-Artikolu 6, jitħassar l-ewwel subparagrafu;
(f)L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (a), (b), (c) u (d);
(b)jitħassru l-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 207
Emendi tad-Direttiva 2002/58/KE
Jitħassru l-Artikoli 7, 8, 10, 11 u 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.
Ir-referenzi għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/58/UE għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 208
Emenda tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2a. Għall-iżvilupp ta’ miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà jew is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu pożizzjonijiet komuni bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tas-CEPT.
Il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(3).”
Artikolu 209
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE jitħassru b’effett minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Ir-referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1971, għad-Direttiva (UE) 2018/1972 u għad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 210
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin jum] wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.Għandu japplika minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3.B’deroga mill-paragrafu 2:
(a)L-Artikoli 38, 39 u 40 għandhom japplikaw minn [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’kompetenzi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali assenjati skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom sa mhux aktar tard minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
L-impriżi awtorizzati li jipprovdu komunikazzjonijiet bis-satellita skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom ikomplu jżommu d-drittijiet u jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet u għall-obbligi rispettivi sa [36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];
(b)L-Artikolu 115(1), il-punt (a) għandu japplika minn [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
L-awtoritajiet kompetenti għajr awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’kompetenzi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali assenjati skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 jistgħu jkomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom sa mhux aktar tard minn [12 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3
1.1. Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 3
1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 3
1.3. Objettiv(i) 3
1.3.1. Objettiv(i) ġenerali 3
1.3.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 3
1.3.3. Riżultat(i) u impatt mistennija 3
1.3.4. Indikaturi tal-prestazzjoni 3
1.4. Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 4
1.5. Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 4
1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva 4
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom. 4
1.5.3. Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat 4
1.5.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra 5
1.5.5. Valutazzjoni tal-opzjonijiet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni 5
1.6. Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha 6
1.7. Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 6
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 8
2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 8
2.2. Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 8
2.2.1. Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta 8
2.2.2. Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom 8
2.2.3. Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 8
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 9
3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 10
3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 10
3.2. Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 12
3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 12
3.2.1.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat 12
3.2.1.2. Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern 17
3.2.2. Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali 22
3.2.3. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat 24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern 24
3.2.3.3. Total tal-approprjazzjonijiet 24
3.2.4. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 25
3.2.4.1. Iffinanzjati mill-baġit ivvutat 25
3.2.4.2. Iffinanzjati minn dħul assenjat estern 26
3.2.4.3. Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani 26
3.2.5. Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali 28
3.2.6. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti 28
3.2.7. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 28
3.3. Impatt stmat fuq id-dħul 29
4. Dimensjonijiet diġitali 29
4.1. Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali 30
4.2. Data 30
4.3. Soluzzjonijiet diġitali 31
4.4. Valutazzjoni tal-interoperabbiltà 31
4.5. Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali 32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Att dwar in-Networks Diġitali (DNA)
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Il-proposta tikkonċerna oqsma ta’ politika marbuta mal-iżvilupp ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’enfasi fuq l-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel u f’waqtha lejn networks diġitali ta’ kwalità għolja, reżiljenti u orjentati lejn il-futur. Għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet regolatorji għal Suq Uniku fil-konnettività li jinċentiva l-investiment f’networks fissi, mobbli u tas-satellita (inklużi l-fibra, 5G ta’ kwalità għolja, 6G tal-futur u sistemi ta’ komunikazzjoni mobbli avvanzati bis-satellita), u li tappoġġa r-rekwiżiti tal-konnettività li jirriżultaw minn teknoloġiji emerġenti bħall-IA, l-Internet tal-Oġġetti (IoT), il-komunikazzjoni kwantistika u s-servizzi avvanzati tal-cloud. Bl-immodernizzar tal-qafas kurrenti, l-inizjattiva għandha l-għan li tiffaċilita l-investiment effiċjenti, tippromwovi l-kompetizzjoni sostenibbli u tnaqqas id-dipendenzi teknoloġiċi, u b’hekk tappoġġa l-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul tal-Unjoni Ewropea.
Il-proposta tfittex li tneħħi l-ostakli persistenti għall-forniment transfruntier tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li ttejjeb il-koerenza u l-prevedibbiltà regolatorji madwar l-Istati Membri. Għal dan l-għan, hija tipprevedi aġġustamenti għall-kompetenzi regolatorji u għall-istrutturi ta’ governanza, inkluża l-armonizzazzjoni mtejba tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru u l-applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli tal-UE. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex isaħħu l-funzjonament tas-Suq Uniku, jiffaċilitaw l-ekonomiji ta’ skala għall-fornituri, u jiżguraw li l-konsumaturi u n-negozji fl-Unjoni kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ta’ konnettività ta’ kwalità għolja.
Barra minn hekk, l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-politiki tal-Unjoni dwar is-sigurtà, ir-reżiljenza u l-preparatezza. In-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi s-sistemi bbażati fuq is-satelliti, jikkostitwixxu infrastruttura kritika essenzjali għall-funzjonament tal-ekonomija, tas-servizzi pubbliċi u tas-soċjetà b’mod ġenerali. Għalhekk, il-proposta tinkludi miżuri li jappoġġaw l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ networks avvanzati mhux terrestri, jindirizzaw l-isfidi ta’ interferenza u jtejbu l-affidabbiltà u s-sigurtà tal-konnettività fir-reġjuni kollha. Billi ssaħħaħ ir-reżiljenza diġitali tal-Ewropa, tiżgura kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni robusti u tappoġġa l-awtonomija strateġika f’oqsma teknoloġiċi ewlenin, l-inizjattiva twieġeb għall-prijoritajiet deskritti f’rapporti riċenti ta’ livell għoli u tikkontribwixxi għall-objettivi usa’ tal-Unjoni dwar il-preparatezza u s-sigurtà.
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-inizjattiva huwa li tħejji lill-UE għat-tranżizzjoni lejn networks diġitali futuri ta’ kwalità għolja, affidabbli u reżiljenti, f’konformità mal-prijoritajiet tal-kompetittività, tas-Suq Uniku u tal-preparatezza identifikati fir-rapporti Draghi, Letta u Niinistö. L-iżgurar tal-konnettività avvanzata għar-reġjuni kollha, inklużi ż-żoni rurali u remoti, huwa essenzjali għaż-żamma tas-saħħa ekonomika, tal-istandards soċjali u tat-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa.
Sabiex jinkiseb dan, il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi regoli li jagħmluha aktar faċli li jsir investiment f’networks diġitali moderni u li dawn jiġu żviluppati. Dan ifisser l-appoġġ għaċ-ċaqliq minn linji qodma tar-ram għall-fibra, it-tħaffif tat-tnedija ta’ networks tal-5G ta’ kwalità għolja u tas-6G tal-futur, u l-iffaċilitar tat-tkabbir ta’ infrastruttura oħra bla fili u bbażata fuq il-cloud. Dawn in-networks avvanzati huma essenzjali għal teknoloġiji li jiddependu fuq data rapida u f’ħin reali u fuq l-IA, bħal apparati konnessi, karozzi awtonomi, sistemi tal-enerġija intelliġenti u l-industrija awtomatizzata. It-tisħiħ ta’ dawn il-pedamenti jgħin lill-UE tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija globali.
L-objettiv jinvolvi wkoll l-approfondiment tas-Suq Uniku għall-konnettività billi jtejjeb il-koerenza regolatorja, il-prevedibbiltà u l-forniment ta’ servizzi transfruntiera. Fl-aħħar nett, filwaqt li ttenni r-rapport Niinistö, il-proposta tenfasizza r-rwol tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi sistemi bbażati fuq is-satelliti, fit-tisħiħ tas-sigurtà, tar-reżiljenza u tal-preparatezza tal-UE.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Tnedija u Adozzjoni Rapidi tal-Fibra
Dan l-objettiv jiffoka fuq l-aċċellerazzjoni tal-varar tan-networks tal-fibra u fuq il-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ servizzi bbażati fuq il-fibra fl-UE kollha. Għandu l-għan li jipprovdi konnettività b’veloċità għolja u ta’ kwalità għolja għas-soċjetà u għall-ekonomija filwaqt li jappoġġa l-kompetizzjoni sostenibbli u l-investiment effiċjenti. L-inizjattiva tfittex ukoll li tiffaċilita l-forniment ta’ servizzi transfruntiera u tissimplifika l-qafas regolatorju biex is-suq isir aktar effiċjenti għall-partijiet ikkonċernati kollha.
Objettiv speċifiku Nru 2
Tnaqqis tad-Distakk fil-Kwalità tan-Networks Mobbli
Dan l-objettiv għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tan-networks mobbli biex jintlaħqu l-mexxejja globali. Jenfasizza l-investiment f’networks tal-5G ta’ kwalità għolja, fid-densifikazzjoni tan-networks, u fil-varar tas-6G futur biex jittejbu l-veloċitajiet ta’ download u ta’ upload, titnaqqas il-latenza, u tiġi pprovduta konnettività ġenerali aħjar għall-konsumaturi u għan-negozji. Il-kisba ta’ dan tiftaħ il-bibien biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-innovazzjoni tan-networks mobbli f’diversi setturi fis-Suq Uniku kollu.
Objettiv speċifiku Nru 3
Espansjoni tal-Operat tan-Networks Pan-Ewropej u tal-Forniment tas-Servizzi
Dan l-objettiv għandu l-għan li jiffaċilita l-operat tan-network u l-forniment tas-servizzi fis-Suq Uniku kollu u l-varar ta’ infrastrutturi avvanzati, inklużi kostellazzjonijiet satellitari fl-LEO, flimkien man-networks terrestri. Ifittex li jneħħi l-ostakli regolatorji, jippromwovi l-integrazzjoni tat-teknoloġiji satellitari u terrestri, u jappoġġa t-teknoloġiji trasformattivi bħal networks ibbażati fuq il-cloud li jużaw u jippermettu l-IA, filwaqt li jsaħħaħ il-kapaċità industrijali u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa fis-setturi spazjali u diġitali.
Dan huwa relatat mill-qrib mal-objettiv 4 tal-approfondiment tas-Suq Uniku għall-konnettività, fost l-oħrajn, permezz ta’ sistema ta’ governanza mtejba.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
1. Tranżizzjoni għall-Fibra
Il-miżuri proposti dwar il-varar tal-fibra jagħmlu enfasi fuq l-aċċellerazzjoni tat-tnedija u tal-adozzjoni ta’ networks FTTH filwaqt li tiġi rfinata r-regolamentazzjoni tal-aċċess. Iżommu elementi effettivi tal-qafas eżistenti iżda jenfasizzaw miżuri regolatorji bbażati fuq is-suq u inqas intrużivi fejn xieraq. L-effetti mistennija tal-miżuri proposti jinkludu żieda fil-kopertura tal-fibra (sa 98 % sal-2035) u fir-rati tal-adozzjoni (sa 78 %), veloċitajiet ogħla tal-internet, impatti pożittivi tal-PDG, u tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2. Il-benefiċjarji jinkludu l-konsumaturi u n-negozji li jiksbu aċċess għal konnettività aktar rapida u aktar affidabbli, filwaqt li l-operaturi tan-network jibbenefikaw minn regoli aktar ċari u minn kundizzjonijiet ta’ investiment prevedibbli.
2. Ġestjoni tal-Ispettru
Għall-ispettru, il-miżuri proposti jibbilanċjaw l-armonizzazzjoni neċessarja mal-flessibbiltà għall-Istati Membri, filwaqt li jiżguraw armonizzazzjoni moderata għall-ewwel u miżuri aktar b’saħħithom biss jekk jippersistu d-disparitajiet. Dan l-approċċ jipprovdi ċ-ċertezza legali, inaqqas ir-riskji tal-investimenti, u jappoġġa l-introduzzjoni transfruntiera u fuq skala kbira tal-ispettru għan-networks tal-5G u tas-6G tal-futur. Il-gruppi fil-mira jinkludu l-operaturi mobbli, l-investituri, u l-utenti finali li jibbenefikaw mit-tnedija aktar mgħaġġla tan-network, minn kopertura mtejba, u minn servizzi innovattivi, filwaqt li jippermettu wkoll konnettività kosteffettiva f’oqsma fejn il-fibra ma hijiex vijabbli, inkluż permezz ta’ Aċċess Fiss Bla Fili jew soluzzjonijiet satellitari.
3. Awtorizzazzjoni
Il-proposta tintroduċi awtorizzazzjoni unika għan-networks terrestri u l-awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE għall-ispettru satellitari, filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u ta’ konformità. Din tiżgura l-konsistenza, it-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji, li jkunu b’mod partikolari ta’ benefiċċju għall-SMEs u għal parteċipanti ġodda fis-suq, billi tnaqqas l-ostakli għad-dħul u tippermetti l-varar aktar rapidu tas-servizzi. L-operaturi satellitari jibbenefikaw minn proċeduri armonizzati, minn frammentazzjoni regolatorja mnaqqsa, u minn użu strateġiku tal-ispettru, bl-appoġġ ta’ proġetti ta’ konnettività globali jew pan-Ewropea u t-tisħiħ tar-reżiljenza, tas-sigurtà u tal-kontinwità tas-servizz għall-utenti finali.
4. Governanza
Is-sistema ta’ governanza proposta tiżgura l-kontinwità filwaqt li ssaħħaħ il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE. Din tibni fuq l-istruttura eżistenti tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, filwaqt li taġġorna lill-RSPG minn grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni għal korp, simili għall-BEREC, appoġġat minn segretarjat ipprovdut mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (ODN) li se jissostitwixxi lill-Uffiċċju tal-BEREC. Dan itejjeb l-effettività tal-ġestjoni tal-ispettru u jtejjeb il-koerenza bejn il-BEREC u l-RSPG. Is-setgħat tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jibqgħu f’idejn il-Kummissjoni, biż-żamma ta’ dimensjoni b’saħħitha tas-Suq Uniku, filwaqt li l-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (mibni fuq l-Uffiċċju tal-BEREC imtejjeb) jipprovdi servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ liż-żewġ korpi. Dan l-approċċ jiżgura l-benefiċċji mixtieqa, inklużi l-koordinazzjoni mtejba, il-monitoraġġ u l-appoġġ konsultattiv, b’kostijiet moderati, u jikkomplementa l-miżuri l-oħra għall-fibra, għall-ispettru, u għall-awtorizzazzjoni.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
1. Tnedija u adozzjoni rapidi tal-fibra
Il-progress fil-varar u fl-adozzjoni tan-networks tal-fibra se jiġi mmonitorjat bl-użu ta’ indikaturi li jkejlu kemm il-kopertura kif ukoll l-użu. Metriċi ewlenin jinkludu l-għadd ta’ djar moqdija bl-FTTH u l-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi milħuqa, l-għadd ta’ djar konnessi bl-FTTH, u r-rata ta’ adozzjoni tas-servizzi tal-FTTH. Dawn l-indikaturi jippermettu l-valutazzjoni ta’ kemm qed jiġu varati u adottati malajr in-networks tal-fibra fl-UE kollha, u jekk l-inizjattiva hijiex qed tippermetti l-konnettività diġitali b’veloċità għolja u ta’ kwalità għolja b’suċċess għall-konsumaturi u għan-negozji.
2. Tnaqqis tad-distakk fil-kwalità tan-network mobbli
Biex issegwi t-titjib fil-kwalità tan-network mobbli, l-inizjattiva se tuża taħlita ta’ indikaturi tal-kopertura, tal-ispettru u tal-kwalità tas-servizz. Dawn jinkludu l-kopertura u d-disponibbiltà tal-5G Awtonomu, il-kopertura tal-popolazzjoni tal-banda medja tal-5G, u l-prontezza tal-ispettru mkejla f’MHz għal kull popolazzjoni f’baned tal-5G u dawk pijunieri tas-6G tal-futur. Indikaturi addizzjonali jkopru l-kwalità tas-servizz u l-esperjenza tal-utenti, iż-żmien biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-ispettru, l-għadd ta’ liċenzji b’kundizzjonijiet ta’ kondiviżjoni, u l-ammont ta’ spettru użat minn utenti jew minn kategoriji multipli. Flimkien, dawn il-metriċi juru jekk l-UE hijiex qed tilħaq lill-mexxejja globali fil-konnettività mobbli u tippermetti applikazzjonijiet innovattivi.
3. Żieda fl-operat tan-networks u fil-forniment tas-servizzi pan-Ewropej
L-effettività tal-isforzi għall-espansjoni tan-networks u tas-servizzi pan-Ewropej se tiġi evalwata permezz ta’ indikaturi relatati mal-awtorizzazzjonijiet tal-fornituri u mal-operazzjonijiet satellitari. Dawn jinkludu l-għadd ta’ fornituri li jużaw ir-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali transfruntier, l-għadd ta’ detenturi ta’ liċenzji ġodda tal-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE, u l-għadd ta’ operaturi magħżula permezz ta’ proċeduri ċentralizzati għal baned satellitari armonizzati. Metriċi addizzjonali jinkludu ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-proċessi tal-awtorizzazzjoni satellitari u l-għadd ta’ kwistjonijiet ta’ interferenza li huma indirizzati b’mod f’waqtu u effettiv, li jirriflettu l-affidabbiltà u l-integrazzjoni tal-infrastruttura diġitali pan-Ewropea.
4. Approfondiment tas-Suq Uniku għall-konnettività
Il-kisba tal-objettivi tas-Suq Uniku se tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ indikaturi li jsegwu l-outputs regolatorji u l-isforzi ta’ armonizzazzjoni. Dan jinkludi l-għadd ta’ outputs ta’ kwalità għolja direttament marbuta mal-għanijiet tas-Suq Uniku, imkejla mill-perċentwal tal-outputs ippjanati li jitwasslu fil-ħin skedat, kif ukoll il-kwalità tagħhom (l-impatt, l-adozzjoni, ir-rilevanza regolatorja) u l-kwantità (il-volum tal-outputs bħal-linji gwida jew l-opinjonijiet tal-BEREC). Il-progress se jiġi segwit mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali, billi tiġi pprovduta evalwazzjoni kontinwa ta’ kemm l-istrutturi ta’ governanza u l-kompetenzi regolatorji jappoġġaw b’mod effettiv suq tal-komunikazzjonijiet diġitali tal-UE integrat bis-sħiħ.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 96
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Id-dħul fis-seħħ huwa tar-Regolament dwar id-DNA huwa mistenni fi żmien 20 jum mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Id-dħul fis-seħħ għandu jkun fi żmien 6 xhur, b’eċċezzjonijiet notevoli għar-regoli li jeħtieġu perjodu tranżitorju. Pereżempju, dawn jikkonċernaw b’mod partikolari l-linji gwida tal-BEREC u l-atti ta’ implimentazzjoni/delegati tal-Kummissjoni previsti fid-DNA, li jippermettu lill-BEREC, lill-RSPB, u lill-Kummissjoni, appoġġati mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali biżżejjed żmien għat-tħejjija u għall-adozzjoni tagħhom.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)
It-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea jeħtieġ infrastruttura diġitali rapida, sigura u reżiljenti. Ix-xenarju tal-konnettività diġitali qed jevolvi b’mod rapidu, xprunat mill-integrazzjoni tat-teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni, tas-satellita, tal-cloud u tal-edge, kif ukoll mill-virtwalizzazzjoni u mill-IA. F’dan il-kuntest, l-approċċi nazzjonali frammentati jirriskjaw li joħolqu oqfsa regolatorji inkonsistenti u prattiki amministrattivi ta’ piż, li jistgħu jxekklu l-investiment, l-innovazzjoni, u l-funzjonament xieraq tas-suq uniku. L-esperjenza bil-KEKE rriżultat f’implimentazzjoni u f’leġiżlazzjoni żejda bil-mod minħabba traspożizzjoni diverġenti tad-direttivi tal-UE mill-Istati Membri. Minħabba n-natura transfruntiera tal-isfidi, hija neċessarja azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat ambjent legali armonizzat, jiġi ffaċilitat l-ippjanar koordinat, u jiġu indirizzati l-isfidi settorjali b’mod effiċjenti u effettiv.
Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)
L-involviment tal-UE huwa mistenni li jagħti valur miżjud ċar lil hinn minn dak li l-Istati Membri jistgħu jiksbu individwalment. Billi taġixxi fil-livell tal-UE, l-inizjattiva tista’:
Tiżgura ċ-ċertezza legali u l-armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li tevita regoli nazzjonali frammentati li jistgħu jillimitaw l-opportunitajiet fi ħdan is-suq uniku.
Taċċellera l-varar tal-infrastruttura diġitali permezz tal-implimentazzjoni koordinata u t-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi.
Tikseb effettività u effiċjenza ġenerali akbar billi tindirizza l-isfidi fl-UE kollha aktar milli b’mod frammentat fil-livell nazzjonali.
Toħloq komplementarjetajiet bejn l-inizjattivi nazzjonali, it-tnaqqis tal-kostijiet u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-investiment fl-Istati Membri kollha.
B’mod ġenerali, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija mistennija li tipproduċi eżiti aktar rapidi, aktar koerenti, u aktar kosteffiċjenti, li jiġġeneraw benefiċċji li ma jistgħux jintlaħqu jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod indipendenti.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta tar-regolament rispettiv hija infurmata mill-esperjenza prattika fl-implimentazzjoni tar-regoli għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif deskritt fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ akkumpanjament (Anness 11 - Evalwazzjoni tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KEKE), tar-Regolament BEREC, tal-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPP), tar-Regolament dwar l-Internet Miftuħ (OIR, Open Internet Regulation), u ċerti aspetti tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-qafas legali kurrenti jidentifika serje ta’ nuqqasijiet speċifiċi fl-oqsma tal-eżistenza ta’ networks miruta tar-ram u tar-regolamentazzjoni tal-aċċess, tal-politika tal-ispettru, tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali, tad-dispożizzjonijiet dwar l-utenti finali, tal-obbligi ta’ servizz universali u tal-governanza. Il-proposta tibni wkoll fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati skont l-istrateġija ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kif miġbura fil-qosor fl-Anness 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali peress li r-regoli aġġornati jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-qafas regolatorju għas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Hija prevista nefqa addizzjonali żgħira biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-elementi l-ġodda tar-regolament mill-Kummissjoni u huwa previst dħul addizzjonali mis-sorsi esterni biex jiġi appoġġat il-funzjonament xieraq tal-aġenzija deċentralizzata mmodernizzata (l-ODN).
Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jibni fuq ċerti elementi fundamentali tad-Direttiva dwar il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KEKE) bħall-mudell regolatorju u ta’ governanza aġġustat għall-ħtiġijiet tad-dominju tal-konnettività li qed jinbidel b’mod dinamiku, filwaqt li jitqies approċċ gradwali għar-regolamentazzjoni f’dan il-qasam.
Il-proposta tibni fuq l-istrutturi u fuq il-mekkaniżmi żviluppati fil-kuntest ta’ leġiżlazzjonijiet oħra dwar ir-reżiljenza u ċ-ċibersigurtà bħad-Direttiva 2022/2555 (id-Direttiva NIS2) u d-Direttiva 2022/2557 (id-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi (CER, Critical Entities Resilience)), u tiżgura l-koordinazzjoni magħhom,.
Il-proposta hija kompatibbli wkoll mal-proposta nnegozjata bħalissa għal regolament dwar is-sikurezza, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju fl-Unjoni (SEC(2025) 335 final (l-Att dwar l-Ispazju) u l-proposta dwar l-Omnibus Diġitali (proposta li temenda r-Regolamenti (UE) 2016/679, (UE) 2018/1724, (UE) 2018/1725, (UE) 2023/2854 u d-Direttivi 2002/58/KE, (UE) 2022/2555 u (UE) 2022/2557 fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv diġitali, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1807, (UE) 2019/1150, (UE) 2022/868, u d-Direttiva (UE) 2019/1024.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-ġestjoni tal-oqsma ta’ azzjoni assenjati lill-ODN taqbel mal-mandat eżistenti tiegħu u mal-kompiti ġenerali tal-Uffiċċju tal-BEREC. Madankollu, l-oqsma ġodda ta’ ħidma – bħal dawk marbuta mal-kwistjonijiet tal-ispettru u mal-RSPB, mal-proċessi tal-awtorizzazzjoni, mal-aspetti tas-suq intern, u mar-reżiljenza – se jirrikjedu profili speċjalizzati jew assenjamenti ġodda li ma jistgħux jiġu assorbiti mil-livelli kurrenti tal-persunal jew indirizzati biss permezz ta’ riallokazzjoni interna.
Bl-istess mod, il-ġestjoni tal-oqsma ta’ azzjoni assenjati lill-Kummissjoni tibqa’ allinjata mal-mandat tagħha, iżda l-ambitu dejjem akbar tal-miżuri relatati mal-ispettru jirrikjedi kompetenza addizzjonali. Il-kumplessità teknika u operazzjonali dejjem akbar tal-proċeduri ta’ għażla u tal-awtorizzazzjoni relatati mas-satellita, inklużi s-sorveljanza u l-infurzar koordinat tal-prinċipji tal-UIT, titlob speċjalisti b’għarfien avvanzat tal-ġestjoni tal-ispettru, tat-teknoloġiji ta’ monitoraġġ, tas-satelliti u tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni internazzjonali. Responsabbiltajiet ġodda fl-iskrutinju tal-miżuri nazzjonali, fl-analiżi tat-talbiet għal petizzjoni, fil-valutazzjoni tal-oqfsa ta’ konformità, u fil-kontribut għal strumenti regolatorji futuri jirrikjedu wkoll kapaċitajiet ekonomiċi, tekniċi u regolatorji msaħħa. Barra minn hekk, l-iżviluppi teknoloġiċi emerġenti u x-xenarji dinamiċi tal-użu tal-ispettru jitolbu esperti mħarrġa fit-tfassil u fis-superviżjoni ta’ għodod u ta’ metodoloġiji innovattivi xprunati mid-data. Barra minn hekk, se jkun meħtieġ għarfien espert fl-iskemi tal-awtorizzazzjoni u fil-proċeduri u fir-regoli relatati inkluż fis-sigurtà nazzjonali. Fir-rigward tar-reżiljenza u tal-preparatezza, se jkunu meħtieġa ħiliet fir-rigward tal-immappjar tan-network, tal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tan-network u tal-maniġġar ta’ kriżijiet. B’mod ġenerali, l-iskala, is-sensittività u n-natura transfruntiera ta’ dawn il-kompiti l-ġodda jeħtieġu r-reklutaġġ ta’ esperti dedikati biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-koerenza effettivi fl-Unjoni kollha.
Għal ċerti kompiti orizzontali – bħall-appoġġ amministrattiv, il-pariri legali, u l-ġestjoni tal-kuntratti – l-Aġenzija tista’ tuża r-riżorsi eżistenti, u tiġġenera l-effiċjenzi. Se jiġu żviluppati wkoll sinerġiji ma’ strutturi tekniċi interni, bħal dawk li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni maċ-ċentri ta’ monitoraġġ tas-sigurtà tal-Istati Membri.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2028 sal-2030,
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 97
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
lill-korpi tad-dritt pubbliku
lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
Il-ġestjoni diretta hija prevista għall-Kummissjoni u fil-każ ta’ Uffiċċju ġdid għan-Networks Diġitali, il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit huwa l-ġestjoni indiretta skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Ir-Regolament se jiġi rrieżaminat u evalwat 5 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Barra minn hekk, il-BEREC għandu jappoġġa l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni nazzjonali u jikkontribwixxi għall-konsistenza tas-suq intern. Kull 3 snin, il-BEREC għandu jippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.
Sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni konsistenti u l-monitoraġġ effettiv tar-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti dwar id-deżinjazzjoni tal-impriżi u l-obbligi imposti fuqhom tkun disponibbli għall-Kummissjoni b’mod f’waqtu.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Ir-Regolament jistabbilixxi qafas ta’ politika ġdid għal regoli armonizzati li jirregolaw il-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, filwaqt li jappoġġa l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-konsumatur, il-kompetittività industrijali, is-sigurtà u r-reżiljenza, u s-sostenibbiltà. Ir-Regolament dwar id-DNA għandu l-għan li jissimplifika u jtejjeb il-koordinazzjoni tal-qafas regolatorju, li jippermetti lill-fornituri joperaw u jinnovaw b’mod aktar effettiv fis-Suq Uniku. Dawn l-objettivi jeħtieġu koordinazzjoni u kapaċità operazzjonali msaħħa fil-livell tal-UE, li min-naħa tagħhom jeħtieġu riżorsi baġitarji mmirati u proporzjonati.
Ir-Regolament jintroduċi bidliet proporzjonati għall-mudell ta’ governanza, jistabbilixxi sistema ta’ governanza kemm għar-regolamentazzjoni tas-suq (BEREC) kif ukoll għall-ġestjoni tal-ispettru (RSPB) li hija adattata għal kompiti ġodda fil-livell tal-UE b’dimensjoni ċara tas-Suq Uniku, filwaqt li jiżgura li t-teħid ta’ deċiżjonijiet jibqa’ fl-aktar livell effiċjenti. Il-mudell ta’ governanza magħżul jibni fuq l-istrutturi u fuq il-mandati eżistenti, u b’hekk jillimita l-ħtieġa ta’ entitajiet ġodda u jippermetti li l-baġit jiġi implimentat permezz ta’ arranġamenti amministrattivi u finanzjarji stabbiliti, filwaqt li jiżgura l-kosteffettività u l-prevedibbiltà tan-nefqa.
Ir-regoli l-ġodda jeħtieġu mekkaniżmu ta’ konsistenza msaħħaħ għall-applikazzjoni transfruntiera tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Dan jeħtieġ Uffiċċju tal-BEREC imsaħħaħ li jipprovdi appoġġ amministrattiv, tekniku u analitiku lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-UE, bl-għan li jiġu żgurati l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u l-allinjament mal-objettivi ta’ politika fil-livell tal-UE. L-Uffiċċju tal-BEREC (li se jiġi sostitwit mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali) huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq dawn il-kompiti minħabba l-kompetenza, l-istruttura ta’ governanza u l-kapaċità operazzjonali eżistenti tiegħu. Konsegwentement, il-baġit se jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta għall-Kummissjoni u taħt ġestjoni indiretta għall-aġenzija deċentralizzata (l-Uffiċċju għan-Networks Diġitali) kif imsemmi fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju, primarjament permezz tan-nefqa tal-persunal u l-approprjazzjonijiet amministrattivi għall-Uffiċċju tal-BEREC/OND u għall-Kummissjoni. Il-finanzjament se jkopri l-kostijiet tal-persunal, l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni, l-appoġġ analitiku, l-għodod tal-IT u l-laqgħat, bl-użu ta’ approprjazzjonijiet annwali f’konformità mal-programmazzjoni pluriennali.
Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti l-ġodda, huma meħtieġa riżorsi umani addizzjonali. L-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament huma stmati li jeħtieġu 25 impjegat addizzjonali ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalents) għall-ODN u ħames FTEs addizzjonali għall-Kummissjoni, b’mod partikolari għall-kompiti transfruntiera relatati mal-ġestjoni tal-ispettru, mal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali, mal-awtorizzazzjoni satellitari u man-numerazzjoni. Il-livelli tal-persunal proposti huma direttament marbuta mal-volum u mal-kumplessità tar-responsabbiltajiet il-ġodda u jirriflettu l-aktar għażla kosteffiċjenti, filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni fil-livell nazzjonali u jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-parteċipanti fis-suq.
Il-pagamenti se jsegwu proċeduri baġitarji standard tal-UE, inklużi l-impenji u l-pagamenti li jsiru fuq bażi annwali, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u fi ħdan il-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali applikabbli appoġġat mill-kontribuzzjonijiet annwali mit-tariffi li jkopru l-kostijiet mill-kompiti addizzjonali inklużi l-kostijiet fit-tul. In-nefqa se tkun soġġetta għall-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, inklużi l-kontrolli ex ante, l-awditi ex post, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar. Din l-istrateġija ta’ kontroll tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, legalità u regolarità tan-nefqa, u użu effettiv tal-fondi tal-Unjoni, filwaqt li tippermetti l-implimentazzjoni f’waqtha tar-Regolament.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Sabiex jiġi żgurat li l-membri tal-BEREC u tal-RSPB ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu analiżijiet infurmati abbażi ta’ evidenza fattwali, huwa previst li dawn għandhom jiġu appoġġati mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (ODN), li jissostitwixxi l-Uffiċċju tal-BEREC, u li għandha tiġi pprovduta kompetenza addizzjonali mill-persunal tal-ODN fejn meħtieġ.
Id-dispożizzjonijiet tad-DNA dwar il-governanza jipprovdu qafas organizzazzjonali, finanzjarju u ta’ akkontabilità komprensiv għall-ODN bħala korp tal-Unjoni li jappoġġa kemm lill-BEREC kif ukoll lill-RSPB. Id-DNA jistabbilixxi l-kompiti, l-istruttura ta’ governanza, ir-regoli ta’ programmazzjoni, baġitarji u tal-persunal tal-ODN, u jiżgura t-trasparenza, il-ġestjoni finanzjarja tajba u s-sorveljanza effettiva, inklużi l-mekkaniżmi tal-ġlieda kontra l-frodi, tal-awditjar u ta’ evalwazzjoni.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Għan-nefqa għal-laqgħa rigward żewġ Kumitati: il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet (COCOM, Communications Committee) u l-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju (RSC, Radio Spectrum Committee), minħabba l-valur baxx għal kull tranżazzjoni (eż. ir-rifużjoni tal-kostijiet tal-ivvjaġġar għal delegat għal laqgħa, il-kostijiet tal-catering), il-proċeduri ta’ kontroll standard jidhru suffiċjenti.
Il-kostijiet tal-RSPB li se jissostitwixxi l-RSPG kurrenti (u s-sottogruppi tiegħu) se jgħaddu għand l-ODN, li se jipprovdi appoġġ amministrattiv lill-RPSB. Fir-rigward tal-kostijiet operattivi u operazzjonali tal-ODN, hemm fis-seħħ sistema ta’ kontroll intern skont il-qafas organizzazzjonali, finanzjarju u ta’ akkontabilità tad-DNA (Parti VII Governanza).
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi applikabbli għall-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali neċessarji għal dan ir-Regolament.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’ nefqa |
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff 98 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 99 |
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 100 |
Minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
BEREC/Uffiċċju tal-ODN |
Diff./Mhux diff. |
IVA |
LE |
LE |
LE |
|
|
Dħul mit-tariffi (mhux deċiż jekk COM jew ODN se jiġbor it-tariffa) [XX.SS.SS.SS] |
Diff./Mhux diff. |
IVA |
LE |
LE |
LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA |
LE |
LE |
LE |
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
|
DĠ: CNECT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali 101 < eCOMM> |
||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
4,200 |
|
Pagamenti |
(2 a) |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
3,600 |
||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1b) |
0 |
|||||||
|
Pagamenti |
(2b) |
0 |
||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 102 |
||||||||||
|
Linja baġitarja |
(3) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
Impenji |
=1a+1b+3 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
4,200 |
|
għad-DĠ CNECT |
Pagamenti |
=2 a+2b+3 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
3,600 |
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
[Aġenzija]: <L-Uffiċċju tal-BEREC/l-Uffiċċju għan-Networks Diġitali> |
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
TOTAL QFP 2028-2034 |
|
Linja baġitarja: /Kontribuzzjoni baġitarja tal-UE lill-aġenzija BEREC/l-Uffiċċju tal-ODN |
. <……>..Tabella obbligatorja
|
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (inkluża l-kontribuzzjoni għall-aġenzija deċentralizzata) |
Impenji |
(4) |
|
||||||||
|
Pagamenti |
(5) |
0 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
3,600 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <7> |
Impenji |
=4+6 |
|
||||||||
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
=5+6 |
0 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
3,600 |
|
|
|
4 |
“Nefqa amministrattiva” 103 |
|
DĠ: <CNECT > |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
|||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||
|
Riżorsi umani |
7,293 |
7,592 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
53,815 |
|||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
3,003 |
|||
|
TOTAL għad-DĠ <CNECT> |
Approprjazzjonijiet |
7,722 |
8,021 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
56,818 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) |
7,722 |
8,021 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
56,818 |
||
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 |
Impenji |
8,322 |
8,621 |
8,815 |
8,815 |
8,815 |
8,815 |
8,815 |
61,018 |
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
0,000 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
3,600 |
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL 2028 - 2034 |
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Riżorsi umani |
7,293 |
7,592 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
7,786 |
53,815 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
0,429 |
3,003 |
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4 |
7,722 |
8,021 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
56,818 |
|
Riżorsi umani |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
TOTAL |
7. 722 |
8,021 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
8,215 |
56,818 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Iċ-ċifri tal-persunal u l-approprjazzjonijiet mitluba għandhom jitqiesu bħala indikattivi u ma jistgħux jippreġudikaw l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 104
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
|
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) |
||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
30 (nett) |
31 (nett) |
32 |
32 |
32 |
32 |
32 |
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
(Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
(Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
• Persunal estern (f’FTEs) |
||||||||
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”) |
14 (nett) |
15 (nett) |
15 |
15 |
15 |
15 |
15 |
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linja ta’ appoġġ Ammin. |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
[XX.01.YY.YY] |
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
(AC, END - Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
(AC, END - Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
TOTAL |
44 |
46 |
47 |
47 |
47 |
47 |
47 |
|
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni |
Persunal addizzjonali eċċezzjonali * |
|||
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 4 jew skont ir-Riċerka |
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA |
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi |
||
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal |
29 |
3 |
M/A |
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT) |
13 |
2 |
||
B’mod ġenerali, 42 FTE mitluba għall-inizjattiva diġà huma stabbiliti fi ħdan id-DĠ CNECT u se jiġu riallokati; u dawn jikkonsistu f’29 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal u 13-il persunal estern (CAs u ENS). Minbarra dawn ir-riżorsi eżistenti, l-inizjattiva teħtieġ ħames FTEs ta’ persunal addizzjonali eċċezzjonali (tliet uffiċjali u żewġ persunal estern – CAs jew SNEs), li huma mitluba minbarra l-livelli attwali tal-persunal sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-inizjattiva.
Il-kompiti l-ġodda introdotti mill-proposta—b’mod partikolari dawk marbuta mal-governanza tal-ispettru, l-awtorizzazzjoni satellitari, l-iskrutinju ex ante tal-għotjiet tal-ispettru u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib mal-BEREC u mal-RSPG, flimkien mal-appoġġ għall-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-awtorizzazzjoni u l-proċedura unika ta’ passaportar — ma jistgħux jiġu assorbiti mir-riżorsi umani eżistenti tad-DĠ CNECT.
L-unità ewlenija għall-kwistjonijiet relatati mal-ispettru u mas-satelliti inkarigata minn dawn iż-żoni hija żgħira ħafna u diġà tiġġestixxi portafoll wiesa’ ta’ fajls teknikament kumplessi u sensittivi għaż-żmien relatati mal-aspetti kollha tal-politika tal-ispettru tal-UE. Minbarra d-dmirijiet eżistenti tiegħu, dan l-istess tim bħalissa jospita l-funzjoni kollha tas-segretarjat tal-RSPG, li hija mmaniġġjata minn 1,5 FTE, minkejja ż-żieda kostanti fl-ammont ta’ xogħol u l-għadd dejjem jikber ta’ kwistjonijiet tal-ispettru li jirrikjedu l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE. Il-valutazzjonijiet interni juru li l-unità ma għandha l-ebda kapaċità li tieħu responsabbiltajiet addizzjonali mingħajr ma tikkomprometti l-ħidma kontinwa ewlenija jew tnaqqas il-kwalità u l-puntwalità tal-koordinazzjoni tal-politika tal-ispettru u tas-satellita fil-livell tal-UE.
Ir-riallokazzjoni fi ħdan id-DĠ CNECT ma hijiex għażla fattibbli. Unitajiet oħra ma għandhomx persunal żejjed, u lanqas ma għandhom il-kompetenza teknika speċjalizzata neċessarja biex jaħdmu b’mod effettiv fuq il-komunikazzjonijiet bis-satellita, fuq l-inġinerija avvanzata tal-ispettru, fuq il-ġestjoni tal-interferenza, jew fuq l-ekosistema emerġenti mis-satellita għall-apparat. Dawn huma oqsma innovattivi ħafna u teknikament esiġenti fejn profili ġeneralisti jew persunal riallokat minn oqsma ta’ politika mhux relatati ma jistgħux jissostitwixxu esperti dedikati. Il-kompiti previsti fil-proposta jirrikjedu għarfien profond u speċifiku għad-dominju u involviment kontinwu tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-industrija u tal-korpi internazzjonali. Minħabba l-kombinazzjoni ta’ tim eżistenti żgħir ħafna, l-ammont kbir ta’ xogħol li diġà għandu t-tim — inkluż is-segretarjat tal-RSPG magħmul minn persuna waħda — u n-natura speċjalizzata tax-xogħol relatat mas-satelliti u mal-ispettru, pożizzjonijiet dedikati addizzjonali huma indispensabbli biex il-Kummissjoni twettaq ir-responsabbiltajiet il-ġodda assenjati skont il-proposta.
It-tip ta’ persunal huwa speċifikat fit-tabella ta’ hawn fuq.
Iċ-ċifri tal-persunal u l-approprjazzjonijiet mitluba għandhom jitqiesu bħala indikattivi u ma jistgħux jippreġudikaw l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu mill-Kummissjoni:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Kompiti ġodda: 1.L-Awtorizzazzjoni satellitari tal-UE, inklużi l-proċeduri futuri ta’ għażla possibbli, u s-superviżjoni u l-infurzar tal-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli għall-ispettru satellitari u għall-awtorizzazzjoni satellitari u 2.L-infurzar koordinat tas-satelliti tal-UE relatat ma’ interferenzi dannużi u mal-koordinazzjoni tal-iffajljar tal-UIT 3.Skrutinjuex ante tal-irkanti – ħruġ ta’ ittri ta’ kummenti/deċiżjonijiet (simili għal swieq fissi u proċedura ta’ rimedji) 4.Petizzjoni għat-tfassil tar-regoli 5.Ħidma fuq l-atti delegati/ta’ implimentazzjoni ppjanati (eż. il-kundizzjonijiet armonizzati, il-metodoloġija tal-kost, is-satellita) 6.Ħidma fuq armonizzazzjoni akbar tal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tal-proċedura unika relatata ta’ passaportar, inklużi r-regoli fis-sigurtà nazzjonali. |
|
Persunal estern |
Kompiti ġodda: 7.L-Awtorizzazzjoni satellitari tal-UE, inklużi l-proċeduri futuri ta’ għażla possibbli, u s-superviżjoni u l-infurzar tal-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli għall-ispettru satellitari u għall-awtorizzazzjoni satellitari u 8.L-infurzar koordinat tas-satelliti tal-UE relatat ma’ interferenzi dannużi u mal-koordinazzjoni tal-iffajljar tal-UIT 9.Skrutinjuex ante tal-irkanti – ħruġ ta’ ittri ta’ kummenti/deċiżjonijiet (simili għal swieq fissi u proċedura ta’ rimedji) 10.Petizzjoni għat-tfassil tar-regoli 11.[Tnedija possibbli tal-proġett fuq bażijiet tad-data dinamiċi għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru] 12.Ħidma fuq l-atti delegati/ta’ implimentazzjoni ppjanati (eż. il-kundizzjonijiet armonizzati, il-metodoloġija tal-kost, is-satellita), 13.Ħidma fuq armonizzazzjoni akbar tal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tal-proċedura unika relatata ta’ passaportar, inklużi r-regoli fis-sigurtà nazzjonali. |
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028 - 2034 |
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Nefqa tal-IT (korporattiva) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Barra mill-INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
TOTAL |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
Minbarra r-riżorsi eżistenti fil-Kummissjoni/fid-DĠ CNECT, l-inizjattiva teħtieġ ħames FTEs ta’ persunal addizzjonali eċċezzjonali (tliet uffiċjali u żewġ membri tal-persunal estern – CAs jew ENS), li huma mitluba sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-inizjattiva.
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Total |
|
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
Kontribuzzjonijiet volontarji ta’ pajjiżi terzi |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3.2.8.Riżorsi umani stmati u l-użu tal-approprjazzjonijiet meħtieġa f’aġenzija deċentralizzata
Ir-rekwiżiti tal-persunal (unitajiet ekwivalenti għall-full-time – iffinanzjati kompletament bit-tariffi, kif spjegat fil-punt 3.3)
|
Aġenzija: Uffiċċju għan-Networks Diġitali |
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
|
Aġenti temporanji (Gradi AD) |
1 |
4 |
8 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
Aġenti temporanji (Gradi AST) |
|||||||
|
Subtotal tal-aġenti temporanji (AD+AST) |
1 |
4 |
8 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
Aġenti kuntrattwali |
1 |
3 |
5 |
5 |
5 |
5 |
5 |
|
Esperti nazzjonali sekondati |
2 |
6 |
8 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
Subtotal tal-aġenti kuntrattwali u tal-esperti nazzjonali sekondati |
3 |
9 |
13 |
15 |
15 |
15 |
15 |
|
TOTAL tal-persunal |
4 |
13 |
21 |
25 |
25 |
25 |
25 |
Approprjazzjonijiet koperti minn tariffi f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Aġenzija: <Uffiċċju għan-Networks Diġitali>.> |
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
TOTAL 2028 - 2034 |
|
Titolu 1: Nefqa tal-persunal |
0,495 |
1,673 |
2,833 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
18,661 |
|
Titolu 2: Nefqa operazzjonali u infrastrutturali |
0,348 |
0,348 |
0,348 |
0,348 |
0,348 |
0,348 |
0,348 |
2,348 |
|
Titolu 3: Nefqa operazzjonali |
0,264 |
0,264 |
0,264 |
0,264 |
0,264 |
0,264 |
0,264 |
1,848 |
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet koperti minn tariffi |
1,107
|
2,285 |
3,445 |
4,027 |
4,027 |
4,027 |
4,027 |
22,857 |
Ħarsa ġenerali/sommarju tar-riżorsi umani u l-approprjazzjonijiet (introjtu mit-tariffi) f’miljuni ta’ EUR meħtieġa mill-proposta/inizjattiva f’aġenzija deċentralizzata
|
Aġenzija: Uffiċju tal-BEREC/tal-ODN |
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
TOTAL 2028 - 2034 |
|
Aġenti temporanji (AD+AST) |
1 |
4 |
8 |
10 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
Aġenti kuntrattwali |
1 |
3 |
5 |
5 |
5 |
5 |
5 |
5 |
|
Esperti nazzjonali sekondati |
2 |
6 |
8 |
10 |
10 |
10 |
10 |
10 |
|
Total tal-persunal |
4 |
13 |
21 |
25 |
25 |
25 |
25 |
25 |
|
Approprjazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
Approprjazzjonijiet koperti minn tariffi (jekk applikabbli) |
0,495 |
1,673 |
2,833 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
18,661 |
|
Approprjazzjonijiet kofinanzjati (jekk applikabbli) |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
0,495 |
1,673 |
2,833 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
3,415 |
18,661 |
Iċ-ċifri tal-persunal u l-approprjazzjonijiet mitluba għandhom jitqiesu bħala indikattivi u ma jistgħux jippreġudikaw l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali futur.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
1. Bil-parteċipazzjoni tal-ODN fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC, l-impjegati tal-aġenzija se jkunu involuti fl-attivitajiet relatati mas-sustanza tal-flussi ta’ ħidma regolatorji kollha tal-BEREC. Dan ifisser li l-persunal mill-Uffiċċju tal-BEREC se jkun involut ukoll fil-kompiti diġà fdati lill-BEREC skont il-KEKE li bħalissa qed jipprovdi biss appoġġ amministrattiv u loġistiku. 2. L-ODN se jingħata l-kompitu li jippubblika rapport komprensiv dwar is-suq intern għan-networks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeskrivi l-istat, tax-xejriet, li jkopri l-effetti tal-fużjonijiet fis-suq, u l-isfidi fis-settur tal-komunikazzjonjieti elettroniċi. B’mod partikolari għandu jirrapporta dwar l-impatt tal-miżuri implimentati skont id-DNA fis-suq intern. L-ewwel rapport jista’ jiġi ppubblikat sentejn wara d-dħul fis-seħħ, biex jippermetti żmien suffiċjenti għall-ġbir tad-data dwar l-effetti tal-miżuri tad-DNA u wara dan għandu jiġi ppubblikat kull sena. 3. Skont id-DNA, l-RSPG se jevolvi minn grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni għal korp awtonomu simili għall-BEREC (il-Korp tal-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju jew l-RSPB). L-ODN se jieħu f’idejh is-Segretarjat tal-RSPG li bħalissa huwa pprovdut mill-Kummissjoni; madankollu, minbarra l-assistenza amministrattiva u organizzazzjonali, l-ODN se jappoġġa l-RSPB anke rigward il-merti. B’mod partikolari: 4. Li jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-RSPB u lill-gruppi ta’ ħidma tiegħu. 5. Li jiġbor l-aħjar prattiki dwar l-għażla bejn l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali, dwar il-proċessi tal-awtorizzazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għoti relatati, bħal dawk dwar id-disinn tal-irkant favur l-investiment, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva, it-tariffi annwali, u l-obbligi ta’ kopertura. 6. Li jaġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ notifiki biex jiġi ffaċilitat l-għoti tad-drittijiet u tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispettru meta tinħoloq il-proċedura ta’ punt uniku ta’ servizz mill-Kummissjoni. 7. Li jistabbilixxi u jamministra bażijiet tad-data dinamiċi għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru. 8. Li jassisti lill-RSPB fl-organizzazzjoni u fil-presidenza tal-Fora dwar il-Proċedura tas-Suq Uniku tal-Ispettru tar-Radju u jżomm rekord tal-proċedimenti. 9. Li jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għal informazzjoni dwar talbiet għall-koordinazzjoni skont il-frekwenzi tar-regoli tal-UIT jew pożizzjoni orbitali għal sistema satellitari jew għal stazzjon tal-art. 10. Jekk jintalab mill-Kummissjoni, li jassistiha fil-proċess tal-ħruġ/tal-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-UE għas-satelliti. Bl-istess mod, jekk jintalab mill-Kummissjoni, li jassistiha fit-twettiq ta’ proċeduri ta’ għażla fil-każijiet ta’ skarsezza tal-ispettru satellitari. 11. Li jassisti lill-Kummissjoni u lill-RSPB fis-superviżjoni u fl-infurzar tal-awtorizzazzjonijiet satellitari tal-UE. Li jaġixxi bħala punt għan-notifika li detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-UE ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-awtorizzazzjoni tal-UE. 12. Li jimmaniġġja l-fatturazzjoni tat-tariffi mill-irkanti satellitari u mill-proċeduri tal-awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE. |
|
Persunal estern |
Barra minn hekk, il-persunal estern fl-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkollu l-kompiti li ġejjin biex jappoġġa l-ħidma tal-BEREC: 1. li jipprovdi appoġġ espert lill-BEREC fit-twettiq tal-kompiti regolatorji tiegħu, inkluż billi jikkontribwixxi bl-għarfien espert tal-esperti mill-Uffiċċju l-ġdid tal-BEREC għall-attivitajiet kollha tal-gruppi ta’ ħidma; 2. li jappoġġa l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fil-kuntest tal-mekkaniżmu uniku ġdid ta’ passaportar, u li jiffaċilita l-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ passportar; 3. li jappoġġa lill-BEREC fil-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-servizzi u tal-kapaċità u tal-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex jgħin fit-tisħiħ tar-reżiljenza u tal-preparatezza tan-network; janalizza l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tas-servizzi u il-kapaċità u l-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi [u ta’ infrastrutturi diġitali rilevanti oħra]; u li jappoġġa lill-BEREC fit-tħejjija ta’ linji gwida dwar ir-reżiljenza; 4. li jiġbor data u informazzjoni minn NRAs u minn awtoritajiet kompetenti, u jiskambja u jibgħat informazzjoni fir-rigward tal-kompiti regolatorji ġodda assenjati lill-BEREC bħar-reżiljenza u l-preparatezza tan-network, u mekkaniżmu uniku ġdid ta’ passaportar; 5. li jipproduċi abbozzi regolari ta’ rapporti dwar aspetti speċifiċi tal-iżviluppi fis-suq Ewropew tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn tali rapporti ta’ valutazzjoni komparattiva dwar suġġetti ġodda msemmija hawn fuq għandhom jiġu ppreżentati lill-BEREC; 6. taħt is-superviżjoni tal-BEREC, li jassisti lill-BEREC fl-istabbiliment u fl-iżvilupp ta’ reġistri u ta’ bażijiet tad-data (ta’ notifiki ta’ impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali u neċessarji għal proċedura ġdida ta’ passaportar skont id-DNA, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u n-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza tal-Istati Membri); 7. li jassisti lill-BEREC fit-twettiq ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi fl-oqsma l-ġodda skont id-DNA. |
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva |
||||||
|
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
||
|
Uffiċju tal-BEREC/tal-ODN |
2,337 |
3,515 |
4,675 |
5,257 |
5,257 |
5,257 |
5,257 |
|
Il-linja tan-nefqa baġitarja kurrenti tal-Uffiċċju tal-BEREC, li se jiġi ssostitwit mill-Uffiċċju għan-Networks Diġitali, se tkompli tiffinanzja l-parti mhux mibdula tal-Uffiċċju għan-Networks Diġitali (il-kontribuzzjoni tal-UE għall-Uffiċċju tal-BEREC ma hijiex se tinbidel). Fl-istess ħin, in-nefqa addizzjonali għall-Uffiċċju għan-Networks Diġitali deskritta hawn fuq se tiġi ffinanzjata mit-tariffi tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru satellitari, u, jekk disponibbli, mit-tariffi għad-drittijiet ta’ użu tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej u mill-kontribuzzjonijiet volontarji u in natura mill-Istati Membri.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
In-nefqa addizzjonali se tkun koperta minn żewġ sorsi ewlenin:
- Parti mit-tariffi tal-ispettru mill-proċeduri ta’ għażla mwettqa fil-livell tal-UE għall-awtorizzazzjoni satellitari (l-ewwel waħda se titwettaq fl-2027 għall-banda tal-MSS ta’ 2 GHz). F’każ li l-proċedura ta’ għażla ma ssirx fl-2027, se jkollhom jiġu estiżi d-drittijiet ta’ użu kurrenti li jiskadu f’Mejju 2027. F’każ bħal dan, it-tariffi se jiġu imposti fuq l-operaturi preeżistenti bi skambju għall-estensjoni, u b’hekk jiġi żgurat l-irkupru sħiħ tal-kostijiet;
- l-imposti amministrattivi/it-tariffi tal-ispettru għall-awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE.
Il-metodu għall-kalkolu ta’ dawn it-tariffi se jiġi ddefinit każ b’każ għal kull proċedura ta’ għażla u se jkopri mill-inqas in-nefqa addizzjonali mitluba. Għall-ewwel snin sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dħul neċessarju se jiġi impost mill-eżitu tal-ewwel proċedura ta’ għażla diġà prevista. L-ammont ta’ tariffi (li fil-biċċa l-kbira jkopru l-kost) se jiġi indikat qabel il-proċedura u, minħabba l-iskarsezza ta’ dan l-ispettru, huwa mistenni li jiġi impost b’mod effettiv.
B’dan l-ammont mifrux fuq perjodu twil ta’ aktar minn 10 snin, se nkunu nistgħu niffinanzjaw in-nefqiet addizzjonali mill-2028. Il-parti tad-dħul mit-tariffi li hija ogħla min-nefqa li għandha tiġi koperta, se tiġi ttrasferita, eż. għall-baġit ġenerali tal-UE.
Kwalunkwe dħul komplementari minn tariffi oħra tal-awtorizzazzjoni satellitari tal-UE, l-awtorizzazzjoni tan-numerazzjoni tal-UE kif ukoll il-kontribuzzjonijiet volontarji u in natura mill-Istati Membri, mill-pajjiżi taż-ŻEE/tal-EFTA u minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fix-xogħlijiet tal-BEREC u tal-ODN, kif ukoll tal-RSPB u tal-ODN, se jintuża biex ikopri n-nefqiet amministrattivi mill-2028 flimkien mad-dħul mill-għażla ppjanata jew ittrasferit, eż. lill-baġit ġenerali tal-UE.
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tar-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali u tal-kategoriji relatati (data, diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tal-proċessi, soluzzjonijiet diġitali u/jew servizzi pubbliċi diġitali)
|
Referenza għar-rekwiżit |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit |
Atturi affettwati jew ikkonċernati mir-rekwiżit |
Proċessi ta’ Livell Għoli |
Kategoriji |
|
Parti II – Preparatezza u Reżiljenza |
Flussi tad-data relatati mal-Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali; jew fil-kuntest tar-rispons għall-kriżijiet. |
Il-BEREC L-ODN Il-Kummissjoni Ewropea L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali L-ENISA L-EU-CyCLONe |
It-tħejjija u t-tixrid tar-rapporti Il-kooperazzjoni istituzzjonali (inkl. ir-rispons għall-kriżijiet) |
Data |
|
Parti III – Awtorizzazzjoni u Passaportar tas-Suq Uniku |
Flussi tad-data relatati mal-awtorizzazzjoni ġenerali, il-proċedura tal-Passaport Uniku, assistenza reċiproka, u imposti amministrattivi. Soluzzjoni diġitali: bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (bażi tad-data ċentralizzata għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-passaport uniku). |
Il-Kummissjoni Ewropea L-Istati Membri (l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali) Il-fornituri tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi Il-BEREC L-ODN |
L-awtorizzazzjoni tas-suq |
Data Soluzzjoni Diġitali Servizz Pubbliku Diġitali |
|
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu I, Prinċipji u objettivi |
Flussi tad-data relatati mal-ippjanar u mal-ġestjoni strateġiċi tal-ispettru tar-radju. Flussi tad-data implikati li għandhom x’jaqsmu mal-kooperazzjoni fil-kuntest tal-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispettru tar-radju (inkluż għall-fini li tiġi indirizzata l-interferenza dannuża). |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri Il-Kummissjoni Ewropea L-RSPB Id-detenturi ta’ dritt għall-użu tal-ispettru Pajjizi terzi |
L-ippjanar u l-ġestjoni strateġiċi Il-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet nazzjonali |
Data |
|
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu II, Allokazzjoni |
Flussi tad-data relatati mal-Istrateġija u mal-Pjanijiet Direzzjonali tal-Unjoni dwar l-Ispettru, it-twaqqit koordinat tal-assenjamenti, u t-talbiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju. |
Il-Kummissjoni Ewropea L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri L-RSPB L-oriġinaturi ta’ talba għall-armonizzazzjoni Il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju |
L-ippjanar strateġiku Il-kooperazzjoni istituzzjonali Il-ġestjoni tat-talbiet |
Data |
|
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
Flussi tad-data relatati mad-drittijiet individwali ta’ użu tal-ispettru tar-radju, il-kundizzjonijiet komuni tal-awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispettru tar-radju, l-użu kondiviż tal-ispettru, u l-proċeduri ta’ għażla tas-Suq Uniku tal-Ispettru. Soluzzjoni diġitali: bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru biex jiġi promoss u permess l-użu kondiviż ta’ baned speċifiċi tal-ispettru |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri Partijiet interessati (fir-rigward tad-drittijiet individwali ta’ użu) L-RSPB u l-BEREC Il-Kummissjoni Ewropea L-ODN Il-Kumitat tal-Komunikazzjoni jew esperti esterni Il-BEREC |
L-awtorizzazzjoni u d-drittijiet tal-użu Bażi tad-data |
Data Soluzzjoni diġitali Servizz Pubbliku Diġitali |
|
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu II, Użu tal-Ispettru bis-Satellita |
Flussi tad-data relatati ma’ dawn: -it-talbiet u l-koordinazzjoni tas-sistemi satellitari mal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT); -l-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-forniment ta’ networks satellitari u/jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita; -l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu tal-ispettru satellitari/tar-radju; -is-superviżjoni u r-rimedji fil-kuntest tal-konformità tan-networks satellitari u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita li joperaw taħt awtorizzazzjoni tal-Unjoni; -ir-riżoluzzjoni tal-interferenzi satellitari; u -it-talbiet għall-koordinazzjoni tal-użu tal-ispettru bejn l-applikazzjonijiet terrestri u spazjali. |
L-utenti prospettivi tal-ispettru tar-radju L-awtoritajiet kompetenti tal-ispettru Il-Kummissjoni Ewropea L-UIT L-RSPB Il-fornituri ta’ networks satellitari u/jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni (li jinstab li qed jiksru l-kundizzjonijiet) Il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju |
Il-ġestjoni tat-talbiet Awtorizzazzjoni Is-superviżjoni u r-rimedji |
Data |
|
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
Flussi tad-data li għandhom x’jaqsmu ma’: ir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej; ir-riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali; u l-għoti tad-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni. Soluzzjoni diġitali: Bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali L-ODN Il-BEREC L-impriżi għall-forniment tan-networks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi |
Bażi tad-data Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni (inkl. l-pubblikazzjoni) It-tixrid tar-rapport Proċedura għall-għoti tad-drittijiet |
Data Soluzzjoni Diġitali Servizz Pubbliku Diġitali |
|
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu I, Tranżizzjoni għan-networks tal-fibra |
Data u flussi tad-data: -L-aġġornament u l-pubblikazzjoni taż-żoni ta’ CSO, il-pubblikazzjoni taż-żoni ta’ CSO fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà -In-notifika tal-pjan nazzjonali ta’ tranżizzjoni għall-fibra -Flussi ta’ informazzjoni impliċiti għall-utenti finali f’żoni affettwati mid-diżattivazzjoni tar-ram -Is-sottomissjoni mill-operaturi tal-pjanijiet għad-diżattivazzjoni tar-ram lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali L-Istati Membri L-operaturi |
Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu III, Interkonnessjonijiet Kapitolu II: Regoli simetriċi għall-aċċess |
Data u flussi tad-data: -Il-produzzjoni ta’ gwida u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-proċeduri biex jinkisbu l-aċċess u l-interkonnessjoni -In-notifika tal-eżitu tal-valutazzjoni dwar il-qafas regolatorju skont l-Artikolu 69 |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
L-iżvilupp ta’ gwida u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni In-notifika ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni;
Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni
Kapitolu I – Analiżi tas-suq u saħħa sinifikanti fis-suq |
Data u flussi tad-data: -Ir-Rakkomandazzjoni li tidentifika s-swieq tal-prodotti u tas-servizzi li tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji -L-analiżi tas-suq u n-notifika tal-abbozzi ta’ miżuri regolatorji korrispondenti -Flussi ta’ informazzjoni impliċiti rigward l-identifikazzjoni ta’ swieq u ta’ domandi tranżnazzjonali -Il-linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni ta’ saħħa sinifikanti fis-suq |
Il-Kummissjoni tal-UE L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Il-BEREC |
L-iżvilupp ta’ rakkomandazzjoni In-notifika ta’ informazzjoni Il-produzzjoni ta’ linji gwida |
Data |
|
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni Kapitolu II: Rimedji ta’ aċċess imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq |
Data u flussi tad-data: -Id-deskrizzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet disponibbli għall-pubbliku -L-informazzjoni dwar il-proċedura ta’ impenn |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali L-operaturi |
It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni KAPITOLU III: Proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-suq |
Flussi ta’ informazzjoni rigward il-konsolidazzjoni tas-suq intern fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Il-BEREC Il-Kummissjoni tal-UE |
Il-ħruġ ta’ opinjonijiet Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti VI – Servizzi Titolu II: Aċċess Miftuħ għall-Internet |
Data u flussi tad-data: -Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar l-aċċess miftuħ għall-internet -Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-BEREC -Ir-rapport tal-BEREC dwar il-prattiki u s-sejbiet ewlenin tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali -Il-mudell komuni tal-BEREC għall-ġbir ta’ informazzjoni mill-fornituri -Il-linji gwida tal-BEREC dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
Il-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Il-BEREC |
Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni L-iżvilupp ta’ linji gwida L-iżvilupp ta’ mudell Ir-rapportar |
Data |
|
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu I: Drittijiet għall-Konsumaturi |
Data u flussi tad-data: -Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti -L-informazzjoni dwar it-trasparenza -Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għad-durata u għat-terminazzjoni tal-kuntratti |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet Il-konsumaturi |
Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu II: Drittijiet għall-utenti finali |
Data u flussi tad-data: -Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-bdil u l-portabbiltà tan-numru |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet Il-konsumaturi L-ODN Il-BEREC Il-mikrointrapriżi |
Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni L-iżvilupp ta’ linji gwida L-infurmar |
Data |
|
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu III: Faċilitajiet u funzjonalitajiet għall-utenti finali Soluzzjoni diġitali skont l-Artikolu 107(13). Il-bażi ġuridika oriġinali hija l-Artikolu 109(8) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) |
Id-data u l-flussi tad-data relatati mar-rekwiżiti tas-servizzi tal-protezzjoni u tal-komunikazzjoni tal-utenti finali (il-prevenzjoni tal-frodi, is-servizzi ta’ emerġenza, il-funzjonalitajiet tat-telefonati, l-interoperabbiltá tat-tagħmir) Soluzzjoni diġitali: -L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-ODN, bl-għan li tinżamm bażi tad-data mill-ODN taħt is-superviżjoni tal-BEREC, in-numri E.164 biex jiġu kkuntattjati s-sistemi tal-PSAP tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor. |
L-utenti finali Il-fornituri ta’ servizzi L-Istati Membri L-ENISA L-ODN |
Il-ġbir tal-informazzjoni Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni Ir-rapportar |
Data Soluzzjoni diġitali |
|
Parti VII – Governanza Titolu I: Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra |
Data u flussi tad-data: -In-notifika tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra -Ir-rapportar baġitarju mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali -Ir-rapportar impliċitu li jirriżulta mill-kontroll tal-baġit |
L-Istati Membri Il-Kummissjoni tal-UE L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni In-notifika Ir-rapportar |
Data |
|
Parti VII – Governanza Titolu II: Kompiti u organizzazzjoni tal-BEREC |
Id-data u l-flussi tad-data relatati mal-kompiti u mal-organizzazzjoni tal-BEREC |
Il-BEREC, l-ODN, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u partijiet ikkonċernati oħra |
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni Is-superviżjoni |
Data |
|
Parti VII – Governanza Titolu IV: Dispożizzjonijiet komuni u kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB |
Data u flussi tad-data -Flussi ta’ informazzjoni relatati mad-dispożizzjonijiet komuni u l-kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB, inklużi l-programmi ta’ ħidma biennali u n-notifika, u r-rapporti ta’ attività. |
Il-BEREC Il-Bord tal-RSPB Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Il-Kummissjoni Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
Is-sottomissjoni tar-rapport |
Data |
|
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu I: Kompiti u organizzazzjoni tal-ODN |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mal-kompiti u mal-organizzazzjoni tal-ODN |
L-ODN L-ENISA Il-BEREC L-RSPB Il-Kummissjoni Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Il-Qorti tal-Awdituri |
Il-preżentazzjoni tar-rapporti L-iżvilupp tad-dokumenti u tar-rapporti |
Data |
|
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu II: Baġit u programmazzjoni tal-ODN |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mal-baġit u mal-programmazzjoni tal-ODN |
L-ODN, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri |
Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu III: Dispożizzjonijiet ġenerali |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ODN, inkluża l-kooperazzjoni mal-BEREC u mal-RSPB Soluzzjonijiet diġitali -Soluzzjonijiet diġitali għall-ħolqien ta’ sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni skont l-Artikolu 174 |
L-ODN, il-BEREC, l-RSPB, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill |
L-iskambju ta’ informazzjoni Is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet Ir-rapportar |
Data Soluzzjonijiet Diġitali |
|
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
TITOLU I: Għoti ta’ informazzjoni, stħarriġiet u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mal-għoti ta’ informazzjoni, mal-istħarriġ u mal-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni |
L-impriżi li jipprovdu networks/servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra, il-BEREC, l-RSPB, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi, il-punti ta’ informazzjoni uniċi, l-utenti finali, il-konsumaturi, il-manifatturi |
Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni L-iskambju ta’ informazzjoni |
Data |
|
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU II: Proċeduri ta’ armonizzazzjoni |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni |
Il-Kummissjoni tal-UE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra, il-BEREC, l-RSPB, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-pubbliku |
Il-pubblikazzjoni ta’ standards Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU III: Soluzzjoni għat-tilwim |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mas-soluzzjoni għat-tilwim |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Il-BEREC |
It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku It-trażmissjoni ta’ notifiki |
Data |
|
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU IV: Kooperazzjoni fl-ekosistema |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni relatati mal-kooperazzjoni fl-ekosistema |
Il-BEREC, l-ODN, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-fornituri ta’ networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-impriżi attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’setturi relatati mill-qrib, il-partijiet ikkonċernati |
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni |
Data |
|
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU VI: Dispożizzjonijiet finali |
Data u flussi tad-data: -Flussi ta’ informazzjoni ġenerali |
Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, il-BEREC, l-RSPB, l-ODN, l-impriżi, l-esperti, il-partijiet ikkonċernati |
It-trażmissjoni ta’ notifiki Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni |
Data |
4.2.Data
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tad-data fil-kamp ta’ applikazzjoni
|
Tip ta’ data |
Referenza għar-rekwiżit(i) |
Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Deskrizzjoni tal-fluss tad-data |
|
Il-“Pjan ta’ Preparatezza tal-Unjoni għall-Infrastrutturi Diġitali” u l-informazzjoni użata fit-tħejjija tal-Pjan imsemmi |
Parti II – Preparatezza u Reżiljenza |
Deskrizzjoni ta’ x’għandu jinkludi l-Pjan hija pprovduta fit-test legali. Il-BEREC għandu jippubblika mudell komuni li għandu jintuża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-ġbir tal-informazzjoni li se tikkontribwixxi għall-Pjan. |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-ODN l-informazzjoni neċessarja dwar l-arkitettura, il-kapaċitajiet, u l-użu tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi biennali. Il-flussi tad-data implikati mill-kooperazzjoni tal-ODN, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), u l-awtoritajiet Ewropej rilevanti ta’ koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet u tal-protezzjoni ċivili fit-tħejjija tal-Pjan. Il-flussi tad-data implikati fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Pjan. Fuq talba, l-ODN għandu jaqsam mal-Kummissjoni d-dettalji tal-analiżi użata għat-tħejjija tal-Pjan. Ladarba jkun disponibbli, il-BEREC għandu jippubblika l-mudell komuni għall-ġbir tal-informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
|
Informazzjoni biex jiġu żgurati s-sensibilizzazzjoni u l-koerenza kondiviżi tas-sitwazzjoni fir-rispons għall-kriżijiet |
Parti II – Preparatezza u Reżiljenza |
// |
Meta tfixkil, kriżi jew force majeure naturali jew magħmula mill-bniedem tinvolvi jew tikkoinċidi ma’ ċibersigurtà fuq skala kbira, il-BEREC għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lin-Network Ewropew ta’ Organizzazzjoni ta’ Kollegament f’każ ta’ Ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) u lill-Kummissjoni. |
|
Id-data fil-kuntest jew fl-awtorizzazzjoni tas-suq u fil-proċedura tal-Passaport Uniku |
Parti III – Awtorizzazzjoni tas-Suq Uniku u Passaportar |
// In-notifika tal-intenzjoni li jiġu pprovduti networks jew servizzi għandha ssir f’konformità ma’ mudell ta’ notifika li għandu jsir disponibbli mill-BEREC. Deskrizzjoni jekk ipprovduta dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-konferma tal-awtorizzazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fornitur li għandu l-intenzjoni li jipprovdi networks jew servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar għandu jippreżenta notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri skont il-proċedura tal-passaport uniku. L-awtoritajiet kompetenti notifikati għandhom jibagħtu n-notifika li jirċievu lill-ODN. Fejn in-notifika tikkonċerna diversi Stati Membri, l-ODN għandu jibgħatha għal informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn il-fornitur ikollu l-intenzjoni li jopera. Fejn in-notifika tikkonċerna l-intenzjoni ta’ fornitur li diġà jopera fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri li jestendi l-operazzjonijiet tiegħu għal Stati Membri addizzjonali, l-ODN għandu jittrażmetti tali notifika għal informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati. L-awtorità notifikata għandha tikkonferma l-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti networks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-fornitur. L-awtoritajiet notifikati għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha riċevuti fil-bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku mill-inqas darba kull xahrejn. |
|
Linji gwida dwar ir-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-data fil-kuntest tal-assistenza reċiproka |
Parti III – Awtorizzazzjoni tas-Suq Uniku u Passaportar |
// |
Il-BEREC għandu jippubblika linji gwida dwar ir-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali, filwaqt li jiżgura li l-informazzjoni rilevanti tkun aċċessibbli għall-fornituri permezz tal-paġna web tal-ODN. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali. Il-punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali għandu jżomm informazzjoni aġġornata dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali applikabbli għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Flussi tad-data implikati li għandhom x’jaqsmu mal-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet rilevanti tad-diversi Stati Membri. |
|
Informazzjoni dwar il-kostijiet u l-imposti amministrattivi |
Parti III – Awtorizzazzjoni tas-Suq Uniku u Passaportar |
// |
Meta jiġu stabbiliti imposti amministrattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali annwali tal-kostijiet amministrattivi tagħhom u tas-somma totali tal-imposti miġbura. |
|
Informazzjoni dwar l-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju (inkluż għall-fini tal-indirizzar tal-interferenza dannuża) |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu I, Prinċipji u objettivi |
// |
L-awtoritajiet kompetenti jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra b’deċiżjoni li tippermetti użu alternattiv tal-banda tal-ispettru tar-radju armonizzata skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru jistgħu jitolbu lill-RSPB isolvi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-koordinazzjoni transfruntiera jew mal-interferenza dannuża transfruntiera. L-RSPB jista’ joħroġ opinjoni li tipproponi soluzzjoni koordinata (u għandu joħroġ tali opinjoni jekk din tintalab mid-detentur imsemmi hawn fuq tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru). Meta l-kwistjonijiet transfruntiera ma jiġux solvuti f’perjodu ta’ żmien partikolari, l-awtoritajiet kompetenti minn kwalunkwe Stat Membru affettwat jew id-detenturi ta’ dritt għall-użu tal-ispettru jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tintervjeni. |
|
L-Istrateġija u l-Pjanijiet Direzzjonali tal-Unjoni dwar l-Ispettru |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu II, Allokazzjoni |
// Rekwiżiti qosra tal-kontenut għall-pjanijiet direzzjonali nazzjonali dwar l-ispettru. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi strateġija tal-Unjoni dwar l-ispettru. Fi żmien 9 xhur mill-istabbiliment tal-pjanijiet direzzjonali tal-Unjoni dwar l-ispettru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-RSPB il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom dwar l-ispettru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali dwar l-ispettru u jaġġornawhom regolarment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni u lill-RSPB dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom dwar l-ispettru. |
|
Talbiet għal rieżami tal-estensjonijiet tal-iskadenza biex jiġi permess użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali (fejn l-użu tal-ispettru tar-radju jkun ġie armonizzat permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE) |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu II, Allokazzjoni |
// |
Utent prospettiv tal-ispettru jew il-Kummissjoni jistgħu joħorġu tali talbiet għal rieżami lill-awtorità kompetenti kkonċernata. |
|
Talbiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu II, Allokazzjoni |
// |
Kwalunkwe parti interessata tista’ tissottometti talba motivata lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u/jew għall-użu effiċjenti ta’ banda ta’ frekwenzi speċifika. Fuq talba bħal din, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjoni pubblika u tippreżenta dik it-talba jew lill-RSPB għal rapport jew għal opinjoni, u/jew lill-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju (li jista’ jadotta opinjoni wkoll). Il-Kummissjoni għandha tibgħat tweġiba raġonevoli lill-oriġinatur tat-talba (bi skadenza raġonevoli, preferibbilment 6 xhur mir-riċevuta). Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-talba u t-tweġiba. |
|
Informazzjoni dwar id-drittijiet individwali ta’ użu |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
// |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jintrabtu mad-drittijiet individwali ta’ użu qabel ma jiġu imposti. Bl-istess mod, fir-rigward tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità. L-RSPB għandu jiġbor prattiki tajbin dwar l-għażla bejn l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali. |
|
Data fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni komuni tal-użu għall-ispettru tar-radju |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
// |
L-utenti prospettivi tal-ispettru tar-radju f’żewġ Stati Membri jew iżjed (jew il-Kummissjoni) jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru kkonċernat biex jistabbilixxu b’mod konġunt, fi ħdan l-RSPB, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni komuni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali talbiet. Flussi tad-data implikati li kieku l-Kummissjoni kellha tfittex l-assistenza tal-RSPB, tal-ODN, tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni jew ta’ esperti esterni fit-twettiq tal-proċess tal-awtorizzazzjoni. |
|
Data oħra dwar id-drittijiet individwali |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
// |
Talbiet mid-detenturi ta’ drittijiet individwali għat-tiġdid tagħhom. Id-detentur tad-drittijiet tal-użu għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi jew jikri d-drittijiet tal-użu lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti msemmija għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika. Kwalunkwe parti terza interessata li tuża parti mill-ispettru f’territorju jew f’perjodu ta’ żmien speċifiku għandu jkollha d-dritt li tesprimi l-interess tagħha lill-awtorità kompetenti. |
|
Data għall-bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-baned tal-ispettru koperti mill-bażi tad-data u tiżviluppa arranġamenti prattiċi u formati uniformi għall-ġbir u l-forniment tad-data mill-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni. |
Il-bażi tad-data għandha tinkludi informazzjoni aġġornata miġbura u pprovduta mill-Istati Membri. |
|
Data użata fil-kuntest tal-proċedura tas-Suq Uniku tal-Ispettru |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
Rekwiżiti minimi tal-kontenut. |
Meta jkollhom l-intenzjoni li jwettqu proċedura ta’ għażla (jew li jemendaw jew iġeddu ċerti drittijiet), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-abbozz tal-miżura finali tagħhom u jikkomunikawh lill-Kummissjoni, lill-RSPB, lill-BEREC u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra. L-awtoritajiet kompetenti, l-RSPB, il-BEREC, u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ miżura, fi żmien perjodu ta’ 30 jum tax-xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali bir-riżervi tagħha f’każ bħal dan u tippubblikahom fl-istess waqt. Fi żmien 30 jum tax-xogħol min-notifika tar-riżervi tal-Kummissjoni, l-RSPB u l-BEREC għandhom joħorġu l-opinjonijiet tagħhom dwar in-notifika tal-Kummissjoni. Fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika tar-riżervi tagħha, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika fi żmien 6 xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni abbozz ġdid ta’ miżura lill-RSPB, lill-BEREC, u lill-Kummissjoni. L-ODN għandu jżomm rekord tal-proċedimenti tas-Suq Uniku tal-Ispettru tal-Unjoni. |
|
Data fil-kuntest tat-talba u l-koordinazzjoni tas-sistemi satellitari mal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu II, Użu tal-Ispettru bis-Satellita |
// |
Awtorità kompetenti tal-ispettru għandha tinforma lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħra fi ħdan l-RSPB dwar kwalunkwe talba biex tippreżenta, tikkoordina jew tirreġistra mal-UIT sistema satellitari li hija maħsuba biex tkopri aktar minn Stat Membru wieħed jew stazzjon tal-art wieħed. -L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkummentaw dwar it-talba. Meta tirċievi talba għall-koordinazzjoni, skont tar-regoli tal-UIT, tal-frekwenzi jew tal-pożizzjoni orbitali għal sistema satellitari jew stazzjon tal-art, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra permezz tal-RSPB. -Flussi tad-data implikati fir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-RSPB fejn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar jirċievu talbiet li jikkonċernaw l-istess banda ta’ frekwenzi jew l-istess pożizzjoni orbitali. Meta tkun ikkonfrontata b’talba għall-koordinazzjoni tal-użu tal-ispettru bejn l-applikazzjonijiet terrestri u spazjali skont ir-regoli tal-UIT fir-rigward tal-ispettru tar-radju li jkun ġie armonizzat skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkomunika tali talba lill-Kummissjoni għal trażmissjoni immedjata lill-membri tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju. |
|
Data li għandha x’taqsam mal-awtorizzazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-użu tal-ispettru satellitari |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu II, Użu tal-Ispettru bis-Satellita |
// |
Il-fornituri għandhom jippreżentaw notifika lill-Kummissjoni. Flussi tad-data implikati fl-Istati Membri li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni, mogħtija mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti jew l-applikanti jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tikkunsidra li tillimita l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni f’banda partikolari ta’ spettru tar-radju. F’liema każ, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet interessati l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom f’konsultazzjoni pubblika. Kwalunkwe impriża għandha tippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-użu ta’ spettru tar-radju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita u ta’ networks satellitari lill-Kummissjoni. -Il-Kummissjoni għandha tippubblika applikazzjonijiet bħal dawn malli tirċievihom. -L-RSPB għandu jippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. |
|
Data fil-kuntest tas-superviżjoni u r-rimedji (inkluża r-riżoluzzjoni ta’ interferenzi satellitari) |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu II, Użu tal-Ispettru bis-Satellita |
// |
Flussi tad-data implikati fil-kuntest tal-Kummissjoni (bl-assistenza tal-RSPB) li jeżaminaw allegat ksur tal-kundizzjonijiet marbuta mal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni jew ta’ dispożizzjonijiet legali. -Meta awtorità kompetenti tkun tal-fehma li detentur tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni jonqos milli jikkonforma, din għandha ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-RSPB. -Meta l-Kummissjoni ssib li detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni ma jikkonformax, hija għandha tinforma lil dak l-operatur bis-sejbiet tagħha. -Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-azzjonijiet ta’ infurzar tagħha. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tiddifferixxi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura deċiża mill-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni minn qabel. Meta awtorità kompetenti tieħu miżuri interim, fuq inizjattiva tagħha stess, biex tevita interferenzi dannużi fit-territorju tagħha, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra. -Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll l-adozzjoni ta’ tali miżuri interim. |
|
Data fil-kuntest tal-ippjanar u tal-ġestjoni strateġiċi tar-riżorsi ta’ numerazzjoni |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
// |
Flussi tad-data implikati fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-ODN u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-finijiet tal-ippjanar strateġiku tar-riżorsi ta’ numerazzjoni fl-Unjoni u l-identifikazzjoni tal-użu potenzjali tar-riżorsi ta’ numerazzjoni għal servizzi transfruntiera jew pan-Ewropej. |
|
Data dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
// Sitt xhur wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, l-ODN għandu jistabbilixxi l-proċedura u s-sistema għall-għoti ta’ informazzjoni. |
Il-fluss tad-data implikat, ipprovdut mill-kooperazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mal-ODN fl-allokazzjoni tan-numri jew tan-numru, varja għar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej. Għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali informazzjoni fil-ħin dwar l-allokazzjoni tan-numri u tal-benefiċjarji tan-numri (data meħtieġa biex tikkontribwixxi għall-bażi tad-data stabbilita mill-ODN tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej). |
|
Data dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
// |
L-impriżi għajr il-fornituri tan-networks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jitolbu li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lilhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu assistenza mill-ODN fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom biex jiżguraw il-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi ta’ numerazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jibagħtu perjodikament lill-ODN id-data meħtieġa għall-bażi tad-data dwar ir-riżorsi ta’ numerazzjoni bi dritt ta’ użu ekstraterritorjali fl-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ numerazzjoni, kif ukoll iż-żidiet jew l-emendi sussegwenti kollha għalihom. Kull sentejn, il-BEREC għandu jippreżenta rapport dwar il-prattiki nazzjonali fir-rigward tal-għoti tad-drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni nazzjonali u pan-Ewropej. |
|
Data fil-kuntest tal-għoti tad-drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
// |
L-impriżi jistgħu jitolbu l-għoti ta’ drittijiet individwali ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni msemmija hawn fuq u għandhom jagħmlu d-deċiżjonijiet imsemmija pubbliċi. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ Stat Membru tista’ tagħmel talba li turi ksur tar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jew tal-liġijiet nazzjonali lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikunu ngħataw id-drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni. Il-flussi tad-data implikati fl-għoti tal-kariga lill-ODN biex jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri differenti involuti u jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom. |
|
Informazzjoni dwar id-diżattivazzjoni tar-ram u data dwar l-ippjanar tat-tranżizzjoni |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu I, Tranżizzjoni għan-networks tal-fibra |
Iż-żoni ta’ CSO għandhom jiġu delimitat filwaqt li titqies il-gwida tal-Kummissjoni li għandha tiġi adottata sad-29 ta’ Frar 2028. Il-kundizzjonijiet tas-sostenibbiltà jirrikjedu li n-networks tal-fibra jgħaddu qrib mill-inqas 95 % tad-djar fiż-żona ta’ CSO. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw parametri u kriterji oġġettivi u trasparenti għall-valutazzjoni tal-prossimità mill-qrib, tal-isforz raġonevoli, tal-kost raġonevoli u tal-affordabbiltà. |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-lista taż-żoni ta’ CSO u kwalunkwe aġġornament, flimkien ma’ listi ta’ żoni ta’ CSO fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tas-sostenibbiltà (ippubblikati sat-30 ta’ Ġunju 2029 u mill-inqas kull 12-il xahar wara dan għal 5 snin). L-Istati Membri għandhom iħejju u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta’ tranżizzjoni għall-fibra sal-31 ta’ Ottubru 2029, li jkun fih informazzjoni dwar il-kopertura tan-network tar-ram u tal-fibra, il-miżuri tal-varar, l-istatus taż-żoni ta’ CSO, u l-istadji importanti tal-migrazzjoni, bi pjan aġġornat li għandu jiġi nnotifikat sat-30 ta’ Ġunju 2034 li jirrapporta l-progress fl-implimentazzjoni. L-operaturi għandhom jippreżentaw il-pjanijiet għad-diżattivazzjoni tar-ram tagħhom lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-mandat, u jirrapportaw il-progress fl-implimentazzjoni f’intervalli ddeterminati mill-awtorità. L-utenti finali fiż-żoni affettwati għandhom jiġu infurmati dwar it-twaqqit tad-diżattivazzjoni tar-ram, il-bidliet neċessarji fis-servizz jew fit-tagħmir, u s-servizzi alternattivi disponibbli. |
|
Il-proċeduri ta’ aċċess u ta’ interkonnessjoni, u l-eżiti tal-valutazzjoni regolatorja |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu III, Interkonnessjonijiet Kapitolu II: Regoli simetriċi għall-aċċess |
Il-proċeduri jridu jiżguraw li l-impriżi, inklużi l-SMEs u l-fornituri b’firxa ġeografika limitata, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti. L-obbligi u l-kundizzjonijiet iridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, implimentati f’konformità mal-Artikoli 186 u 85. |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu gwida u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-proċeduri biex jinkisbu l-aċċess u l-interkonnessjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jkunu imponew obbligi u kundizzjonijiet skont l-Artikolu 69 għandhom jivvalutaw ir-riżultati tagħhom sa 5 snin wara l-adozzjoni tal-miżura preċedenti u għandhom jinnotifikaw l-eżitu tal-valutazzjoni tagħhom f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 186 u 85. |
|
Id-definizzjonijiet tas-suq, l-eżiti tal-analiżi tas-suq, il-miżuri regolatorji u d-dokumenti ta’ gwida |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni;
Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni
Kapitolu I – Analiżi tas-suq u saħħa sinifikanti fis-suq |
Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika s-swieq tal-prodotti u tas-servizzi definiti f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. L-analiżi tas-suq trid issegwi l-proċeduri fl-Artikoli 186 u 85, titwettaq b’mod f’waqtu, u tiġi konkluża fi żmien sena. Is-swieq fejn tiġi imposta regolamentazzjoni ex ante għandhom jiġu rrieżaminati kull 5 snin sabiex jiġi ddeterminat jekk humiex issodisfati t-tliet kriterji fl-Artikolu 72(1). Il-linji gwida dwar l-SMP għandhom ikunu f’konformità mal-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni u jinkludu gwida dwar l-applikazzjoni tal-kunċett tas-saħħa sinifikanti fis-suq għar-regolamentazzjoni ex ante tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni li tidentifika s-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi wara konsultazzjoni pubblika u li tqis l-opinjoni tal-BEREC, u għandha tirrieżaminaha regolarment kull 5 snin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-suq u jinnotifikaw l-abbozzi ta’ miżuri regolatorji korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 85 fi żmien 5 snin mill-adozzjoni ta’ miżura preċedenti. Il-BEREC għandu jwettaq analiżi tas-swieq tranżnazzjonali potenzjali fuq talba motivata mill-Kummissjoni jew mill-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew analiżi tad-domanda tranżnazzjonali tal-utenti finali fuq talba motivata mill-Kummissjoni, mill-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew parteċipanti fis-suq. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji gwida dwar l-SMP wara li tikkonsulta lill-BEREC. |
|
Informazzjoni dwar is-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet u d-data dwar il-verifika tal-konformità |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni Kapitolu II: Rimedji ta’ aċċess imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq |
Deskrizzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet li turi mill-inqas il-kategoriji ewlenin li taħthom huma miġbura l-kostijiet u r-regoli użati għall-allokazzjoni tal-kostijiet iridu jkunu disponibbli għall-pubbliku. Is-sistema trid tiġi vverifikata minn korp indipendenti kwalifikat |
L-impriżi deżinjata bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u li huma soġġetti għall-obbligi tal-kontabbiltà tal-kostijiet għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku deskrizzjoni tas-sistema tagħhom tal-kontabbiltà tal-kostijiet. Korp kwalifikat indipendenti għandu jivverifika l-konformità mas-sistema tal-kontabbiltà tal-kostijiet u kull sena għandu jippubblika dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità. Meta impriża jkollha obbligu fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-kostijiet tal-prezzijiet, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tagħha lill-awtorità regolatorja nazzjonali, inkluża prova li l-ħlasijiet huma derivati mill-kostijiet u jinkludu rata raġonevoli ta’ redditu fuq l-investiment. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu lill-impriżi jaġġustaw il-prezzijiet abbażi ta’ din l-informazzjoni. |
|
Informazzjoni dwar l-impenji offruti mill-operaturi b’saħħa sinifikanti fis-suq |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni Kapitolu II: Rimedji ta’ aċċess imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq |
L-impenji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed fir-rigward tal-ambitu, tad-durata, tat-twaqqit u tal-modalità tal-implimentazzjoni biex jippermettu l-valutazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali. |
L-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru impenji lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-aċċess, għall-koinvestiment, jew għat-tnejn. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu konsultazzjoni pubblika (test tas-suq) dwar l-impenji offruti mal-partijiet interessati, b’mod partikolari l-partijiet terzi affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew ir-rikjedenti tal-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità u jipproponu bidliet. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika konklużjonijiet preliminari lill-impriża, li tista’ tirrevedi l-offerta inizjali tagħha. Ladarba l-impenji jsiru vinkolanti, l-impriża għandha tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanza rilevanti għall-impenji. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw, jissorveljaw, u jiżguraw il-konformità ma’ impenji vinkolanti. |
|
L-abbozzi ta’ miżuri regolatorji, il-kummenti, l-opinjonijiet, id-deċiżjonijiet, u l-miżura adottata finali |
Parti V – Tranżizzjoni għall-fibra, funzjonament tas-swieq u kompetizzjoni; Titolu IV: Swieq u kompetizzjoni Kapitolu III: Proċeduri tas-suq intern għar-regolamentazzjoni tas-suq |
L-abbozzi ta’ miżuri jridu jiġu ppubblikati u kkomunikati simultanjament lill-Kummissjoni, lill-BEREC, u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet f’konformità mal-Artikolu 20(3). Il-BEREC għandu joħroġ opinjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-bidu tal-perjodu ta’ 90 jum. Il-miżuri provviżorji skont l-Artikolu 86 huma validi għal massimu ta’ 12-il xahar. |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkomunikaw abbozzi ta’ miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 69, tal-Artikolu 72, u tal-Artikoli 73 sa 84 li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri lill-Kummissjoni, lill-BEREC, u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra. Dawn l-entitajiet jistgħu jikkummentaw fi żmien 30 jum tax-xogħol. Meta l-Kummissjoni tindika dubji jew ostakli serji għas-suq intern, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni fi żmien 30 jum ta’ xogħol. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkomunikaw il-miżuri finali adottati kollha lill-Kummissjoni u lill-BEREC. Għall-miżuri provviżorji, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkomunikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, u lill-BEREC. Il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet jew linji gwida wara konsultazzjoni pubblika, filwaqt li tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-BEREC. |
|
Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kapaċità tan-network, il-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku, il-kwalità tal-parametri tas-servizz, id-data dwar il-konformità, u s-sejbiet tal-infurzar |
Parti VI – Servizzi Titolu II: Aċċess Miftuħ għall-Internet |
Rapportar biennali mill-fornituri li jkopri l-ġestjoni tan-network/tat-traffiku u l-ġustifikazzjonijiet. Il-mudell tal-BEREC sa [data tal-adozzjoni + sena]. Il-linji gwida tal-BEREC għandhom jiddeskrivu l-parametri dwar il-kwalità tas-servizz (QoS, Quality of Service), il-metodi tal-kejl, il-format tal-informazzjoni (l-Anness III), il-format tal-pubblikazzjoni (l-Anness IV), u l-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, inklużi l-parametri għall-utenti finali b’diżabbiltà. |
Il-fornituri jissottomettu informazzjoni biennali lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar il-kapaċità tan-network u l-ġestjoni tat-traffiku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkondividu l-informazzjoni mal-BEREC. Il-BEREC jippubblika rapporti biennali dwar il-prattiki u s-sejbiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mudell komuni tal-ġbir, u linji gwida ta’ implimentazzjoni wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u jikkoopera mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC għall-infurzar. |
|
Informazzjoni ta’ kuntratt, informazzjoni dwar it-trasparenza, data dwar il-prestazzjoni, notifiki dwar bidliet kuntrattwali, data dwar il-monitoraġġ tal-konsum |
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu I: Drittijiet għall-Konsumaturi |
Informazzjoni pprovduta b’mod ċar u li tinftiehem fuq mezz li jservi għal żmien twil jew dokument li jista’ jitniżżel faċilment (l-Artikolu 96(2)). Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika mudell tas-sommarju tal-kuntratt wara li tikkonsulta lill-BEREC. L-informazzjoni dwar it-trasparenza ppubblikata b’mod ċar, li jinftiehem u li jinqara mill-magni skont l-Anness IV. Format aċċessibbli skont l-Anness 1 tad-Direttiva (UE) 2019/882 għall-utenti finali b’diżabbiltà. Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni skont il-linji gwida tal-BEREC (l-Artikolu 95(3)). |
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli għall-pubbliku jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar il-kuntratt (Anness III) u b’sommarju tal-kuntratt qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Il-fornituri jippubblikaw l-informazzjoni dwar it-trasparenza (l-Anness IV) f’format li jinqara mill-magni. Il-fornituri joffru faċilitajiet ta’ monitoraġġ tal-konsum b’informazzjoni f’waqtha dwar il-livelli tal-użu u n-notifiki qabel ma jintlaħqu l-limiti. Il-fornituri jinnotifikaw lill-konsumaturi mill-inqas xahar qabel il-bidliet kuntrattwali fuq mezz li jservi għal żmien twil. Id-data dwar il-prestazzjoni għas-servizzi ta’ aċċess għall-internet hija mmonitorjata skont il-linji gwida tal-BEREC u ċċertifikata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
|
Informazzjoni dwar il-proċess tal-bdil, data dwar il-portabbiltà tan-numru, skedi ta’ żmien għall-portabbiltà, data dwar il-kontinwità tas-servizz, informazzjoni dwar il-kumpens, rekords tal-kunsens |
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu II: Drittijiet għall-utenti finali |
// |
Il-fornituri riċeventi u trasferenti tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet jipprovdu lill-utenti finali b’informazzjoni matul il-proċess tal-bdil. Iż-żewġ fornituri jiskambjaw id-data biex jiżguraw il-kontinwità u l-attivazzjoni fl-iskedi ta’ żmien miftiehma. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirċievu informazzjoni biex jimmonitorjaw il-konformità u jiżguraw li l-utenti finali jkunu infurmati u protetti. Il-BEREC jipproduċi linji gwida dwar id-dettalji tal-proċess u l-kumpens wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u jikkoopera mal-Kummissjoni. Il-mikrointrapriżi jinfurmaw lill-utenti finali bl-eżenzjonijiet qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
Informazzjoni dwar l-attività frodulenti, data dwar il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, data dwar it-twissijiet pubbliċi, data dwar l-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel, informazzjoni ta’ interess pubbliku, informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà għall-utenti finali b’diżabbiltà |
Parti VI – Servizzi Titolu III: Drittijiet tal-utenti finali Kapitolu III: Faċilitajiet u funzjonalitajiet għall-utenti finali |
Informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa għal kull kriterju Ewropew armonizzat (att delegat sa [data tal-adozzjoni + sentejn]). Informazzjoni ta’ interess pubbliku f’format standardizzat. Identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel bl-użu ta’ mezzi sempliċi u mingħajr ħlas. Aċċessibbiltà skont id-Direttiva (UE) 2019/882. |
L-ODN jiġbor informazzjoni dwar frodi mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-EUROPOL u mill-partijiet ikkonċernati. Il-BEREC joħroġ linji gwida għall-prevenzjoni tal-frodi wara li jikkonsulta lill-ENISA. L-Istati Membri jirrapportaw in-numri E.164 tal-PSAP lill-ODN għall-manutenzjoni tal-bażi tad-data taħt is-superviżjoni tal-BEREC. Il-fornituri jqassmu informazzjoni ta’ interess pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi lill-utenti finali. Il-fornituri jiżguraw li tintbagħat informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa lill-PSAPs mingħajr dewmien matul il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza. Il-fornituri jibagħtu twissijiet pubbliċi lill-utenti finali f’żoni ġeografiċi affettwati. Il-fornituri jimplimentaw mekkaniżmi ta’ preżentazzjoni u ta’ restrizzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ min iċempel għal kull talba tal-utent finali. |
|
L-ismijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra u l-kompiti rispettivi tagħhom, in-notifika tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra u r-responsabbiltajiet tagħhom, ir-rapporti annwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-baġits annwali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali |
Parti VII – Governanza Titolu I: Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra |
Il-pubblikazzjoni f’forma faċilment aċċessibbli. Ir-rapportar annwali. Il-kontroll tal-baġit eżerċitat b’mod trasparenti u ppubblikat. |
L-Istati Membri jippubblikaw l-ismijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra u l-kompiti tagħhom. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kompiti assenjati lill-awtoritajiet kollha skont dan ir-Regolament u r-responsabbiltajiet tagħhom, inkluż kwalunkwe tibdil. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrapportaw kull sena dwar l-istat tas-suq, id-deċiżjonijiet, l-allokazzjoni tar-riżorsi, u l-pjanijiet futuri. Il-baġits annwali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma ppubblikati. Il-kontroll tal-baġit huwa eżerċitat b’mod trasparenti u ppubblikat. |
|
Il-kompiti regolatorji tal-BEREC (lista pubblika), l-opinjonijiet tal-BEREC, il-linji gwida, ir-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni, l-aħjar prattiki, l-istudji kkummissjonati, ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, id-data miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-programm ta’ ħidma biennali, ir-rapport biennali dwar l-attività, il-Membri tal-Bord ta’ Regolaturi u s-sostituti, ir-regoli ta’ proċedura, l-arranġamenti ta’ ħidma mal-korpi/awtoritajiet |
Parti VII – Governanza Titolu II: Kompiti u organizzazzjoni tal-BEREC |
Format miftuħ, li jista’ jerġa’ jintuża u li jinqara mill-magni. Pubblikazzjonijiet fuq is-sit web tal-BEREC u l-Gateway Diġitali tal-UE. |
Il-BEREC jippubblika lista ta’ kompiti regolatorji u aġġornamenti meta jiġu assenjati kompiti ġodda. Il-BEREC jippubblika l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni, l-aħjar prattiki, l-istudji kkummissjonati, u l-abbozzi ta’ dokumenti għall-konsultazzjoni pubblika. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika magħmula disponibbli għall-pubbliku. Il-BEREC jissorvelja l-ODN fl-istabbiliment u fiż-żamma ta’ bażijiet tad-data dwar in-notifiki, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni, il-PSAPs, is-servizzi b’valur miżjud, u l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Id-data miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ppubblikata f’format miftuħ u li jinqara mill-magni fuq is-sit web tal-BEREC/Gateway Diġitali tal-UE. Il-lista tal-membri tal-Bord u tas-sostituti b’dikjarazzjonijiet ta’ interess ippubblikata. Il-BEREC jadotta u jippubblika programm ta’ ħidma biennali, rapport biennali tal-attività, u r-regoli ta’ proċedura. |
|
Il-programm ta’ ħidma biennali tal-RSPB u r-rapport biennali tal-attività tal-RSPB, u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB |
Parti VII – Governanza Titolu IV: Dispożizzjonijiet komuni u kooperazzjoni bejn il-BEREC u l-RSPB |
// |
Il-Bord tal-RSPB għandu jibgħat il-programm ta’ ħidma biennali tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u r-rapport biennali tal-attività tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-BEREC u l-RSPB għandhom jiżguraw skambji regolari ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza reċiproka. |
|
Baġit annwali tal-ODN, u rapport annwali konsolidat tal-attività Rapport annwali dwar il-progress lejn is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi |
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu I: Kompiti u organizzazzjoni tal-ODN |
// |
Id-Direttur iħejji l-abbozz tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ODN għall-valutazzjoni u għall-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija jippreżenta r-rapport annwali konsolidat tal-attività u l-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. F’koordinazzjoni mal-ENISA, l-ODN għandu jippubblika rapport annwali dwar il-progress lejn is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Qabel il-pubblikazzjoni, għandu jiġi ppreżentat abbozz ta’ rapport lill-BEREC u lill-RSPB għall-approvazzjoni. |
|
Dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-ODN, baġit annwali, rapport annwali konsolidat tal-attività, u kontijiet finanzjarji |
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu II: Baġit u programmazzjoni tal-ODN |
// |
L-ODN jibgħat l-abbozz lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-ODN jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni finali u l-baġit. L-ODN jissottometti kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu. Id-Direttur jippreżenta l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Lulju, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija u mar-rapport annwali konsolidat tal-attività. |
|
Skambju ta’ informazzjoni, aċċess għad-dokumenti, dikjarazzjonijiet ta’ interessi, attivitajiet ta’ komunikazzjoni, u evalwazzjonijiet |
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu III: Dispożizzjonijiet ġenerali |
Mudelli komuni |
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni mal-BEREC, mal-RSPB u mal-ODN fuq talba motivata, bl-użu ta’ formati komuni ta’ rapportar fejn possibbli. L-ODN jiġġestixxi sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li tippermetti dan l-iskambju. Il-membri tal-Bord, id-Direttur u l-persunal jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-interessi, li jiġu ppubblikati għall-membri tal-Bord u għad-Direttur. Il-BEREC, l-RSPB u l-ODN jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar l-attivitajiet u r-riżultati tagħhom. Il-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet ta’ kull 5 snin tal-BEREC, tal-RSPB u tal-ODN, filwaqt li tirrapporta s-sejbiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-pubbliku. Iċ-ċittadini u l-persuni ġuridiċi jistgħu jitolbu aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-BEREC, mill-RSPB u mill-ODN. |
|
Għoti ta’ informazzjoni, stħarriġ ġeografiku, u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni, riżultati tal-istħarriġ |
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
TITOLU I: Għoti ta’ informazzjoni, stħarriġiet u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni |
Linji gwida, formati u mudelli komuni ta’ rapportar tal-BEREC |
L-impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lil awtoritajiet kompetenti oħra, lill-BEREC u lill-RSPB fuq talba. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jiskambjaw din l-informazzjoni mal-Kummissjoni, mal-BEREC, mal-RSPB u mal-awtoritajiet fi Stati Membri oħra fuq talba motivata. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jwettqu stħarriġ ġeografiku dwar l-introduzzjoni tan-network tal-broadband, filwaqt li jiġbru data dwar il-firxa attwali u l-previżjonijiet futuri mill-impriżi u mill-awtoritajiet pubbliċi. Dawn ir-riżultati tal-istħarriġ huma kondiviżi mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, mal-BEREC u mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jippubblikaw abbozzi ta’ miżuri għall-konsultazzjoni pubblika, u jagħmlu r-riżultati disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet jikkonsultaw lill-utenti finali, lill-konsumaturi, lill-manifatturi u lill-impriżi dwar kwistjonijiet relatati mas-servizzi tal-komunikazzjonjieti elettroniċi. |
|
Attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u miżuri ta’ armonizzazzjoni |
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU II: Proċeduri ta’ armonizzazzjoni |
Standards Ewropej; standards internazzjonali (UIT, CEPT, ISO, IEC) |
Il-Kummissjoni tippubblika listi ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi mhux obbligatorji f’Il-Ġurnal Uffiċjali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jagħżlu li ma jsegwux ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, u jipprovdu raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom. Il-BEREC jipprovdi opinjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ armonizzazzjoni u jista’ jagħti pariri dwar il-miżuri proposti. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta ma tadotta l-ebda rakkomandazzjoni jew deċiżjoni, filwaqt li tagħmel ir-raġunijiet pubbliċi. |
|
Proċeduri u deċiżjonijiet għas-soluzzjoni għat-tilwim |
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU III: Soluzzjoni għat-tilwim |
// |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti biex isolvu t-tilwim bejn l-impriżi fi żmien 4 xhur, u jagħmlu d-deċiżjonijiet disponibbli għall-pubbliku. F’tilwim transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinnotifikaw lill-BEREC, li joħroġ opinjonijiet li jistiednu azzjonijiet speċifiċi. |
|
Gwida u konċiljazzjoni tal-kooperazzjoni fl-ekosistema |
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU IV: Kooperazzjoni fl-ekosistema |
Linji gwida tal-BEREC dwar il-kooperazzjoni fl-ekosistema |
Il-BEREC jippubblika linji gwida biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost il-fornituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-impriżi f’setturi relatati mill-qrib. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinfurmaw lill-BEREC fi żmien ġimgħa dwar talbiet ta’ konċiljazzjoni volontarja u jsejħu laqgħat ta’ konċiljazzjoni. Il-BEREC joħroġ opinjonijiet fi żmien xahrejn dwar l-elementi tal-każ u l-għażliet tal-kooperazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jipprovdu rendikonti bil-miktub tal-laqgħat fi żmien xahar, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-BEREC. Il-BEREC jippubblika rapport dwar l-effetti tal-kooperazzjoni fl-ekosistema. Il-Kummissjoni tirrieżamina l-funzjonament tal-kooperazzjoni fl-ekosistema abbażi tar-rapport tal-BEREC. |
|
Proċeduri amministrattivi, notifiki, u rapportar |
PARTI VIII: Dispożizzjonijiet ġenerali u finali TITOLU VI: Dispożizzjonijiet finali |
// |
Il-Kummissjoni tinnotifika atti delegati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri jippubblikaw avviżi dwar l-implimentazzjoni fil-gazzetti uffiċjali nazzjonali u jippreżentaw kopji lill-Kummissjoni, li tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet. L-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar id-drittijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-obbligi, u tagħtiha lill-Kummissjoni għall-aċċessibbiltà pubblika. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq u b’obbligi imposti. L-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ rieżami. Il-BEREC jippubblika rapporti dwar l-implimentazzjoni ġenerali tal-awtorizzazzjoni kull 3 snin. Il-Kummissjoni tirrieżamina l-funzjonament tar-Regolament kull 5 snin u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
Din l-inizjattiva leġiżlattiva hija konformi mal-użu ta’ data miżmuma privatament mill-awtoritajiet tal-gvern (min-negozji għall-gvern – B2G) sabiex jiġu żgurati t-tfassil tal-politika u d-deċiżjonijiet ta’ politika xprunati mill-evidenza.
Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss
Il-“prinċipju ta’ darba biss” huwa rrispettat f’dan il-każ sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji li joperaw fis-Suq Uniku. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-soluzzjonijiet diġitali
|
Soluzzjoni diġitali |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Funzjonalitajiet obbligatorji ewlenin |
Korp responsabbli |
Kif tiġi indirizzata l-aċċessibbiltà? |
Kif jitqies l-użu mill-ġdid? |
Użu tat-teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli) |
|
Bażi tad-Data tal-Unjoni tan-Notifiki |
Parti III – Awtorizzazzjoni u Passaportar tas-Suq Uniku |
Bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki sottomessi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-passaport uniku. |
L-ODN |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
|
Bażi tad-Data Dinamika tal-Ispettru |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti |
Bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru. Il-bażi tad-data għandha tinkludi informazzjoni aġġornata miġbura u pprovduta mill-Istati Membri dwar il-ġeolokalizzazjoni ta’ użi eżistenti tal-ispettru. Din il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli direttament għal kwalunkwe utent prospettiv tal-ispettru tar-radju. |
L-ODN |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
|
Bażi tad-Data tar-Riżorsi ta’ Numerazzjoni Pan-Ewropej |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
Bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-allokazzjoni tan-numri u tal-benefiċjarji tan-numri. (*) L-ODN huwa inkarigat mill-istabbiliment tal-proċedura u tas-sistema għall-għoti ta’ informazzjoni. Din tista’ tikkostitwixxi soluzzjoni diġitali oħra jew tiġi integrata mal-bażi tad-data li qed tiġi analizzata hawnhekk. |
L-ODN |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
|
Sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-ODN |
Parti VII – Governanza Titolu V: Uffiċċju għan-networks diġitali Kapitolu III: Dispożizzjonijiet ġenerali L-Artikolu 41 tar-Regolament BEREC |
Pjattaforma komuni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BEREC, l-RSPB, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru Interfaċċa dedikata għat-talbiet u għan-notifiki ta’ informazzjoni (l-Artikolu 173) Pjattaforma għall-identifikazzjoni bikrija tal-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispettru |
L-ODN (speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali adottati mill-Bord tat-Tmexxija) |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
Mhux speċifikat |
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-servizz(i) pubbliku/pubbliċi diġitali affettwat(i) mir-rekwiżiti
|
Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali |
Deskrizzjoni |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Soluzzjoni(jiet) għal Ewropa Interoperabbli (MHUX APPLIKABBLI) |
Soluzzjoni(jiet) oħra tal-interoperabbiltà |
|
Awtorizzazzjoni tas-Suq Uniku u Passaportar |
Tistabbilixxi l-qafas uniku ta’ passaportar għall-forniment ta’ networks u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Tinkludi ż-żamma ta’ bażi tad-data tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki ppreżentati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u d-diversi flussi tad-data. |
Parti III – Awtorizzazzjoni u Passaportar tas-Suq Uniku |
// |
Mhux speċifikat. |
|
Qafas għall-ġestjoni, għall-allokazzjoni, u għall-użu ta’ riżorsi ewlenin tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Spettru u Numerazzjoni) |
B’mod partikolari: -Bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej; u -Bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru. Jenħtieġ li bażi tad-data dinamika ffokata fuq baned ta’ frekwenzi speċifiċi tgħin fl-identifikazzjoni ta’ spettru sottoutilizzat u fl-appoġġ ta’ prattiki aktar effiċjenti tal-użu u tal-kondiviżjoni tal-ispettru. |
Parti IV – Riżorsi (Spettru u Numerazzjoni); Titolu I, Spettru - Kapitolu III, Assenjamenti; Titolu III, Riżorsi ta’ Numerazzjoni |
// |
Mhux speċifikat. |
Impatt tar-rekwiżit(i) skont is-servizz pubbliku diġitali fuq l-interoperabbiltà transfruntiera
Servizz pubbliku diġitali #1 - Awtorizzazzjoni tas-Suq Uniku u Passaportar
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
Tintroduċi sistema simplifikata bbażata fuq in-notifika li tippermetti lill-fornituri joperaw fi Stat Membru wieħed jew iżjed abbażi ta’ awtorizzazzjoni unika, u b’hekk ittejjeb l-interoperabbiltà legali. |
|
|
Miżuri organizzazzjonali għall-forniment transfruntier bla xkiel tas-servizzi pubbliċi diġitali Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
Skont il-proċedura tal-passaport uniku, huwa stabbilit li fornitur għandu jippreżenta notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn ikollu l-intenzjoni li jipprovdi networks jew servizzi. Hemm flussi addizzjonali tad-data fis-seħħ biex jirregolaw kif għandha tidher il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ODN. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali. L-ODN huwa inkarigat miż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali tan-notifiki kollha pprovduti fil-kuntest tal-proċedura tal-Passaport Uniku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu biss notifiki sħaħ lill-ODN |
|
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Elenka dawn il-miżuri |
In-notifika tal-intenzjoni li jiġu pprovduti networks jew servizzi għandha ssir f’konformità ma’ mudell ta’ notifika li għandu jsir disponibbli mill-BEREC. |
|
|
Użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni Elenka dawn il-miżuri |
Xejn speċifikat f’dan l-istadju. |
Servizz pubbliku diġitali #2 - Qafas għall-ġestjoni, għall-allokazzjoni, u għall-użu ta’ riżorsi ewlenin tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Spettru u Numerazzjoni)
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
// |
|
|
Miżuri organizzazzjonali għall-forniment transfruntier bla xkiel tas-servizzi pubbliċi diġitali Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
L-ODN għandu jistabbilixxi u jamministra bażijiet tad-data dinamiċi għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru. L-ODN, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u taħt is-superviżjoni tal-BEREC, għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata l-bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej. |
|
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Elenka dawn il-miżuri |
Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-fehmiet tal-RSPB, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-baned ta’ spettru koperti mill-bażi tad-data dinamika u tiżviluppa formati uniformi għall-ġbir u għall-forniment ta’ data mill-awtoritajiet kompetenti. Sitt xhur wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni, l-ODN għandu jistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni li se tikkontribwixxi għall-bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej. |
|
|
Użu ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ standards tekniċi miftuħa miftiehma b’mod komuni |
L-ODN għandu jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bażi tad-data dinamika għall-ġeolokalizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-opportunitajiet għall-użu tal-ispettru, u għall-bażi tad-data tar-riżorsi ta’ numerazzjoni pan-Ewropej, f’data aktar tard. |
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Deskrizzjoni tal-miżura |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Rwol tal-Kummissjoni (jekk applikabbli) |
Atturi li għandhom ikunu involuti (jekk applikabbli) |
Skeda ta’ żmien mistennija (jekk applikabbli) |
|
L-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ODN f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/903 jistgħu jiġu speċifikati aktar mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
Artikolu 11 |
Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni |
// |
Wara l-adozzjoni tad-DNA |
|
L-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiddefinixxu l-baned ta’ spettru koperti mill-bażi tad-data u jiżviluppaw arranġamenti prattiċi u formati uniformi għall-ġbir u għall-forniment tad-data mill-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni. |
Artikolu 28 |
Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni |
L-RSPB (fehmiet li għandhom jitqiesu) |
Wara l-adozzjoni tad-DNA |
|
L-ODN għandu jistabbilixxi l-proċedura u s-sistema għall-għoti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 47(4) u l-Artikolu 48(4), ir-raba’ subparagrafu. |
Artikolu 47 |
// |
L-ODN |
Sitt xhur wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ numerazzjoni tal-Unjoni |
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-elementi standard tal-kost, il-metodoloġiji tal-kost għal prodotti armonizzati u l-offerta ta’ referenza relatata mal-prodott(i) ta’ aċċess armonizzat(i) tal-Unjoni, abbażi ta’ opinjoni tal-BEREC. |
Artikolu 81 |
Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni |
Il-BEREC |
6 xhur mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament |
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi dwar it-trażmissjoni ta’ twissijiet pubbliċi permezz tal-kartiera diġitali maħruġa skont ir-Regolament (UE) 910/2014 lill-utenti finali kollha kkonċernati, inklużi l-utenti finali tar-roaming. |
Artikolu 108 |
Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni |
Il-Kummissjoni tal-UE L-utenti finali |
// |
|
Il-Kummissjoni tista’, inkluż permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tarmonizza l-metodoloġiji għall-ġbir tal-informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
Artikolu 184 |
Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni |
Il-Kummissjoni tal-UE |
// |
|
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji jew speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji fil-lista tal-istandards jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 189 |
Adozzjoni tal-atti u tal-istandards ta’ implimentazzjoni |
Il-Kummissjoni tal-UE |
// |
|
Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati billi tistabbilixxi l-miżuri neċessarji biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet effettivi ta’ emerġenza fl-Unjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex ikunu jistgħu jinbdew komunikazzjonijiet ta’ emerġenza permezz tal-kartiera diġitali, soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, kriterji armonizzati Ewropej għall-post minn fejn toriġina s-sejħa, aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà u trasferiment lejn il-PSAP l-aktar xieraq. |
Artikolu 107 |
Adozzjoni tal-atti delegati |
Il-Kummissjoni tal-UE Il-BEREC |
Data tal-adozzjoni + sentejn għall-ewwel att delegat |
|
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali bl-għan li tiġi stabbilita s-sistema ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema għandha tkun soġġetta għad-drittijiet ta’ propjetà intellettwali u għal-livell ta’ kunfidenzjalità meħtieġ. |
Artikolu 174 |
// |
Il-Bord tat-Tmexxija tal-ODN |
// |
- (1) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).
- (2) https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/consultations/future-electronic-communications-sector-and-its-infrastructure .
- (3) https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/library/white-paper-how-master-europes-digital-infrastructure-needs .
- (4) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/14709-Digital-Networks-Act_mt .
- (5) https://www.consilium.europa.eu/media/ny3j24sm/much-more-than-a-market-report-by-enrico-letta.pdf .
- (6) https://commission.europa.eu/topics/competitiveness/draghi-report_mt .
- (7) https://commission.europa.eu/topics/defence/safer-together-path-towards-fully-prepared-union_mt .
- (8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE”, 29.1.2025, COM(2025) 30 final.
- (9) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
- (10) Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1).
- (11) Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
- (12) Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
- (13) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 29, p. 514).
- (14) Ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) (ĠU L, 2024/1309, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1309/oj http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1309/OJ).
- (15) Ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 115, 13.4.2022, p. 1.
- (16) Skont il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2026, il-Kummissjoni se tadotta proposta għal Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA fl-ewwel trimestru tal-2026 ( https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/strategy-documents/commission-work-programme/commission-work-programme-2026_mt ).
- (17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA”, 9.4.2025, COM(2025) 165 final.
- (18) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, “Strateġija tal-Unjoni tad-Data Niftħu l-Bibien tad-Data għall-Intelliġenza Artifiċjali”, 19.11.2025, COM(2025) 835 final.
- (19) https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/library/eu-toolbox-5g-security .
- (20) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
- (21) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).
- (22) Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164).
- (23) https://defence-industry-space.ec.europa.eu/eu-space-act_mt .
- (24) ĠU C , , p. .
- (25) ĠU C , , p.
- (26) Il-White Paper tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2024, “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?”, COM(2024) 81 final.
- (27) https://www.consilium.europa.eu/media/ny3j24sm/much-more-than-a-market-report-by-enrico-letta.pdf .
- (28) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj ).
- (29) Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1971/oj ).
-
(30)
Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, (ĠU L 081, 21.3.2012, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/243(2)/oj ), kif emendat bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
- (31) Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2120/oj ).
- (32) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj ).
- (33) COM(2024) 81 final.
- (34) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/13/oj ).
- (35) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62)., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj ).
- (36) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/1535/oj).
- (37) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
- (38) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ April 1988, Bond van Adverteerders u Oħrajn vs L-Istat Netherlandiż, C-352/85, ECLI: EU:C:1988:196.
- (39) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).
- (40) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj ).
- (41) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 80, 19.3.2014, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/130(1)/oj).
- (42) Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).
- (43) 1999/519/KE: ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għal oqsma elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 Ghz) (ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/1999/519/oj ).59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/1999/519/oj ).
- (44) Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/1999/519/oj).
- (45) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/622/KE (ĠU C 196, 12.6.2019, p. 16; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/622/oj).
- (46) Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj ).
- (47) Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/243(2)/oj ).
- (48) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).
- (49) Ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits), (ĠU L 2024/1309, 8.5.2014, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1309/oj).
- (50) F’konformità mal-Artikolu 25 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll għall-agrikoltura u għall-prosperità u għas-sigurtà rurali, tas-sajd u tal-affarijiet marittimi għall-perjodu 2028-2034 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/955 u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (COM/2025/565 final).
- (51) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
- (52) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C8, 11.01.2012, p. 4); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2025/2630/UE tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L, 2025/2630, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2630/oj); il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15); u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2832 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L, 2023/2832, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2832/oj).
- (53) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).
- (54) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/83/oj).
- (55) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/13/oj).
- (56) Is-sentenza tal-Qorti (is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/013 (ECLI: EU:C:2014:114).
- (57) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
- (58) ĠU C 340, 10.11.1997, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/ams/fna_1/dcl_22/sign.
- (59) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE tad-29 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/627/oj).
- (60) Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1211/oj).
- (61) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
- (62) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj).
- (63) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, , p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj).
- (64) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj).
- (65) Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-31 ta’ Mejju 2010 dwar il-post tas-sede tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (2010/349/UE) ĠU L 156, 23.6.2010, p. 12.
- (66) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj).
-
(67)
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj).
- (68) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj).
- (69) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2464/oj).
- (70) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj).
- (71) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj).
- (72) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/30/oj).
- (73) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).
- (74) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj ).
- (75) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
- (76) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/11/oj ).
- (77) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
- (78) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/63/oj).
- (79) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2), (ĠU L 333, 27.12.2022, p 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3445/oj).
- (80) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj).
- (81) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62–106, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj), kif emendata bir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 30, 11.09.2018, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/30/2018-09-11 ), u bid-Direttiva (UE) 2022/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2380/oj ).
- (82) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/19/oj).
- (83) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj )..
- (84) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
- (85) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj ).
- (86) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/443/oj -).
- (87) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj ).
- (88) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/1999/531/oj .
- (89) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
- (90) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj )2-.
- (91) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj ).
- (92) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2965/oj ).
-
(93)
Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj).
- (94) [Daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar l-istabbiliment tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, ladarba tiġi adottata l-proposta tal-COM].
- (95) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2243 tal-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi mudell għas-sommarju tal-kuntratt li għandhom jużaw il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament skont id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 274, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2243/oj).
- (96) Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b), tar-Regolament Finanzjarju.
- (97) Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u tar-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
- (98) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
- (99) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
- (100) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
- (101) eComm.
- (102) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
- (103) Sabiex jiġu ddeterminati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
- (104) Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.1.2026
COM(2026) 16 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar in-networks diġitali, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120, id-Direttiva 2002/58/KE u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1971, id-Direttiva (UE) 2018/1972 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (l-Att dwar in-Networks Diġitali)
{SEC(2026) 14 final} - {SWD(2026) 13 final} - {SWD(2026) 14 final}
ANNESS I
Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni u r-radju diġitali trażmessi lil telespettaturi u semmiegħa fl-Unjoni
Il-Part I: Il-kundizzjonijiet għas-sistemi ta’ aċċess kundizzjonali li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 67(1)
(a)L-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta’ aċċess kundizzjonali, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, li jfornu servizzi tal-aċċess għal servizzi tat-televiżjoni u tar-radju diġitali u servizzi tal-aċċess li x-xandara jiddependu fuqhom biex jilħqu lil xi grupp ta’ telespettaturi jew semmiegħa potenzjali, iridu:
–joffru servizzi tekniċi lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli, nondiskriminatorja, u kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, biex is-servizzi trażmessi diġitalment mix-xandara jkunu jistgħu jaslu għand telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati b’decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u f’konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,
–iżommu kontijiet finanzjarji separati fir-rigward tal-attività tagħhom bħala fornituri ta’ aċċess kundizzjonali;
(b)Meta jagħtu liċenzji lill-manifatturi ta’ tagħmir tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għal prodotti u sistemi ta’ aċċess kundizzjonali jridu jiżguraw li dan isir skont termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. Filwaqt li jitqiesu fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet ma jridux jissoġġettaw l-għoti tal-liċenzji għal kundizzjonijiet li jipprojbixxu, ixekklu jew jiskoraġġixxu l-inklużjoni fl-istess prodott ta’:
–interfaċċa komuni biex tkun tista’ ssir konnessjoni ma’ diversi sistemi tal-aċċess oħrajn, jew
–mezzi speċifiċi għal sistema tal-aċċess oħra, diment li d-detentur tal-liċenzja jkun konformi mal-kundizzjonijiet rilevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn dan ikun ikkonċernat, is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet tal-operaturi tas-sistemi ta’ aċċess kundizzjonali.
Il-Parti II: Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kundizzjonijiet skont l-Artikolu 67(1) u l-Artikolu 68(2), il-punt (d):
(a)aċċess għall-APIs;
(b)aċċess għall-EPGs.
ANNESS II
Kriterji għad-determinazzjoni tar-rati tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa
Prinċipji, kriterji u parametri għad-determinazzjoni tar-rati tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli, imsemmija fl-Artikolu 75(1):
(a)ir-rati għandhom ikunu bbażati fuq l-irkupru tal-kostijiet imġarrba minn operatur effiċjenti; l-evalwazzjoni tal-kostijiet effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq ċifri tal-kostijiet attwali; il-metodoloġija tal-kostijiet għall-kalkolu tal-kostijiet effiċjenti għandha tibbaża fuq approċċ ta’ mmudellar minn isfel għal fuq permezz ta’ kostijiet inkrementali fit-tul relatati mat-traffiku għall-forniment tas-servizz tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa lil partijiet terzi;
(b)il-kostijiet inkrimentali rilevanti tas-servizzi tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa għandhom jiġu determinati bid-differenza bejn il-kostijiet totali fit-tul ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa tiegħu tas-servizzi u l-kostijiet totali fit-tul ta’ dak l-operatur li ma jipprovdix servizzi tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa lil partijiet terzi;
(c)liż-żieda tat-terminazzjoni rilevanti għandhom jiġu allokati dawk il-kostijiet relatati mat-traffiku li jkunu evitati jekk ma jkunx hemm servizzi tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa;
(d)il-kostijiet relatati mal-kapaċità addizzjonali tan-network għandhom jiġu inklużi biss sakemm dawn huma kkawżati mill-bżonn li tiżdied il-kapaċità għall-fini li jiġi pprovdut traffiku addizzjonali relatat mat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa;
(e)it-tariffi tal-ispettru tar-radju għandhom jiġu esklużi miż-żieda tat-terminazzjoni bil-vuċi mobbli;
(f)għandhom jiġu inklużi biss il-kostijiet kummerċjali bl-ingrossa li huma relatati direttament mal-forniment tas-servizz tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa lil partijiet terzi;
(g)l-operaturi kollha tan-networks fissi għandhom jitqiesu li jipprovdu servizzi tat-terminazzjoni bil-vuċi bl-istess kostijiet unitarji bħall-operatur effiċjenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;
(h)għall-operaturi tan-networks mobbli, l-iskala effiċjenti minima għandha tiġi stabbilita għal sehem mis-suq li ma jkunx inqas minn 20%;
(i)l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku;
(j)l-għażla tat-teknoloġija tan-networks immudellati għandha tkun progressiva, abbażi ta’ network ewlieni tal-IP, filwaqt li tqis il-bosta teknoloġiji li possibbilment jintużaw tul il-perjodu tal-validità tar-rata massima; fil-każ tan-networks fissi, it-telefonati għandhom jitqiesu li jkunu esklussivament packet-switched.
ANNESS III
Informazzjoni li trid tingħata f’konformità mal-Artikolu 95 (rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kuntratti)
1.Informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut
Bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz ipprovdut, kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz sa fejn dawn qed jiġu offruti u, għal servizzi oħra għajr is-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri speċifiċi tal-kwalità garantiti.
Meta ma jiġi offrut l-ebda livell minimu tal-kwalità tas-servizz, għandha ssir dikjarazzjoni f’dan is-sens.
Il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jiżguraw li kuntratt li jinkludi servizzi tal-aċċess għall-internet ikun imqar jispeċifika l-informazzjoni fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness u l-latenza, il-jitter u t-telf tal-pakketti. Il-linji gwida tal-BEREC adottati f’konformità mal-Artikolu 94(5) dwar il-parametri tal-kwalità tas-servizz għandhom jitqiesu għalkollox mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom f’konformità mal-Artikolu 93(1) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe kundizzjoni, inkluż it-tariffi, imposti mill-fornitur għall-użu tat-tagħmir terminali fornut.
Dettalji fuq il-prodotti u s-servizzi maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltà u kif jistgħu jiksbu aġġornamenti fuq dik l-informazzjoni;
Kull limitazzjoni fl-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post tal-oriġini tat-telefonata minħabba nuqqas ta’ fattibbiltà teknika sa fejn is-servizz ikun jippermetti lill-utenti finali joriġinaw il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza;
2.Informazzjoni dwar il-prezz
Bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, meta u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi biex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull imposta rikorrenti jew relatata mal-konsum; barra minn hekk, meta applikabbli:
(a)dettalji dwar pjan(ijiet) tat-tariffi speċifiċi skont il-kuntratt u, għal kull pjan tat-tariffi bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluż meta applikabbli l-volumi tal-komunikazzjonijiet (pereżempju MB, minuti, messaġġi) inklużi għal kull perjodu tal-ħlas, u l-prezz għall-unitajiet addizzjonali tal-komunikazzjoni;
(b)fil-każ ta’ pjan(ijiet) tat-tariffi b’volum tal-komunikazzjonijiet stabbilit minn qabel, il-possibbiltà li l-konsumaturi jiddifferixxu xi volum mhux użat minn perjodu tal-ħlas partikolari għall-perjodu tal-ħlas ta’ warajh, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt;
(c)faċilitajiet li jħarsu t-trasparenza fil-kontijiet u għall-monitoraġġ tal-livell tal-konsum;
(d)informazzjoni dwar it-tariffi rigward xi numri jew servizzi soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar; fejn jidħlu kategoriji individwali tas-servizzi, l-awtoritajiet kompetenti b’koordinazzjoni, meta rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu, apparti dawn, li dik l-informazzjoni tingħata minnufih qabel il-konnessjoni tat-telefonata jew il-konnessjoni mal-fornitur tas-servizz;
(e)għas-servizzi f’pakkett u l-pakketti li jinkludu kemm servizzi kif ukoll tagħmir terminali, il-prezz tal-elementi individwali tal-pakkett sal-punt li dawn jiġu offruti wkoll separatament;
(f)il-mezzi kif tkun tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-kostijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli;
(g)deskrizzjoni tal-metodu li bih il-prezzijiet jistgħu jvarjaw legalment.
3.Informazzjoni dwar id-durata tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għal tiġdid u terminazzjoni
Bħala parti mill-informazzjoni dwar id-durata tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għal tiġdid u terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż tariffi tat-terminazzjoni possibbli, sal-punt li dawk il-kundizzjonijiet japplikaw:
(a)kwalunkwe użu minimu jew durata minima meħtieġa biex l-utent jibbenefika minn termini promozzjonali;
(b)kwalunkwe imposta relatata mal-qlib, u l-arranġamenti tal-kumpens u r-rifużjoni f’każ ta’ dewmien jew abbuż bil-qlib, u informazzjoni dwar il-proċeduri rispettivi;
(c)informazzjoni dwar id-dritt tal-konsumaturi li jużaw servizzi mħallsa minn qabel, għal rifużjoni, meta tintalab, ta’ xi kreditu li jkun għad fadal f’każ ta’ qlib, kif stabbilit fl-Artikolu 100(6);
(d)kwalunkwe imposta dovuta minħabba terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull irkupru tal-kostijiet relatati mat-tagħmir terminali;
(e)għas-servizzi f’pakkett u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, meta applikabbli, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-pakkett jew ta’ elementi tiegħu.
4.Informazzjoni dwar ir-rimedji
Kull arranġament tal-kumpens u r-rifużjoni, inkluż, meta applikabbli, referenza espliċita għad-drittijiet tal-konsumaturi, li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizz imsemmija fil-kuntratt jew jekk il-fornitur iwieġeb b’mod inadegwat għal inċident tas-sigurtà, theddida jew vulnerabbiltà.
Meta applikabbli, informazzjoni dwar id-drittijiet għal kumpens relatati ma’ qlib tal-fornitur u l-portabbiltà tan-numru.
It-tip ta’ azzjoni li jista’ jieħu l-fornitur bħala reazzjoni għal inċidenti tas-sigurtà, theddid jew vulnerabbiltajiet.
5.Informazzjoni għall-kuntratti b’servizzi tal-aċċess għall-internet
Il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jiżguraw li l-kuntratti li jinkludu servizzi tal-aċċess għall-internet ikunu mqar jispeċifikaw:
(a)informazzjoni dwar kif il-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku applikati minn dak il-fornitur jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-privatezza tal-konsumaturi u l-protezzjoni tad-data personali tagħhom;
(b)spjegazzjoni ċara u komprensibbli ta’ kif xi limitazzjoni fil-volum tad-data, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi jistgħu fil-prattika jħallu impatt fuq is-servizzi tal-aċċess għall-internet, u b’mod partikolari fuq l-użu tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi;
(c)spjegazzjoni ċara u komprensibbli ta’ kif xi servizzi msemmija fl-Artikolu 93(5) li għalihom jabbona l-konsumatur jistgħu fil-prattika jħallu impatt fuq is-servizzi tal-aċċess għall-internet ipprovduti lil dak il-konsumatur;
(d)spjegazzjoni ċara u komprensibbli tal-veloċità minima, normalment disponibbli, massima, u reklamata tad-download u tal-upload tas-servizzi tal-aċċess għall-internet fil-każ tan-networks fissi, jew il-veloċità massima stmata u reklamata tad-download u tal-upload tas-servizzi tal-aċċess għall-internet fil-każ tan-networks mobbli, u ta’ kif devjazzjonijiet sinifikanti mill-veloċitajiet reklamati rispettivi tad-download u tal-upload jistgħu jħallu impatt fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi stipulati fl-Artikolu 93(1);
(e)spjegazzjoni ċara u komprensibbli tar-rimedji disponibbli għall-konsumatur f’konformità mal-liġi nazzjonali fil-każ ta’ xi diskrepanza kontinwa jew regolari bejn il-prestazzjoni tas-servizz stess tal-aċċess għall-internet fir-rigward tal-veloċità jew parametri oħra tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata f’konformità mal-punti (a) sa (d).
ANNESS IV
Informazzjoni li trid tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 96 (trasparenza)
1.Dettalji tal-kuntatt tal-impriża
2.Deskrizzjoni tas-servizzi offruti
2.1.Ambitu tas-servizzi offruti u l-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz ipprovdut, inkluż kull livell minimu tal-kwalità tas-servizz meta jkun offrut, u kull restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir terminali fornut. Meta l-impriża tkun fornitur ta’ servizz tal-aċċess għall-internet, informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli, faċli għall-utenti u aġġornata għall-konsumaturi dwar il-kwalità tas-servizz tagħhom filwaqt li jitqiesu għalkollox il-linji gwida tal-BEREC imsemmija fl-Artikolu 94(5).
2.2.It-tariffi tas-servizzi offruti, inkluż informazzjoni dwar il-volumi tal-komunikazzjonijiet (bħal restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ data, numru ta’ minuti bil-vuċi, numru ta’ messaġġi) ta’ pjanijiet ta’ tariffi speċifiċi, u t-tariffi applikabbli għal unitajiet addizzjonali tal-komunikazzjoni, numri jew servizzi soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar, imposti għall-aċċess u l-manutenzjoni, it-tipi kollha ta’ imposti għall-użu, skemi ta’ tariffi speċjali u mmirati u kull imposta addizzjonali, kif ukoll kostijiet relatati mat-tagħmir terminali.
2.3.Servizzi ta’ wara l-bejgħ, tal-manutenzjoni u tal-assistenza għall-klijenti offruti u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.
2.4.Kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inkluż id-durata tal-kuntratt, imposti dovuti minħabba terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, drittijiet relatati mat-terminazzjoni ta’ offerti f’pakkett jew ta’ elementi tagħhom, u l-proċeduri u l-imposti diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, jekk rilevanti.
2.5.Informazzjoni dwar il-grad sa fejn l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza u l-post tal-oriġini tat-telefonata jista’ jiġi appoġġat jew le mill-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali.
2.6.Dettalji tal-prodotti u tas-servizzi, inkluż kull funzjoni, prattika, politika u proċedura u kull bidla fl-operazzjoni tas-servizz, speċifikament maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltajiet, f’konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 u l-miżuri meħuda biex jiżguraw aċċess ekwivalenti.
3.Mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż dawk żviluppati mill-impriża, fosthom il-mezz biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż fil-każ ta’ tilwim nazzjonali u transfruntier f’konformità mal-Artikolu 188.
4.Il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jippubblikaw l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima 5 tal-Anness III.
ANNESS V
Interoperabbiltà tar-riċevituri tar-radju tal-karozzi u tat-tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumaturi kif imsemmi fl-Artikolu 112
1.Algoritmu komuni tal-iscrambling u riċezzjoni Free-To-Air
It-tagħmir kollu tal-konsumaturi maħsub għar-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni diġitali (jiġifieri xandir bi trażmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita), għall-bejgħ jew għall-kiri jew magħmul disponibbli mod ieħor fl-Unjoni, li kapaċi jagħmel descrambling ta’ sinjali tat-televiżjoni diġitali, irid ikollu l-kapaċità li:
(a) jippermetti d-descrambling ta’ dawk is-sinjali f’konformità ma’ algoritmu Ewropew komuni tal-iscrambling kif amministrat minn organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandardizzazzjoni (bħalissa l-ETSI);
(b) juri sinjali li jkunu ġew trażmessi mingħajr abbonament, diment li, jekk dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej jikkonforma mal-ftehim rilevanti tal-kiri.
2.Interoperabbiltà għas-settijiet tat-televiżjoni diġitali
Kwalunkwe sett tat-televiżjoni diġitali bi skrin integrali li jkollu dijagonal viżibbli itwal minn 30cm u li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni jrid ikun mgħammar bi mqar socket waħda ta’ interfaċċa miftuħa (standardizzata minn organizzazzjoni Ewropea rikonoxxuta tal-istandardizzazzjoni, jew konformi ma’ standard adottat minnha, jew konformi ma’ speċifikazzjoni mifruxa mal-industrija) biex tkun tista’ ssir konnessjoni sempliċi tal-periferali, u jkunu jistgħu jgħaddu l-elementi rilevanti kollha ta’ sinjal tat-televiżjoni diġitali, inkluż informazzjoni relatata ma’ servizzi interattivi u kundizzjonalment aċċessati.
3.Interoperabbiltà għar-riċevituri tar-radju tal-karozzi
Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f’vettura ġdida tal-kategorija M li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni għandu jkollu riċevitur li jkun kapaċi jirċievi u jirriproduċi mqar servizzi tar-radju pprovduti b’xandir bir-radju terrestri diġitali. Ir-riċevituri li jkunu konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom għandhom jitqiesu konformi ma’ dak ir-rekwiżit kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
ANNESS VI
L-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni abbażi ta’ proċedura tal-għażla
Parti A: Dispożizzjonijiet ġenerali
1.Meta meħtieġ u f’konformità mal-Artikolu 40(5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li torganizza proċedura tal-għażla trasparenti, miftuħa u nondiskriminatorja, bl-assistenza tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet. Dik il-proċedura għandha tissostitwixxi l-proċedura skont l-Artikolu 30.
2.Il-Kummissjoni għandha tidentifika l-ammont tal-ispettru li jrid jingħata bil-proċedura tal-għażla. Id-determinazzjoni tal-ispettru tar-radju kopert tista’, meta jkun xieraq, tipprevedi arranġamenti speċifiċi jew miżuri ta’ protezzjoni kif mitlub minn Stat Membru biex ikun jista’ jlaħħaq ma’ ħtiġijiet nazzjonali lokali speċifiċi permessi mil-liġi internazzjonali jew tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti jew il-miżuri għandhom jiġu speċifikati f’kull awtorizzazzjoni li tagħti l-Kummissjoni.
3.Filwaqt li tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-RSPB, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi biex fit-tieni fażi tal-għażla twettaq proċedura komparattiva jew kompetittiva, skont in-natura tas-servizzi li jkunu mistennija li jiġu pprovduti fil-baned tal-ispettru, b’mod partikolari meta jkunu jridu jitħarsu s-sovranità u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Skont it-tip ta’ proċedura tal-għażla magħżula, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tariffa ta’ darba jew prezz ta’ riżerva filwaqt li tqis l-Artikolu 29.
4.Il-Kummissjoni għandha tispeċifika f’aktar dettall il-kriterji tal-ammissibbiltà fil-Parti B u l-kriterji tal-għażla fil-Parti D filwaqt li tqis l-opinjoni tal-RSPB u bl-assistenza tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet.
5.Is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-ammissibbiltà, id-dettalji u d-dokumenti li jridu jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet tal-għażla u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tiġi żvelata informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6.Għall-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni tista’ titlob pariri u l-assistenza ta’ esperti esterni. Dawn l-esperti esterni għandhom jintgħażlu skont il-kompetenzi u l-livell għoli ta’ indipendenza u imparzjalità tagħhom.
7.Il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-ODN meta tkun qed twettaq il-proċedura tal-għażla.
Parti B: Ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet
1.Ir-rekwiżiti għall-ammissibbiltà ta’ kwalunkwe applikazzjoni għandhom jinkludu kif xieraq, iżda ma jkunux limitati għal, dawn li ġejjin:
–il-ħtieġa li l-applikant ikun stabbilit jew meqjus stabbilit fl-Unjoni u, sa fejn il-ħtiġijiet tas-sigurtà jkunu identifikati, restrizzjonijiet fuq is-sjieda;
–il-kapaċità teknika u l-preparatezza tal-applikant b’attenzjoni speċifika għall-iżvilupp, l-illanċjar u t-tħaddim tas-sistema satellitari;
–l-evidenza dwar is-sottomissjoni(jiet) relatati lill-UIT u l-miżuri li jiżguraw il-konformità mar-regolamenti tal-UIT;
–il-kapaċità finanzjarja tal-applikant. Ir-rekwiżiti tal-ammissibbiltà jistgħu jinkludu evidenza li ġew issodisfati tappi definiti skont il-Parti C.2.
2.L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-applikanti jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-ammissibbiltà sa skadenza li tkun trid tiġi speċifikata. L-applikazzjoni għandha titqies inammissibbli jekk din l-informazzjoni ma tingħatax saż-żmien speċifikat.
3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet bl-assistenza tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet.
4.Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew ikkunsidrati ammissibbli u għandha tippubblika minnufih il-lista tal-applikanti ammissibbli.
Parti C: L-ewwel fażi tal-għażla għall-komunikazzjonijiet bis-satellita
1.Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista tal-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi satellitari rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-kapaċità tal-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38 u 39.
2.Dik il-valutazzjoni tista’ tistrieħ fuq it-tlestija sodisfaċenti ta’ għadd ta’ tappi li trid tiddeċidihom il-Kummissjoni. Dawk it-tappi għandhom ikunu jinkludu, kif applikabbli:
–is-sottomissjoni ta’ talba lill-UIT għall-koordinazzjoni tas-sistema satellitari,
–l-iffirmar ta’ ftehim għall-manifattura tas-sistema satellitari,
–l-iffirmar ta’ ftehim għall-illanċjar tas-sistema satellitari,
–l-iffirmar ta’ ftehim għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-art gateway,
–it-tlestija tar-rieżami tad-disinn kritiku,
–l-abbinament tal-moduli satellitari,
–l-illanċjar tas-sistema satellitari,
–il-koordinazzjoni tal-frekwenzi f’konformità mar-regolamenti tar-radju tal-UIT, u
–il-forniment effettiv ta’ servizzi satellitari fl-Unjoni.
3.Meta d-domanda kkombinata għall-ispettru tar-radju mitluba mill-applikanti eliġibbli miżmuma skont il-punt 1 ta’ din il-Parti ma tkunx taqbeż l-ammont ta’ spettru tar-radju disponibbli identifikat mill-Kummissjoni skont il-Parti A, il-Kummissjoni għandha, b’deċiżjoni motivata, tiddetermina li l-applikanti eliġibbli kollha għandhom jintgħażlu u tidentifika l-frekwenzi rispettivi li kull applikant magħżul għandu d-dritt juża skont l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux tqiesu eliġibbli għat-tieni fażi jew jekk ikunux intgħażlu skont il-punt 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-applikanti eliġibbli jew magħżula. Fi żmien 30 jum tax-xogħol minn din il-pubblikazzjoni, l-applikanti eliġibbli li jkun beħsiebhom jieqfu jipparteċipaw fil-proċedura tal-għażla, u l-applikanti magħżula li jkun beħsiebhom ma jużawx il-frekwenzi tar-radju, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan bil-miktub.
Parti D: It-tieni fażi tal-għażla
1.Meta d-domanda kkombinata għall-ispettru tar-radju mitluba mill-applikanti eliġibbli identifikati fl-ewwel fażi tal-għażla tkun taqbeż l-ammont tal-ispettru tar-radju disponibbli identifikat mill-Kummissjoni skont il-Parti A, il-Kummissjoni għandha tapplika t-tieni fażi tal-għażla.
2.Meta titħaddem proċedura komparattiva, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kriterji tal-għażla ponderati li jistgħu jinkludu b’mod partikolari:
(a)il-kopertura ġeografika u tal-popolazzjoni tal-Unjoni u t-tempestività tagħha;
(b)il-benefiċċji għall-konsumaturi u għall-kompetizzjoni pprovduti inkluż l-għadd ta’ utenti finali u l-firxa tas-servizzi satellitari li jridu jiġu pprovduti sad-data tal-bidu tal-forniment kontinwu tas-servizzi satellitari, u d-data tal-bidu tal-forniment kontinwu tas-servizzi satellitari;
(c)l-effiċjenza tal-ispettru li tinkludi l-ammont totali ta’ spettru meħtieġ u l-kapaċità tat-trażmissjoni aggregata;
(d)il-punt sa fejn l-objettivi tal-politika pubblika jistgħu jiġu ssodisfati, u b’mod partikolari:
–il-kompetittività globali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-katina tal-valur tas-settur spazjali;
–l-impatt ambjentali ġenerali fuq is-sostenibbiltà spazjali tas-sistemi satellitari;
–l-użu ta’ standards miftuħa, it-teknoloġiji b’sors miftuħ u l-interoperabbiltà fl-arkitettura tas-sistemi satellitari;
–il-kapaċità tas-sistemi satellitari mobbli proposti li jżidu l-kapaċitajiet tal-UE fil-katina tal-valur satellitari;
(e)l-integrità, is-sigurtà u r-reżiljenza tas-servizzi;
(f)kwalunkwe ħlas għall-użu tal-ispettru, fil-forma ta’ tariffa ta’ darba jew annwali.
3.Fi żmien 80 jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tal-lista tal-applikanti eliġibbli identifikati fl-ewwel fażi tal-għażla, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-applikanti filwaqt li taġixxi f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 202. Id-deċiżjoni għandha tidentifika l-applikanti magħżula u tikklassifikahom skont kemm ikunu ssodisfaw il-kriterji tal-għażla, ir-raġunijiet li fuqhom tistrieħ id-deċiżjoni, kif ukoll il-frekwenzi li kull applikant magħżul ikollu d-dritt li juża skont l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni.
4.Meta tiġi applikata proċedura kompetittiva, qabel tikkonsulta mal-partijiet interessati kollha, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kriterji kompetittivi li jistgħu jinkludu l-prezzijiet ta’ riżerva u kull miżura ta’ tfassil tas-suq, bħal dawk tal-Artikolu 32. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f’deċiżjoni, bl-assistenza tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-għażla u d-dettalji proċedurali.