IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.6.2026
COM(2026) 502 final
2026/0138(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex tissaħħaħ l-ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA (l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2026) 502 final} - {SWD(2026) 502 final} - {SWD(2026) 503 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fl-aħħar snin, it-teknoloġiji, is-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-cloud u tal-IA evolvew minn kunċetti ġodda għal pilastri indispensabbli li fuqhom jissejsu l-modi kif jaħdmu l-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. L-IA tiftaħ opportunitajiet li qatt ma rajna bħalhom, minn awtomatizzazzjoni u teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data sa servizzi personalizzati, filwaqt li l-cloud computing tipprovdi riżorsa komputazzjonali, elementi kostitwenti tas-software u interfaċċi tant meħtieġa għal żvilupp u varar effiċjenti tal-IA. Il-proliferazzjoni rapida tal-IA ħolqot domanda bla preċedent u dejjem akbar għal kapaċitajiet komputazzjonali. Minħabba f’hekk, l-infrastrutturi tal-computing m’għadhomx sempliċiment assi tekniċi iżda saru riżorsi strateġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika, is-sovranità, ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-Unjoni.
Kif jiddikjara r-rapport ta’ Mario Draghi “The future of European competitiveness”, l-UE trid iżżomm pożizzjoni soda fl-oqsma li jeħtieġu s-sovranità teknoloġika, bħas-sigurtà u l-kriptaġġ (soluzzjonijiet ta’ “cloud sovran”) ħalli tnaqqas id-dipendenzi esterni kritiċi billi ssaħħaħ il-kapaċitajiet u l-infrastruttura endoġeni tal-cloud u tal-IA. Għal dan l-għan, ir-rapport ta’ Draghi jappella lill-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjonijiet immirati biex terġa’ tikseb u żżomm il-kontroll fuq servizzi tad-data u tal-cloud computing, twessa’ l-kapaċità komputazzjonali domestika u tistabbilixxi flywheel finanzjarja u tat-talent soda biex tixpruna l-innovazzjoni.
Aktar tard, dawn l-objettivi ġew minquxa fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għal Kontinent tal-IA, li ppreżenta pjan direzzjonali strateġiku biex jiżgura tmexxija Ewropea fl-IA. Biex jintlaħaq dan l-għan, hemm bżonn nisġa ta’ ħames oqsma ewlenin: l-infrastrutturi tal-computing, id-data, il-ħiliet, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ algoritmi tal-IA, u simplifikazzjoni regolatorja. Il-varar kontinwu tal-fabbriki tal-IA u tal-gigafabbriki tal-IA jimmira li jipprovdi aċċess wiesa’ għal riżorsi komputazzjonali ta’ kapaċità għolja u tal-ġenerazzjoni li jmiss lin-negozji u r-riċerkaturi Ewropej li jeħtieġu kapaċitajiet tal-IA. Biex tikkomplementa dan, l-UE jetieġ twessa’ l-kapaċità tal-cloud u taċ-ċentri tad-data tagħha biex tappoġġa l-varar usa’ u d-diffużjoni tal-IA.
Il-kapaċità limitata taċ-ċentri tad-data tal-Unjoni toħloq theddida sinifikanti għall-potenzjal qawwi li għandha biex tibbenefika mit-trasformazzjoni diġitali u tadotta soluzzjonijiet xprunati mill-IA, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu kapaċità komputazzjonali b’latenza baxxa. B’mod partikolari, hemm bosta ostakli li qed ixekklu l-varar rapidu taċ-ċentri tad-data fl-UE. Filwaqt li d-domandi għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data qed ikomplu jiżdiedu – b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-workloads tal-IA – in-nuqqas ta’ kapaċità taċ-ċentri tad-data fl-UE jġiegħel lill-intrapriżi Ewropej jiddirezzjonaw ċerti workloads kritiċi minn ġo infrastruttura ta’ iperskalaturi barranin. Għalhekk, l-UE hija destinazzjoni inqas attraenti għall-investiment fit-teknoloġija minn reġjuni b’riżorsi komputazzjonali aktar abbundanti u b’inqas kostijiet.
L-ambjent attwali tal-cloud u tal-IA hu kkaratterizzat minn dipendenza qawwija fuq grupp limitat ta’ fornituri ta’ pajjiżi terzi. Filwaqt li s-suq tal-UE għas-suq tas-servizzi tal-cloud computing qed jikber ġmielu, is-sehem mis-suq tal-fornituri tal-UE naqas minn 29% fl-2017 għal 15% fl-2022 u minn dak iż-żmien baqa’ staġnat.
Bħalissa, hemm tliet iperskalaturi minn barra l-UE li qed jikkontrollaw aktar minn 70% tas-suq Ewropew tal-cloud. L-operaturi preeżistenti l-kbar fis-suq huma soġġetti għal ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fejn japplikaw liġijiet b’effett estraterritorjali, inkluż liġijiet li jeżiġu aċċess għad-data u trasferimenti tad-data li jaf ikunu f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali u mal-oqfsa tal-protezzjoni tad-data tal-UE. Din id-dipendenza tesponi wkoll lill-utenti Ewropej għar-riskji relatati mad-diskontinwità operazzjonali, b’mod partikolari meta deċiżjonijiet unilaterali ta’ atturi minn pajjiżi terzi jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi.
F’dan l-isfond, l-Ewropa għandha kapaċitajiet ta’ riċerka u żvilupp ta’ livell dinji, komunitajiet vibranti ta’ sors miftuħ u bażi industrijali soda fil-cloud u fl-IA li, iżda, għadhom ħafna minnhom mhux sfruttati.
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ħejjiet l-Att propost dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA (“il-proposta”) bil-għan li tindirizza d-disponibbiltà limitata u ġeografikament ikkonċentrata tal-kapaċità tal-computing fl-UE u r-riskji assoċjati mad-dipendenza fuq il-cloud u l-IA forniti minn fornituri mhux Ewropej. Il-proposta għandha l-għan li
(1)iżżid il-kapaċità tal-computing u tal-IA żviluppati u varati fl-UE permezz ta’ teknoloġiji innovattivi u sostenibbli tal-Cloud u tal-IA;
(2)tiżgura kundizzjonijiet attraenti għall-implimentazzjoni ta’ kapaċità tal-computing sostenibbli u innovattiva madwar l-Unjoni;
(3)tindirizza t-tħassib dwar is-sovranità tad-data u l-kontinwità operazzjonali tal-cloud u tal-IA;
(4)tgħin fil-ħarsien tal-ordni pubbliku billi tagħmel il-provvista tas-servizzi tal-cloud computing aktar reżiljenti, b’mod partikolari fis-settur pubbliku.
Il-proposta hi rispons għall-bżonn ta’ “approċċ ta’ ekosistema” ikkoordinat biex l-UE ssir aktar kompetittiva u reżiljenti fil-qasam tal-cloud u tal-IA. Tinkludi taħlita ta’ miżuri min-naħa tal-provvista biex jixprunaw il-kapaċitajiet domestiċi, miżuri min-naħa tad-domanda biex iżidu l-adozzjoni, u faċilitaturi biex irawmu l-innovazzjoni u l-investiment fil-cloud u fl-IA. Din tixħet enfasi partikolari fuq is-sors miftuħ bħala mutur li jqawwi s-sovranità teknoloġika, f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sors Miftuħ, li hi maħsuba biex tippromwovi alternattivi Ewropej miftuħa fl-istack tat-teknoloġija Ewropea.
L-ewwel nett, il-proposta tappoġġa proġetti li joħorġu mill-inizjattiva tar-riċerka u l-innovazzjoni mnedija skont dan il-qafas u implimentati b’mod konġunt mal-Istati Membri. Din l-inizjattiva se tintegra n-networks, il-cloud, l-IA u s-software f’ekosistemi koerenti biex tindirizza:
(1)l-isfidi futuri ta’ infrastruttura komputazzjonali effiċjenti fl-enerġija;
(2)l-awtonomija fl-istack tal-cloud;
(3)il-kapaċitajiet avvanzati tal-UE f’teknoloġiji avvanzati tal-IA, bħall-IA ijuniera, l-IA fiżika u l-IA industrijali;
(4)l-adozzjoni tal-cloud u tal-IA fis-setturi pubbliċi u privati kollha.
Il-proposta tixħet enfasi partikolari wkoll fuq inizjattivi transsettorjali u ta’ skala kbira li jindirizzaw l-aktar sfidi teknoloġiċi u industrijali strateġiċi (“sfidi kbar”). Se turi l-fattibbiltà ta’ dan l-isforz u se twitti t-triq għal inizjattivi simili fil-futur, filwaqt li toħloq il-kundizzjonijiet għal investimenti fl-infrastruttura u fit-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni li jmiss.
It-tieni, il-proposta tindirizza l-lakuni dejjem akbar fil-kapaċità taċ-ċentri tad-data b’qafas li jissimplifika u jarmonizza l-varar taċ-ċentri tad-data mal-UE kollha, u li jiżgura s-sostenibbiltà tagħhom. Timmira li tittrippla l-kapaċità tal-UE fil-ħamsa sas-seba’ snin li ġejjin biex tilħaq il-kapaċità meħtieġa sal-2035, filwaqt li tiżgura varar ġeografiku bilanċjat madwar l-Istati Membri. Biex tappoġġa dan, il-proposta tippreżenta mekkaniżmu li jidentifika u jappoġġa proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data li jintegraw bosta innovazzjoni u sostenibbiltà jew li jikkontribwixxu għad-distribuzzjoni bilanċjata tal-kapaċità tal-computing.
It-tielet, il-proposta timmira li jitħaddem qafas uniku tas-sovranità għall-UE kollha biex jittaffew ir-riskji li qed toħloq id-dipendenza tal-UE fuq il-pajjiżi terzi għas-servizzi tal-cloud computing. Din tipprovdi sett armonizzat u verifikabbli ta’ kriterji f’livelli differenti ta’ sovranità tas-servizzi tal-cloud computing. Tipprovdi wkoll qafas biex is-servizzi jiġu vvalutati, u jiġu rikonoxxuti formalment f’livell partikolari ta’ sovranità. Fl-aħħar nett, din tobbliga lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji għas-sovranità biex jagħrfu liema sottosetturi u każijiet tal-użu jenħtieġ li jinqdew minn servizzi allinjati mal-livelli rispettivi tas-sovranità ħalli tkun żgurata protezzjoni xierqa fejn tidħol il-kunfidenzjalità tad-data, tkun żgurata l-awtonomija operazzjonali u tiġi evitata l-ħsara li tista’ timmina l-ordni pubbliku.
Filwaqt li tikkomplementa r-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà (CSA2), li tindirizza r-riskji tal-katina tal-provvista, il-proposta tiżgura li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jużaw servizzi tal-cloud computing sovrani. Flimkien, il-proposta u s-CSA2 ineħħu l-lakuni antiki fejn jidħlu r-riskji tas-sovranità u mhux tekniċi. Fl-istess ħin, is-servizzi tal-cloud computing fl-Ewropa jridu jilħqu standards għoljin taċ-ċibersigurtà, li jeħtieġu qafas sod taċ-ċibersigurtà li jipprovdi rispons komprensiv għall-isfidi tas-sigurtà ġeopolitika ta’ żmienna. F’dan il-kuntest leġiżlattiv, se terġa’ tibda l-ħidma fuq l-Iskema Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għas-Servizzi tal-Cloud (EUCS).
Fl-aħħar nett, il-proposta tipprovdi qafas għall-awtoritajiet kontraenti biex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-akkwist u biex jużaw is-saħħa tagħhom bħala xerrejja biex inaqqsu d-dipendenzi eżistenti, inkluż billi jużaw kriterji tal-għoti u tal-akkwist komuni li jipprovdu valur miżjud għall-UE u jkunu speċifiċi għas-setturi, ħalli jixprunaw l-innovazzjoni u t-tkabbir, b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ opportunitajiet konkreti għall-fornituri iżgħar ibbażati fl-UE.
Ilkoll flimkien, il-miżuri stabbiliti fil-proposta jifirxu l-pedamenti għal ekosistema tal-UE tal-cloud u tal-IA li tkun reżiljenti u bi prestazzjoni għolja. Jippożizzjonaw lill-Ewropa mhux biss bħala konsumatur ta’ teknoloġiji diġitali avvanzati iżda bħala ċentru dinji ta’ infrastruttura diġitali affidabbli, sovrana u skalabbli li kapaċi ssawwar l-istandards, il-kapaċitajiet u s-swieq tal-mewġa teknoloġika li jmiss.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Il-proposta hija konsistenti mar-regoli dwar il-bdil bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data introdotti mill-Att dwar id-Data. Billi ppermetta l-bdil u t-tneħħija ta’ sorsi ewlenin tal-intrappolament tal-klijentela, l-Att dwar id-Data jistinka biex jiżgura li l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing fl-UE jikkompetu fuq il-kwalità, l-innovazzjoni u l-prezz. Jistinka biex l-utenti tal-cloud ikunu jistgħu jagħżlu liberament il-fornitur li jaqdi bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tagħhom u jikkombinaw offerti ta’ fornituri differenti f’approċċ b’diversi servizzi tal-cloud.
Madankollu, l-Att dwar id-Data ma fihx elementi biex tingħata offerta aktar kompetittiva ta’ servizzi Ewropej tal-cloud computing jew biex jitħeġġeġ id-dħul fis-suq ta’ sett aktar varjat ta’ fornituri tas-servizzi tal-cloud computing.
L-Att dwar id-Data jiftaħ it-triq għal tnaqqis possibbli tad-dipendenzi fuq il-fornituri mhux tal-UE iżda ma jibnix it-triq lejn settur tal-cloud computing tal-UE aktar sovran u fdat. Madankollu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-bdil tal-cloud u l-interoperabbiltà, l-utenti jistgħu jużaw is-servizzi Ewropej tal-cloud computing b’aktar ħeġġa. Għalhekk, l-Att dwar id-Data hu faċilitatur għall-proposta.
Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA). Id-DMA ikopri s-servizzi tal-cloud computing bħala servizz tal-pjattaforma ewlieni, u għalhekk il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iddeżinjati bħala gwardjani jridu jikkonformaw ma’ sett ta’ obbligi għal aktar ġustizzja u kontestabbiltà tas-suq. S’issa, l-ebda fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ma ġie ddeżinjat bħala gwardjan għas-servizzi tiegħu. Iżda fit-18 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni fetħet tliet investigazzjonijiet tas-suq dwar is-servizzi tal-cloud computing skont id-DMA. Tnejn minnhom se jivvalutaw jekk żewġ fornituri jenħtieġx li jiġu ddeżinjati bħala gwardjani għas-servizzi tal-cloud computing tagħhom (fi kliem ieħor, jekk jaġixxux bħala gateways importanti bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali). It-tielet investigazzjoni tas-suq tivvaluta jekk id-DMA jistax jindirizza b’mod effettiv prattiki li jistgħu jillimitaw il-kompetittività u l-ġustizzja fis-settur tal-cloud computing fl-UE.
Filwaqt li ċerti fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jistgħu jiġu regolati skont din il-proposta kif ukoll skont id-DMA, id-DMA jilħaq objettivi differenti u ma fihx miżuri li jippromwovu b’mod attiv l-adozzjoni ta’ servizzi tal-cloud computing sovrani. Id-DMA għandu l-għan biss li jżomm u jippromwovi suq tal-cloud ġust u kontestabbli fl-Unjoni, li jirregola l-imġiba speċifika tal-kumpaniji ddeżinjati bħala gwardjani u b’hekk jintervjeni f’livell differenti mill-proposta, li tiffoka fuq l-adozzjoni u fuq l-użu tas-servizzi pprovduti.
Il-proposta ssaħħaħ ukoll l-objettivi ewlenin tal-Att dwar l-IA. L-Att dwar l-IA jarmonizza r-regoli għas-sistemi tal-IA u għall-mudelli tal-IA ta’ skop ġenerali li jiġu introdotti fis-suq tal-UE, itejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jippromwovi l-adozzjoni ta’ IA ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli tul il-katina tal-valur. L-Att dwar l-IA jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali. Dan ma jkoprix aspetti tas-sovranità.
Il-proposta tkompli tikkomplementa l-qafas ta’ politika diġitali usa’ tal-UE, inkluż l-Istrateġija tal-UE dwar is-Sors Miftuħ, il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali u l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA.
L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sors Miftuħ tipproponi li jitrawwem sors miftuħ għas-sovranità, għall-kompetittività u għas-sigurtà permezz ta’ sensiela ta’ miżuri ffokati, li wħud minnhom ġew proposti fl-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA.
Il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali jiffoka fuq erba’ punti kardinali li jiġbru l-miri tiegħu, jiġifieri (i) popolazzjoni b’ħiliet diġitali u professjonisti diġitali b’ħiliet għolja; (ii) infrastrutturi diġitali siguri u sostenibbli; (iii) it-trasformazzjoni diġitali tan-negozji; u (iv) id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi. B’mod aktar speċifiku, il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali jistabbilixxi mira għall-monitoraġġ tal-varar tan-nodi periferiċi, iżda la jinkludi mira għall-kejl tal-progress fil-varar tal-kapaċità komputazzjonali jew taċ-ċentri tad-data fl-UE u lanqas miżuri ta’ appoġġ konkreti għall-varar tagħhom. Din il-proposta tikkomplementa l-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali billi tisfrutta l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ annwali eżistenti, u b’hekk toħloq sinerġiji mal-qafas eżistenti. Tgħin ukoll fl-avvanz tal-erba’ punti kardinali kollha tal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali, b’mod partikolari billi tistabbilixxi miżuri konkreti ċċentrati fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi li jabilitaw l-IA, fuq il-varar ta’ kapaċità komputazzjonali estiża, u fuq il-ħolqien ta’ qafas ta’ fiduċja għal użu msaħħaħ tal-cloud u tal-IA.
Barra minn hekk, l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA tistabbilixxi azzjonijiet konkreti biex jinħataf il-potenzjal trasformattiv tal-IA, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-adozzjoni fis-setturi ewlenin tal-industrija u fis-settur pubbliku. Din tintroduċi wkoll miżuri ta’ appoġġ li jsaħħu s-sovranità teknoloġika tal-UE billi jindirizzaw sfidi trażversali fl-iżvilupp u fil-varar tal-IA. Il-proposta tirfed dawn l-objettivi u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom billi tintroduċi miżuri mmirati li jappoġġaw l-iżvilupp u l-varar tal-cloud u tal-IA, iżidu l-aċċess għall-kapaċità komputazzjonali u jibnu l-fiduċja fis-servizzi tal-cloud computing.
Il-proposta hija kompatibbli għalkollox mal-Komunikazzjoni dwar Strateġija Diġitali Internazzjonali tal-UE ta’ Ġunju 2025. Toħloq pjan ta’ azzjoni trasparenti u nondiskriminatorju għall-awtonomija diġitali biex l-UE tkun tista’ tibni infrastrutturi tat-teknoloġija reżiljenti u sovrani fil-pajjiżi tagħha u tipprovdi mudell fdat u legalment sod għal sħubijiet internazzjonali u governanza multilaterali barra mill-pajjiż. Hi konsistenti għalkollox mal-impenji u s-sħubijiet internazzjonali tal-Unjoni u se tiżgura aċċess sigur għas-suq intern lil entitajiet minn pajjiżi sħab li jissodisfaw il-livelli meħtieġa ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta tikkomplementa l-qafas ta’ politika usa’ tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza diġitali.
Din il-proposta jeħtieġ li tinqara flimkien mal-proposta għar-rieżami tal-Att dwar iċ-Ċipep, li jinkludi miżuri li jippromwovu l-investiment f’semikondutturi avvanzati, iżidu r-reżiljenza tal-katina tal-provvista u joħolqu d-domanda b’aktar kooperazzjoni bejn il-katina tal-provvista tas-semikondutturi u s-swieq finali.
Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Networks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS2) ittejjeb il-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing u taċ-ċentri tad-data fl-UE, u għalhekk iżżid il-fiduċja. Iżda dan fihiex miżuri li jixprunaw l-adozzjoni u l-użu ta’ dawk is-servizzi u hi ffokata għalkollox fuq iċ-ċibersigurtà teknika minflok fuq kunsiderazzjonijiet usa’ tas-sovranità.
Kif spjegat qabel, il-proposta tissupplimenta l-fokus tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà fuq iċ-ċibersigurtà tal-cloud b’kunsiderazzjonijiet relatati mas-sovranità. Iċ-ċertifikazzjoni skont l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà tista’ tindirizza kriterji tekniċi taċ-ċibersigurtà iżda mhix adattata biex tindirizza t-tħassib dwar is-sovranità li jmur lil hinn minn dawn l-elementi tekniċi. Sadanittant, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) kienet qed taħdem biex tiżviluppa Skema Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għas-Servizzi tal-Cloud (EUCS), li għadha ma ġietx adottata. Meta tiġi finalizzata, din tista’ tiddaħħal fil-qafas tas-servizzi sovrani tal-cloud computing bħala mod kif ikun żgurat li s-servizzi awditjati jissodisfaw l-aqwa standards taċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, ir-rieżami propost tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jsaħħaħ l-affidabbiltà tal-katina tal-provvista tal-ICT tal-hardware u tas-software.
Il-proposta tappoġġa wkoll l-objettivi tal-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA). L-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali jsawwar obbligi tal-konformità għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing. Indirettament dan jilħaq lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jipprovdu servizzi lil entitajiet finanzjarji speċifikati jew li għandhom rwol sinifikanti biżżejjed fejn tidħol ir-reżiljenza operazzjonali. Għandu ambitu settorjali u hu speċifiku għas-settur finanzjarju. Skont l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iridu jimplimentaw il-ġestjoni tar-riskji tal-ICT u jagħmu ttestjar regolari tar-rispons għall-inċidenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-fornituri terzi tas-servizzi kritiċi. L-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, li jista’ jkollhom natura pubblika, iridu jwettqu d-diliġenza dovuta fuq il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jaħdmu magħhom.
Il-proposta tappoġġa wkoll l-objettivi tal-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza, li tidentifika d-dipendenza fuq l-infrastruttura diġitali kritika bħala riskju sistemiku u tappella għal approċċ ta’ gvern sħiħ biex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi essenzjali waqt xi kriżi. Il-qafas tas-sovranità stabbilit minn dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-mekkaniżmu tal-valutazzjoni tar-riskji fl-Artikolu 29, jikkontribwixxi direttament għad-dimensjoni tal-preparatezza diġitali ta’ dik l-Istrateġija billi jiżgura li s-servizzi tal-cloud u tal-IA fuqhom jistrieħu l-ġestjoni tal-emerġenzi, il-koordinazzjoni tal-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet tar-rispons għal diżastri jiġu pprovduti fil-livell xieraq ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, il-proposta hija konsistenti mal-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza u l-preparatezza u tappoġġahom.
Il-proposta hija konsistenti mar-regoli eżistenti dwar l-ipproċessar tad-data personali, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u l-Qafas tal-Privatezza tad-Data bejn l-UE u l-Istati Uniti. Madankollu, filwaqt li l-Qafas tal-Privatezza tad-Data bejn l-UE u l-Istati Uniti jindirizza t-trasferimenti transatlantiċi tad-data, dan ma jneħħix it-tħassib dwar is-sovranità, dwar id-dipendenza fuq il-fornituri minn pajjiżi terzi. Għalhekk, il-proposta tikkomplementa l-Qafas tal-Privatezza tad-Data bejn l-UE u l-Istati Uniti għax il-kunċett ta’ sovranità jmur lil hinn mit-trasferimenti tad-data u hu relatat anki mal-awtonomija operazzjonali.
Il-proposta tissupplimenta wkoll lid-Direttivi tal-Akkwist Pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi fl-UE jiddependu ħafna fuq fornituri tas-servizzi tal-cloud computing mhux tal-UE u l-fatturi ewlenin tal-problemi assoċjati jeħtieġu approċċ settorjali mfassal apposta u mmirat, li mhuwiex kopert mid-Direttivi tal-Akkwist Pubbliku eżistenti u jkun diffiċli li jitqies bħala suffiċjenti b’approċċ ġenerali. Għalhekk, il-proposta tħares lejn is-sovranitàt b’approċċ speċifiku għas-settur – li l-ħafna saffi tiegħu ma jistgħux jiġu indirizzati fil-liġijiet orizzontali li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għat-tfassil tal-proċeduri tal-akkwist. Il-proposta tinkludi kriterji tal-għoti komplementari li tfasslu apposta wkoll skont l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi tal-cloud computing u dipendenzi kritiċi fuq pajjiżi terzi f’dan is-settur.
Il-proposta tikkomplementa l-Att dwar in-Networks Diġitali, li jappoġġa l-iżvilupp ta’ networks diġitali sodi, veloċi, siguri u mill-aktar avvanzati, u għalhekk tgħin għall-varar taċ-ċentri tad-data fl-UE, li indubjament jeħtieġu konnettività ta’ veloċità għolja, tal-Gigabits u lil hinn. Il-proposta tibni fuq l-avvanzi tal-Att dwar in-Networks Diġitali fejn tidħol il-konnettività u b’hekk tibqa’ ffokata fuq il-varar tal-kapaċitajiet taċ-ċentri tad-data, mhux fuq l-iżvilupp preċedenti jew paralleli tal-infrastruttura tal-konnettività neċessarja. L-Att dwar in-Networks Diġitali jindirizza wkoll il-konverġenza tal-infrastruttura tan-networks, inkluż xenarji meta fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikun jopera network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s’issa ma ġiex soġġett għal obbligi skont il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għalkemm jaqa’ fl-ambitu tiegħu. Għalhekk, l-Att dwar in-Networks Diġitali se jiċċara l-proċeduri għall-konnettività bejn il-fornituri ta’ diversi networks u parteċipanti oħra fis-suq b’kooperazzjoni ta’ ekosistema usa’.
Il-proposta tikkontribwixxi għall-objettivi tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika biex l-industrija taċ-ċentri tad-data tersaq lejn effiċjenza enerġetika akbar. Iżda lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet ta’ trasparenza u reputazzjoni, dan ma joħloqx inċentivi għall-operaturi taċ-ċentri tad-data biex itejbu l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tagħhom u ma fihx miżuri li jħaffu l-introduzzjoni ta’ ċentri tad-data sostenibbli madwar l-UE jew li jżidu l-investiment relatat.
Bl-istess mod, il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika fiċ-Ċentri tad-Data ma jidħolx fil-miżuri għall-varar taċ-ċentri tad-data, iżda jiffoka għalkollox fuq prattiki biex dawn jitħaddmu. Għalhekk, il-proposta tipprovdi miżuri biex tinċentiva l-ftuħ ta’ ċentri tad-data effiċjenti fl-enerġija, b’mod allinjat mal-Pjan direzzjonali strateġiku għad-diġitalizzazzjoni u l-IA fl-Enerġija, maħsub biex jottimizza l-konsum tal-enerġija fit-teknoloġiji diġitali u jħaffef it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-UE. Biex tidentifika liema ċentri tad-data huma sostenibbli, il-proposta tirreferi għall-iskema tal-klassifikazzjoni żviluppata mid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika.
Il-proposta tikkomplementa wkoll il-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej, maħsub biex jiżgura li l-grilji jkunu fis-seħħ u lesti biex jadottaw tagħbijiet futuri orizzontalment. Hawnhekk, il-proposta tiffoka fuq iċ-ċentri tad-data bħala klijent aħħari tal-kapaċità tal-grilja u tiżgura li l-post taċ-ċentri tad-data jqis id-disponibbiltà tal-grilja, l-informazzjoni tiġi skambjata biżżejjed minn qabel biex tikkontribwixxi għall-ippjanar tal-grilja, u b’hekk tkun żgurata konnessjoni fil-ħin taċ-ċentri tad-data.
Il-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej jistabbilixxi modi kif l-Istati Membri jistgħu jħaffu l-konnessjonijiet tal-grilja, inkluż bi struttura aktar effiċjenti tal-kju tal-konnessjoni tal-grilja tagħhom, pereżempju billi jikkunsidraw il-prontezza tal-proġett u l-użi favorevoli għall-grilja minflok approċċ purament ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-proposta tibni fuq dawn il-kunsiderazzjonijiet.
Il-proposta tikkomplementa wkoll id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u tista’ tibni fuqha. Iċ-ċentri tad-data jistgħu jibbenefikaw mid-disponibbiltà akbar ta’ enerġija rinnovabbli u ħżin, anke jekk huma stess ma jkunux koperti mid-Direttiva. Anki l-qrubija lejn iż-żoni ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli tista’ tkun fattur rilevanti fl-għażla tas-siti għal varar aktar malajr taċ-ċentri tad-data.
L-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali jippreżenta miżuri biex iħaffef il-ħruġ tal-permessi, inkluż jixtabbilixxi l-prinċipju ta’ “proġett wieħed, proċedura waħda” u proċedura diġitali unika li tkopri l-proċess kollu tal-ħruġ tal-permessi. Barra minn hekk, l-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali jeżiġi li l-Istati Membri jiddeżinjaw imqar żona waħda jew raggruppament wieħed ta’ aċċellerazzjoni industrijali tal-manifattura fejn ikunu japplikaw miżuri oħra li jiffaċilitaw in-negozju, inkluż aċċess prijoritizzat għal materjali u aċċess għall-finanzjament tal-UE. Iżda billi l-miżuri ta’ aċċellerazzjoni industrijali proposti jammontaw biss għall-faċilitajiet tal-manifattura u ma jqisux il-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċentri tad-data jew il-benefiċċji tagħhom, dawn tħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali. Biex tindirizza dawn id-differenzi, il-proposta tikkomplementa l-miżuri ġenerali ta’ aċċellerazzjoni industrijali b’miżuri mfasslin apposta biex jitħaffef il-varar taċ-ċentri tad-data.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jagħti s-setgħa lill-UE tadotta miżuri li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern bl-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali.
Il-frammentazzjoni attwali fil-varar taċ-ċentri tad-data hija xprunata minħabba approċċi nazzjonali diverġenti għall-espansjoni tal-kapaċità, ir-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, u l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi. Dawn jissograw li joħolqu disparitajiet regolatorji li jistgħu jimminaw is-suq intern.
Il-varjazzjonijiet fil-prattiki tal-akkwist pubbliku għas-servizzi tal-cloud computing, kif ukoll il-kriterji inkonsistenti tas-sovranità, jistgħu jxekklu l-kapaċità tal-fornituri li joperaw mingħajr xkiel fl-Istati Membri, u dawn joħolqu ineffiċjenzi tas-suq u kundizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali.
Minħabba dawn l-isfidi, l-intervent fil-livell tal-UE fil-forma ta’ proposta leġiżlattiva hu ġġustifikat skont l-Artikolu 114 tat-TFUE, għax dan ikollu l-għan ineħħi l-ostakli għas-suq intern u jipprovdi ambjent ekwu għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing.
Barra minn hekk, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 173(3) tat-TFUE, li jipprovdi l-bażi legali għal miżuri li jkollhom l-għan jsaħħu l-kompetittività industrijali u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE. In-nuqqas attwali ta’ kapaċità tal-computing fl-UE jillimita l-abbiltà tal-industriji Ewropej li jibbenefikaw għalkollox mill-użu tat-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA, speċjalment dawk li jeħtieġu latenza baxxa u computing ta’ prestazzjoni għolja. Din l-inizjattiva żżid id-disponibbiltà tal-kapaċità komputazzjonali effiċjenti fl-enerġija u l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati tal-cloud u tal-IA, u għalhekk tgħin direttament biex jissaħħu l-kompetittività industrijali u t-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa, bi qbil mal-objettivi tal-Artikolu 173(3) tat-TFUE.
Meta wieħed iqis l-objettiv doppju tal-proposta li ssewwi d-distorsjonijiet tas-suq intern u fl-istess waqt issaħħaħ il-kompetittività industrijali tal-UE, din se tiġi adottata bħala strument leġiżlattiv wieħed skont il-bażi legali kumulattiva tal-Artikoli 114 u 173(3) tat-TFUE. Din bażi legali konġunta tipprovdi rispons regolatorju unifikat għall-isfidi interkonnessi tal-frammentazzjoni tas-suq u l-bini tal-kapaċitajiet industrijali strateġiċi fl-ekosistema tal-UE tal-cloud u tal-IA.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-azzjoni tal-UE tipprovdi valur miżjud ċar fejn tidħol is-soluzzjoni għad-disponibbiltà limitata u ġeografikament ikkonċentrata tal-kapaċità tal-computing. Din tipprovdi approċċ komuni li jħaffef il-varar taċ-ċentri tad-data, tippermetti ppjanar u implimentazzjoni koerenti tal-kapaċità tal-computing b’mod li jkun bilanċjat ġeografikament, u tevita l-ġirja lejn l-aktar livell baxx u tnaqqas il-kumplessità regolatorja għall-investituri u l-operaturi taċ-ċentri tad-data.
L-UE tinsab f’pożizzjoni unika biex tiżgura li l-politiki tal-investiment u tal-aċċellerazzjoni jkunu jirriflettu l-prijoritajiet kollettivi u jevitaw il-frammentazzjoni. Azzjoni fil-livell tal-UE tiżgura li n-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jkunu jistgħu jaċċessaw kapaċità komputazzjonali suffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom, u din hi prerekwiżit biex l-Ewropa ssir kontinent tal-IA.
Filwaqt li tindirizza d-dipendenza fuq is-servizzi tal-cloud computing fornuti minn fornituri mhux Ewropej, l-azzjoni tal-UE tipprovdi benefiċċji li jisbqu dak li l-Istati Membri jistgħu jiksbu waħedhom, speċjalment biex jiġu indirizzati l-fallimenti sottostanti tas-suq ta’ informazzjoni mhux perfetta. Din ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u tgħin lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jimirħu lil hinn mis-swieq nazzjonali tagħhom.
•Proporzjonalità
Il-proposta tadotta approċċ immirat u proporzjonat biex tindirizza l-konġestjonijiet kritiċi fis-suq uniku, speċifikament in-nuqqas ta’ kapaċità komputazzjonali u d-dipendenza żejda fuq fornituri minn pajjiżi terzi. Is-soluzzjonijiet proposti huma limitati għall-miżuri li hemm bżonn biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-proposta, b’mod partikolari li ssaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-UE, trawwem suq kompetittiv tal-cloud u tal-IA fl-UE, u tgħin biex titjieb id-disponibbiltà ta’ riżorsi komputazzjonali sostenibbli fl-UE.
Il-proposta tiffoka fuq standards armonizzati għal servizzi sovrani tal-cloud computing, fuq varar simplifikat ta’ ċentri tad-data, u fuq mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni mal-UE kollha, u għalhekk tevita regolamentazzjoni eċċessiva u tindirizza direttament l-ostakli strutturali li jxekklu l-avvanzi diġitali madwar l-Ewropa. Il-miżuri magħżula jirrappreżentaw l-aktar mezz xieraq u l-inqas wieħed intrużiv li jindirizza l-fallimenti tas-suq u regolatorji identifikati; dawn jingranaw l-istrumenti eżistenti tal-UE u jintroduċu biss id-dispożizzjonijiet ġodda meħtieġa għal implimentazzjoni koeżiva u effiċjenti.
Il-proposta se toħloq kostijiet tal-konformità diretti, li jinkludu nefqiet amministrattivi u tal-aġġustament. Dawn jerfgħuhom prinċipalment l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u lokali, u in-negozji bħall-operaturi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, u s-sottokuntratturi u l-entitajiet tas-settur privat tagħhom li joperaw fis-setturi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva NIS2, biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Iżda t-tiftix għal alternattivi differenti u l-kostijiet u l-benefiċċji mistennija tagħhom wasslu għal strument iddisinjat b’mod bilanċjat. Il-kostijiet tal-awtoritajiet pubbliċi se jitpaċew bil-valur miksub bi tnaqqis fil-kost totali tas-sjieda tas-sistemi tal-IT u bi proċessi tal-akkwist aktar malajr u affidabbli, filwaqt li l-kostijiet tan-negozji se jitpaċew bil-valur miksub b’aktar prevedibbiltà tad-direzzjoni regolatorja, b’inqas frammentazzjoni tal-approċċi nazzjonali u b’simplifikazzjoni amministrattiva.
•Għażla tal-istrument
Il-Kummissjoni tipproponi Regolament bħala l-aħjar strument legali biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta, minħabba l-kapaċità tiegħu li jiżgura applikazzjoni uniformi u effett minnufih fl-Istati Membri kollha. Regolament jipprovdi ċ-ċertezza u l-konsistenza legali meħtieġa għal armonizzazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju tas-servizzi tal-cloud computing. Dan l-approċċ hu essenzjali biex jitneħħew l-ostakli tas-suq uniku, b’mod partikolari f’oqsma bħall-istandards tas-sovranità u tas-sostenibbiltà, fejn regoli nazzjonali diverġenti jistgħu jimminaw is-sovranità teknoloġika u l-kompetittività tal-UE. Minħabba l-urġenza ġeopolitika, inkluż il-ħtieġa li jonqsu d-dipendenzi strateġiċi fuq fornituri minn pajjiżi terzi, Regolament jiżgura rispons malajr, ikkoordinat u mifrux mal-UE kollha, filwaqt li jevita d-dewmien jew l-inkonsistenzi possibbli meta l-Istati Membri jaħdmu għal rashom.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Bejn Ottubru 2024 u Novembru 2025, saret konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati li kienet tinkludi l-attivitajiet konsultattivi li ġejjin.
Bejn April u Lulju 2025, il-Kummissjoni organizzat Konsultazzjoni Pubblika li kienet tinkludi kwestjonarju online u sejħa għall-evidenza lill-partijiet ikkonċernati biex jissottomettu dokumenti ta’ pożizzjoni dettaljati li jiddeskrivu l-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar l-objettivi u l-azzjonijiet proposti fil-proposta, u jagħtu wkoll evidenza diretta li sservi ta’ tagħrif għat-tfassil tal-għażliet ta’ politika. B’kollox waslu 436 kontribut: 243 minnhom bl-istħarriġ tal-konsultazzjoni u 193 bis-sejħa għall-evidenza.
Saru wkoll bosta sessjonijiet ta’ ħidma, seminars u diskussjonijiet li kkomplementaw il-konsultazzjoni. Dawn kienu jinkludu: (i) is-sitt Forum tal-Assemblea Ġenerali u l-Alleanza tal-Alleanza Ewropea għad-Data Industrijali, għall-Edge u għall-Cloud; (ii) diskussjonijiet, b’mod partikolari ma’ investituri finanzjarji fuq l-investiment fil-cloud computing, fuq miżuri ta’ politika li jiffaċilitaw l-integrazzjoni taċ-ċentri tad-data fil-grilja tal-UE, mas-CEOs tal-Fornituri Ewropej tas-Servizzi tal-Cloud fuq l-iżvilupp ta’ offerti tal-cloud sovrani fl-UE, u mal-Kamra tal-Kummerċ Amerikana; (iii) seminars mal-industrija, mal-akkademja u mal-awtoritajiet pubbliċi fuq id-dinamika ekonomika tal-istack tal-IA; u (iv) preżentazzjonijiet mal-industrija fuq il-politika futura tal-UE dwar il-cloud u l-IA.
Il-Kummissjoni żammet ukoll djalogu kontinwu mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu informalment fil-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar il-Cloud, permezz tal-Alleanza Ewropea għad-Data Industrijali, għall-Edge u għall-Cloud, kif ukoll b’laqgħat bilaterali mmirati.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet sehem ukoll f’diskussjonijiet bilaterali oħrajn ma’ pajjiżi terzi, inkluż mal-Ġappun, mal-Iżvizzera u mar-Renju Unit, biex tippreżenta u tiddiskuti l-għażliet ta’ politika kkunsidrati u tiġbor tagħrif intwittiv dwar l-aqwa prattiki u tivvaluta l-effett estern tal-miżuri kkunsidrati.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni organizzat aktar minn 100 laqgħa bilaterali ma’ firxa diversa ta’ partijiet ikkonċernati, inkluż ma’ rappreżentanti tal-industrija, istituzzjonijiet akkademiċi, gruppi ta’ riflessjoni u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li appoġġaw il-formulazzjoni tal-għażliet ta’ politika proposti.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni kkuntrattat konsorzju mmexxi minn Technopolis Group biex jagħmel studju biex jgħin fl-istadju tal-ġbir u l-analiżi tal-evidenza tal-valutazzjoni tal-impatt li saret qabel il-proposta. L-istudju inkluda diversi attivitajiet li involvew lil partijiet ikkonċernati, fosthom aktar minn 60 intervista mmirata, stħarriġiet (b’aktar minn 250 kontribut), u sessjonijiet ta’ ħidma (b’aktar minn 100 parteċipant).
•Valutazzjoni tal-impatt
Mal-proposta qed tinhemeż valutazzjoni tal-impatt komprensiva li l-verżjoni finali tagħha ġiet sottomessa lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-30 ta’ April 2026. Fit-8 ta’ Mejju 2026, il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva flimkien ma’ talba għal titjib ulterjuri.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta kienet soġġetta għal valutazzjoni komprensiva tal-implikazzjonijiet tagħha għad-drittijiet fundamentali, b’enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tad-data personali kif garantita mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tintroduċi qafas għal servizzi sovrani tal-cloud computing, li jistabbilixxi salvagwardji stretti biex jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali li jinvolvi liċ-ċittadini tal-UE jkun konformi mal-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-UE, inkluż mal-GDPR. Billi tistabbilixxi dawn l-istandards, il-proposta tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji assoċjati ma’ trattament tad-data li ma jkunx konformi, u żżid il-fiduċja fl-infrastruttura diġitali.
Objettiv ewlieni tal-proposta hu li tnaqqas id-dipendenza fuq fornituri minn pajjiżi terzi, li l-operat tagħhom jaf ikun soġġett għal ġuriżdizzjonijiet mhux tal-UE li jaf ikunu jippermettu l-aċċess għad-data u t-trasferiment tagħha. Għaldaqstant, il-proposta żżid il-protezzjoni tad-data personali billi tiżgura li dik id-data tibqa’ fis-superviżjoni effettiva tal-awtoritajiet tal-UE, fosthom tal-aġenziji tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Dan l-approċċ iżid iċ-ċertezza legali u jħares id-dritt għall-privatezza kif minqux fil-Karta.
Barra minn hekk, il-proposta trawwem suq uniku kompetittiv tas-servizzi tal-cloud computing, li jorbot bis-sħiħ lill-fornituri bil-leġiżlazzjoni tal-UE u jissoġġettahom għall-obbligi applikabbli. Din mhux biss ittejjeb id-disponibbiltà tad-data u l-kontinwità iżda tiżgura wkoll li l-obbligi legali tal-UE, bħal dawk relatati mad-drittijiet tas-suġġetti tad-data u mas-sorveljanza regolatorja, ikunu ssodisfati b’mod kontinwament. Il-proposta żżid ukoll il-preżenza fis-suq ta’ fornituri bbażati fl-UE u għalhekk tkompli tinkorpora l-protezzjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-ekosistema diġitali, billi toffri garanziji aktar sodi kontra l-aċċess mhux awtorizzat jew l-użu ħażin tad-data personali. Il-proporzjonalità ta’ dawn il-miżuri ġiet ikkunsidrata bir-reqqa biex tibbilanċja l-innovazzjoni mal-ħtieġa tal-protezzjoni tad-drittijiet, bi qbil mal-prinċipji tal-Karta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta huma deskritti fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża magħha. Biex l-inizjattiva tiġi implimentata b’mod effettiv, hemm bżonn 25 FTE, jiġifieri 9 uffiċjali permanenti jew temporanji u 16-il aġent bil-kuntratt. Din il-konfigurazzjoni tal-persunal se tinkiseb b’taħlita ta’ riallokazzjoni u reklutaġġ addizzjonali. B’mod speċifiku, 15-il membru tal-persunal eżistenti se jiġu riassenjati minn ġol-Kummissjoni biex jappoġġaw l-inizjattiva, billi jħaddmu l-għarfien espert tagħhom u l-esperjenza li kisbu fil-ġestjoni ta’ azzjonijiet simili. Il-persunal meħtieġ se jittieħed mid-DĠ CNECT u mid-DĠ DIGIT, li bħalissa huma assenjati f’unitajiet rilevanti jew li se jiġu riallokati mis-servizzi tal-Kummissjoni. Biex tissupplimenta dawn ir-riżorsi eżistenti, l-inizjattiva teħtieġ 10 FTEs addizzjonali: 6 FTEs għad-DĠ CNECT u 4 FTEs għad-DĠ DIGIT. Dawn il-membri addizzjonali tal-persunal se jintalbu jżidu l-livelli attwali tal-persunal biex jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-inizjattiva u l-prestazzjoni effettiva tal-attivitajiet u l-kompiti ġodda.
In-nefqa amministrattiva addizzjonali assoċjata mal-kompiti ġodda deskritti fil-proposta se jiffinanzjawha l-aktar il-flussi mit-tariffi li jaqgħu taħt id-dħul assenjat intern, u b’hekk ikun żgurat mudell ta’ finanzjament sostenibbli u vijabbli. B’mod speċifiku, il-flussi mit-tariffi se jintużaw biex jappoġġaw il-kompiti relatati mal-akkwist konġunt u l-amministrazzjoni tal-inizjattiva EuroCloud maħsuba biex jagħmluha eħfef għall-Istati Membri interessati biex jikkondividu l-kapaċità tal-cloud u taċ-ċentri tad-data mhux użata.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni tar-Regolament propost u tevalwa l-effettività tiegħu maż-żmien. Wara ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami tal-funzjonament ta’ dan ir-Regolament propost u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn ir-rapporti se jkunu pubbliċi u jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni effettiva u l-infurzar tar-Regolament propost.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament propost
It-Titolu I tar-Regolament propost fih id-dispożizzjonijiet ġenerali, inkluż is-suġġett (l-Artikolu 1) u d-definizzjonijiet (l-Artikolu 2).
It-Titolu II fih id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-qafas għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-iżvilupp u tal-varar fl-ekosistema kollha tal-cloud u tal-IA. Il-qafas hu organizzat fl-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA u hu msaħħaħ b’miżuri ta’ appoġġ oħra. Fil-Kapitolu I, l-Artikolu 3 jistabbilixxi l-objettiv ġenerali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA, maħsuba biex jappoġġaw l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni u jiksbu kapaċità fuq skala kbira fl-ekosistema kollha tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni. L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-objettivi operazzjonali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA. L-Artikolu 5 jintroduċi network ta’ Ċentri ta’ Esperjenza u ta’ Aċċellerazzjoni għall-IA, mibnija fuq iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u maħsuba biex jistinkaw favur l-objettivi tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA. L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni għall-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA. L-Artikolu 7 jeżiġi li fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tiegħu, l-Istati Membri jadottaw strateġija nazzjonali dwar il-cloud u l-IA li tkun koerenti mal-objettivi tar-Regolament. L-Artikolu 8 jistabbilixxi kriterji biex il-proġetti jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala proġett ta’ prijorità għall-IA pijuniera. L-Artikolu 9 jappoġġa l-allokazzjoni tariżorsi komputazzjonali tal-IA għall-proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera, u jappoġġa wkoll proġetti tal-IA industrijali u fiżika u l-iżvilupp u l-varar ta’ mudelli tal-IA għas-settur pubbliku.
It-Titolu III jistabbilixxi d-dispożizzjoni dwar il-kapaċità taċ-ċentri tad-data. Fil-Kapitolu I, l-Artikolu 10 jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri li jiddeżinjaw żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data fit-territorju tagħhom, fejn ikunu se jvaraw il-kapaċità taċ-ċentri tad-data. L-Artikolu 11 jippreskrivi l-kundizzjonijiet fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data. L-Artikolu 12 jistabbilixxi l-obbligu tal-Istati Membri li jiddeżinjaw punti uniċi ta’ informazzjoni jew, meta possibbli, itejbu l-punti uniċi ta’ informazzjoni diġà eżistenti, jew jintegraw magħhom, għall-operaturi taċ-ċentri tad-data ta’ proġetti taċ-ċentri tad-data f’żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data, u prinċipji oħra li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-punt ta’ informazzjoni. L-Artikolu 13 jindirizza l-proċessi amministrattivi u għall-ħruġ tal-permessi ffaċilitati għall-proġetti taċ-ċentri tad-data li jiġu varati f’żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data. Fil-Kapitolu II, l-Artikolu 14 jistabbilixxi l-mekkaniżmu tal-espressjoni ta’ interess u l-kundizzjonijiet u d-deżinjazzjoni mill-Kummissjoni ta’ proġetti strateġiċi ta’ ċentri tad-data. Fil-Kapitolu III, l-Artikolu 15 jistabbilixxi mekkaniżmu biex il-Kummissjoni ssegwi l-progress tal-Unjoni fiż-żieda tal-kapaċità komputazzjonali disponibbli, fil-volum tad-domanda għall-kapaċità taċ-ċentri tad-data, u fid-daqs tal-lakuni fil-kapaċità.
It-Titolu IV fih id-dispożizzjoni relatata mal-awtonomija u l-adozzjoni. Fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, l-Artikolu 16 jistabbilixxi qafas tas-sovranità tal-cloud computing tal-Unjoni li fih erba’ livelli ta’ assigurazzjoni u jintroduċi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament għas-servizzi tal-cloud computing li jridu jitqiesu bħala li jipprovdu assigurazzjoni tal-Unjoni tal-livell 1 sal-livell 4. L-Artikolu 17 jistabbilixxi mekkaniżmu għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jridu jiġu rikonoxxuti bħala li jipprovdu livell ta’ assigurazzjoni 1, 2, 3, jew 4 tal-Unjoni, li bih jissottomettu applikazzjoni għar-rikonoxximent lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment. L-Artikolu 18 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u mekkaniżmu għal rikonoxximent possibbli ta’ pajjiżi terzi bħala li jipprovdi biżżejjed assigurazzjonijiet biex is-servizzi tal-cloud computing ikkontrollati minn dak il-pajjiż terz ikunu jistgħu jsiru eliġibbli biex jikkwalifikaw skont il-livell ta’ assigurazzjoni 3 tal-Unjoni. Fit-Taqsima 2, l-Artikolu 19 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex l-awtovalutazzjoni tal-konformità tiddokumenta l-allinjament skont ir-rekwiżiti tal-livell ta’ assigurazzjoni 1 tal-Unjoni. Fit-Taqsima 3, l-Artikolu 20 jistabbilixxi l-qafas ta’ valutazzjoni li jagħmlu l-organizzazzjonijiet tal-awditjar skont ir-rekwiżiti tal-livelli ta’ assigurazzjoni 2 sa 4 tal-Unjoni. L-Artikolu 21 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-evidenza tal-awditjar li jrid jiġi stabbilit bħala parti mill-valutazzjoni ta’ parti terza tar-rekwiżiti skont il-livelli ta’ assigurazzjoni 2 sa 4 tal-Unjoni. L-Artikolu 22 jistabbilixxi l-obbligu tal-Kummissjoni li tistabbilixxi u żżomm repożitorju ċentrali tas-servizzi rikonoxxuti bħala li joffri l-livelli ta’ assigurazzjoni 1 sa 4 tal-Unjoni. L-Artikolu 23 jistabbilixxi l-obbligi tat-trasparenza għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, biex jirrapportaw kwalunkwe bidla materjali li tista’ tikkawża bidla fir-rikonoxximent tagħhom bħala li joffru l-livelli ta’ assigurazzjoni 1 sa 4 tal-Unjoni. L-Artikolu 24 jistabbilixxi r-regoli dwar il-penali u l-kumpens applikabbli għall-ksur mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing. Fit-Taqsima 4, l-Artikolu 25 jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri li jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti. L-Artikolu 26 jistabbilixxi s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ddeżinjati mill-Istati Membri. Fit-Taqsima 5, l-Artikolu 27 jistabbilixxi l-prinċipji ta’ assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fil-kuntest ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni u investigazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 28 jistabbilixxi l-prinċipji ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fil-kuntest ta’ azzjonijiet tal-infurzar. Fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, l-Artikolu 29 jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni li jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju biex jiddeterminaw il-livell meħtieġ ta’ konformità meta mqabbel mal-livelli ta’ assigurazzjoni 2 sa 4 tal-Unjoni għal attivitajiet differenti tas-settur pubbliku. L-Artikolu 30 jistabbilixxi l-obbligi tal-awtoritajiet kontraenti li jakkwistaw servizzi tal-cloud computing biex bħala rekwiżit minimu jakkwistaw il-livell ta’ assigurazzjoni 1 tal-Unjoni. Meta valutazzjoni tar-riskju tiddetermina li l-attivitajiet ta’ tali awtoritajiet kontraenti jkollhom rilevanza għall-ordni pubbliku, dawn iridu jakkwistaw u jużaw biss servizzi li jkunu rikonoxxuti bħala li joffru l-livelli ta’ assigurazzjoni 2, 3, jew 4 tal-Unjoni. Fit-Taqsima 2, l-Artikolu 31 jippermetti lill-entitajiet tas-settur privat li jaqgħu fit-tifsira tad-Direttiva NIS2 jagħmlu valutazzjonijiet tal-impatt bi skop simili bħal dawk imwettqa mill-entitajiet tal-Unjoni u mill-korpi tas-settur pubbliku. Fit-Taqsima 3, l-Artikolu 32 jistabbilixxi obbligi għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri biex japplikaw kriterji tal-valur miżjud tal-Unjoni fl-akkwist pubbliku tas-servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA li jinsabu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. L-Artikolu 33 jistabbilixxi obbligi tal-Istati Membri li jimmonitorjaw l-akkwist pubbliku tagħhom tal-innovazzjoni tas-servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA, jintroduċu qafas tar-rappurtar sempliċi u jibnu rabtiet mal-istrateġiji nazzjonali dwar il-cloud u l-IA meta l-Istati Membri jkunu obbligati joħolqu pjanijiet biex jilħqu l-objettivi ta’ dan l-Artikolu. Fil-Kapitolu III, l-Artikolu 34 jistabbilixxi l-Federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (“il-Federazzjoni EuroCloud”) u jistabbilixxi l-ambitu u l-iskop tagħha. L-Artikolu 35 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing fi ħdan il-Federazzjoni EuroCloud. L-Artikolu 36 jistabbilixxi kif il-Kummissjoni tista’ tirkupra l-kostijiet imġarrba b’rabta mal-Federazzjoni EuroCloud, inkluż għall-istabbiliment tal-Federazzjoni EuroCloud u tal-pjattaforma li tiffaċilita l-kondiviżjoni tas-servizzi fost il-membri tagħha. Fil-Kapitolu IV, l-Artikolu 37 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq attivitajiet tal-akkwist għall-entitajiet tal-Unjoni, għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, u għall-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, inkluż billi tistabbilixxi d-derogi meħtieġa għar-Regolament Finanzjarju. L-Artikolu 38 jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-qafas komuni tal-akkwist, inkluż il-mekkaniżmu ta’ governanza. L-Artikolu 39 jistabbilixxi r-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku. L-Artikolu 40 jistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-kumpens tal-kostijiet imġarrba mill-Kummissjoni għall-operat tal-qafas komuni tal-akkwist permezz ta’ tariffi imposti fuq l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti. Fil-Kapitolu VI, l-Artikolu 41 jistabbilixxi l-obbligi tal-entitajiet tal-Unjoni u tal-korpi tas-settur pubbliku li jħeġġu u jiffaċilitaw l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ minflok soluzzjonijiet proprjetarji. L-Artikolu 42 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tas-software żviluppat mill-entitajiet tal-Unjoni u mill-korpi tas-settur pubbliku jew għalihom. L-Artikolu 43 jistabbilixxi l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprovdi u żżomm Katalgu tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ. L-Artikolu 44 jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment ta’ network ta’ Uffiċċji tal-Istati Membri għall-Programmi ta’ Sors Miftuħ.
It-Titolu V jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finali, fosthom is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati (l-Artikolu 45) u atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 46), il-klawżola ta’ rieżami (l-Artikolu 47), u l-ispeċifikazzjoni tad-dħul fis-seħħ u d-dati tal-applikazzjoni tar-Regolament (l-Artikolu 48).
2026/0138 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex tissaħħaħ l-ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA (l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 173(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-Unjoni hi kommessa li ssir pijuniera dinjija fl-intelliġenza artifiċjali (IA). L-AI tħaffef l-innovazzjoni, ittejjeb l-effiċjenza, twassal għal deċiżjonijiet aktar intelliġenti, u għalhekk tikkontribwixxi għal kisbiet ekonomiċi, ambjentali u soċjetali sostanzjali u hi mutur ewlieni tal-kompetittività. Biex tgawdi l-benefiċċji kollha tal-IA fost is-setturi ewlenin tal-ekonomija, l-Unjoni jenħtieġ li taġixxi b’ambizzjoni u b’viżjoni fit-tul, filwaqt li tmexxi ’l quddiem il-kapaċitajiet tal-innovazzjoni tagħha, issaħħaħ il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tagħha, u fl-istess waqt issaħħaħ is-sovranità teknoloġika u l-awtonomija strateġika tagħha fl-aktar teknoloġiji diġitali avvanzati.
(2)L-Unjoni diġà firxet pedamenti sodi biex l-Ewropa ssir kontinent mexxej fl-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA, b’mod partikolari bil-Komunikazzjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA 3 u l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA 4 . Barra minn hekk, bir-Regolament (UE) 2023/2854 5 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (“l-Att dwar id-Data”) u bl-Istrateġija għal Unjoni tad-Data 6 , l-Unjoni stabbiliet il-qafas meħtieġ biex toħloq suq uniku, sigur u interoperabbli għad-data, li fuqu jissejjes l-iżvilupp tal-IA.
(3)Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jikkooperaw fit-twettiq tas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni b’mod miftuħ, b’mod partikolari b’infrastrutturi diġitali u tad-data siguri u aċċessibbli li jixprunaw żviluppi teknoloġiċi oħra, filwaqt li jappoġġaw il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-industrija u tal-ekonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”) 7 u tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (“SMCs”) 8 , u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur tal-Unjoni, kif ukoll irawmu l-ekosistema tal-istart-ups, inkluż bil-funzjonament bla skossi ta’ dawk li kienu ċ-ċentri Ewropej tal-innovazzjoni diġitali (“EDIHs”), li issa saru ċ-ċentri tal-esperjenza u l-aċċellerazzjoni għall-IA (“Ċentri għall-IA”).
(4)L-Unjoni saret dejjem aktar dipendenti fuq għadd limitat ta’ fornituri tas-servizzi tal-cloud computing minn pajjiżi terzi. Li ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tiżviluppa u tvara teknoloġiji tal-cloud u tal-IA fit-territorju tagħha sar prijorità strateġika għall-kompetittività, is-sigurtà tal-provvista u s-sovranità teknoloġika tal-Unjoni, kif jenfasizza r-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea 9 u bi qbil mal-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tas-sigurtà ekonomika tal-UE 10 . Biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi tal-ekosistema tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni, hemm bżonn jinbnew kapaċitajiet teknoloġiċi fuq skala kbira, jingħata appoġġ lill-attivitajiet relatati tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u jsir sforz kollettiv mill-Istati Membri bl-għajnuna tal-Unjoni biex jiġu żviluppati u varati teknoloġiji tal-cloud u tal-IA u kapaċitajiet tal-cloud computing fuq skala kbira.
(5)Dawk id-dipendenzi mhux biss qed jillimitaw l-ishma tal-fornituri tas-servizzi Ewropej tal-cloud computing fis-suq, iżda qed jikkaġunaw riskji sinifikanti għall-awtonomija operazzjonali, għar-reżiljenza u għas-sigurtà tal-Unjoni. Il-Kunsill talab li Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA ikun fih kriterji komuni għal servizzi sovrani tal-cloud computing, ħalli jkunu jistgħu jiġu indirizzati r-riskji tat-trasparenza tas-suq u r-riskji assoċjati mad-dipendenzi, inkluż l-effetti ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata mill-pajjiżi terzi 11 .
(6)Jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas għaż-żieda tar-reżiljenza u s-sigurtà tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA, li jsaħħaħ l-ekosistema tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni billi jnaqqas id-dipendenzi, itejjeb is-sovranità teknoloġika, jistimula l-investiment u jsaħħaħ il-kapaċitajiet, is-sigurtà, l-adattabbiltà u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni.
(7)Il-qafas isegwi objettivi separati, abbażi ta’ żewġ bażijiet legali distinti.
(8)L-ewwel, jeħtieġ jissaħħu l-kompetittività, il-kapaċità u r-reżiljenza tal-bażi teknoloġika u industrijali tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dawk il-miżuri jenħtieġ li ma jkunux jinvolvu l-armonizzazzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti nazzjonali. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Inizjattiva ta’ Tmexxija tal-Cloud u l-Inizjattiva ta’ Tmexxija tal-IA (l-“Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA”) biex din trawwem l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u faċilitajiet mill-aktar avvanzati tal-cloud u tal-IA u tiżgura l-varar mifrux tagħhom, ħalli tnaqqas id-distakk bejn il-kapaċitajiet avvanzati tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni u t-tħaddim sostenibbli tagħhom.
(9)It-tieni, il-kapaċità komputazzjonali disponibbli u r-reżiljenza tal-ekosistema tal-cloud u tal-IA jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar b’miżuri ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE. Hu meħtieġ qafas regolatorju koerenti uniku li jarmonizza ċerti kundizzjonijiet għall-fornituri tas-servizzi u għall-implimentaturi tas-servizzi tal-cloud computing, inkluż il-bini tal-kapaċitajiet u l-forniment ta’ servizzi tal-cloud computing, biex ikun żgurat il-funzjonament tas-suq intern.
(10)Id-definizzjoni ta’ “servizz tal-cloud computing” f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun l-istess bħal dik fl-Artikolu 6, il-punt (30), tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 , li tiddefinixxi “servizz tal-cloud computing” bħala servizz diġitali li jippermetti amministrazzjoni on-demand u aċċess remot wiesa’ għal ġabra skalabbli u elastika ta’ riżorsi komputazzjonali kondiviżibbli, inkluż meta tali riżorsi jkunu distribwiti madwar diversi postijiet. Din id-definizzjoni ta’ “servizz tal-cloud computing” tinkludi l-aċċess on-demand għas-sistemi tal-IA kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/1689 (l-“Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali”) 13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ospitati u operati mill-bogħod. Is-servizz jinkludi biss it-twassil u d-disponibbiltà ta’ sistema tal-IA. Is-sistema tal-IA innifisha u l-mudell sottostanti tagħha mhumiex inklużi fid-definizzjoni.
(11)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jżidu l-kompetittività u r-reżiljenza tal-bażi teknoloġika u industrijali tal-cloud u l-IA tal-Unjoni, isaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-ekosistema tal-cloud u tal-IA tagħha u jwasslu għal varar fuq skala kbira ta’ infrastrutturi diġitali skont l-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA u fl-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA. B’mod partikolari, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jżidu l-kapaċità tal-cloud u taċ-ċentri tad-data tal-Unjoni, jmexxu ’l quddiem it-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA mill-aktar avvanzati, u jwessgħu l-adozzjoni tal-cloud u tal-IA fl-ekonomija kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li jwasslu wkoll għal riċerka avvanzata fil-varar speċifiku għas-setturi tal-IA pijuniera, fiżika u industrijali. L-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA jenħtieġ li twessa’ l-ambizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA u jenħtieġ li tiġi aġġornata meta meħtieġ biex tkun tqis l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-progress li sar fl-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA.
(12)Biex jistinkaw favur dawk l-objettivi ġenerali, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw l-objettivi operazzjonali komplementari ddeżinjati bħala inizjattivi azzjonabbli li jridu jitwettqu fil-livell tal-Unjoni.
(13)Biex iċ-ċentri tad-data jkunu jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi ewlenin ta’ tranżizzjoni diġitali sostenibbli, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw il-kapaċitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji taċ-ċentri tad-data li jkunu jinkorporaw prinċipji tal-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi mid-disinn u waqt l-operazzjonijiet, ħalli tinkiseb sostenibbiltà fuq skala kbira. Din tinkludi l-avvanzi f’teknoloġiji tal-computing li jkunu effiċjenti fir-riżorsi u fl-użu, bħall-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-ilma, l-użu ta’ teknoloġiji emerġenti tal-computing kwantistiku, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jaħdmu bl-IA għall-effiċjenza tas-servers, l-integrazzjoni ta’ infrastrutturi tal-computing fil-grilji tal-enerġija, il-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ enerġija nadifa, u l-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-post fiċ-ċentri tad-data. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jipprovdu wkoll aċċess għal linji pilota għat-teknoloġiji taċ-ċentri tad-data biex jiggwidaw u jħaffu l-adozzjoni tal-innovazzjoni fis-suq. Dawn il-proġetti pilota jenħtieġ li jiffunzjonaw bħala faċilitajiet ta’ dimostrazzjoni għal teknoloġiji mill-aktar avvanzati taċ-ċentri tad-data u tas-semikondutturi periferiċi, għal prototipi tal-computing kwantistiku u għal għodod operattivi taċ-ċentri tad-data mħaddma bl-IA.
(14)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw ukoll attivitajiet tar-riċerka u tal-iżvilupp, u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-istacks tal-cloud ħalli jispiċċaw il-lakuni tal-kapaċità u tissaħħaħ l-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jrawmu l-iżvilupp ta’ alternattivi għall-istacks tal-cloud computing għal setturi strateġiċi. Jenħtieġ li dawn jiffaċilitaw ukoll l-iżvilupp ta’ servers u softwares ottimizzati għall-IA, inkluż proċessuri u aċċelleraturi manifatturati u mfassla fl-Unjoni, bħal dawk żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2026/XXX 14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA skont dan ir-Regolament kif ukoll l-Inizjattiva dwar iċ-Ċipep għall-Ewropa 2.0 appoġġati minn dak ir-Regolament jenħtieġ li jrawmu l-kodisinn u l-ottimizzazzjoni trażversali tal-iżvilupp tal-hardware u tas-software u l-integrazzjoni tal-infrastrutturi tal-computing tal-IA. Barra minn hekk, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw l-iżvilupp u l-varar komplementari ta’ pjattaforma intelliġenti u sigura tal-cloud tal-middleware għall-ispazji komuni Ewropej tad-data, bi qbil mal-Istrateġija għal Unjoni tad-Data.
(15)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jippromwovu wkoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji bbażati fuq standards miftuħa, fuq speċifikazzjonijiet miftuħa u ta’ sors miftuħ u jrawmu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi, kompetittivi u reżiljenti tal-cloud u tal-IA. Jenħtieġ li jrawmu l-ħidma fuq standards u fuq speċifikazzjonijiet miftuħa u jifirxu l-pedamenti għas-software ta’ sors miftuħ b’appoġġ għat-tfassil, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti ta’ sors miftuħ, b’mod partikolari billi jipprovdu mekkaniżmi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni u jiffaċilitaw l-akkumular tar-riżorsi. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li joħolqu wkoll katalgu ta’ għodod tas-software inkluż ta’ sors miftuħ biex jippermettu federazzjoni mal-katalgi eżistenti għas-setturi privati u pubbliċi u jiżviluppaw punt uniku ta’ servizz għar-riżorsi ta’ sors miftuħ fl-Unjoni.
(16)It-teknoloġiji tal-IA pijuniera qed javvanzaw malajr ħafna u mistennija jħallu effett profond fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni. Peress li dawk it-teknoloġiji saru assi strateġiċi kritiċi, hu essenzjali li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tiżviluppahom u tirregolahom ħalli niżguraw li t-tranżizzjoni tal-IA tkun taqbel mal-valuri, l-istandards tas-sikurezza u l-interessi ekonomiċi fit-tul tal-Unjoni. L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa proġetti pijunieri biex tiskala l-innovazzjonijiet trasformattivi essenzjali ħalli jibqa’ jkollha vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija diġitali dinjija. L-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA pijuniera bħala assi strateġiċi jenħtieġ li jnaqqas ukoll id-dipendenzi attwali fuq it-teknoloġiji ta’ pajjiżi terzi u jsaħħaħ l-ekosistema tal-IA tal-Unjoni.
(17)L-emerġenza ta’ IA fiżika, jiġifieri s-sistemi u l-mudelli tal-IA li kapaċi jipperċepixxu l-ambjent fiżiku u jwettqu azzjonijiet kumplessi f’dak l-ambjent, tirrappreżenta fruntiera promettenti li tintegra l-intelliġenza diġitali avvanzata f’sistemi tanġibbli, bħar-robotika, id-droni awtonomi u l-vetturi mingħajr sewwieq. L-IA fiżika hi essenzjali biex jonqsu d-dipendenzi esterni u jitrawmu l-kompetittività industrijali u l-awtonomija strateġika. Din teħtieġ approċċ apposta għall-infrastruttura tad-data u tal-computing. Għalhekk, jeħtieġ jiġu ffaċilitati l-ġbir u t-tħejjija ta’ data ta’ kwalità għolja u l-aċċess għar-riżorsi komputazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jingħata appoġġ immirat għall-ittestjar u l-validazzjoni ta’ mudelli u sistemi tal-IA fiżika f’ambjenti diversi tad-dinja reali biex ikunu żgurati r-robustezza u l-affidabbiltà tagħhom.
(18)It-trasformazzjoni diġitali tal-industriji ewlenin tal-Unjoni hi pilastru ċentrali tal-istrateġija għall-applikazzjoni tal-IA. Li titħaffef l-adozzjoni tal-IA f’dawk is-setturi strateġiċi hu essenzjali ħalli tinżamm il-kompetittività dinjija u jiżdiedu l-benefiċċji tas-soċjetà. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jħaffu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA industrijali fis-setturi industrijali u tas-servizzi strateġiċi tal-Unjoni, filwaqt li jrawmu l-iżvilupp teknoloġiku ta’ mudelli tal-IA speċifiċi għas-setturi b’kapaċità qawwija mfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti operazzjonali tal-industriji prijoritizzati skont l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, bħall-kura tas-saħħa, it-trasport, inkluż l-ajruspazju, is-settur awtomobilistiku, il-manifattura, id-difiża u l-ispazju, il-klima u l-ambjent u s-settur agroalimentari. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jħaffu wkoll l-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi meqjusa ta’ prijorità fl-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, u l-iskoperta xjentifika kif meqjusa ta’ prijorità fl-Istrateġija Ewropea għall-IA fix-xjenza, bi qbil ma’ COM(2025) 724 final.
(19)Fil-kura tas-saħħa, dawk l-avvanzi jenħtieġ li jtejbu l-eżattezza tad-deċiżjonijiet kliniċi u jbiddlu s-settur farmaċewtiku mill-qiegħ. Fis-settur awtomobilistiku, dawk jenħtieġ li jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-varar ta’ pjattaformi tas-software innovattivi li jikkontribwixxu għat-tmexxija industrijali tal-Unjoni f’vetturi definiti mis-software u fis-sewqan awtonomu. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jnaqqsu wkoll l-ostakli għall-ittestjar u l-varar tal-mudelli tal-IA, b’mod partikolari fil-bliet u r-reġjuni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tat-tmexxija tal-Unjoni f’vetturi definiti mis-software u fis-sewqan awtonomu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-varar ta’ sistemi tal-IA għas-sewqan awtonomu, inkluż b’kooperazzjoni maċ-Ċentri għall-IA, mal-industrija awtomobilistika, mal-fornituri, mal-bliet u r-reġjuni, biex isir varar sikur u affidabbli ta’ soluzzjonijiet tal-mobbiltà konnessa u awtonoma bbażati fuq l-IA f’ambjenti Ewropej diversi. Fil-manifattura, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-akkumular tad-data fis-setturi industrijali tramite partijiet terzi fdati biex jitħarrġu mudelli speċjalizzati tal-IA, u jkun żgurat volum suffiċjenti ta’ data tat-taħriġ b’ħarsien strett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li jiġu esplorati approċċi komputazzjonali siguri u verifikabbli biex l-IA tkun tista’ tintuża f’kuntesti sensittivi. Fis-settur tad-difiża, peress li l-IA hija teknoloġija rivoluzzjonarja b’impatt sinifikanti fuq is-sigurtà u d-difiża, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jistgħu jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet avvanzati b’komplementarjetà sħiħa u mingħajr preġudizzju għall-istrumenti tal-Unjoni maħsuba għalihom, b’appoġġ għall-industrija tad-difiża, inkluż il-Fond Ewropew għad-Difiża (“EDF”) u l-Programm għall-industrija tad-difiża Ewropea (“EDIP”). Fis-settur spazjali, l-avvanzi diġitali jenħtieġ li jbiddlu mill-qiegħ il-mod kif jitħaddmu u jintużaw l-assi spazjali, is-servizzi u l-flussi tad-data; u fil-qasam tat-trasport, l-avvanzi diġitali fl-avjazzjoni jenħtieġ li jbiddlu mill-qiegħ il-mod kif jitmexxew l-operazzjonijiet, billi l-IA tisfrutta ħemel ta’ data dwar missjonijiet, data operazzjonali u tal-osservazzjoni li hemm disponibbli. Fil-qasam tal-klima u tal-ambjent, jenħtieġ li tiġi żviluppata l-IA ġeospazjali, b’mod partikolari bit-tħaddim tad-data tal-Osservazzjoni Dinjija tal-programm Copernicus u l-kapaċitajiet tal-programmi tal-Unjoni dwar l-Ispazju, u l-konnettività b’mod ġenerali 15 . Fl-agrikoltura, l-IA tista’ ssarraf id-data mis-sensuri, mis-satelliti u mill-makkinarju agrikolu f’informazzjoni intwittiva li tista’ tintuża mill-bdiewa. Tista’ wkoll issaħħaħ il-kompetittività u r-reżiljenza, pereżempju billi ttejjeb it-tbassir tar-rendiment agrikolu, tgħin biex il-pesti u l-mard jinqabdu fil-bidu, tottimizza l-użu tat-tisqija u tal-fertilizzanti, u tappoġġa produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli. Peress li l-implimentazzjoni tal-IA fil-kuntesti industrijali teħtieġ validazzjoni rigoruża f’ambjenti tad-dinja reali, l-Unjoni jenħtieġ li tipprovdi għodod tal-IA ibbażati fuq il-cloud lill-atturi industrijali, kif ukoll ambjenti tal-ittestjar.
(20)L-Unjoni jenħtieġ li trawwem ukoll id-disponibbiltà ta’ infrastrutturi tal-computing b’sigurtà għolja għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-implimentazzjoni ta’ mudelli u sistemi tal-IA relatati mad-difiża.
(21)Peress li l-aġenti tal-IA saru dejjem aktar kapaċi u l-applikazzjonijiet tal-IA saru aktar integrati fil-fond ġo xenarji tan-negozju tad-dinja reali, l-industrija qed tevolvi malajr ħafna lejn paradigma ġdida li tattrezza lil dawk is-sistemi b’kapaċitajiet ta’ eżekuzzjoni awtonoma. Din it-tranżizzjoni lejn paradigma ġdida teħtieġ qafas tekniku sod li jiżgura s-sikurezza, l-eżattezza u l-konformità legali ta’ dawk is-sistemi, minħabba r-rekwiżiti stretti tal-inġinerija li jeżiġu l-pjattaformi tal-IA. Għaldaqstant, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jkunu maħsuba biex jistabbilixxu pjattaformi sovrani u siguri tal-IA apposta għall-implimentazzjoni u l-orkestrazzjoni fuq skala kbira ta’ aġenti tal-IA avvanzati. Dawk il-pjattaformi jenħtieġ li jiġu appoġġati b’oqfsa ta’ orkestrazzjoni innovattivi li jiżguraw it-trasparenza u l-akkontabilità f’interazzjonijiet bejn diversi aġenti. Jeħtieġ ukoll jiġu ffaċilitati l-iżvilupp ta’ metodoloġiji rigorużi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għall-aġenti tal-IA u l-orkestrazzjoni biex tixxejjen kemm jista’ jkun l-imġiba awtonoma mhux intenzjonata.
(22)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jżidu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ mudelli u sistemi tal-IA fis-settur pubbliku tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-mudelli u s-sistemi tal-IA jenħtieġ li jintużaw biex jappoġġaw teħid aħjar tad-deċiżjonijiet, jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u jnaqqsu l-piżijiet bla bżonn, b’mod partikolari f’oqsma pubbliċi kritiċi bħall-kura tas-saħħa fejn jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tad-data għall-mudelli u l-għodod tal-IA b’mod li jiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Għal dak il-għan, jixraq jiddaħħlu miżuri li jtejbu l-kwalità tad-data tas-settur pubbliku u jiġu promossi l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data tat-taħriġ u l-mudelli tal-IA fis-settur pubbliku tal-Unjoni, ħalli tkun evitata l-frammentazzjoni u jkunu jistgħu jiskalaw is-soluzzjonijiet ta’ suċċess orjentati lejn l-utenti.
(23)L-Inizjattiva ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li tgħin biex titħaffef l-adozzjoni tal-IA u tal-cloud computing fuq skala kbira, inkluż fil-livell reġjonali u lokali. L-adozzjoni wiesgħa tal-IA fis-setturi privati u pubbliċi jenħtieġ li tiġi promossa bin-network taċ-Ċentri għall-IA. Biex dan in-network ikun jista’ jintuża għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati miżuri ta’ appoġġ komplementari li jgħinu favur il-mira tat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji li ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 16 ) (“il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali 2030”). Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żviluppat kurrikulu apposta għal ħiliet fil-cloud computing u fl-IA biex il-ħaddiema tas-settur pubbliku u tas-settur privat jiksbu kompetenzi avvanzati ħalli tonqos id-dipendenza fuq il-fornituri mhux tal-UE u jiġu żviluppati kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni li jmiss, bi qbil mal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-ħiliet, inkluż dawk fil-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet 17 . Meta rilevanti, il-kurrikulu jenħtieġ li jinbena fuq inizjattivi Ewropej rilevanti, fosthom l-Akkademja tal-Ħiliet fl-IA, iċ-Ċentri għall-IA u l-Akkademja Interoperabbli tal-Ewropa, u jinvolvi lil partijiet ikkonċernati li għandhom l-għarfien espert meħtieġ.
(24)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jiżguraw ukoll l-adozzjoni ta’ servizzi tal-cloud computing ipprovduti mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Ewropej fis-setturi pubbliċi u privati kollha biex jiżguraw li l-adozzjoni tal-cloud tkun konsistenti mal-objettiv li tissaħħaħ l-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni, b’mod partikolari f’setturi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data kritika. Dan l-objettiv jista’ jgħin għall-eżiti tal-Konsorzji Ewropej tal-Infrastruttura Diġitali (“EDICs”) rilevanti, fosthom l-infrastruttura kondiviża, l-istandards komuni u l-aqwa prattiki. L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tal-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (“il-Federazzjoni EuroCloud”) skont dan ir-Regolament li tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ servizzi ta’ ċentri tad-data u tal-cloud computing siguri u reżiljenti għas-settur pubbliku. Barra minn hekk, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw l-attivitajiet tal-akkwist pubbliku li tagħmel il-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni (“entitajiet tal-Unjoni”), iżda anki tal-awtoritajiet kontraenti nazzjonali madwar l-Unjoni, għax l-akkwist pubbliku tas-servizzi diġitali jenħtieġ li ma jixprunax biss id-diġitalizzazzjoni tal-korpi tas-settur pubbliku, iżd’anki jgħinhom jużaw il-kapaċità tal-akkwist tagħhom u jħaffef l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali reżiljenti u siguri.
(25)L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu Ċentri ta’ esperjenza u ta’ aċċellerazzjoni għall-IA (“Ċentri għall-IA”) ħalli jiżguraw kopertura xierqa tat-territorju tagħhom. Iċ-Ċentri għall-IA jeħtieġ li jaġixxu bħala aċċelleraturi reġjonali u lokali għall-adozzjoni u l-varar tal-IA, tal-cloud computing u ta’ teknoloġiji avvanzati oħra madwar l-Unjoni, li jappoġġaw lill-SMEs, lill-SMCs u lill-korpi tas-settur pubbliku fit-trasformazzjoni diġitali tagħhom. Biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-IA f’setturi industrijali strateġiċi, iċ-Ċentri għall-IA jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll sinerġiji ma’ inizjattivi mnedija skont l-Istrateġija għal Unjoni tad-Data. Iċ-Ċentri għall-IA jenħtieġ li jipprovdu għarfien espert, ittestjar, ħiliet u appoġġ għall-innovazzjoni, u għalhekk isaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza tal-bażi industrijali tal-IA tal-Unjoni, u fl-istess waqt isaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni u l-varar mifrux tal-IA u ta’ teknoloġiji avvanzati oħra madwar l-Unjoni. In-network jenħtieġ li jibni fuq in-network taċ-ċentri Ewropej tal-innovazzjoni diġitali. Apparti hekk, se jikkollabora mill-qrib ma’ inizjattivi oħra li jappoġġaw l-adozzjoni tal-IA u ta’ teknoloġiji avvanzati oħra, bħal faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni u l-fabbriki tal-IA. Se jinbena fuq inizjattivi relatati mal-ħiliet, fosthom is-Sħubija Diġitali fuq skala kbira permezz tal-Patt għall-ħiliet, u l-akkademji tal-ħiliet, inkluż l-Akkademja tal-Ħiliet fl-IA.
(26)L-implimentazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li titħalla f’idejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA, meta rilevanti, jenħtieġ li tiġi fdata wkoll f’idejn strutturi oħrajn li jkollhom l-għarfien espert u r-riżorsi xierqa. B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2028-2034), l-implimentazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li tkun tista’ tiġi fdata f’idejn impriżi konġunti, bħall-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti (“l-Impriża Konġunta”) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 18 jew l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (“l-Impriża Konġunta EuroHPC”) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 19 u, meta rilevanti, is-suċċessur tagħhom.
(27)L-objettivi operazzjonali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jiġu implimentati, b’mod partikolari, billi jiġu stabbiliti objettivi ambizzjużi u progressivi li jkunu maħsuba biex jisbqu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku attwali fejn jidħlu l-iżvilupp tal-infrastruttura, il-cloud computing u l-IA. Għalhekk, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jappoġġaw “Sfidi Kbar” strateġiċi ewlenin li jiffokaw fuq l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji u infrastruttura mill-aktar avvanzati tal-cloud u tal-IA li għandhom importanza ewlenija għall-Unjoni. Dawk l-isfidi kbar jenħtieġ li jibnu fuq dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2026/XXX [l-Att dwar iċ-Ċipep 2.0] dwar qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-Ewropa, maħsuba biex jixprunaw it-teknoloġiji tas-semikondutturi fuqhom jistrieħu l-IA, il-cloud computing, iċ-ċentri tad-data u l-infrastrutturi periferiċi.
(28)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jistgħu jiġu appoġġati b’finanzjament minn programmi tal-Unjoni u minn strumenti oħra, b’mod partikolari mill-programm Orizzont Ewropa u mill-programm Ewropa Diġitali, kif ukoll mill-programm InvestEU, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/694 20 , ir-Regolament (UE) 2021/695 21 u r-Regolament (UE) 2021/523 22 . Skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jistgħu jkomplu jirċievu appoġġ mill-programmi tal-Unjoni suċċessivi, soġġetti għall-adozzjoni tagħhom u f’konformità mal-bażijiet legali rispettivi tagħhom.
(29)Minbarra li jirċievu finanzjament mill-programmi tal-Unjoni, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jistgħu jiġu appoġġati mill-Istati Membri permezz ta’ miżuri tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, u jiżguraw li l-politiki nazzjonali u l-politika tal-Unjoni jkunu konsistenti b’mod reċiproku, kif ukoll b’investimenti mis-settur privat. B’mod partikolari, il-partijiet ikkonċernati tas-settur privat jenħtieġ li jitħeġġu jqisu l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA huma u jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment tagħhom għall-cloud computing u l-IA. B’dan il-mod, l-investimenti privati jistgħu jgħinu biex jipprovdu perkors koerenti u koordinat ta’ investimenti allinjati mal-objettivi ta’ politika usa’ u mal-għanijiet tal-implimentazzjoni fit-tul stabbiliti mill-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA.
(30)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikseb pariri mingħand il-partijiet ikkonċernati b’għarfien espert xieraq dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, b’mod partikolari, trawwem il-kooperazzjoni ma’ fora esperti u konsultattivi eżistenti, bħall-Alleanza għad-Data Industrijali, għall-Edge u għall-Cloud, l-Alleanza għall-Applikazzjoni tal-IA u l-Alleanza Industrijali għas-Semikondutturi. L-Alleanza għad-Data Industrijali, għall-Edge u għall-Cloud jenħtieġ li tkun forum ta’ skambju għal diversi partijiet ikkonċernati fit-teknoloġiji tal-edge u tal-cloud computing tal-ġenerazzjoni li jmiss, li jkun jinkludi lil negozji, rappreżentanti tal-Istati Membri u esperti rilevanti oħra. Din l-Alleanza jenħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tfassal pjanijiet direzzjonali strateġiċi għall-investimenti biex tixpruna teknoloġiji tal-computing tal-ġenerazzjoni li jmiss li jkunu siguri, distribwiti, interoperabbli u effiċjenti fir-riżorsi. L-Alleanza għall-Applikazzjoni tal-IA jenħtieġ li tkun forum ta’ koordinazzjoni għall-partijiet ikkonċernati tal-IA u għal dawk li jfasslu l-politika ħalli tavvanza d-diskussjoni fuq il-potenzjal tal-IA fis-setturi strateġiċi tal-Unjoni. L-Alleanza għall-Applikazzjoni tal-IA jenħtieġ li tkompli tgħin fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, b’mod partikolari billi torganizza sessjonijiet ta’ ħidma industrijali, tidentifika u tivvaluta każijiet ġodda tal-użu tal-IA f’setturi strateġiċi, u tappella għal azzjonijiet speċifiċi ta’ politika ta’ appoġġ. Flimkien mal-Alleanza għall-Applikazzjoni tal-IA, l-Osservatorju tal-IA jenħtieġ li jipprovdi indikaturi sodi li jivvalutaw l-impatt tal-IA f’setturi strateġiċi, u jimmonitorja l-iżviluppi u x-xejriet teknoloġiċi, kif ukoll il-bidliet li tista’ ġġib fis-suq tax-xogħol.
(31)L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jenħtieġ li jtejbu s-sinerġiji mal-azzjonijiet li qed jappoġġaw bħalissa l-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż permezz ta’ Orizzont Ewropa u l-programm Ewropa Diġitali, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 u r-Regolament (UE) 2026/XXX [l-Att dwar iċ-Ċipep 2.0] dwar qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-Ewropa. L-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-konsistenza, il-komplementarjetà u sinerġiji bejn l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA, u strateġiji, programmi u pjanijiet tal-investiment nazzjonali u reġjonali rilevanti, inkluż dawk implimentati skont programmi nazzjonali ta’ riforma, strateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u strumenti nazzjonali jew reġjonali oħra ta’ finanzjament li jappoġġaw l-objettivi tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA. Dik il-koordinazzjoni jenħtieġ li tkun maħsuba biex timmassimizza l-impatt tal-investimenti pubbliċi, tevita d-duplikazzjoni tal-finanzjament, tippromwovi l-allinjament tal-prijoritajiet fost il-livelli ta’ governanza, u tiffaċilita l-iskalar u l-użu tar-riżultati madwar l-Unjoni.
(32)Biex jiżguraw li l-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri jkunu konsistenti b’mod reċiproku, l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw strateġiji nazzjonali favur l-objettivi tal-Unjoni dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA, bi qbil mal-pjan ta’ azzjoni tal-kontinent tal-IA u mal-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA. L-istrateġiji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jinkludu b’mod partikolari l-prinċipju “l-IA l-ewwel” kif definit fl-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, u jħeġġu lill-organizzazzjonijiet jirriflettu dwar il-proċessi tan-negozju tagħhom, filwaqt li jqisu l-opportunitajiet offruti mill-IA u r-riskji potenzjali. L-istrateġiji nazzjonali tal-cloud u l-IA jenħtieġ li jkunu allinjati wkoll mal-miri diġitali assoċjati, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 23 , b’mod partikolari dwar l-adozzjoni tas-servizzi tal-cloud computing, tal-Big Data u tal-IA minn imqar 75% tal-intrapriżi tal-Unjoni għall-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom, u l-varar ta’ mqar 10 000 nodu periferiku b’sigurtà għolja newtrali għall-klima fl-Unjoni, filwaqt li tkun żgurata latenza baxxa. Il-miżuri adottati skont l-istrateġiji nazzjonali jistgħu jinformaw il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali għad-Deċennju Diġitali (il-“pjanijiet direzzjonali nazzjonali”).
(33)Meta Stat Membru jkun diġà adotta strateġija nazzjonali li tkopri sew l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn l-adozzjoni ta’ strateġija oħra. Iżda jekk Stat Membru jidentifika lakuni fl-istrateġija eżistenti tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-objettivi, jenħtieġ li jaġġornaha kif xieraq. Il-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali stabbilit mill-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (“il-Bord għall-IA”) għandu rwol ċentrali biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-politika tal-Unjoni dwar l-IA. Peress li l-cloud computing jirfed u jiffaċilita l-IA, l-Bord għall-IA jenħtieġ li jkun pjattaforma li tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-adozzjoni tal-IA bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Biex iwettaq dan il-kompitu, l-Bord għall-IA jenħtieġ li jkollu l-għarfien espert neċessarju u l-parteċipazzjoni xierqa.
(34)Minħabba l-iskala bla preċedent tar-riżorsi meħtieġa għall-iżvilupp tal-IA pijuniera, jeħtieġ jiġu stabbiliti kriterji biex proġett ikun jista’ jiġi deżinjat bħala proġett ta’ prijorità tal-IA pijuniera. Dawk il-proġetti jenħtieġ li jkunu jappoġġaw l-iżvilupp u l-iskalar tat-teknoloġiji tal-IA pijuniera, b’mod partikolari fis-settur taċ-ċibersigurtà. Fid-dawl tal-kumplessità teknika u tan-natura intensiva fil-kapital tagħhom, il-proġetti jeħtieġu approċċ kollaborattiv fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jixraq li dawn jintalbu jinvolvu parteċipazzjoni wiesgħa ta’ entitajiet minn madwar l-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-EDICs stabbiliti skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 jew struttura legali oħra li kapaċi tirrappreżenta sehem sinifikattiv tal-interess tal-Unjoni.
(35)L-allokazzjoni ta’ riżorsi komputazzjonali biżżejjed tal-IA għall-proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera jenħtieġ li jkollha importanza strateġika għall-Unjoni u għall-Istati Membri. B’mod proporzjonat u fil-limiti tal-kapaċità disponibbli Ewropea tal-computing ta’ prestazzjoni għolja (“EuroHPC”), l-Unjoni jenħtieġ li tipprovdi l-istess ammont ta’ riżorsi komputazzjonali tal-IA daqskemm jikkontribwixxu jew jimpenjaw l-Istati Membri għall-proġetti ta’ prijorità ddeżinjati tal-IA pijuniera. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu wkoll biżżejjed ħin komputazzjonali għall-innovazzjoni industrijali tal-IA, għall-IA fiżika u għall-proġetti tal-IA tas-settur pubbliku. Dan hu mingħajr preġudizzju għar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173. Il-politika tal-aċċess tal-Impriża Konġunta EuroHPC jenħtieġ li tiġi akkomodata biex tkun tirrifletti l-allokazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi komputazzjonali b’mod effiċjenti, trasparenti u fil-ħin, mingħajr preġudizzju għall-kontinwità tal-operazzjonijiet attwali u d-drittijiet tal-proġetti li diġà qed jibbenefikaw minn riżorsi komputazzjonali allokati mill-EuroHPC.
(36)Biex jitwettqu l-ambizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-IA, hemm bżonn jissaħħu l-infrastrutturi diġitali u jsir l-investiment fihom, inkluż il-kapaċità tal-cloud u tal-edge li jixprunaw it-taħriġ, l-irfinar, il-varar, u l-operat fil-ħin reali. Il-varar taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni għadu lura u għadu kkonċentrat f’għadd limitat ta’ ċentri stabbiliti, u dawn qed joħolqu żbilanċi strutturali bejn l-Istati Membri u ċerti ineffiċjenzi, fosthom kostijiet akbar, aktar latenza għar-reġjuni periferali, opportunitajiet mhux indaqs għan-negozji, u dewmien fit-trasformazzjoni diġitali. Li jiżdiedu l-kapaċitajiet taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni u li jkunu bbilanċjati ġeografikament hu kruċjali wkoll biex jonqsu d-dipendenzi fuq l-infrastrutturi esterni, u b’hekk jittaffew ir-riskji tas-sigurtà ekonomika u jiġu appoġġati l-kompetittività, ir-reżiljenza u s-sovranità tal-Unjoni.
(37)Iċ-ċentri tad-data huma infrastruttura kritika għall-Unjoni, u jistgħu joħolqu valur ekonomiku sostanzjali, inkluż investimenti u impjiegi ta’ valur, u jistgħu jappoġġaw ekosistemi tal-innovazzjoni – speċjalment jekk ikunu integrati mal-ħtiġijiet lokali u jsegwu l-aħjar prattiki. Jekk titmexxa kif xieraq, l-espansjoni tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data fl-Unjoni tista’ ġġib benefiċċji ekonomiċi u strateġiċi sinifikanti, tgħin fil-modernizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, tappoġġa t-tkabbir tal-enerġija nadifa u l-użu sostenibbli tal-enerġija. Din tiddependi fuq l-implimentazzjoni ta’ qafas adegwat li jevita l-impatti negattiv, bħall-istress fuq il-provvista tal-enerġija, l-impatti ambjentali negattivi u l-opportunitajiet mitlufa. Iż-żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data (“żoni ta’ aċċellerazzjoni”) jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv billi jiftħu l-bibien ħalli l-infrastruttura titwettaq bl-iskala u l-ħeffa meħtieġa, f’qafas regolatorju ċar u simplifikat.
(38)Meta l-kapaċità tkun qed tiġi varata fit-territorju tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu ddeżinjati żoni ta’ aċċellerazzjoni li jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-espansjoni u l-modernizzazzjoni taċ-ċentri tad-data. Id-deżinjazzjoni ta’ dawk iż-żoni jenħtieġ li tgħin biex jixxejnu l-lakuni tal-kapaċità fl-Unjoni u biex jiżdiedu l-kompetittività, l-awtonomija u r-reżiljenza teknoloġika tal-Unjoni, filwaqt li tkun żgurata l-konformità mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni, inkluż ir-rekwiżiti relatati mal-effiċjenza enerġetika u mal-protezzjoni tal-ambjent. Provvista suffiċjenti u fil-ħin tal-enerġija liż-żoni ta’ aċċellerazzjoni hija kundizzjoni abilitanti fundamentali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom u għall-iżvilupp tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni. Informazzjoni affidabbli u eżatta dwar id-domanda futura għall-enerġija tgħin biex il-grilja tiżviluppa b’mod kosteffettiv. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jħejju analiżi għal kull żona ta’ aċċellerazzjoni, u jidentifikaw il-ħtiġijiet attwali u futuri tal-enerġija tagħha. Dik l-analiżi jenħtieġ li tgħin fl-informazzjoni għall-ippjanar tal-grilja nazzjonali u b’hekk tikkontribwixxi għal investimenti antiċipatorji utli fil-grilja u għal konnessjonijiet tal-enerġija aktar veloċi għaż-żona ta’ aċċellerazzjoni. Huma u jiddefinixxu l-ambitu, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu d-disponibbiltà tal-infrastruttura rilevanti tat-trasport u tan-network. Ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fil-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tan-network biex il-punti futuri tad-domanda għall-enerġija jiġu koperti b’mod adegwat fl-ippjanar futur tal-grilja. Biex ikun żgurat li ż-żoni ta’ aċċellerazzjoni jipprovdu l-kundizzjonijiet it-tajba għall-varar tal-kapaċità, l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw proċeduri ċari u effiċjenti għall-konnessjoni mal-grilja u ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli, u jenħtieġ li jiċċaraw il-kundizzjonijiet għall-konnessjoni mal-grilja skont id-Direttiva (UE) 2019/944 għall-operaturi taċ-ċentri tad-data. Proposta legali futura għal kontijiet tal-elettriku li jkunu validi għall-futur fl-UE tipprovdi inċentivi biex l-infrastruttura tal-grilja tintuża b’mod ottimu u kosteffettiv u jiġi inċentivat konsum favur is-sistema. Il-ftehimiet tax-xiri tal-enerġija (“PPAs”) huma strumenti importanti għaċ-ċentri tad-data għax dawn jipprovdu stabbiltà tal-prezzijiet fit-tul, u jippermettu lill-operaturi taċ-ċentri tad-data jakkwistaw elettriku nadif fuq skala, u b’hekk jappoġġaw operazzjonijiet affidabbli u t-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija nadifa. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-adozzjoni tal-PPAs, anke fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, billi jneħħu ostakli mhux ġustifikati u proċeduri jew imposti sproporzjonati jew diskriminatorji, ħalli jipprovdu l-prevedibbiltà tal-prezzijiet.
(39)Huma u jistabbilixxu r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għaċ-ċentri tad-data varati fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kif definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1364 24 f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 . L-objettiv hu li jkunu żgurati standards ambjentali konsistenti, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u jiġu appoġġati l-għanijiet usa’ tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u s-sostenibbiltà fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni. Barra minn hekk, biex tkun evitata riżerva spekulattiva tar-riżorsi fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, u jkun żgurat aċċess ġust, raġonevoli u nondiskriminatorju li jippreserva kompetizzjoni effettiva u jappoġġa l-iżvilupp fil-ħin u effiċjenti taż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi f’dawk iż-żoni jsiru b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji u ma jwasslu għall-ebda riżerva spekulattiva jew prattika ta’ esklużjoni li tista’ xxekkel il-kompetizzjoni effettiva jew l-iżvilupp jew l-użu effettiv ta’ dawk iż-żoni.
(40)Biex il-varar tal-proġetti taċ-ċentri tad-data fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni jiġi ffaċilitat u jitħaffef, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw punti uniċi tal-informazzjoni jew, meta possibbli, jaġġornaw jew jintegraw ma’ dawk iddeżinjati skont ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .
(41)Ir-Regolament (UE) 202X/XX [dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali] 27 jistabbilixxi qafas komuni ta’ aċċellerazzjoni għall-valutazzjonijiet ambjentali biex tiżdied l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin mill-Unjoni, jitnaqqsu d-dipendenzi u tiżdied il-kompetittività. Il-proċeduri marbuta mal-valutazzjonijiet ambjentali jenħtieġ li jitħaffu u jeħfiefu għall-pjanijiet, il-programmi u l-proġetti fis-setturi kollha tal-ekonomija mingħajr ma jintmessu l-livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Iżda xi setturi jaf ikunu jeħtieġu valutazzjonijiet ambjentali aktar malajr. Biex tkun żgurata l-koerenza tal-qafas legali għall-valutazzjonijiet ambjentali, u tiġi akkomodata l-ħtieġa għal implimentazzjoni aċċellerata f’ċerti setturi strateġiċi, ir-Regolament (UE) 202X/XXX [dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali] jistabbilixxi sett ta’ għodod apposta. Minħabba r-rwol tagħhom biex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni permezz tal-kontribut tagħhom biex titjieb l-effiċjenza enerġetika, teħfief l-integrazzjoni tal-enerġija nadifa, u tinkiseb l-infrastruttura meħtieġa għal grilji intelliġenti, għas-sistemi tat-trasport, u għat-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u l-kontribut tagħhom għar-reżiljenza u s-sigurtà ekonomika tal-Unjoni billi jiżguraw infrastruttura affidabbli fl-Unjoni li tipproteġi s-servizzi kritiċi u ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li topera b’mod indipendenti, il-proġetti taċ-ċentri tad-data varati fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni jenħtieġ li jitqiesu bħala proġetti strateġiċi skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 202X/XXX [dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali] u għalhekk jibbenefikaw mis-sett ta’ għodod stabbilit apposta skont dak ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu permess bażi aggregat li jkun jirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull żona ta’ aċċellerazzjoni identifikata. Dak il-permess bażi aggregat maħruġ mill-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jkun ikopri l-permessi normalment meħtieġa għal dawk l-attivitajiet fiż-żona, ħlief il-permessi tal-konnessjoni mal-grilja.
(42)Il-proġetti taċ-ċentri tad-data li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-setturi diġitali u tal-enerġija tal-Unjoni u li jissodisfaw kriterji ċari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiddeżinjahom bħala proġetti strateġiċi. Huma hu jqisu l-importanza tal-proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, japplikaw miżuri ta’ appoġġ b’mod proporzjonat għal dawk il-proġetti. Huma u jippjanaw dawk il-miżuri ta’ appoġġ, imbagħad, l-Istati Membri jenħtieġ li meta applikabbli jużaw l-oqfsa rilevanti biex jagħtu appoġġ pubbliku. Jenħtieġ li l-proġetti strateġiċi jindirizzaw falliment tas-suq b’mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jeskludu l-finanzjament privat, filwaqt li jiżguraw valur miżjud ċar tal-Unjoni.
(43)Il-proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data jenħtieġ li jingħataw appoġġ mill-programmi, mill-fondi u mill-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fir-Regolament li jistabbilixxi dawk il-fondi u l-programmi u mingħajr preġudizzju għall-qafas finanzjarju pluriennali (2028-2034) li jmiss. B’mod partikolari, dawk il-proġetti strateġiċi jenħtieġ li jingħataw is-siġill tal-kompetittività meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2026/XXX [dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività] (“FEK”) 28 , bħala proġetti ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività.
(44)Biex tħeġġeġ il-varar strateġiku tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-kapaċità komputazzjonali disponibbli u l-volum tad-domanda għall-kapaċità taċ-ċentri tad-data u tidentifika d-daqs tal-lakuni tal-kapaċità madwar l-Unjoni. Dak il-monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ tużah biex tinforma r-rakkomandazzjonijiet possibbli tagħha. Bex tiggwida lill-Istati Membri fl-aċċellerazzjoni tal-varar tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda miżuri, meta xieraq, li jindirizzaw il-lakuni identifikati fil-kapaċità tal-Unjoni. F’konformità mal-Programm ta’ Politika għad-Deċennju Diġitali 2030, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina wkoll il-miri tad-Deċennju Diġitali biex ikunu jirriflettu l-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi jew tas-soċjetà u l-evoluzzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni f’dak ir-rigward.
(45)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (“l-entitajiet tal-Unjoni”) huma u jwettqu l-proċeduri tal-akkwist tas-servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(46)L-Unjoni għadha tiddependi b’mod kritiku fuq għadd limitat ta’ fornituri tas-servizzi tal-cloud computing soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiżi terzi jew ta’ entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi. Dan jesponi lill-Unjoni għal dipendenzi strateġiċi kritiċi u għal riskji ta’ konċentrazzjoni, inkluż vulnerabbiltajiet minħabba l-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-liġijiet ta’ pajjiżi terzi, tfixkil potenzjali li jaffettwa l-kontinwità, il-kwalità u r-reżiljenza tas-servizzi tal-cloud computing, inqas kontroll u sorveljanza tad-data personali u mhux personali u tal-infrastruttura, u r-riskju li tiġi eżerċitata influwenza ekonomika jew politika mhux xierqa permezz tal-kontroll mill-pajjiżi terzi jew mill-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi ta’ servizzi tal-cloud computing. F’dan l-isfond, il-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jkollhom kontroll tal-infrastruttura, tad-data, tal-assi u tas-sistemi teknoloġiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni u nazzjonali saret objettiv ta’ politika imperattiv.
(47)Il-liġijiet eżistenti tal-Unjoni jindirizzaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, tal-protezzjoni tad-data, tal-interoperabbiltà u tal-portabbiltà tad-data li s-servizzi tal-cloud computing huma soġġetti għalihom. Iżda ma jeżisti l-ebda qafas regolatorju trażversali tal-Unjoni li jistabbilixxi għarfien armonizzat ta’ x’jikkostitwixxi servizz fdat tal-cloud computing biex jittaffew dawk ir-riskji. Xi Stati Membri żviluppaw jew qed jiżviluppaw approċċi nazzjonali biex jidentifikaw is-servizzi sovrani nazzjonali. Iżda l-miżuri nazzjonali ma jindirizzawx sew il-kwistjonijiet transfruntieri relatati man-nuqqas ta’ sovranità tal-Unjoni fl-ekosistema tal-cloud computing u jissograw li jifframmentaw is-suq intern tal-Unjoni u jdgħajfu l-għanijiet komuni tal-awtonomija u tas-sovranità.
(48)Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing nedew offerti tas-servizz tagħhom imfasslin apposta bħala rispons għat-tħassib dejjem akbar tal-Unjoni dwar is-sovranità. Iżda dawk l-offerti ma jindirizzawx il-kwistjonijiet ewlenin tas-sovranità li jippermettu l-ilħuq ekstraterritorjali tal-liġijiet ta’ pajjiżi terzi u d-degradazzjoni jew it-tfixkil possibbli tas-servizz. Għaldaqstant, l-Unjoni ma tkunx tista’ tiżgura l-awtonomija jew il-kontroll tad-data, tal-assi u tal-infrastruttura diġitali tagħha. Għalhekk, il-qafas attwali jrid jiġi kkomplementat b’azzjonijiet immirati fil-livell tal-Unjoni billi jiddaħħal mekkaniżmu armonizzat li jista’ jsaħħaħ l-istrateġija fit-tul tal-Unjoni għal awtonomija teknoloġika, kontroll u reżiljenza fl-ekosistema tal-cloud u tal-IA.
(49)F’dan l-isfond, iż-żieda sinifikanti fit-tħassib tal-ordni pubbliku – inkluż, pereżempju, ir-riskji għas-sigurtà ekonomika – teħtieġ implimentazzjoni effettiva u koerenti tas-salvagwardji għall-attivitajiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni. Fil-kuntest tal-entitajiet tal-Unjoni, l-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 29 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri sensittivi tal-akkwist pubbliku.
(50)Għalhekk, biex jitħares l-ordni pubbliku, hemm bżonn jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kontraenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jużaw fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tas-servizzi tal-cloud computing. Il-kunsiderazzjoni ta’ esponiment possibbli għar-riskju hi fundamentali meta jkunu qed jintgħażlu l-miżuri xierqa tal-mitigazzjoni ħalli jitħares l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-Unjoni u l-Istati Membri li jiddependu b’mod kritiku fuq għadd limitat ta’ fornituri tas-servizzi tal-cloud computing soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità legali stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jwasslu għal riskji bħal użu ħażin (jiġifieri manipulazzjoni, aċċess u kontroll remoti, sabotaġġ, użu bħala arma), l-aċċess għall-informazzjoni (jiġifieri aċċess għal informazzjoni sensittiva, komunikazzjoni mhux awtorizzata, tnixxijiet tat-teknoloġija, manipulazzjoni jew ħtif tad-data, spjunaġġ) u vulnerabbiltajiet tad-dipendenza (jiġifieri koerċizzjoni politika u/jew ekonomika, pereżempju bl-użu ta’ intrappolamenti tal-klijentela jew teknoloġiċi, embargos jew sanzjonijiet, ipprezzar monopolistiku li jagħmel ħsara lill-interess finanzjarju tal-Unjoni u tal-Istati Membri).
(51)Biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji u jiġu previsti l-miżuri xierqa tal-mitigazzjoni, jeħtieġ jiġi stabbilit qafas tas-sovranità tal-cloud computing tal-Unjoni li jiddetermina l-kriterji għal servizzi fdati tal-cloud computing. Biex jieħu ħsieb in-natura varjata u b’diversi saffi tas-sovranità, il-qafas jenħtieġ li jipprevedi erba’ livelli differenti ta’ offerti fdati (“livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni”).
(52)Il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jipprevedu qafas proporzjonat li jiżgura l-ħarsien tal-ordni pubbliku billi l-kontroll u l-awtorità jkunu f’idejn il-korpi tas-settur pubbliku. Ħafna mis-servizzi pubbliċi ma jkunux jeħtieġu l-ogħla livelli ta’ assigurazzjoni. F’xi każijiet speċifiċi, il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 3 jew 4 jistgħu jitqiesu meħtieġa u proporzjonati għall-ħarsien tal-ordni pubbliku. Il-valutazzjoni tar-riskju li jridu jagħmlu l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni tiżgura l-osservanza tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, billi jivvalutaw il-każijiet speċifiċi meta l-ħarsien tal-ordni pubbliku jkun jeħtieġ l-ogħla livell ta’ assigurazzjoni.
(53)Hu importanti li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikunu jistgħu jivvalutaw jekk il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jkun beħsiebhom jipprovdu s-servizzi tal-cloud computing tagħhom lill-entitajiet tal-Unjoni u lil korpi tas-settur pubbliku joffrux il-livell ta’ assigurazzjoni xieraq. Ġie stabbilit mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-servizzi tal-cloud computing li jkollhom dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE skont il-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1 jew li jkunu rċevew opinjoni “pożittiva” tal-awditjar u rapport tal-awditu minn organizzazzjoni tal-awditjar. Ladarba l-mekkaniżmu tar-rikonoxximent jiġi konkluż b’mod pożittiv, is-servizz tal-cloud computing jiġi rikonoxxut madwar l-Unjoni bħala li joffri l-livell xieraq ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. Fl-interess taċ-ċarezza, tas-sempliċità u tal-effettività, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta’ superviżjoni u infurzar tal-obbligi relatati mal-qafas tas-sovranità tal-cloud computing.
(54)Biex juru l-konformità mal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li jkollhom ir-responsabbiltà unika li jwettqu awtovalutazzjonijiet tal-konformità billi japplikaw il-kriterji rilevanti għal dak il-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. Dawk l-awtovalutazzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq evidenza dokumentata, proċeduri ta’ kontroll intern u monitoraġġ kontinwu li jkunu biżżejjed biex juru li jkunu ġew issodisfati l-kriterji applikabbli.
(55)L-awditi indipendenti huma għodda importanti għall-monitoraġġ tal-konformità tas-servizzi tal-cloud computing ipprovduti mis-servizz tal-cloud computing. Peress li jeħtieġ ikun żgurat li l-kriterji applikabbli għal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3 jew 4 jiġu verifikati minn esperti indipendenti ta’ partijiet terzi, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li jkunu responsabbli, permezz ta’ awditjar indipendenti, għall-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti minn dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li jkunu liberi li jagħżlu l-organizzazzjoni tal-awditjar tal-għażla tagħhom diment li l-organizzazzjoni tal-awditjar tkun turi l-indipendenza u l-konformità meħtieġa mar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament. Biex ikun żgurat li l-awditi jsiru b’mod effettiv, effiċjenti u fil-ħin, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li jipprovdu l-kooperazzjoni u l-assistenza meħtieġa lill-organizzazzjonijiet tal-awditjar, inkluż billi jagħtu aċċess lill-organizzazzjonijiet tal-awditjar għad-data u l-binjiet rilevanti kollha meħtieġa biex jagħmlu l-awditu kif suppost u jwieġbu l-mistoqsijiet orali jew bil-miktub. L-organizzazzjonijiet tal-awditjar jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jużaw sorsi oħra ta’ informazzjoni oġġettiva. Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jenħtieġ li ma jimminawx il-prestazzjoni tal-awditu. L-awditi jenħtieġ li jsiru f’konformità mal-aqwa prattiki tal-industrija u b’livell għoli ta’ etika professjonali u oġġettività, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-istandards tal-awditjar u tal-kodiċijiet ta’ prattika. L-organizzazzjonijiet tal-awditjar jenħtieġ li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità, is-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni, bħas-sigrieti kummerċjali, li jiksbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Din il-garanzija jenħtieġ li ma tkunx mezz biex tiġi skappata l-applikabbiltà tal-obbligi tal-awditjar inklużi f’dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-awditjar jenħtieġ li jkollhom l-għarfien espert meħtieġ fil-ġestjoni tar-riskju u kompetenza teknika fl-awditjar tas-servizzi tal-cloud computing. Jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti ewlenin tal-indipendenza għas-servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti, ir-rotazzjoni tad-ditti u t-tariffi mhux kontinġenti. Jekk ikun hemm xi dubju dwar l-indipendenza jew il-kompetenza teknika tagħhom, dawn jenħtieġ li jastjenu jew jirriżenjaw mill-inkarigu tal-awditjar.
(56)Ir-rapport tal-awditu jenħtieġ li jkun sostanzjat ħalli jingħata rendikont sinifikattiv tal-attivitajiet imwettqa u tal-konklużjonijiet milħuqa waqt l-awditu. Dan jenħtieġ li jgħin billi jservi ta’ tagħrif għall-miżuri li jieħdu l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing u, meta xieraq, biex jissuġġerixxi titjib fihom, ħalli jikkonformaw mal-kriterji applikabbli u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-awditu jenħtieġ li jkun jinkludi opinjoni tal-awditjar ibbażata fuq il-konklużjonijiet misluta mill-evidenza tal-awditjar miksuba. Jenħtieġ li tingħata “opinjoni pożittiva” meta l-evidenza kollha turi li l-fornitur ikun konformi mal-kriterji tal-awditjar u l-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tingħata “opinjoni negattiva” meta l-organizzazzjonijiet tal-awditjar ikunu tal-fehma li l-fornitur mhuwiex konformi mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta l-opinjoni tal-awditjar ma tkunx tista’ tasal għal konklużjoni dwar aspetti speċifiċi fl-ambitu tal-awditu, fl-opinjoni tal-awditjar jenħtieġ li tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn dan ma kienx possibbli. Meta applikabbli, ir-rapport jenħtieġ li jagħti deskrizzjoni tal-punti speċifiċi li ma setgħux jiġu awditjati, u spjegazzjoni tar-raġuni għalfejn ma setgħux jiġu awditjati.
(57)L-istabbiliment ta’ repożitorju ċentrali tas-servizzi rikonoxxuti tal-cloud computing assigurati mill-Unjoni hu meħtieġ biex jiffaċilita l-ħżin, l-aċċess u l-iskambju sigur u effiċjenti tal-informazzjoni rilevanti bejn il-klijenti tas-settur pubbliku tas-servizzi li joffru livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet tal-awditjar, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.
(58)Biex ikunu żgurati eżattezza u affidabbiltà kontinwi tal-istatus tas-servizzi tal-cloud computing bħala li joffru livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni skont il-qafas tas-sovranità tal-cloud, il-fornituri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw minnufih kull informazzjoni jew bidla materjali rilevanti fiċ-ċirkostanzi lill-organizzazzjoni tal-awditjar u lill-awtoritajiet kompetenti tal-istabbiliment. B’dik l-informazzjoni, l-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tkun tista’ terġa’ tivvaluta, temenda jew tirtira r-rapport tal-awditu u l-opinjoni meta meħtieġ, u sussegwentement in-notifiki jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-istabbiliment ħalli tirrieżamina r-rikonoxximent tagħha tas-servizz tal-cloud computing bħala li joffri ċertu livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li tippermetti l-istess ħaġa għall-awtorità kompetenti rilevanti fir-rigward tar-rikonoxximent tagħha tas-servizz tal-cloud computing.
(59)Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-qafas tas-sovranità tal-cloud, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għar-rikonoxximent tal-proċedura u tal-qafas tal-awditjar u għas-superviżjoni tal-fornituri rikonoxxuti tas-servizzi tal-cloud computing. Dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jingħataw is-setgħat, ir-riżorsi, l-għarfien espert u l-mezzi tekniċi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv, imparzjali u indipendenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li r-responsabbiltajiet ta’ dawk l-awtoritajiet ikunu stabbiliti b’mod ċar u li jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin, ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, inkluż l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data u l-Awtoritajiet taċ-Ċibersigurtà, u mal-Kummissjoni, meta xieraq, biex jiżguraw superviżjoni konsistenti u jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti u l-aqwa prattiki madwar l-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeżinjaw awtorità eżistenti waħda jew aktar bħala awtoritajiet kompetenti.
(60)L-għoti ta’ assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti hu essenzjali biex ikunu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi ta’ dan ir-Regolament bejn il-fruntieri tal-Unjoni, inkluż bl-iskambju fil-ħin tal-informazzjoni, b’koordinazzjoni tal-miżuri investigattivi u b’appoġġ waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-infurzar effettiv jeħtieġ kooperazzjoni transfruntiera soda bejn l-awtoritajiet kompetenti ħalli tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri, u l-kondiviżjoni fil-ħin tal-informazzjoni rilevanti biex jiġu indirizzati r-riskji sistemiċi fl-Unjoni
(61)L-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ l-awtonomija tagħha jenħtieġ li jiġi segwit b’mod li jibqa’ miftuħ, kooperattiv u konsistenti mal-impenji u s-sħubijiet internazzjonali tal-Unjoni. Għalhekk, l-objettivi ta’ politika segwiti permezz tal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1, 2, u 3 jenħtieġ li jinftiehmu bħala l-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi b’mod awtonomu meta meħtieġ, filwaqt li tibqa’ impenjata mas-sħab internazzjonali tagħha u trawwem kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku. F’dan l-isfond, għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 3, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li servizz tal-cloud computing soġġett għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità legali stabbilita f’pajjiż terz xorta jista’ jiġi awditjat skont il-kriterji tal-awditjar, meta l-pajjiż terz ikun implimenta salvagwardji speċifiċi li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat għad-data tal-Unjoni jew tfixkil possibbli fil-kwalità jew fil-kontinwità tas-servizz. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk il-pajjiż terz ikunx kopert minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679. B’mod partikolari, jenħtieġ li tiddetermina jekk id-deċiżjoni ta’ adegwatezza tapplikax b’mod ġenerali għall-pajjiż terz kollu jew tkunx limitata għal setturi speċifiċi jew għal organizzazzjonijiet iċċertifikati. Jenħtieġ li jiġi vvalutat ukoll jekk l-ambitu tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza jestendix għall-attivitajiet speċifiċi tal-ipproċessar li jsiru fil-kuntest tal-forniment tas-servizz, jew jekk it-trasferimenti jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti li jiġu implimentati salvagwardji xierqa.
(62)Biex għall-awtonomija tal-Unjoni jkun żgurat approċċ koerenti u bbażat fuq ir-riskju, l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni jenħtieġ li jwettqu valutazzjoni tar-riskju waħda jew aktar biex jiddeterminaw l-attivitajiet tas-settur pubbliku li jikkonċernaw l-ordni pubbliku. Dawk il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jiddeterminaw liema livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni jkun xieraq għall-attivitajiet, minħabba l-importanza tagħhom għall-ħarsien tal-ordni pubbliku fis-setturi rilevanti għad-Direttiva (UE) 2022/2555 u fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà interna, tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tad-difiża, tal-ġustizzja jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reat kriminali. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u titħares l-integrità tas-suq uniku diġitali, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom. Filwaqt li d-determinazzjoni tal-livell tas-sensittività tal-informazzjoni li tista’ tkun ospitata f’servizz tal-cloud computing li joffri livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tinsab fil-kompetenza u d-diskrezzjoni tal-Istati Membri, biex ikun hemm konsistenza madwar l-Unjoni, il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 3 u 4 jenħtieġ li jippermettu l-hosting sigur tal-informazzjoni klassifikata tal-UE.
(63)Fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, l-entitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jivvalutaw is-sensittività, il-kritikalità u l-kobor tad-data personali u mhux personali pproċessata fl-ambjent tal-cloud. Dak l-ipproċessar jista’ jinkludi informazzjoni tan-negozju ordinarja, informazzjoni kummerċjalment sensittiva, data operazzjonalment kritika, data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679, u data li tkun soġġetta għal obbligi speċifiċi għas-settur skont il-liġijiet tal-Unjoni, fosthom id-Direttiva (UE) 2022/2555 u r-Regolament (UE) 2022/2554. Il-gwida tal-Kummissjoni tħalli ċerta flessibbiltà lill-entitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jiddeterminaw il-livelli ta’ assigurazzjoni xierqa tal-Unjoni u l-kategoriji tal-informazzjoni u tal-utenti li għalihom ikunu adattati dawk il-livelli. Fl-istess ħin, approċċi nazzjonali diverġenti għall-klassifikazzjoni u l-immeppjar tar-rekwiżiti tas-sensittività u tal-assigurazzjoni tad-data jistgħu jimminaw l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas tas-sovranità madwar l-Unjoni. Biex tiżgura implimentazzjoni armonizzata madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti, jenħtieġ li tipprovdi gwida koordinata ċentralment dwar l-immeppjar bejn il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni u l-kategoriji tal-informazzjoni, filwaqt li tqis is-sensittività, il-kritikalità u l-kobor tad-data pproċessata mill-ambjent tal-cloud, l-importanza sistematika tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kontraenti, u l-obbligi applikabbli li jirriżultaw mil-liġijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kriterji skont il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaffettwawx l-obbligi ta’ kooperazzjoni transfruntiera previsti fil-liġi tal-Unjoni. Meta s-servizzi tal-cloud computing jintużaw għall-ipproċessar tad-data personali, ir-Regolament (UE) 2016/679 jipprevedi obbligu li jintlaħaq qbil dwar miżuri organizzazzjonali u tekniċi biex tinżamm il-konformità ma’ dak ir-Regolament. Meta l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jistrieħ fuq sottokuntratturi għall-forniment tas-servizzi, l-istess ftehimiet japplikaw għas-sottokuntratturi. Meta jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzazzjonali speċifiċi skont dan ir-Regolament biex ikun żgurat li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dawk il-miżuri speċifiċi jistgħu jiġu previsti fil-ftehimiet obbligatorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u jistgħu jiġu invokati biex tintwera l-osservanza tal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni meħtieġa.
(64)Il-fluss liberu tad-data fl-Unjoni hu kundizzjoni essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Biex jiġi promoss il-fluss liberu tad-data fl-Unjoni u jiġi appoġġat il-funzjonament tas-suq intern, l-Istati Membri jixraq jiżguraw li d-data ma tkunx limitata għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed u tkun tista’ tinħażen u tiġi pproċessata madwar l-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet mhux ġustifikati. L-Unjoni tħaddem qafas miftuħ u nondiskriminatorju għall-aċċess għas-suq, f’konformità mat-TFUE u soġġetta għall-impenji internazzjonali. Dawn jinkludu impenji skont il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Akkwist Pubbliku (GPA), u ftehimiet kummerċjali bilaterali. Iżda meta meħtieġ u f’ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu III:2(a) tal-GPA tad-WTO, l-Unjoni għandha d-dritt li tadotta jew iżżomm il-miżuri meħtieġa biex tipproteġi l-morali, l-ordni jew is-sikurezza pubblika, biex ikunu jistgħu jiddaħħlu restrizzjonijiet neċessarji u proporzjonati għall-aċċess għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Infatti, l-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ ċerti riskji, bħalm’huma d-dipendenzi kritiċi, l-aċċess mhux awtorizzat għad-data tal-Unjoni, it-tnixxijiet tat-teknoloġija, is-sabotaġġ u l-ispjunaġġ minn atturi ta’ pajjiżi terzi huma fundamentali għall-ħarsien tal-ordni pubbliku tal-Unjoni. Biex niżguraw il-ħarsien tal-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha hemm bżonn rispons politiku, legali u operazzjonali prudenti iżda sod, kemm għall-proċeduri tal-għoti fil-livell nazzjonali kif ukoll għall-proċeduri fil-livell tal-Unjoni, b’rispett sħiħ tal-impenji internazzjonali. Għalhekk, biex iħarsu u jkattru l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-awtoritajiet kontraenti li l-attivitajiet tagħhom ġew identifikati abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru jenħtieġ li jakkwistaw biss servizzi tal-cloud computing li jipprovdu l-livell xieraq ta’ assigurazzjoni bejn 2 u 4. Livell minimu ta’ assigurazzjoni, billi jiġi awtorizzat il-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1 madwar l-Unjoni, hu meħtieġ biex tiġi stabbilita linja bażi konsistenti ta’ salvagwardji għas-settur pubbliku, u b’hekk jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet fis-settur pubbliku bl-aċċess tal-pajjiżi terzi għad-data tal-Unjoni u t-tfixkil tas-servizzi.
(65)Biex iżidu r-reżiljenza u jillimitaw id-dipendenza fuq fornitur wieħed tas-servizzi tal-cloud computing, l-entitajiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, bħala parti mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku tagħhom, jenħtieġ li jikkunsidraw jekk tistax tkun xierqa strateġija b’diversi bejjiegħa jew b’diversi servizzi tal-cloud. Id-deċiżjoni li tiġi adottata u implimentata arkitettura b’diversi servizzi tal-cloud jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju speċifika għall-kuntest. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tidentifika kwalunkwe ċirkostanza rilevanti operazzjonali, regolatorja jew relatata mar-reżiljenza, li tappoġġa l-adozzjoni ta’ strateġija b’diversi bejjiegħa jew b’diversi servizzi tal-cloud.
(66)L-akkwist pubbliku kemm-il darba jkun l-ewwel sinjal tad-direzzjoni tas-suq. Ir-rekwiżiti imposti mill-awtoritajiet pubbliċi jew fuqhom biex jadottaw livelli speċifiċi ta’ assigurazzjoni offruti mis-servizzi tal-cloud computing għandhom it-tendenza li jkunu riflessi minn entitajiet tas-settur privat li joperaw f’industriji regolati, b’effetti konsegwenzjali sussegwenti li maż-żmien jikkontribwixxu għal riallinjament usa’ tas-suq. Dawk l-iżviluppi jixhdu l-importanza li l-entitajiet tas-settur privat li joperaw fis-setturi fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/2555 ikunu jistgħu jagħmlu l-istess valutazzjonijiet bħal dawk li jagħmlu l-entitajiet tal-Unjoni u l-Istati Membri.
(67)Fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tas-servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA, l-awtoritajiet kontraenti jenħtieġ li jinkludu valur miżjud Ewropew ċar bħala parti mill-evalwazzjoni tal-kwalità tal-offerta. Dak il-valur miżjud jenħtieġ li jkun l-għajnuna biex tissaħħaħ il-katina tal-provvista diġitali fl-Unjoni; l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-Unjoni; il-kisba tal-innovazzjoni meħtieġa għall-forniment tas-servizz fl-Unjoni; u t-twassil tas-servizz b’komponenti tal-hardware iddisinjati jew manifatturati fl-Unjoni. Il-kriterju relatat mal-valur miżjud Ewropew jenħtieġ li ma jkunx deċiżiv għall-għoti tal-kuntratt u jenħtieġ li jiġi applikat b’mod li jħares il-primazija tal-kriterji tekniċi u finanzjarji direttament marbuta mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw ponderazzjoni massima ta’ 15 minn 120 punt li trid tiġi allokata għall-valur miżjud Ewropew fil-metodoloġija ġenerali tal-evalwazzjoni, u jiżguraw li din tibqa’ proporzjonata u subordinata għall-kriterji ewlenin tal-għoti tal-kuntratt.
(68)L-akkwist tal-innovazzjoni fis-servizzi tal-cloud computing u fis-sistemi tal-IA hu essenzjali biex jitrawwem l-iżvilupp teknoloġiku, jissaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività diġitali u biex l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn soluzzjonijiet diġitali siguri, effiċjenti u affidabbli li jevolvu skont il-ħtiġijiet teknoloġiċi u tas-soċjetà li tant qed jinbidlu malajr. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jaspiraw li jagħtu mqar 25% tal-proċeduri tal-akkwist tal-innovazzjoni tal-cloud u tal-IA rilevanti lill-SMEs. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw b’mod attiv lill-Kummissjoni dwar l-użu tagħhom ta’ servizzi innovattivi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA.
(69)Fid-dikjarazzjonijiet konġunti “Building the next-generation cloud for businesses and the public sector in the EU” tal-15 ta’ Ottubru 2020 30 u d-Dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar Soċjetà Diġitali u Gvern Diġitali Bbażat fuq il-Valuri tat-8 ta’ Diċembru 2020 31 , l-Istati Membri esprimew interess kbir li jinħoloq approċċ komuni għall-federazzjoni tal-kapaċitajiet tal-cloud computing billi jiġu interkonnessi l-infrastrutturi tal-cloud computing madwar l-Unjoni u ssir ħidma għal varar ta’ federazzjoni tal-cloud Ewropea sigura u interoperabbli għas-settur pubbliku. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-futur tal-politika diġitali tal-UE tal-21 ta’ Mejju 2024 32 , il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonferma r-rilevanza u l-importanza li jinkiseb dan l-approċċ komuni billi stieden lill-Kummissjoni tkompli bl-appoġġ tagħha għall-iżvilupp ta’ servizzi diġitali pubbliċi interoperabbli u għall-interkonnessjoni transfruntiera tal-infrastruttura tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż l-infrastrutturi tal-cloud u periferiċi, ħalli żżid ir-reżiljenza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tagħhom. Biex jinkiseb dan l-approċċ komuni, trid tiġi stabbilita l-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (“il-Federazzjoni EuroCloud”). Il-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li tiġbor flimkien l-inizjattivi tal-cloud nazzjonali u Ewropej li jipprovdu kapaċitajiet tal-cloud affidabbli u siguri ħafna għas-settur pubbliku, u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ tali kapaċitajiet bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku. Hi u tevalwa dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, fi stadju aktar tard, tivvaluta l-possibbiltà li l-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fl-Unjoni, jipparteċipaw fil-Federazzjoni EuroCloud, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
(70)Il-membri tal-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li jikkonformaw ma’ rekwiżiti speċifiċi biex jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi privati billi jqiegħdu lil fornitur privat tas-servizzi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħu.
(71)Il-parteċipazzjoni fil-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li tkun limitata għall-entitajiet pubbliċi, mingħajr il-parteċipazzjoni diretta ta’ parti privata. F’dan ir-rigward, il-parteċipazzjoni privata diretta jenħtieġ li tiġi eskluża meta l-entità li tikkondividi, direttament jew indirettament permezz ta’ entità legali intermedja, tkun is-sid tal-hardware, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , li fuqu jsir disponibbli s-servizz, u tipprovdi dak is-servizz. L-entità li tikkondividi jenħtieġ li titqies li għandha kontroll fuq dik l-entità legali intermedja meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin. L-ewwel, l-entità li tikkondividi jkollha influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-entità legali intermedja li tkun is-sid tal-hardware u tipprovdi s-servizzi. It-tieni, ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat f’dik l-entità legali intermedja. It-tielet, aktar minn 80% tal-attivitajiet tal-entità legali intermedja jsiru waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-entità li tikkondividi.
(72)Biex ikun żgurat forniment effettiv, sigur u reżiljenti tas-servizzi, l-entità li tikkondividi jenħtieġ li tistabbilixxi miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzazzjonali xierqa. Dawn jenħtieġ li jinkludu, b’mod partikolari, politiki dwar l-analiżi tar-riskju u s-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni, inkluż politiki ta’ kontroll tal-aċċess, politiki dwar l-immaniġġjar tal-inċidenti u l-kontinwità tal-operat u politiki li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-konnettività.
(73)Fl-aħħar nett, il-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing fil-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li tkun ankrata b’kooperazzjoni tas-settur pubbliku. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tkun regolata biss minn kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku, u jenħtieġ li ma tkun tinvolvi l-ebda forma ta’ kunsiderazzjoni bi skambju għal oħra. B’mod partikolari, il-kondiviżjoni tas-servizzi fil-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li tkun mingħajr ħlas, ħlief meta l-imposti jkunu limitati strettament għal dak li jkun meħtieġ u proporzjonat biex jiġu rkuprati l-kostijiet imġarrba mill-entità li tikkondividi għall-benefiċjarju li juża l-entità. Dawk il-kostijiet jenħtieġ li jkunu limitati għall-kostijiet addizzjonali mġarrba fil-kondiviżjoni tal-kapaċità, inkluż biex jiġu allokati jew iżolati r-riżorsi, biex jitmexxa l-aċċess, biex jiġu ffaċilitati l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tar-riżorsi, biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u biex titmexxa r-relazzjoni tal-kondiviżjoni. It-tariffi imposti mill-entità li tikkondividi biex tirkupra dawk il-kostijiet jenħtieġ li ma jitqisux bħala korrispettiv għall-forniment ta’ servizz u jenħtieġ li ma jkunux jikkostitwixxu interess pekunjarju jew kuntratt pubbliku skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 u tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. F’dawk il-kundizzjonijiet, il-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing tas-settur pubbliku fil-Federazzjoni EuroCloud jenħtieġ li ma taqax taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.
(74)L-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri spiss isibu diffikultajiet sinifikanti fl-akkwist ta’ soluzzjonijiet diġitali bħal servizzi taċ-ċentri tad-data, servizzi tal-cloud computing, software u sistemi tal-IA. Ċerti riżorsi finanzjarji limitati, tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist, nuqqas ta’ għarfien espert tekniku jew fl-akkwist pubbliku qed ixekklu lill-korpi tas-settur pubbliku milli jaċċessaw dawn is-servizzi b’mod effettiv. L-attivitajiet tal-akkwist pubbliku mwettqa mill-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri jista’ jkollhom rwol deċiżiv biex il-kapaċità tal-akkwist kollettiv titħaddem bil-għaqal u biex ikun żgurat aċċess għal dawk is-servizzi u l-provvisti b’termini favorevoli. Il-Kummissjoni diġà tista’ twettaq proċeduri tal-akkwist konġunti mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 168(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-Kummissjoni diġà tista’ taġixxi bħala bejjiegħ bl-ingrossa billi tixtri, taħżen, u terġa’ tbigħ jew tagħti b’donazzjoni provvisti u servizzi lil organizzazzjonijiet sħab magħżula minnha. Biex dawk l-entitajiet ikunu jistgħu jaħtfu bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-ekonomiji ta’ skala u tal-kondiviżjoni tal-benefiċċji, jenħtieġ li l-possibbiltajiet għall-Kummissjoni li taġixxi bħala korp ċentrali tal-akkwist jiġu estiżi għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u għall-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, bħala forma ta’ akkwist addizzjonali għal dik fl-Artikolu 168(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tuża l-proċeduri kollha tal-akkwist disponibbli għall-ġid tal-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni u li tinkludi l-attivitajiet tax-xiri mwettqa mill-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni. L-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet sħab u l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jitqiesu bħala “entitajiet parteċipanti” f’dawk il-proċeduri tal-akkwist.
(75)Għal aktar flessibbiltà u effiċjenza amministrattiva, jixraq li, b’deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, waqt it-tħaddim ta’ sistema dinamika tax-xiri jkun possibbli li jiżdiedu l-entitajiet parteċipanti. Bdik id-deroga, l-entitajiet parteċipanti li jkunu daħlu fil-ftehim wara l-istabbiliment tas-sistema dinamika tax-xiri jenħtieġ li ikunu jistgħu – soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni – jissieħbu f’dik is-sistema f’xi mument waqt il-perjodu tal-validità tagħha, qabel ma toħroġ xi stedina futura għall-offerti. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tkun strettament limitata għall-entitajiet parteċipanti li jkun għadhom kif ingħaqdu u jenħtieġ li ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet li diġà parteċipanti fis-sistema jew l-integrità tal-proċeduri tal-akkwist diġà konklużi jew li jkun għadhom għaddejjin.
(76)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta abbozz ta’ ftehim lill-Istati Membri li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw l-attivitajiet tal-akkwist. Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ entitajiet parteċipanti involuti, dak l-abbozz ta’ ftehim jenħtieġ li jiġi negozjat u konkluż inizjalment bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw. Dan jenħtieġ li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li bihom l-entitajiet tal-Unjoni, kif ukoll L-Istati Membri, l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, ikunu jistgħu sussegwentement jingħaqdu magħha u jibbenefikaw minnha. Il-ftehim jidħol fis-seħħ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu u jkun soġġett għall-approvazzjoni ta’ mqar żewġ Stati Membri. Għalkemm, il-Kummissjoni jenħtieġ li kemm jista’ jkun timmira li tindirizza l-ħtiġijiet komuni tal-entitajiet parteċipanti, dan jenħtieġ li ma jinftiehemx bħala obbligu li trid tissodisfa xi ħtiġijiet speċifiċi għal għadd limitat minnhom.
(77)Meta l-entitajiet parteċipanti jidħlu fi ftehim għall-forniment ta’ attivitajiet tax-xiri ċentrali, inkluż attivitajiet anċillari tax-xiri, jenħtieġ li dawn ma japplikawx il-proċeduri tal-akkwist pubbliku previsti fil-liġijiet applikabbli tal-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE u mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Kwalunkwe awtorità kontraenti mill-Istati Membri li tagħmel ftehim bħal dan biex ikunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet tax-xiri ċentrali jenħtieġ li titqies li tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2014/24/UE jekk tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi mingħand awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura tal-akkwist.
(78)Il-ftehim jenħtieġ li jistabbilixxi kumitat ta’ tmexxija magħmul mill-Kummissjoni u minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-kumitat ikun responsabbli għas-sorveljanza strateġika tal-attivitajiet tal-akkwist, inkluż l-gwida strateġika tal-aġenda tal-attivitajiet tal-akkwist pubbliku u ta’ kull proċedura tal-akkwist. Il-kumitat ta’ tmexxija jenħtieġ li jissorvelja wkoll l-involviment tal-entitajiet parteċipanti. Il-kumitat ta’ tmexxija jenħtieġ li ma jkunx responsabbli għall-operat tal-attivitajiet tal-akkwist, li jenħtieġ li jibqgħu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-istabbiliment tat-tariffi. Il-kumitat ta’ tmexxija jenħtieġ li jipprevedi l-aktar metodu adegwat biex jintgħażlu rappreżentanti addizzjonali mill-entitajiet tal-Unjoni, mill-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni.
(79)Il-ftehim jenħtieġ li jiċċara r-regoli li jirregolaw ir-responsabbiltà u l-qafas applikabbli tal-akkwist pubbliku bejn il-Kummissjoni bħala korp ċentrali tal-akkwist, u l-entitajiet parteċipanti fil-qafas. Meta entità parteċipanti twettaq ċerti partijiet tal-proċedura tal-akkwist b’mod awtonomu, din jenħtieġ li tibqa’ unikament responsabbli għal dawk l-istadji tal-aġir awtonomu. Awtorità kontraenti li taġixxi bħala korp ċentrali tal-akkwist u tkun akkwistat servizzi jew provvisti permezz tal-Kummissjoni jenħtieġ li titħalla toffri dawk is-servizzi lil awtoritajiet kontraenti oħra mingħajr ma tapplika l-proċeduri tal-akkwist pubbliku previsti skont il-liġijiet applikabbli tal-Unjoni. F’dak il-każ, l-awtorità kontraenti hi marbuta tikkonforma mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali inizjali fi kwalunkwe kuntratt sussegwenti.
(80)Biex jiżguraw li r-riżorsi neċessarji jibqgħu disponibbli, l-entitajiet parteċipanti se jikkontribwixxu għall-kostijiet imġarrba fil-proċeduri tal-akkwist u fl-attivitajiet anċillari. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun intitolata timponi tariffi fuq l-entitajiet parteċipanti. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell suffiċjenti fil-prinċipju biex ikopru l-kostijiet diretti u indiretti kollha mġarrba mill-Kummissjoni b’rabta mal-attivitajiet tal-akkwist, inkluż is-servizzi anċillari. Dawk it-tariffi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-prattiki ta’ oqfsa tal-akkwist komparabbli. Il-kostijiet inizjali għall-istabbiliment jistgħu jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jiġu rimborżati mill-entitajiet parteċipanti matul perjodu stabbilit. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi jenħtieġ li jikkostitwixxi dħul assenjat intern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
(81)Sors miftuħ għandu rwol importanti biex tkun żgurata t-trasparenza, is-sigurtà u l-effiċjenza fl-użu tat-teknoloġiji diġitali mis-settur pubbliku. L-aċċess għall-kodiċi sors jippermetti l-awditjabbiltà, irawwem il-kollaborazzjoni u l-użu mill-ġdid, u jnaqqas id-dipendenza fuq bejjiegħ wieħed, u b’hekk jillimita r-riskju ta’ intrappolament tal-klijentela. Għalhekk, il-promozzjoni tal-użu ta’ sors miftuħ hi essenzjali biex tappoġġa l-innovazzjoni, tiżgura valur aħjar għan-nefqa pubblika u ssaħħaħ l-awtonomija diġitali tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, l-għażla tas-servizzi jew tas-software tal-cloud computing għandha implikazzjonijiet sinifikanti mhux biss għall-kosteffiċjenza, iżda anki għas-sigurtà, l-interoperabbiltà, l-akkontabbiltà u l-awtonomija teknoloġika
(82)Biex ikun żgurat l-użu effiċjenti, trasparenti u interoperabbli tat-teknoloġiji diġitali fis-settur pubbliku tal-Unjoni, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jeħtieġ jippromwovu standards u komponenti miftuħa rilaxxati b’liċenzja ta’ sors miftuħ, huma u jibnu l-ekosistema jew l-istack tal-cloud u tal-IA tagħhom.
(83)Għadd dejjem akbar ta’ entitajiet tal-Unjoni u korpi tas-settur pubbliku qed jikkondividu software żviluppat minnhom jew għalihom u qed jagħmluh disponibbli għal użu mill-ġdid b’liċenzja ta’ sors miftuħ. Dan jista’ jitqies li hu fl-interess pubbliku u jista’ jimmassimizza l-valur tan-nefqa pubblika, inaqqas il-kostijiet tad-duplikazzjoni u jrawwem l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. Madankollu, is-software spiss isir disponibbli u aċċessibbli f’repożitorji jew f’katalgi differenti, u b’hekk ixekkel it-tiftix għalih, is-sejbien tiegħu, u fuq kollox l-użu mill-ġdid. Għalhekk, l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku li volontarjament jiddeċiedu li jipprovdu software għall-użu mill-ġdid, jeħtieġ jintalbu jagħmlu dan f’katalgu jew f’repożitorju li jkun konness mal-Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ (“il-Katalgu tal-OSS tal-UE”). Il-Katalgu tal-OSS jenħtieġ li jkun katalgu ċentralizzat għall-amministrazzjonijiet pubbliċi biex ifittxu u jaċċessaw software li jkun disponibbli biex jerġa’ jintuża mill-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku. It-tqegħid tal-Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ fuq il-portal Ewropa Interoperabbli msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/903 35 jiżgura li s-soluzzjonijiet ikunu jistgħu jiġu konnessi faċilment ma’ informazzjoni u taħriġ ulterjuri rilevanti.
(84)Biex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva u konsistenti madwar l-Unjoni tal-obbligi li ssir valutazzjoni tas-sors miftuħ u li s-software isir disponibbli għall-użu mill-ġdid, jeħtieġ jiġi stabbilit network ta’ uffiċċji tal-programmi ta’ sors miftuħ (“in-network tal-OSPO”) li jgħaqqad flimkien l-istrutturi rilevanti fl-entitajiet tal-Unjoni u fl-Istati Membri. In-network tal-OSPO jenħtieġ li jippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-uffiċċji tal-programmi ta’ sors miftuħ stabbiliti fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali u mill-entitajiet tal-Unjoni. In-network tal-OSPO jenħtieġ li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aqwa prattiki.
(85)Biex jitqies l-iżvilupp teknoloġiku u jitħaddem qafas effiċjenti ta’ miżuri li jsaħħu l-ekosistema tal-cloud u tal-IA fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward ta’ dawn: biex jiġi emendat l-Anness I ħalli jkun jirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq rilevanti fir-rigward tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA, u biex jiġi emendat l-Anness II ħalli jkunu jistgħu jiġu aġġornati l-kriterji għal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni; biex dan ir-Regolament ikun jista’ jiġu supplimentat bl-istabbiliment ta’ regoli dettaljati għat-twettiq tal-awditi; biex jiġi emendat l-Anness III; biex jiġi speċifikat livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni għal awtorità kontraenti; u biex il-kumpaniji privati li joperaw f’setturi ta’ kritikalità għolja jintalbu jagħmlu valutazzjoni tal-impatt u jieħdu miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskji.
(86)Meta jiġu adottati atti delegati skont dan ir-Regolament, hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 36 . B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom dejjem aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(87)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 .
(88)Minħabba r-rilevanza ta’ dan ir-Regolament dwar il-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 38 .
(89)Jekk xi waħda mill-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, id-dispożizzjonijiet dwar dawn il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.
(90)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, u għas-setgħat tal-infurzar tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.
(91)Peres li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jistgħu pjuttost jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Kapitolu I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex tissaħħaħ l-ekosistema tal-cloud u tal-IA fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-miżuri li ġejjin:
(a)jitnedew l-Inizjattiva ta’ Tmexxija tal-Cloud u l-Inizjattiva ta’ Tmexxija tal-IA (“l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA”);
(b)jinħoloq il-qafas għal varar imħaffef taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni;
(c)titħeġġeġ id-disponibbiltà ta’ offerti tal-cloud u tal-intelliġenza artifiċjali (IA) sovrani li jħarsu l-ordni pubbliku tal-Unjoni;
(d)jonqsu d-dipendenzi fejn jidħlu t-teknoloġiji kritiċi;
(e)titrawwem l-adozzjoni tas-servizzi tal-cloud computing fis-settur pubbliku kollu.
2.L-ewwel objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament hu li jiżgura l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-ekosistema tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni.
3.It-tieni objettiv ġenerali, separat mill-ewwel objettiv ġenerali fil-paragrafu 2 iżda komplementari għalih, hu li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi joħloq qafas legali uniformi tal-Unjoni ħalli jiżdiedu r-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fit-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“servizz tal-cloud computing” tfisser servizz tal-cloud computing kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (30), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(2)“fornitur ta’ servizz tal-cloud computing” tfisser entità legali li tipprovdi servizz tal-cloud computing;
(3)“sistema tal-IA” tfisser sistema tal-IA kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/1689;
(4)“IA pijuniera” tfisser mudelli tal-IA jew sistemi tal-IA mibnija fuq tali mudelli li jistgħu jwettqu varjetà wiesgħa ta’ kompiti u li javviċinaw, jilħqu jew jaqbżu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku attwali;
(5)“aġent tal-IA” tfisser sistema tal-IA jew sett ikkoordinat ta’ sistemi tal-IA, li jistgħu jipperċepixxu l-ambjent tagħhom u jaġixxu skontu, bi grad ta’ awtonomija, permezz ta’ għodod skont il-ħtieġa biex jilħqu għanijiet speċifiċi u jadattaw għal inputs u kuntesti li jinbidlu;
(6)“korp tas-settur pubbliku” tfisser korp tas-settur pubbliku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2019/1024;
(7)“entitajiet tal-Unjoni” tfisser l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti minn jew skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
(8)“intrapriża żgħira jew medja” jew “SME” tfisser intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju kif definita fl-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
(9)“kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja” jew “SMC” tfisser intrapriża żgħira b’kapitalizzazzjoni medja kif definita fil-punt 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1099;
(10)“ċentru tad-data” tfisser ċentru tad-data kif definit fil-punt 2.6.3.1.16 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(11)“operatur ta’ ċentru tad-data” tfisser operatur ta’ ċentru tad-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1364;
(12)“servizz ta’ ċentru tad-data” tfisser servizz ta’ ċentru tad-data kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (31), tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(13)“software” tfisser software kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2024/2847;
(14)“hardware” tfisser hardware kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tar-Regolament (UE) 2024/2847;
(15)“komponent” tfisser komponent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2847;
(16)“manifattur” tfisser manifattur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2024/2847;
(17)“organizzazzjoni tal-awditjar” tfisser organizzazzjoni individwali, konsorzju jew kombinament ieħor ta’ organizzazzjonijiet, inkluż kwalunkwe sottokuntrattur, li l-fornitur tas-servizz tal-cloud computing awditjat ikun ikkuntratta biex iwettaq awditu indipendenti;
(18)“servizz awditjat” tfisser servizz tal-cloud computing li jkun qed jiġi awditjat biex ikun jista’ jirċievi rapport tal-awditu u opinjoni tal-awditu;
(19)“kriterji tal-awditjar” tfisser il-kriterji, f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, li abbażi tagħhom l-organizzazzjoni tal-awditjar tivvaluta jekk il-fornitur awditjat u s-servizz awditjat tiegħu humiex konformi ma’ kull kriterju kumulattiv li jridu jissodisfaw biex jiġu rikonoxxuti bħala li joffru l-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3, jew 4;
(20)“evidenza tal-awditjar” tfisser kwalunkwe informazzjoni użata minn organizzazzjoni tal-awditjar biex tappoġġa s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-awditu u biex toħroġ opinjoni tal-awditu, inkluż id-data miġbura minn dokumenti, minn bażijiet tad-data jew minn sistemi tal-IT, minn intervisti jew mill-ittestjar li jsir;
(21)“kontroll” tfisser kontroll kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2021/697;
(22)“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE;
(25)“liċenzja ta’ sors miftuħ” tfisser liċenzja ta’ sors miftuħ kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2024/903.
TITOLU II
ATTIVITAJIET TA’ RIĊERKA, TA’ ŻVILUPP U TA’ IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-EKOSISTEMA TAL-CLOUD U TAL-IA
Kapitolu I
Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA
Artikolu 3
Objettiv ġenerali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA
1.L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom isegwu l-objettiv ġenerali li jiġu promossi l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u li tinkiseb kapaċità fuq skala kbira fl-ekosistema kollha tal-cloud u tal-IA tal-Unjoni, billi:
(a)jappoġġaw l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati tal-cloud u tal-IA, inkluż teknoloġiji taċ-ċentri tad-data tal-ġenerazzjoni li jmiss u effiċjenti fir-riżorsi, teknoloġiji miftuħa tal-istack tal-cloud computing, l-IA pijuniera, u l-IA fiżika u industrijali;
(b)isaħħu l-kapaċità taċ-ċentri tad-data u tal-cloud tal-Unjoni biex jiġu ssodisfati d-domandi dejjem akbar xprunati mill-IA, titrawwem l-innovazzjoni u tkun żgurata r-reżiljenza tal-infrastruttura diġitali;
(c)jistimulaw id-domanda tal-Unjoni u jippromwovu l-varar u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-cloud u tal-IA fis-settur pubbliku kollu, u fis-settur privat, skont il-mira diġitali tat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481.
2.L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom jistinkaw għall-objettivi operazzjonali li ġejjin:
(a)l-appoġġ għall-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji avvanzati taċ-ċentri tad-data li jinkorporaw il-prinċipji tal-effiċjenza enerġetika u tal-effiċjenza fir-riżorsi mid-disinn u waqt it-tħaddim (l-objettiv operazzjonali 1);
(b)l-appoġġ għall-iżvilupp u l-varar ta’ stacks tal-cloud computing li jappoġġaw l-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni (l-objettiv operazzjonali 2);
(c)l-avvanzar tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fl-IA pijuniera (l-objettiv operazzjonali 3);
(d)l-avvanzar tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fil-mudelli u s-sistemi tal-IA fiżika u t-trawwim tal-implimentazzjoni tagħhom fis-setturi strateġiċi tal-Unjoni (l-objettiv operazzjonali 4);
(e)l-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA industrijali fis-setturi strateġiċi tal-Unjoni (l-objettiv operazzjonali 5);
(f)l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ pjattaformi avvanzati għall-varar fuq skala kbira ta’ aġenti tal-IA (l-objettiv operazzjonali 6);
(g)aktar żvilupp u adozzjoni ta’ mudelli u sistemi tal-IA fis-setturi pubbliċi tal-Unjoni (l-objettiv operazzjonali 7);
(h)aktar adozzjoni tat-teknoloġiji tal-IA fil-livell reġjonali u lokali, u l-adozzjoni tas-servizzi tal-cloud computing ipprovduti mill-fornituri Ewropej tas-servizzi tal-cloud computing (l-objettiv operazzjonali 8).
Artikolu 4
Objettivi operazzjonali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA
1.Skont l-objettiv operazzjonali 1, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)imexxu ’l quddiem it-teknoloġiji tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-ilma għaċ-ċentri tad-data, inkluż it-tkessiħ innovattiv, iċ-ċentri tad-data tal-kurrent dirett tal-ġenerazzjoni li jmiss, is-soluzzjonijiet tal-użu tas-sħana mormija, u s-sistemi tal-ħżin tal-enerġija;
(b)jippromwovu l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti tal-computing kwantistiku għat-tħaddim tal-infrastruttura tal-cloud computing u tal-IA;
(c)jiżviluppaw teknoloġiji li jaħdmu bl-IA għall-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tas-servers, tar-rati tal-użu u tal-operazzjonijiet tal-infrastruttura tal-computing;
(d)ifasslu u jottimizzaw l-infrastrutturi tal-cloud u tal-edge tal-IA biex jiżguraw integrazzjoni effettiva fil-grilji tal-enerġija u biex tiżdied il-flessibbiltà tagħhom;
(e)jingranaw iċ-ċentri tad-data bħala klijenti ankra għal sistemi avvanzati tal-immaniġġjar tal-enerġija li jisfruttaw sorsi tal-enerġija differenti, inkluż reatturi modulari żgħar u l-idroġenu nadif, flimkien ma’ soluzzjonijiet effiċjenti għall-ħżin tal-enerġija;
(f)ivaraw ambjenti tal-ittestjar u linji pilota għall-integrazzjoni u l-ittestjar tat-teknoloġiji żviluppati skont il-punti (a) sa (e), li jinkludu prototipi tas-semikondutturi u tal-computing kwantistiku effiċjenti fl-enerġija.
2.Skont l-objettiv operazzjonali 2, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)jiżviluppaw u jippilotaw stacks miftuħa tal-cloud computing siguri, reżiljenti u ta’ prestazzjoni tajba li jinkludu għodod tal-edge integrati fl-apparati, għodod tal-konnettività, tad-data u tal-IA, il-backend u s-saffi ta’ servizzi għas-setturi strateġiċi;
(b)jiżviluppaw servers ottimizzati għall-IA u software bażi bbażat fuq proċessuri, aċċelleraturi, u aċċelleraturi kwantistiċi ddisinjati u manifatturati fl-Unjoni, flimkien ma’ ħżin tad-data b’densità għolja ħafna u fit-tul tal-ġenerazzjoni li jmiss;
(c)iqawwu d-disponibbiltà tad-data għall-IA bi pjattaformi tal-middleware ta’ sors miftuħ li fuqhom jissejsu l-ispazji komuni Ewropej tad-data;
(d)iħeġġu l-ħolqien ta’ pedamenti tas-software ta’ sors miftuħ li jappoġġaw il-komponenti ta’ sors miftuħ;
(e)jistabbilixxu katalgu ta’ soluzzjonijiet Ewropej miftuħa tal-cloud computing żviluppati skont il-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.
3.Skont l-objettiv operazzjonali 3, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom jappoġġaw lil proġetti pijunieri tal-IA pijuniera li jiżviluppaw mudelli u sistemi tal-IA pijuniera bħala assi strateġiċi, inkluż f’setturi ewlenin bħaċ-ċibersigurtà.
4.Skont l-objettiv operazzjonali 4, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)iħaffu l-iżvilupp ta’ stack Ewropew tal-IA fiżika, filwaqt li jappoġġaw it-taħriġ tal-mudelli u l-iżvilupp u l-varar tas-sistemi, b’mod partikolari għar-robotika u għall-vetturi u d-droni awtonomi;
(b)jiffaċilitaw l-aċċess għal settijiet tad-data speċifiċi għall-IA fiżika, u l-ġbir u t-tħejjija tagħhom;
(c)jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ mudelli u ta’ sistemi tal-IA fiżika f’ambjenti tad-dinja reali.
5.Skont l-objettiv operazzjonali 5, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)iħaffu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ mudelli u sistemi settorjali tal-IA fis-setturi industrijali strateġiċi tal-Unjoni;
(b)jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżorsi komputazzjonali u l-għodod tal-IA meħtieġa biex jiġu żviluppati u mħaddma mudelli u sistemi tal-IA mfasslin apposta għall-ħtiġijiet tas-settur industrijali;
(c)jippermettu akkumular sigur u fuq skala kbira tad-data għal taħriġ kollaborattiv tal-IA permezz ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza u jħarsu l-kunfidenzjalità.
6.Skont l-objettiv operazzjonali 6 tagħhom, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)jappoġġaw l-iżvilupp ta’ pjattaformi reżiljenti u siguri avvanzati għall-iżvilupp, il-varar u l-orkestrazzjoni ta’ aġenti tal-IA avvanzati fuq skala;
(b)jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ metodoloġiji mmirati għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni b’aġenti tal-IA avvanzati u l-orkestrazzjoni tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
7.Skont l-objettiv operazzjonali 7, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)iħaffu l-iżvilupp teknoloġiku u l-adozzjoni ta’ mudelli u sistemi tal-IA f’oqsma kritiċi tas-settur pubbliku;
(b)jiżviluppaw mudelli u sistemi tal-IA li jżidu l-effettività tal-għoti tas-servizzi pubbliċi u l-aċċessibbiltà lill-pubbliku ġenerali, itejbu t-teħid tad-deċiżjonijiet, u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi;
(c)jippromwovu l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data għat-taħriġ u ta’ mudelli tal-IA fis-servizzi pubbliċi tal-Unjoni kollha;
(d)jgħinu id-data dwar is-saħħa terġa’ tintuża mill-mudelli u l-għodod tal-IA fil-kura tas-saħħa b’mod li jkun sigur u jtejjeb il-privatezza;
(e)jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-varar ta’ mudelli u għodod tal-IA fis-settur awtomobilistiku, inkluż għas-sewqan awtonomu.
8.Skont l-objettiv operazzjonali 8, l-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom:
(a)jippromwovu l-adozzjoni wiesgħa tal-IA minn organizzazzjonijiet tas-settur privat u pubbliku, inkluż SMEs u SMCs, permezz tan-network taċ-Ċentri ta’ Esperjenza u ta’ Aċċellerazzjoni għall-IA (“Ċentri għall-IA”);
(b)jiżviluppaw kurrikulu komuni tal-cloud u tal-IA, imsejjes fuq in-network taċ-Ċentri għall-IA u fuq inizjattivi Ewropej rilevanti oħra;
(c)jippromwovu l-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing tas-settur pubbliku billi jappoġġaw federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (“Federazzjoni EuroCloud”);
(d)jappoġġaw l-akkwist ta’ servizzi taċ-ċentri tad-data u ta’ servizzi tal-cloud computing għall-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku.
Artikolu 5
Ċentri ta’ Esperjenza u ta’ Aċċellerazzjoni għall-IA
1.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Ċentri ta’ Esperjenza u ta’ Aċċellerazzjoni għall-IA (“Ċentri għall-IA”). Dawk iċ-Ċentri għall-IA għandhom jissejsu fuq iċ-ċentri Ewropej tal-innovazzjoni diġitali stabbiliti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/694 u, meta applikabbli, fuq kull entità suċċessur stabbilita skont il-liġi tal-Unjoni.
2.L-objettivi taċ-Ċentri għall-IA għandhom ikunu li:
(a)jappoġġaw l-integrazzjoni u l-iskalar tal-każijiet tal-użu tal-IA fis-setturi industrijali u pubbliċi strateġiċi;
(b)iħaffu l-adozzjoni wiesgħa tat-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA fil-livelli reġjonali u lokali, b’mod partikolari għall-SMEs, l-SMCs u l-korpi tas-settur pubbliku, bi qbil mal-prinċipju “l-IA l-ewwel”;
(c)jingranaw l-infrastruttura rilevanti biex jitħaffu l-iżvilupp u l-irfinar tal-mudelli u s-sistemi tal-IA.
3.Iċ-Ċentri għall-IA għandhom jingħataw il-kompitu, b’mod partikolari, li:
(a)jgħinu lill-organizzazzjonijiet iħaffu t-trasformazzjoni diġitali tagħhom b’aċċess u użu tat-teknoloġiji tal-IA, inkluż billi jgħaqqdu organizzazzjonijiet mal-fornituri Ewropej tat-teknoloġiji tal-cloud u tal-IA;
(b)jiżguraw jew jagħtu aċċess għal skemi rilevanti ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Akkademja tal-Ħiliet fl-IA;
(c)jiffaċilitaw it-trasferiment tal-għarfien espert bejn ir-reġjuni;
(d)jappoġġaw l-iskalar ta’ spin-offs u start-ups li joħorġu mill-universitajiet, minn inkubaturi u minn aċċelleraturi oħra billi jiffaċilitaw l-aċċess lill-klijenti, lill-kumpaniji u lill-organizzazzjonijiet li jeħtieġu servizzi speċjalizzati tal-IA.
4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tagħti dettalji dwar il-proċedura għall-istabbiliment taċ-Ċentri għall-IA u arranġamenti oħra dwar il-profil tal-organizzazzjoni tal-parteċipanti, il-kriterji tal-għażla u dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-kompiti u tal-funzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
5.Iċ-Ċentri għall-IA għandu jkollhom awtonomija ġenerali sostanzjali fir-rigward tal-organizzazzjoni, tal-kompożizzjoni u tal-metodi ta’ ħidma tagħhom, f’konformità mal-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
6.Għandu jiġi stabbilit network ta’ Ċentri għall-IA biex jappoġġa l-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki fost iċ-Ċentri għall-IA, u biex jipprovdi servizzi speċjalizzati fir-reġjuni meta l-ħiliet jew il-kapaċità komputazzjonali meħtieġa ma jkunux disponibbli lokalment.
7.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw man-networks eżistenti stabbiliti b’inizjattivi oħra tal-Unjoni, inkluż inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tas-semikondutturi u tad-data.
Artikolu 6
Implimentazzjoni tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA
1.L-implimentazzjoni tal-objettivi operazzjonali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandha tiġi fdata f’idejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, meta rilevanti, f’idejn impriżi konġunti jew strutturi oħrajn li kapaċi jilħqu dawk l-objettivi.
2.L-objettivi operazzjonali tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA għandhom jiġu implimentati b’inizjattivi transsettorjali fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi teknoloġiċi u industrijali ewlenin ta’ rilevanza strateġika għall-Unjoni (“sfidi kbar”), kif indikat fl-Anness I.
3.L-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA jistgħu jiġu appoġġati b’finanzjament minn programmi tal-Unjoni, inkluż minn Orizzont Ewropa u mill-programm Ewropa Diġitali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/694 u mar-Regolament (UE) 2021/695.
4.Biex jiġu riflessi l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 biex temenda l-Anness I b’mod konsistenti mal-objettivi tal-Inizjattivi ta’ Tmexxija tal-Cloud u tal-IA stabbiliti fl-Artikolu 4.
Artikolu 7
Strateġiji nazzjonali tal-cloud u tal-IA
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġiji nazzjonali tal-cloud u tal-IA (l-“istrateġiji nazzjonali”) sa [same day as entry into force plus one year].
2.Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jinkludu mqar dan li ġej:
(a)l-objettivi u l-prijoritajiet ewlenin għall-adozzjoni tal-cloud u tal-IA, skont il-prinċipju “l-IA l-ewwel”, u qafas ta’ governanza u ta’ monitoraġġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi u l-prijoritajiet;
(b)miżuri biex jitħaffu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-cloud u tal-IA fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod partikolari fost il-korpi tas-settur pubbliku, l-SMEs u l-SMCs, inkluż billi jiġu appoġġati ċ-Ċentri għall-IA msemmija fl-Artikolu 5 bħala punti tad-dħul għall-ekosistema Ewropea tal-innovazzjoni fl-IA;
(c)miżuri li jappoġġaw il-varar u l-adozzjoni wiesgħa tal-IA fis-setturi industrijali u pubbliċi strateġiċi, inkluż fil-kura tas-saħħa, fl-enerġija u fil-mobbiltà;
(d)miżuri li jappoġġaw il-varar tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data, b’enfasi partikolari fuq iċ-ċentri tad-data ta’ valur għoli li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi u soċjetali sinifikanti filwaqt li josservaw standards ambjentali u tal-effiċjenza enerġetika għoljin;
(e)miżuri għal investimenti f’infrastruttura tal-computing ta’ intensità għolja, inkluż fabbriki tal-IA, gigafabbriki tal-IA u kompjuters kwantistiċi bħala assi nazzjonali u transfruntieri strateġiċi li jappoġġaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-varar tal-IA industrijali fis-setturi strateġiċi kollha;
(f)miżuri li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-cloud u tal-IA u jippromwovu l-eċċellenza u l-innovazzjoni, inkluż b’miżuri tal-akkwist pubbliku, u b’miżuri tal-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 33;
(g)miżuri li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-istack tal-cloud computing mibnija fuq hardware u software miftuħa biex tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika u tiżdied l-kompetittività tal-industriji Ewropej strateġiċi;
(h)miżuri li jiżguraw l-aċċessibbiltà ta’ data ta’ kwalità għolja għall-iżvilupp tal-IA, b’mod partikolari billi jiġu evitati l-konġestjonijiet tad-data li jsibu l-organizzazzjonijiet.
3.L-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġiji nazzjonali tagħhom ikunu konsistenti mal-miri diġitali assoċjati stabbiliti skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481, u jikkontribwixxu għalihom.
5.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istrateġiji nazzjonali tagħhom fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom imqar kull tliet snin abbażi ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u jaġġornawhom meta meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-istrateġiji nazzjonali.
6.Il-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1689 (il-“Bord għall-IA”) għandu jagħti pariri u jassisti lill-Istati Membri fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali. Il-Bord għall-IA għandu jiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-Istati Membri.
Artikolu 8
Kriterji għall-proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera
Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi bħala proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera, permezz ta’ deċiżjoni, lill-proġetti magħżula b’sejħiet miftuħa għal espressjoni ta’ interess li jappoġġaw l-Isfida Kbira 3 stabbilita fl-Anness I, diment li dawn ikunu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)ikunu proġett pijunier, iffokat fuq l-appoġġ u fuq l-iskalar tat-teknoloġiji tal-IA pijuniera;
(b)isiru minn konsorzju Ewropew tal-infrastruttura diġitali stabbilit skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 jew entità legali oħra eliġibbli għal finanzjament skont il-liġijiet tal-Unjoni u jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ mqar tliet Stati Membri;
(c)l-Istati Membri parteċipanti jakkumulaw il-ħin tal-computing u riżorsi rilevanti oħra biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proġett deżinjat.
Artikolu 9
Appoġġ komputazzjonali għall-proġetti tal-IA
1.L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu allokati biżżejjed riżorsi komputazzjonali tal-IA mill-kapaċitajiet komputazzjonali tagħhom biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8, fil-limiti tal-kapaċità disponibbli.
2.L-Unjoni għandha mqar tipprovdi l-istess ammont ta’ riżorsi komputazzjonali tal-IA li jikkontribwixxu l-Istati Membri għall-proġetti ta’ prijorità tal-IA pijuniera sakemm tkun disponibbli kapaċità biżżejjed tal-computing tal-IA fis-sehem tal-Unjoni tal-ħin tal-aċċess Ewropew għall-computing ta’ prestazzjoni għolja.
3.L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jipprovdu biżżejjed riżorsi komputazzjonali għall-proġetti tal-innovazzjoni tal-IA industrijali, l-IA fiżika u l-IA tas-settur pubbliku.
TITOLU III
KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA
Kapitolu I
Żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data
Artikolu 10
Deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data
1.Meta l-kapaċità taċ-ċentri tad-data tkun qed tiġi varata fit-territorju ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiddeżinja mqar żona ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data (“żona ta’ aċċellerazzjoni”) waħda fit-territorju tiegħu sa [OP please insert the date of entry into force of this Regulation plus 6 months]. Huma u jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-aspetti li ġejjin:
(a)il-post u d-dimensjoni tas-sit jew taż-żona, u d-daqs minimu u massimu tal-faċilitajiet li jistgħu jinbnew fuq dak is-sit jew dik iż-żona;
(b)il-kapaċità disponibbli u futura tal-grilja tal-enerġija u l-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għall-ħżin fuq il-post u għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa;
(c)il-kapaċità ta’ konnettività tan-network disponibbli bħalissa u fil-futur;
(d)il-kapaċità taż-żona li tappoġġa t-tneħħija gradwali tan-networks tar-ram antiki;
(e)il-faċilitajiet disponibbli u futuri li jistgħu jużaw mill-ġdid is-sħana mormija miċ-ċentri tad-data;
(f)il-miżuri kollha meħuda biex jitħaffef il-ħruġ tal-permessi meħtieġa biex jinbnew u jitħaddmu ċ-ċentri tad-data fiż-żona partikolari;
(g)il-preferenza għall-użu mill-ġdid ta’ siti abbandunati minflok siti verġni;
(h)l-abbiltà li sit jew żona jiffunzjonaw b’mod sostenibbli, b’mod partikolari fejn jidħlu l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti ambjentali, l-appoġġ biex jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, u r-reżiljenza tagħhom għall-klima.
2.Meta xieraq, biex jiffaċilitaw l-iżvilupp taż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, l-Istati Membri għandhom:
(a)iwettqu analiżi komprensiva, u jirrieżaminawha mqar kull tliet snin, tal-ħtiġijiet tal-enerġija u tal-impatti rispettivi tagħhom fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, taż-żoni ta’ aċċellerazzjoni attwali u futuri u jidentifikaw il-kapaċità tal-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tal-proġetti taċ-ċentri tad-data li hemm fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni. Analiżi bħal din għandha ssir imqar meta jiġu ddeżinjati ż-żoni ta’ aċċellerazzjoni skont il-paragrafu 1;
(b)jiżguraw li l-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network imħejjija mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/944 ikunu jqisu kif xieraq l-analiżi mħejjija skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, flimkien mal-potenzjal ta’ investimenti antiċipatorji biex jakkomodaw il-ħtiġijiet futuri tas-sistema.
3.L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għat-tħejjija tal-pjanijiet tal-ispazju u tal-iżvilupp għandhom jikkunsidraw li jinkludu dispożizzjonijiet f’dawk il-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ proġetti taċ-ċentri tad-data varati f’żoni ta’ aċċellerazzjoni, u l-infrastruttura meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi taċ-ċentri tad-data jkollhom disponibbli d-data rilevanti kollha dwar l-ippjanar spazjali. Meta dawk il-pjanijiet ikunu soġġetti għal valutazzjoni skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu kkombinati. Meta applikabbli, il-valutazzjoni kkombinata għandha tindirizza wkoll l-impatt fuq il-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.Meta jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment tal-awtoritajiet u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti kollha, u l-koordinazzjoni bejniethom; u jinvolvu wkoll lill-operaturi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944 u lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Artikolu 11
Kundizzjonijiet fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni
1.Meta jistabbilixxu rekwiżiti tas-sostenibbiltà għaċ-ċentri tad-data varati fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2024/1364 skont id-Direttiva (UE) 2023/1791 skont l-Anness II, minn (a) sa (n).
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni jsiru b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji u ma jwasslux għal prattiki spekulattivi ta’ riżerva jew ta’ esklużjoni li jaf ixekklu l-kompetizzjoni effettiva jew l-iżvilupp jew l-użu effettiv ta’ dawk iż-żoni.
Artikolu 12
Punti uniċi tal-informazzjoni
1.L-operatur ta’ ċentru tad-data għandu jkollu d-dritt, meta jitlob dan, li jiġi assistit minn punt uniku tal-informazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-proġett taċ-ċentru tad-data f’żona ta’ aċċellerazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa għall-varar taċ-ċentru tad-data. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punt uniku tal-informazzjoni wieħed jew aktar għall-operaturi taċ-ċentri tad-data ta’ proġetti taċ-ċentri tad-data fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw punt uniku tal-informazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2024/1309. Il-funzjonijiet, il-proċeduri u l-mekkaniżmi applikabbli għal dawk il-punti uniċi tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1309, inklużi dawk relatati mal-aċċess diġitali, mal-koordinazzjoni amministrattiva u mas-soluzzjoni tat-tilwim, għandhom japplikaw ukoll.
2.Ir-rwol ta’ punt uniku tal-informazzjoni jista’ jinkludi, fost l-oħrajn, il-koordinazzjoni, l-iffaċilitar, il-monitoraġġ u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-proċedura relatata ma’:
(a)l-ippjanar tal-ispazju u l-permessi tal-bini;
(b)il-valutazzjonijiet ambjentali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2026/XXXX [dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali];
(c)l-awtorizzazzjonijiet rigward l-estrazzjoni tal-ilma, ir-rimi tal-ilma mormi, u l-użu u l-irkupru tas-sħana;
(d)il-konformità mal-obbligi amministrattivi u tar-rapportar applikabbli;
(e)l-informazzjoni lill-pubbliku, biex tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġett taċ-ċentru tad-data;
(f)l-applikazzjonijiet għal konnessjoni man-networks tal-elettriku, tas-sħana jew tal-komunikazzjoni, jew ma’ networks rilevanti oħra.
3.Il-punt uniku tal-informazzjoni għandu jassisti fil-valutazzjoni ta’ jekk proġett ta’ ċentru tad-data jistax jikkwalifika bħala proġett strateġiku skont l-Artikolu 14.
4.Meta jipprovdi l-appoġġ amministrattiv u l-assistenza msemmija f’dan l-Artikolu, il-punt uniku tal-kuntatt għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-SMEs u, meta xieraq, jistabbilixxi mezz apposta għall-komunikazzjoni mal-SMEs biex jipprovdi gwida u jwieġeb il-mistoqsijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Niffaċilitaw il-proċessi amministrattivi u tal-ħruġ tal-permessi
1.Il-proġetti taċ-ċentri tad-data varati f’żoni ta’ aċċellerazzjoni għandhom jitqiesu bħala proġetti strateġiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2026/XXX [dwar l-aċċellerazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali] u għandhom jibbenefikaw mis-sett tal-għodod stabbilit fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.
2.Għal kull żona ta’ aċċellerazzjoni ddeżinjata, l-Istati Membri għandhom iħejju u joħorġu permess bażi aggregat li jawtorizza l-implimentazzjoni ta’ ċentri tad-data f’dik iż-żona ta’ aċċellerazzjoni. Dan il-permess bażi aggregat għandu jkopri l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-proġetti taċ-ċentri tad-data li jkun hemm fiż-żona ta’ aċċellerazzjoni, minbarra l-permessi speċifiċi għall-installazzjonijiet.
3.Qabel ma joħorġu l-permess bażi aggregat imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċeduri u l-valutazzjonijiet meħtieġa kollha, inkluż kwalunkwe valutazzjoni ambjentali rilevanti, proċedura tal-ippjanar u evalwazzjoni applikabbli fil-livell taż-żona ta’ aċċellerazzjoni.
4.Iċ-ċentri tad-data varati fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jiksbu permessi addizzjonali biss għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-permess bażi aggregat imsemmi fil-paragrafu 2.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet amministrattivi relatati mal-ippjanar, mal-bini u mal-operat ta’ ċentru tad-data varat f’żoni ta’ aċċellerazzjoni jiġu pproċessati b’mod effiċjenti, trasparenti u fil-ħin. Il-proċedura tal-ħruġ tal-permessi għall-proġetti taċ-ċentri tad-data varati fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data ma għandhiex taqbeż it-12-il xahar, minn meta tkun ġiet sottomessa applikazzjoni komprensiva. Il-limitu taż-żmien għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri. Meta jkun hemm status bħal dan fil-liġi nazzjonali, il-proġetti taċ-ċentri tad-data għandhom jiġu allokati l-istatus tal-akbar sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati hekk fil-proċessi tal-ħruġ tal-permessi. Dan il-paragrafu għandu japplika biss meta status bħal dan ikun diġà jeżisti fil-liġi nazzjonali u ma għandux joħloq obbligu għall-Istati Membri biex jintroduċu status bħal dan.
Kapitolu II
Proġetti strateġiċi
Taqsima 1
Deżinjazzjoni ta’ proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data
Artikolu 14
Deżinjazzjoni ta’ proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data
1.Il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja bħala proġetti strateġiċi, permezz ta’ deċiżjoni, lill-proġetti taċ-ċentri tad-data magħżula permezz ta’ sejħiet miftuħa għal espressjonijiet ta’ interess li jissodisfaw imqar tnejn mill-kriterji li ġejjin:
(a)il-proġett ikun jistabbilixxi u jopera infrastruttura li tappoġġa u ssaħħaħ direttament il-funzjonijiet essenzjali tas-settur pubbliku, inkluż ir-riċerka u l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, is-sikurezza pubblika u s-sigurtà;
(b)il-proġett ikun fih karatteristiċi sostenibbli jew innovattivi ħafna, fosthom teknoloġiji u soluzzjonijiet żviluppati skont it-Titolu II;
(c)il-proġett ikun jikkontribwixxi għas-sigurtà, is-sikurezza u l-istabbiltà tal-grilja tal-elettriku u jkun jikkontribwixxi għall-ħtiġijiet tas-sistema tal-elettriku kif evalwati mill-operatur tas-sistema rilevanti, b’mod partikolari għall-proġetti li jinvolvu kollokazzjoni ta’ faċilitajiet kbar għall-ġenerazzjoni u l-ħżin ta’ enerġija nadifa;
(d)il-proġett ikun jappoġġa l-integrazzjoni ta’ ċipep, poċessuri u aċċelleraturi, ta’ servers jew kompjuters kwantistiċi ddisinjati u/jew manifatturati fl-Unjoni f’sistemi taċ-ċentri tad-data jew fl-immaniġġjar ta’ faċilitajiet taċ-ċentri tad-data, u b’hekk isaħħaħ il-ktajjen tal-provvista tas-semikondutturi, kwantistiċi u taċ-ċentri tad-data tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/1781;
(e)il-proġett ikun jindirizza skarsezza kbira ta’ kapaċità komputazzjonali f’żona identifikata li għandha dik l-iskarsezza skont l-Artikolu 15, u jkun jikkontribwixxi ferm għal tkabbir, żvilupp u l-promozzjoni tal-ekonomija lokali.
2.Fil-proposta tiegħu, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u rilevanti kollha biex juri li l-proġett jissodisfa l-kriterji rilevanti.
3.It-tul tad-deżinjazzjoni bħala proġett strateġiku għandu jkun ibbażat fuq it-tul previst tal-proġett. Fil-proposta, l-applikant għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jissostanzja t-tul previst tal-proġett, li abbażi tiegħu għandu jiġi determinat it-tul tad-deżinjazzjoni bħala proġett strateġiku.
4.Meta l-Kummissjoni ssib li proġett iddeżinjat bħala proġett strateġiku ma jibqax jissodisfa l-kriterji rilevanti, jew neta d-deżinjazzjoni tiegħu kienet ibbażata fuq applikazzjoni b’informazzjoni skorretta li taffettwa l-konformità ma’ dawk il-kriterji, din tista’ tirtira d-deżinjazzjoni ta’ dak il-proġett permezz ta’ deċiżjoni. Il-proġetti li tkun ġiet irtirata d-deżinjazzjoni tagħhom bħala proġetti strateġiċi għandhom jitilfu d-drittijiet kollha relatati ma’ dak l-istatus skont dan ir-Regolament.
Kapitolu III
Monitoraġġ
Artikolu 15
Monitoraġġ tal-lakuni tal-kapaċità
1.Għal monitoraġġ tal-progress favur il-kisba tal-objettivi tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481, il-Kummissjoni għandha tidentifika u timmonitorja:
(a)il-kapaċità komputazzjonali disponibbli fl-Unjoni, inkluż il-kapaċità tal-edge computing;
(b)il-volum tad-domanda għall-kapaċità taċ-ċentri tad-data;
(c)id-daqs tal-lakuni tal-kapaċità u ż-żoni mhux moqdijin biżżejjed li tista’ tidentifika l-Kummissjoni, id f’id mal-Istati Membri, u sussegwentement jintużaw bħala żoni ta’ aċċellerazzjoni għall-varar tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data.
TITOLU IV
AWTONOMIJA
Kapitolu I
Qafas tas-sovranità tal-cloud computing
Taqsima 1
Livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni
Artikolu 16
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan il-Kapitolu jistabbilixxi qafas tas-sovranità tal-Unjoni tal-cloud computing li jinkludi erba’ livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, li l-kriterji għalihom huma stabbiliti fl-Anness II, u li l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing għandhom jissodisfaw biex jipprovdu s-servizzi tagħhom tal-cloud computing lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 biex temenda l-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness II u l-evidenza stabbilita fl-Anness III.
3.Biex ikun żgurat li l-Anness II u l-Anness III jibqgħu aġġornati skont żviluppi legali jew tekniċi ġodda, il-Kummissjoni għandha tirrieżaminahom imqar kull 18-il xahar.
Artikolu 17
Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing
1.Fornitur tas-servizzi tal-cloud computing li jkun irid jiġi rikonoxxut bħala li joffri livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, għandu jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment. Meta jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing għandu jinkludi l-evidenza rilevanti kollha meħtieġa skont il-paragrafi 3 jew 4.
2.L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment għandha tkun l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni. Meta meħtieġ, awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni li tkun irċeviet applikazzjoni għal rikonoxximent ta’ kandidat tista’ titlob lil awtorità kompetenti waħda jew aktar tal-Istati Membri l-oħra biex jikkollaboraw fil-proċedura għar-rikonoxximent ta’ kandidat skont dan l-Artikolu. Fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi talba bħal din, l-awtorità nazzjonali li rċeviet talba għal kollaborazzjoni għandha tikkonferma li taċċetta li tikkollabora mal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni jew tirrifjuta t-talba.
3.Għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1, il-fornitur kandidat tas-servizzi tal-cloud computing għandu jissottometti lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 19(2) u l-evidenza neċessarja kollha.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 19(2) mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jkunu SMEs għandha tiġi rikonoxxuta direttament u awtomatikament fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta’ rikonoxximent minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni.
4.Għal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3 u 4, il-fornitur kandidat tas-servizzi tal-cloud computing għandu jissottometti lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni, ir-rapport tal-awditu, l-opinjoni “pożittiva” tal-awditu msemmija fl-Artikolu 20 u l-evidenza kollha mogħtija lill-organizzazzjoni tal-awditjar tul il-proċedura tal-awditjar.
5.Fi żmien 60 jum mill-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-evidenza sottomessa skont il-paragrafi 3 jew 4 u għandha:
(a)tħejji abbozz ta’ deċiżjoni tar-rikonoxximent u tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għal perjodu ta’ rieżami ta’ 60 jum biex tikkonferma r-rikonoxximent maħsub tiegħu tas-servizz tal-cloud computing madwar l-Unjoni bħala li joffri l-livell ta’ assigurazzjoni applikabbli tal-Unjoni. In-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra tal-perjodu ta’ rieżami għandha tinkludi l-evidenza msemmija fil-paragrafi 3 jew 4; jew
(b)meta l-evidenza sottomessa ma tkunx biżżejjed biex tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tirrikonoxxi s-servizz tal-cloud computing, din tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand l-applikant u titlob li l-applikant jissottometti dik l-informazzjoni fi żmien speċifikat. Il-perjodu ta’ 60 jum imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi sospiż mid-data tal-ħruġ tat-talba sad-data meta tiġi riċevuta l-informazzjoni. Is-sospensjoni m’għandhiex taqbeż it-30 jum b’kollox sakemm ma tkunx ġustifikata min-natura tal-informazzjoni mitluba jew minn ċirkostanzi eċċezzjonali; jew
(c)tirrifjuta t-talba għal rikonoxximent. Qabel tirrifjuta t-talba għal rikonoxximent, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tagħti l-opportunità lill-fornitur kandidat tas-servizzi tal-cloud computing biex jipprovdi kummenti bil-miktub dwar il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni fi żmien 30 jum. L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tqis kif xieraq il-kummenti meta tkun qed tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha.
6.Matul il-perjodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tista’ tissottometti oġġezzjoni motivata jew talba għal kjarifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni, meta tkun tal-fehma li l-abbozz tad-deċiżjoni tar-rikonoxximent ma jkunx konformi mal-livell ta’ assigurazzjoni applikabbli tal-Unjoni stabbilit fl-Anness II.
7.Meta ma tiġi sottomessa l-ebda oġġezzjoni motivata jew talba għal kjarifika fil-perjodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), il-konklużjonijiet mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandhom jitqiesu aċċettati mill-Istati Membri kollha, u l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tar-rikonoxximent, filwaqt li s-servizz awditjat għandu jiġi rikonoxxut mal-Unjoni kollha fil-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni xieraq.
8.Meta talba għal kjarifika tiġi sottomessa fil-perjodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tqis kif xieraq dik it-talba u, meta applikabbli, titlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni ġdida skont il-paragrafu 5, il-punt (b), jew tikkonferma jew timmodifika l-abbozz tad-deċiżjoni oriġinali tagħha. Meta l-awtorità kompetenti rikjedenti ma tkunx sodisfatta, din tista’ tissottometti oġġezzjoni motivata.
9.Meta tiġi sottomessa oġġezzjoni motivata fil-perjodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), jew skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-oġġezzjoni u għandha żżomm jew tirrevoka l-abbozz tad-deċiżjoni oriġinali tagħha. L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fi żmien 15-il jum minn tmiem il-perjodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), jew fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi l-oġġezzjoni motivata skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 8, skont liema tkun applikabbli.
10.Jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni jkun beħsiebha żżomm l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha, l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riferiment u tista’ titlob informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni vinkolanti li tiddetermina jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni tistax tadotta d-deċiżjoni tar-rikonoxximent.
11.L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-evalwazzjoni tista’ tirrevoka r-rikonoxximent tagħha meta ssib li fornitur tas-servizzi tal-cloud computing, li s-servizz tiegħu jkun ġie rikonoxxut mal-Unjoni bħala li jipprovdi livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni speċifiku, intenzjonalment jew b’negliġenza, ta informazzjoni skorretta jew qarrieqa.
12.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw arranġamenti prattiċi għall-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
13.Biex twettaq il-kompiti assenjati lilha skont il-paragrafu 10, il-Kummissjoni tista’ titlob lil awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment jipprovdu, minnufih u sa żmien raġonevoli, kull informazzjoni rilevanti relatata mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikkonċernat u l-applikazzjoni għar-rikonoxximent.
14.Meta tibgħat talba għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni tkun meħtieġa u tistabbilixxi l-perjodu sa meta għandha tingħata l-informazzjoni.
Artikolu 18
Pajjiżi terzi assoċjati
1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jidentifikaw lil pajjiżi terzi li għalihom il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing soġġetti għall-kontroll ta’ dak il-pajjiż terz jew entità legali stabbilita f’dak il-pajjiż terz jistgħu jiġu awditjati skont il-kriterji għal-livell ta’ assigurazzjoni 3 tal-Unjoni skont l-Anness II, diment li dak il-pajjiż terz ikun jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)ikun soġġett għal deċiżjoni ta’ adegwatezza rilevanti adottata skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679;
(b)ma jkollu l-ebda miżura fis-seħħ li tippermettilu jeżerċita kontroll fuq il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing b’mod li jkun f’kunflitt mar-rekwiżiti għal aċċess legali għal data mhux personali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2023/2854;
(c)ma jkollu l-ebda miżura fis-seħħ biex iġiegħel lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jiddegrada jew ifixkel il-kontinwità jew il-forniment tas-servizz. Lanqas ma jkollu xi miżura fis-seħħ biex jobbliga lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jimplimenta miżuri restrittivi, jinforzahom, jagħtihom effett, jew jikkonforma magħhom, bħal reġimi ta’ sanzjonijiet, embargos, jew xi miżura legali jew amministrattiva ekwivalenti, sakemm dawn il-miżuri speċifiċi ma jkunux leġittimi skont il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni;
(d)ma jkollu l-ebda miżura fis-seħħ li xekkel il-provvista ta’ teknoloġiji u servizzi mill-aktar avvanzati pprovduti mill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing;
(e)iżomm suq miftuħ għas-servizzi tal-cloud computing tal-Unjoni;
(f)il-pajjiż terz jagħti livelli ekwivalenti ta’ aċċess għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku ta’ servizzi tal-cloud computing soġġett għall-kontroll ta’ Stat Membru jew ta’ entità tal-Unjoni jew ta’ entità legali stabbilita fl-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
2.Meta l-informazzjoni disponibbli turi li l-pajjiż terz ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tħassar, temenda jew tissospendi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3.Fuq is-sit web tagħha, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 1 u dawk li ma jkunx għadhom jagħmlu dan.
Taqsima 2
Proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità
Artikolu 19
Awtovalutazzjoni tal-konformità
1.Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jridu jiksbu rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 17 bħala li joffru l-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1, għandhom iwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità mal-kriterji għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1 stabbiliti fl-Anness II.
2.Wara l-awtovalutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li tiddikjara li hemm konformità mal-kriterji għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1. B’dik id-dikjarazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tas-servizz tal-cloud computing mal-kriterji għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1 stabbiliti fl-Anness II.
3.Il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE disponibbli għall-pubbliku.
Taqsima 3
Awditi indipendenti ta’ partijiet terzi
Artikolu 20
Awditu indipendenti
1.Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li jridu jiksbu rikonoxximent skont l-Artikolu 17 bħala li joffru l-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3, jew 4, għandhom jagħmlu awditi indipendenti ta’ partijiet terzi minn buthom biex jiksbu rapport tal-awditu u opinjoni tal-awditjar minn organizzazzjoni tal-awditjar. Fornitur awditjat li tkun qed issirlu proċedura tal-awditjar f’livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni ogħla għandu jissodisfa l-kriterji kumulattivi applikabbli kollha skont l-Anness II applikabbli għal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni aktar baxxi. Jekk ma jiġix issodisfat xi rekwiżit ta’ livell ta’ assigurazzjoni aktar baxx, għandha tkun prekluża l-konformità mal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni ogħla.
2.Il-fornituri awditjati għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet tal-awditjar u jipprovdulhom l-assistenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu dawk l-awditi b’mod effettiv, effiċjenti u fil-ħin, inkluż billi jagħtuhom aċċess għad-data u l-binjiet rilevanti kollha u jwieġbu l-mistoqsijiet orali jew bil-miktub. Il-fornituri awditjati għandhom joqogħdu lura milli jfixklu, jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq jew jimminaw il-prestazzjoni tal-awditu.
3.L-organizzazzjonijiet tal-awditjar għandhom jiżguraw livell adegwat ta’ kunfidenzjalità u segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornituri awditjati u partijiet terzi bħala parti mill-awditi, inkluż wara li jkunu temmew l-awditi. Dak ir-rekwiżit ma għandux jaffettwa ħażin il-prestazzjoni tal-awditi u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. Skont l-Artikolu 23, l-organizzazzjoni tal-awditjar għandha tikkondividi biss l-informazzjoni li hemm bżonn għall-finijiet tar-rapportar u din ma jkunx fiha informazzjoni li raġonevolment tista’ titqies kunfidenzjali.
4.L-awditi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħmluhom organizzazzjonijiet tal-awditjar li:
(a)ikunu indipendenti mill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikkonċernat, u minn kull persuna ġuridika konnessa ma’ dak il-fornitur, u ma jkollhom l-ebda kunflitt ta interess magħhom, b’mod partikolari:
i. ma jkunux ipprovdew servizzi mhux tal-awditjar relatati mal-kwistjonijiet awditjati lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikkonċernat jew lil xi persuna ġuridika konnessa ma’ dak il-fornitur fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel jibda l-awditu u jkunu impenjaw ruħhom li ma jipprovduhomx dawk is-servizzi fil-perjodu ta’ 12-il xahar wara li jitlesta l-awditu;
ii. ma jkunux ipprovdew servizzi tal-awditjar skont dan l-Artikolu lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikkonċernat jew lil xi persuna ġuridika konnessa ma’ dak il-fornitur fil-perjodu ta’ 10 snin qabel il-bidu tal-awditu;
iii. ma jkunux qed iwettqu l-awditu bi ħlas li jkun kontinġenti fuq ir-riżultat tal-awditu;
(b)ikollhom għarfien espert, kompetenza teknika u kapaċitajiet ipprovati fl-awditjar tas-servizzi tal-cloud computing;
(c)ikollhom oġġettività ppruvata u etika professjonali, ibbażata b’mod partikolari fuq l-osservanza ta’ kodiċijiet ta’ prattika jew standards xierqa.
5.L-organizzazzjonijiet tal-awditjar li jwettqu l-awditi għandhom iħejju rapport tal-awditu għal kull awditu. Dak ir-rapport għandu jkun sostanzjat, bil-miktub, u għandu jinkludi mqar dan li ġej:
(a)l-isem, l-indirizz u l-punt ta’ kuntatt tal-fornitur soġġett għall-awditu, u l-perjodu kopert;
(b)l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni jew tal-organizzazzjonijiet tal-awditjar li jwettqu l-awditu;
(c)dikjarazzjoni tal-interessi;
(d)deskrizzjoni tal-aspetti speċifiċi awditjati, u tal-metodoloġija applikata;
(e)deskrizzjoni u sommarju tas-sejbiet ewlenin misluta mill-awditu;
(f)lista tal-partijiet terzi kkonsultati bħala parti mill-awditu;
(g)opinjoni “pożittiva” jew “negattiva” tal-awditjar u informazzjoni dwar jekk is-servizz awditjat tal-fornitur awditjat huwiex konformi mal-kriterji tal-awditjar applikabbli għal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3 jew 4 skont l-Anness II;
(h)meta l-opinjoni tal-awditjar tkun “negattiva”, rakkomandazzjonijiet operazzjonali dwar miżuri speċifiċi biex tinkiseb il-konformità u l-perjodu taż-żmien rakkomandat biex tinkiseb il-konformità;
(i)meta l-opinjoni tal-awditjar tkun “pożittiva”, il-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni li jeħtieġ jiġi rikonoxxut skont l-Artikolu 17, maħruġ lis-servizz awditjat tal-fornitur awditjat skont il-kriterji applikabbli stabbiliti fl-Anness II.
6.Meta l-organizzazzjoni tal-awditjar ma setgħetx tagħmel awditjar ta’ ċerti aspetti speċifiċi jew tesprimi opinjoni tal-awditjar abbażi tal-investigazzjonijiet tagħha, ir-rapport tal-awditu għandu jinkludi spjegazzjoni taċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għalfejn dawk l-elementi ma setgħux jiġu awditjati.
7.L-organizzazzjoni tal-awditjar tista’ tirrevoka r-rapport tal-awditu u l-opinjoni tal-awditjar tagħha meta l-fornitur awditjat, intenzjonalment jew b’negliġenza, ikun ta evidenza tal-awditjar skorretta jew qarrieqa.
8.Kull sena, il-fornitur awditjat għandu jagħmel rieżami tar-rapport tal-awditu u tal-opinjoni “pożittiva” tal-awditjar assoċjata, permezz tal-istess organizzazzjoni tal-awditjar jew ta’ organizzazzjoni tal-awditjar differenti li trid tivvaluta l-konformità kontinwa tas-servizz awditjat mal-kriterji applikabbli stabbiliti fl-Anness II. Abbażi tar-rieżami annwali, l-organizzazzjoni tal-awditjar tista’ tikkonferma, taġġorna, jew tirrevoka r-rapport tal-awditu inizjali u l-opinjoni tal-awditjar.
9.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar il-prestazzjoni tal-awditi tal-passi proċedurali, regoli għall-organizzazzjonijiet tal-awditjar u l-kompetenzi tekniċi tagħhom, metodoloġiji tal-awditjar u mudelli għar-rapporti tal-awditjar.
Artikolu 21
Kontenut u kwalità tal-evidenza tal-awditjar
1.Biex tħejji r-rapport tal-awditu u l-opinjoni tal-awditjar, l-organizzazzjoni tal-awditjar għandha tivvaluta l-konformità tas-servizz awditjat mal-kriterji stabbiliti fl-Anness II abbażi tal-evidenza tal-awditjar elenkata fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 biex temenda l-Anness III billi tistabbilixxi l-evidenza meħtieġa biex jiġu vvalutati l-kriterji tal-awditjar skont l-Anness II.
2.L-evidenza tal-awditjar għandha tkun:
(a)rilevanti u suffiċjenti biex l-organizzazzjoni tal-awditjar tkun tista’ tħejji rapport tal-awditu u tipprovdi opinjoni tal-awditjar; u
(b)affidabbli, skont il-ġudizzju professjonali u x-xettiċiżmu tal-organizzazzjoni tal-awditjar.
Artikolu 22
Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm repożitorju apposta tas-ervizzi tal-cloud computing rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 17 (“repożitorju ċentrali”).
2.L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment li rrikonoxxiet servizz tal-cloud computing skont l-Artikolu 17 għandha tirreġistra s-servizz tal-cloud computing fir-repożitorju ċentrali.
3.Ir-revoka ta’ rapport tal-awditu u opinjoni tal-awditjar minn organizzazzjoni tal-awditjar jew ir-revoka ta’ rikonoxximent minn awtorità kompetenti għandhom jiġu ppubblikati fir-repożitorju ċentrali u għandhom jibqgħu disponibbli hemmhekk għal ħames snin.
4.Ir-repożitorju ċentrali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment fuq sit web apposta u aċċessibbli faċilment.
Artikolu 23
Obbligi tat-trasparenza
1.Malli jsir jaf b’informazzjoni jew b’xi bidla materjali fiċ-ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw ir-rapport tal-awditu u l-opinjoni “pożittiva” tal-awditjar skont l-Artikolu 20 jew ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 17, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing rikonoxxut għandu jinnotifika minnufih lill-organizzazzjoni tal-awditjar u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment.
2.Abbażi tan-notifika skont il-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-awditjar għandha tivvaluta jekk ir-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar jeħtiġux emenda jew revoka. Meta l-organizzazzjoni tal-awditjar temenda jew tirrevoka r-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar, din għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment.
3.Abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew 2, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment għandha tivvaluta jekk ir-rikonoxximent tagħha jeħtieġx jiġi emendat jew revokat. Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment temenda jew tirrevoka r-rikonoxximent tagħha tas-servizz tal-cloud computing, din għandha tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 24
Penali u kumpens
1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing fil-kompetenza tagħhom, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jitwettqu. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
2.L-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament:
(a)in-natura, il-gravità, l-iskala u d-durata tal-ksur;
(b)kull azzjoni meħuda mill-parti li tkun wettqet il-ksur biex ittaffi jew tirrimedja l-ħsara kkawżata mill-ksur;
(c)kwalunkwe ksur preċedenti mill-parti li tkun wettqet il-ksur;
(d)il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-parti li wettqet il-ksur minħabba l-ksur, diment li dawk il-benefiċċji jew it-telf ikunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod affidabbli;
(e)kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;
(f)il-fatturat annwali tal-parti li tkun wettqet il-ksur fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Unjoni.
3.Ir-riċevituri tas-servizz tal-cloud computing għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kumpens, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, għal kwalunkwe dannu jew telf imġarrab meta dawn il-fornituri jiksru l-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu.
Taqsima 4
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti
Artikolu 25
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti
1.L-Istati Membri għandhom sa [OP please insert date of entry into force plus 1 year] biex jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-infurzar ta’ dan il-Kapitolu. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw awtorità eżistenti jew awtoritajiet eżistenti (“awtoritajiet kompetenti”).
2.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti u bil-kompiti u s-setgħat tagħhom. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru pubbliku ta’ dawk l-awtoritajiet.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b’mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, inkluż biżżejjed riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani biex jissorveljaw kif xieraq lill-fornituri kollha tas-servizzi tal-cloud computing li jkun hemm fil-kompetenza tagħhom.
4.L-Istat Membru li fih il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu, jiġifieri, fejn il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu jew l-uffiċċju reġistrat li minnu jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali, għandu jkollu kompetenza esklużiva għall-infurzar ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 26
Setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
1.Meta meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 17, l-awtoritajiet kompetenti tal-istabbiliment għandu jkollhom is-setgħat investigattivi li ġejjin:
(a)is-setgħa li jeżiġu lil fornitur tas-servizzi tal-cloud computing, u lil persuni oħra li jaġixxu għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom, li jisgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkunu jafu b’informazzjoni relatata ma’ ksur suspettat ta’ dan ir-Regolament, inkluż lil organizzazzjonijiet tal-awditjar, biex jipprovdu dik l-informazzjoni minnufih;
(b)is-setgħa li jwettqu, jew li jitolbu lil awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tagħhom biex tordna spezzjonijiet fuq il-post ta’ xi binja li jużaw dawk il-fornituri jew dawk il-persuni għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom, jew li jitolbu lil awtoritajiet pubbliċi oħra biex jagħmlu dan, biex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta’ informazzjoni relatata ma’ ksur suspettat ta’ kwalunkwe forma, irrispettivament mill-mezz tal-ħżin;
(c)is-setgħa li jitolbu lil membru tal-persunal jew rappreżentant ta’ dawk il-fornituri jew ta’ dawk il-persuni li jaġixxu għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom, biex jagħtu spjegazzjonijiet dwar informazzjoni relatata ma’ ksur suspettat u biex, bil-kunsens tagħhom, jirreġistraw it-tweġibiet tagħhom b’mezz tekniku.
2.Meta meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 17, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment għandu jkollhom is-setgħat tal-infurzar li ġejjin:
(a)is-setgħa li jordnaw il-waqfien ta’ ksur u, meta xieraq, li jimponu rimedji proporzjonati għall-ksur u meħtieġa biex iwaqqfu l-ksur b’mod effettiv, jew li jitolbu lil awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tagħhom tagħmel dan;
(b)is-setgħa li jimponu multi, jew li jitolbu lil awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tagħhom tagħmel dan, minħabba nonkonformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż ma’ xi ordni investigattiva maħruġa skont il-paragrafu 1;
(c)is-setgħa li jimponu pagament perjodiku ta’ penali, jew li jitolbu lil awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tagħhom tagħmel dan, f’konformità mal-Artikolu 24 biex jiżguraw li ksur jintemm f’konformità ma’ ordni maħruġa skont il-punt (a), jew għal nonkonformità ma’ xi ordni investigattiva maħruġa skont il-paragrafu 1.
3.Il-miżuri li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti tal-istabbiliment fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom elenkati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati, filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, in-natura, il-gravità, ir-rikorrenza u d-durata tal-ksur jew tal-ksur suspettat li dawk il-miżuri jirrigwardaw u, meta rilevanti, il-kapaċità ekonomika, teknika u operazzjonali tal-fornitur tas-servizzi kkonċernat.
4.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-eżerċizzju tas-setgħat skont il-paragrafi 1 u 2 u għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat ikun soġġett għal salvagwardji adegwati skont il-liġi nazzjonali applikabbli f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġijiet tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu biss f’konformità mad-dritt għal rispett tal-ħajja privata u d-drittijiet tad-difiża, inkluż id-drittijiet li wieħed jinstema’ u li jkollu aċċess għall-fajl, u għandhom ikunu soġġetti għad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv tal-partijiet affettwati kollha.
Taqsima 5
Assistenza reċiproka u kooperazzjoni
Artikolu 27
Assistenza reċiproka
1.L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin biex japplikaw dan il-Kapitolu b’mod konsistenti u effiċjenti. L-assistenza reċiproka għandha tinkludi l-iskambju tal-informazzjoni.
2.Awtorità kompetenti tista’ titlob lil awtoritajiet kompetenti oħra jipprovdu informazzjoni speċifika fil-pussess tagħhom b’rabta ma’ fornitur speċifiku tas-servizzi tal-cloud computing biex jeżerċitaw is-setgħat investigattivi tagħhom skont l-Artikolu 26 fuq informazzjoni speċifika li jkun hemm fl-Istat Membru tagħhom. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba tista’ tinvolvi lil awtoritajiet kompetenti oħra jew lil awtoritajiet pubbliċi oħra tal-Istat Membru inkwistjoni.
3.L-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba skont il-paragrafu 2 għandha tikkonforma ma’ dik it-talba u tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment dwar l-azzjoni meħuda minnufih u mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tirċievi t-talba, sakemm ma jkunx ġustifikat mod ieħor.
Artikolu 28
Kooperazzjoni transfruntiera
1.Meta awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jkollha raġuni biex tissuspetta li fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżit skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament, din tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tivvaluta l-kwistjoni u tieħu l-miżuri investigattivi u tal-infurzar meħtieġa biex tiżgura l-konformità.
2.Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 25 biex tivvaluta l-kwistjoni u tieħu l-miżuri investigattivi u tal-infurzar meħtieġa biex tiżgura l-konformità.
3.It-talbiet skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom ikunu motivati kif xieraq u għandhom jitqiesu kif xieraq mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment. Meta l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tqis li l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed, din tista’ titlob informazzjoni addizzjonali. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi sospiż sakemm tiġi fornita dik l-informazzjoni addizzjonali
4.L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment għandha, mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba skont il-paragrafu 1 jew 2, tikkomunika lill-awtorità kompetenti rikjedenti u lill-Kummissjoni, il-valutazzjoni tagħha tal-ksur suspettat u spjegazzjoni ta’ kull miżura investigattiva jew tal-infurzar meħuda jew prevista b’rabta mal-kwistjoni biex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Kapitolu II
Miżuri min-naħa tad-domanda
Taqsima 1
Akkwist pubbliku
Artikolu 29
Valutazzjonijiet tar-riskju
1.Sa [OP please insert date of entry into force plus 1 year] u mbagħad kull sentejn, jew kull meta jkun meħtieġ, l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju biex:
(a)jidentifikaw l-attivitajiet tas-settur pubbliku li jużaw jew li se jużaw is-servizzi tal-cloud computing, li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ordni pubbliku f’setturi li jaqgħu taħt l-Anness I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà interna, tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tad-difiża, tal-ġustizzja jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reat kriminali;
(b)jiddeterminaw liema livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3, jew 4 stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hu xieraq għall-attivitajiet identifikati tas-settur pubbliku.
Meta l-entitajiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkondividu r-responsabbiltajiet fir-rigward tal-attivitajiet tas-settur pubbliku, dawn għandhom jikkunsidraw meta xieraq li jwettqu l-valutazzjoni jew il-valutazzjonijiet tar-riskju rilevanti b’mod konġunt.
2.Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom iqisu mqar l-aspetti li ġejjin:
(a)is-sensittività, il-kritikalità u l-kobor tad-data mhux personali pproċessata, inkluż l-impatt potenzjali fuq l-ordni pubbliku u fuq in-natura, fuq l-ambitu, fuq il-kuntest u fuq l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali, kif ukoll ir-riskju ta’ probabbiltajiet u severitajiet varji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;
(b)ir-riskju u l-impatt konsegwenti fuq l-ordni pubbliku ta’ aċċess illegali skont il-liġijiet tal-Unjoni għal dik id-data minn pajjiż terz jew minn entità legali stabbilita f’pajjiż terz;
(c)ir-riskju u l-impatt konsegwenti fuq l-ordni pubbliku ta’ tfixkil possibbli fis-servizz;
3.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2), il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-metodoloġija li trid tiġi applikata, il-mudelli li jridu jintużaw u l-elementi li jridu jqisu l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni għall-fini biex iwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1. Il-metodoloġija għandha tispeċifika kif l-Istati Membri jużaw l-ogħla livell ta’ assigurazzjoni għall-aktar attivitajiet kritiċi tas-setturi pubbliċi, inkluż id-difiża, iżda mhux biss.
4.Fi żmien tliet xhur mit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju lill-Kummissjoni u jindikaw fejn qed jiddevjaw mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
5.Jekk wara rieżami tar-riżultati tal-valutazzjoni(jiet) tar-riskju ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni identifikat għall-attività tas-settur pubbliku f’valutazzjoni tar-riskju ma jkunx xieraq jew ma jkunx jindirizza sew it-tħassib dwar l-ordni pubbliku, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2) biex tispeċifika l-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni meħtieġ għall-attività tas-settur pubbliku.
6.Meta l-valutazzjoni tar-riskju tkun teħtieġ il-migrazzjoni lejn servizz ieħor tal-cloud computing, l-Istat Membru jew l-entità tal-Unjoni għandha temigra tul perjodu ta’ tranżizzjoni raġonevoli li ma jkunx itwal minn 12-il xahar, filwaqt li jitqiesu l-fattibbiltà teknika, il-kontinwità tas-servizz u r-rekwiżiti tal-portabbiltà tad-data applikabbli għal dik il-migrazzjoni.
7.L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni b’mekkaniżmi tal-konsistenza stabbiliti u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u tal-aqwa prattiki.
8.Għall-fini tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li titlob lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha.
9.Fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom jikkunsidraw jekk strateġija b’diversi bejjiegħa jew b’diversi servizzi tal-cloud computing hix xierqa bħala parti mill-akkwist tagħhom ta’ servizzi tal-cloud computing.
Artikolu 30
Akkwist pubbliku
1.Dan l-Artikolu japplika għall-awtoritajiet kontraenti li jakkwistaw servizzi tal-cloud computing għall-użu esklużiv tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, dan l-Artikolu japplika wkoll għall-entitajiet tal-Unjoni li jakkwistaw servizzi tal-cloud computing għall-użu esklużiv tagħhom.
2.L-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-setturi pubbliċi li l-attivitajiet tas-settur pubbliku tagħhom ma jkunux ġew identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ordni pubbliku skont il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 29(1), għandhom jużaw is-servizzi tal-cloud computing rikonoxxuti skont l-Artikolu 17 bħala li għandhom livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1.
3.L-awtoritajiet kontraenti, inkluż l-entitajiet li jaġixxu f’isimhom, li l-attivitajiet tagħhom ikunu ġew identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ordni pubbliku skont l-Artikolu 29(1) f’setturi li jaqgħu taħt l-Anness I jew II tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà interna, tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tad-difiża, tal-ġustizzja jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, għandhom jakkwistaw biss servizzi tal-cloud computing rikonoxxuti bħala li għandhom livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3 jew 4.
4.B’deroga mill-paragrafi 2 jew 3, b’mod eċċezzjonali u meta ġustifikat kif xieraq, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jakkwistawx servizzi tal-cloud computing rikonoxxuti bħala li għandhom livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1, 2, 3, jew 4, meta tkun tapplika waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)is-suġġett tal-offerta ma jistax jiġi fornut minn servizzi rikonoxxuti tal-cloud computing disponibbli fir-repożitorju ċentrali msemmi fl-Artikolu 22, u ma jeżisti l-ebda servizz adegwat jew raġonevoli alternattiv jew komparabbli tal-cloud computing, u dak in-nuqqas ma jkunx ir-riżultat ta’ tnaqqis artifiċjali tal-parametri tal-proċedura tal-akkwist pubbliku;
(b)l-awtorità kontraenti tkun nediet proċess tal-akkwist simili fis-sena preċedenti iżda ma tkun irċeviet l-ebda offerta xierqa jew parteċipanti xierqa;
(a)l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tkun teħtieġ li l-awtorità kontraenti takkwista servizzi b’kost sproporzjonat.
Taqsima 2
Entitajiet tas-settur privat
Artikolu 31
Valutazzjonijiet tal-impatt
1.L-entitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li mhumiex korpi tas-settur pubbliku jistgħu jwettqu valutazzjonijiet simili bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 29.
2.Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida dwar il-metodoloġija għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt skont dan l-Artikolu u l-miżuri tal-mitigazzjoni possibbli li jridu jadottaw l-entitajiet tas-settur privat li joperaw f’setturi ta’ kritikalità għolja.
3.Jekk, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, u meta ġustifikat kif xieraq u b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tikkonkludi li xi entitajiet li mhumiex korpi tas-settur pubbliku li joperaw f’setturi ta’ kritikalità għolja jkunu jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati biex tissupplimenta dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 45 biex tispeċifika l-ħtieġa ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt u l-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju li jridu jieħdu dawk l-entitajiet li mhumiex korpi tas-settur pubbliku.
Taqsima 3
Miżuri oħra relatati mal-akkwist
Artikolu 32
Valur miżjud tal-Unjoni
1.Fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku għal servizzi innovattivi tal-cloud computing u sistemi tal-IA, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinkludu, bħala parti mill-evalwazzjoni tal-kwalità tal-offerti, kriterji tal-għoti mhux relatati mal-prezz li jgħinuhom jevalwaw il-kontribut tal-offerent għall-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA.
2.Meta japplikaw kriterji tal-għoti mhux relatati mal-prezz skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-għoti mhux relatati mal-prezz ikunu:
(a)marbuta mas-suġġett tal-kuntratt;
(b)ma jagħtux libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet lill-awtorità kontraenti;
(c)stabbiliti b’mod espliċitu fid-dokumenti tal-akkwist jew fl-avviż tal-kuntratt;
(d)anċillari u mhux deċiżivi fl-għoti tal-kuntratt.
3.Mingħajr ma jaffettwaw id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kontraenti li japplikaw kriterji addizzjonali, il-kriterji tal-għoti mhux relatati mal-prezz imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jevalwaw sa liema punt:
(a)l-offerent jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-katina tal-provvista tat-teknoloġija diġitali fl-Unjoni, inkluż l-użu ta’ software jew hardware iddisinjati jew manifatturati fl-Unjoni;
(b)l-offerent ikun integra t-teknoloġiji żviluppati fl-Unjoni, inkluż ir-riżultati tar-riċerka u tal-iżvilupp li jirriżultaw minn programmi tar-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati mill-Unjoni u juża għodod, bħal standards, speċifikazzjonijiet, software, mudelli jew teknoloġija oħra żviluppati fl-Unjoni;
(c)l-innovazzjoni meħtieġa biex jingħata s-servizz tkun tikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA;
(d)is-servizz jingħata, sa kemm ikun l-aktar fattibbli fir-rigward tad-disponibbiltà tas-suq u tar-rekwiżiti tekniċi, permezz ta’ komponenti kritiċi tal-hardware tal-computing, tal-ħżin u tan-networking iddisinjati u/jew manifatturati fl-Unjoni jew, meta dan ma jkunx fattibbli, permezz ta’ komponenti tal-hardware minn pajjiż terz li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA.
Artikolu 33
Monitoraġġ tal-akkwist tal-innovazzjoni fil-cloud u fl-IA
1.L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar l-użu tagħhom tal-akkwist tal-innovazzjoni fis-servizzi tal-cloud computing u fis-sistemi tal-IA.
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-paragrafu 1 jintużaw b’mod attiv biex jidentifikaw l-ostakli għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proċeduri tal-akkwist, biex itejbu l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-akkwist, jappoġġaw it-tfassil ta’ strateġiji tal-akkwist simplifikati, proporzjonati u faċli għall-SMEs, inkluż it-tqassim f’lottijiet meta xieraq, jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proċedura tal-innovazzjoni prevista skont id-Direttiva 2014/24/UE u fl-akkwisti prekummerċjali ta’ servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA.
3.Abbażi tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kull sena l-informazzjoni li ġejja:
(a)id-daqs tal-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’dak l-akkwist;
(b)ix-xejriet tal-parteċipazzjoni tal-SMEs, inkluż l-għadd ta’ kuntratti mogħtija lill-SMEs, is-sehem tagħhom fil-valur totali tal-kuntratt, bħala persentaġġ, u meta disponibbli s-sehem tal-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs;
(c)il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
4.L-Istati Membri għandhom jistinkaw għall-objettiv li mqar 25% tal-akkwisti tagħhom tas-servizzi tal-cloud computing u tas-sistemi tal-IA jingħataw lil SMEs innovattivi. Fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jinkludu pjanijiet dwar kif beħsiebhom jilħqu dan l-objettiv.
5.L-entitajiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippromwovu:
(a)konsultazzjonijiet preliminari tas-suq;
(b)it-tlaqqigħ bejn ix-xerrejja pubbliċi u s-soluzzjonijiet innovattivi pprovduti mill-SMEs u mill-istart-ups Ewropej;
(c)l-iżvilupp ta’ klawżoli kuntrattwali pubbliċi li jkunu favorevoli għall-SMEs innovattivi.
Kapitolu III
Federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku
Artikolu 34
Titwaqqaf il-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku
1.Il-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (il-“Federazzjoni EuroCloud”) hija b’dan stabbilita. Il-Federazzjoni EuroCloud għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet tal-Unjoni u tal-korpi tas-settur pubbliku b’mod volontarju. L-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jissieħbu fil-Federazzjoni EuroCloud.
2.Il-Federazzjoni EuroCloud għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing tas-settur pubbliku bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 35 u 36.
3.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-Federazzjoni EuroCloud li tipprovdi mqar:
(a)katalgu bl-informazzjoni dwar is-servizzi disponibbli taċ-ċentri tad-data u s-servizzi tal-cloud computing tas-settur pubbliku;
(b)pjattaforma ta’ servizzi għall-iskambju u l-orkestrazzjoni tar-riżorsi u s-servizzi tal-computing, tal-ħżin u tan-network;
4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċedura għall-parteċipazzjoni fil-Federazzjoni EuroCloud u mudell dwar il-kontenut u dettalji oħra tat-talba għall-parteċipazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
Artikolu 35
Kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing tas-settur pubbliku
1.Membru tal-Federazzjoni EuroCloud (l-“entità li tikkondividi”) jista’ jikkondividi s-servizzi taċ-ċentri tad-data u s-servizzi tal-cloud computing ma’ membru ieħor tal-Federazzjoni EuroCloud (l-“entità tal-użu”) meta l-entità li tikkondividi tkun direttament, jew indirettament permezz ta’ entità legali intermedja, is-sid tal-hardware li bih isir disponibbli s-servizz u tkun tipprovdi s-servizz li jsir disponibbli għall-entità tal-użu. Meta l-entità li tikkondividi tkun indirettament is-sid tal-hardware u tipprovdi s-servizzi permezz ta’ entità legali intermedja, l-entità li tikkondividi għandha teżerċita kontroll fuq dik l-entità legali intermedja.
2.L-entità li tikkondividi għandha tistabbilixxi miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzazzjonali xierqa biex tiżgura forniment effettiv, sikur u reżiljenti tas-servizzi.
3.Qabel il-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing fil-Federazzjoni EuroCloud, l-entità li tikkondividi għandha turi lill-Kummissjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
4.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-entità li tikkondividi u tippermetti lill-entità li tikkondividi taqsam is-servizzi taċ-ċentri tad-data u s-servizzi tal-cloud computing fil-Federazzjoni EuroCloud meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
5.L-entità li tikkondividi tista’ titlob tariffa lill-entità tal-użu. L-ammont tat-tariffa għandu jkun limitat għall-kostijiet li ġġarrab l-entità li tikkondividi fir-rigward tal-kondiviżjoni tas-servizz u ma għandux jikkostitwixxi interess pekunjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE u tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzazzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
Artikolu 36
Tariffi għall-amministrazzjoni tal-Federazzjoni EuroCloud
1.Il-kostijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni skont dan il-Kapitolu għandhom jiffinanzjawhom b’mod konġunt il-membri tal-Federazzjoni EuroCloud bit-tariffi imposti mill-Kummissjoni.
2.Jekk inizjalment il-kostijiet jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, dawn għandhom jiġu rimborżati mill-membri tal-EuroCloud matul perjodu sa tliet snin mid-data meta l-Unjoni tkun ġarrbet il-kostijiet.
3.Id-dħul iġġenerat mit-tariffi għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dak id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri l-kostijiet tal-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni skont dan il-Kapitolu, inkluż għall-valutazzjoni tat-talbiet għal sħubija fil-Federazzjoni EuroCloud u għall-istabbiliment tal-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 34(3). Id-dħul li jifdal meta jiġu koperti dawk il-kostijiet għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati li jiddeterminaw il-kostijiet stmati, l-ammont individwali tat-tariffi, u l-mod u l-kundizzjonijiet kif iridu jitħallsu t-tariffi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
Kapitolu IV
Proċeduri tal-akkwist ta’ servizzi taċ-ċentri tad-data, ta’ servizzi tal-cloud computing, ta’ software u sistemi tal-IA mill-Kummissjoni
Artikolu 37
Attivitajiet tal-akkwist tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni tista’ twettaq attivitajiet tal-akkwist biex takkwista servizzi ta’ ċentri tad-data, servizzi tal-cloud computing, software u sistemi tal-IA għaliha nnifisha u għall-entitajiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu. B’deroga mill-Artikolu 168 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, anki l-organizzazzjonijiet sħab imsemmija fl-Artikolu 168(3) ta’ dak ir-Regolament magħżula mill-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-akkwist stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, l-entitajiet tal-Unjoni, u l-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, għandhom jitqiesu bħala “entitajiet parteċipanti” skont dan il-Kapitolu.
2.L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist f’isimhom stess jew bħala korpi ċentrali tal-akkwist skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (16) tad-Direttiva 2014/24/UE meta jikkwalifikaw bħala tali. Jistgħu jiġu imposti regoli u obbligi speċifiċi li jirregolaw il-parteċipazzjoni tagħhom meta dawn jipparteċipaw bħala korpi ċentrali tal-akkwist fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 38.
3.Minbarra l-attivitajiet tal-akkwist previsti fl-Artikolu 168 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-Kummissjoni tista’ taġixxi bħala korp ċentrali tal-akkwist għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, billi:
(a)takkwista servizzi taċ-ċentri tad-data, servizzi tal-cloud computing, software u sistemi tal-IA f’isem awtorità kontraenti waħda jew aktar tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni, jew għan-nom tagħhom, billi tikkonkludi kuntratti qafas jew topera sistemi dinamiċi tax-xiri għal servizzi maħsuba għall-entitajiet parteċipanti;
(b)taġixxi bħala bejjiegħ bl-ingrossa billi takkwista tali servizzi u provvisti u terġa’ tbigħhom jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, billi tagħtihom donazzjoni lil awtorità kontraenti waħda jew aktar tal-Istati Membri.
4.Hi u twettaq l-attivitajiet tal-akkwist, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ anċillari lill-entitajiet parteċipanti, inkluż:
(a)infrastruttura teknika biex l-entitajiet parteċipanti jkunu jistgħu jużaw kuntratti mogħtija jew jagħtu kuntratti, inkluż kuntratti speċifiċi skont ftehimiet qafas konklużi, għal servizzi taċ-ċentri tad-data, servizzi tal-cloud computing, software u sistemi tal-IA;
(b)pariri u appoġġ għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist;
(c)it-tħejjija u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist f’isem jew għan-nom tal-entitajiet ikkonċernati;
(d)fatturazzjoni u servizzi amministrattivi oħra relatati mal-kuntratti mogħtija.
5.Dak l-appoġġ anċillari jista’ jingħata direttament mill-Kummissjoni, permezz ta’ sottokuntrattur, jew b’delega lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni. Is-sħubija ta’ entitajiet parteċipanti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 38 tista’ tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni ta’ servizz ta’ appoġġ anċillari wieħed jew aktar.
6.Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi u timmaniġġja pjattaforma komuni tal-akkwist, inkluż servizzi li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-akkwist skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 38
Arranġamenti għall-attivitajiet tal-akkwist mill-Kummissjoni
1.Qabel ma tagħmel xi attività tal-akkwist skont l-Artikolu 37, il-Kummissjoni u mqar żewġ Stati Membri għandhom jagħmlu ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-attivitajiet tal-akkwist imwettqa mill-Kummissjoni skont dan il-Kapitolu. Il-ftehim għandu jkopri l-proċeduri tal-akkwist li jridu jitwettqu tul il-perjodu tal-validità tiegħu u għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ftehim tal-akkwist konġunt u l-mandat imsemmi fl-Artikolu 168(2) u (3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Il-ftehim għandu jikkostitwixxi mandat għall-Kummissjoni biex takkwista f’isem jew għan-nom tal-entitajiet parteċipanti skont it-tifsira tal-Artikolu 168(3), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
3.Il-ftehim għandu jinkludi l-arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-għażla tal-proċedura u l-kundizzjonijiet applikabbli, l-evalwazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti, l-għoti tal-kuntratti, u l-liġijiet applikabbli u l-ġuriżdizzjoni kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-operat u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-akkwist, inkluż għad-deċiżjoni dwar il-ftuħ ta’ proċedura tal-akkwist, it-tip tal-proċedura u tal-kuntratt, u l-għoti tal-kuntratti.
4.Il-ftehim għandu jistabbilixxi Kumitat ta’ Tmexxija magħmul mill-Kummissjoni u minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru parteċipanti fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jissieħbu fil-ftehim fi stadju aktar tard u mbagħad għandhom jiġu rrappreżentati fil-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jaħtar rappreżentanti addizzjonali ta’ entitajiet oħra tal-Unjoni, ta’ awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u ta’ organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni.
5.Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza strateġika tal-attivitajiet tal-akkwist, inkluż biex jipproponu d-direzzjoni strateġika tal-aġenda tal-akkwist għal perjodu fiss, u biex japprova d-direzzjoni strateġika ta’ kull proċedura tal-akkwist qabel ma tinfetaħ mill-Kummissjoni, ħalli jiżgura l-konformità tagħha mal-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament.
6.Ladarba l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri parteċipanti, l-entitajiet tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni jistgħu jissieħbu fih u jibbenefikaw minnu u għandhom jitqiesu bħala entitajiet parteċipanti fil-proċeduri li fihom jagħżlu li jipparteċipaw. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jiddetermina li l-ftehim għandu jieħu l-forma ta’ kuntratt ta’ sħubija.
7.Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti ta’ Stat Membru ma għandhiex tkun kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.
8.Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri biex jissieħbu fil-ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tad-daqs, l-ammonti minimi u kriterji oġġettivi oħra. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi wkoll ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-ftehim, għal awtorità kontraenti ta’ Stat Membru li ma tkunx ikkonformat mal-obbligi tagħha skont il-ftehim.
9.B’deroga mill-Artikolu 168(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2014/2509, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ japprova l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kontraenti minn Stati tal-EFTA u minn pajjiżi kandidati tal-Unjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ trattat bilaterali jew multilaterali previst għal dik il-possibbiltà.
10.Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jagħmel is-sħubija fil-ftehim bil-kundizzjoni li l-entitajiet parteċipanti jaċċettaw servizz ta’ appoġġ anċillari wieħed jew aktar, kif stabbilit fl-Artikolu 37.
11.Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu, wara l-proposta mill-Kummissjoni.
Artikolu 39
Qafas tal-akkwist pubbliku applikabbli
1.Entità parteċipanti għandha titqies li ssodisfat l-obbligi tagħha skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku meta din takkwista provvisti jew servizzi b’kuntratti mogħtija mill-Kummissjoni skont dan il-Kapitolu, inkluż b’kuntratti qafas konklużi mill-Kummissjoni, jew sistemi dinamiċi tax-xiri operati minnha, li taġixxi bħala korp ċentrali tal-akkwist, jew kwalunkwe servizz ta’ appoġġ anċillari msemmi fl-Artikolu 37.
2.Id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti speċifiċi skont kuntratti qafas jew sistemi dinamiċi tax-xiri.
3.Fil-ftehimiet tagħha mal-awtoritajiet kontraenti li sservi, awtorità kontraenti li tkun akkwistat servizzi ta’ ċentri tad-data, servizzi tal-cloud computing, software u sistemi tal-IA mill-Kummissjoni bħala korp ċentrali tal-akkwist għandha tiżgura l-konformità ma’ kull rekwiżit kuntrattwali li bih hija stess tkun marbuta.
4.Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiftaħ proċedura tal-akkwist li tkun miftuħa għall-entitajiet parteċipanti mingħajr talba speċifika minn qabel mingħandhom.
5.B’deroga mill-Artikolu 168 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, waqt il-perjodu tal-validità ta’ sistema dinamika tax-xiri, l-entitajiet parteċipanti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni l-possibbiltà li jipparteċipaw fis-sistema. Dik it-talba għandha tapprova l-Kummissjoni diment li t-talbiet kumulattivi ma jaqbżux il-50% tal-kwantitajiet stmati inizjali tax-xiri previst. Il-parteċipazzjoni għandha tiġi approvata fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba u għandha tippermetti lill-entitajiet parteċipanti jiġu inklużi fi kwalunkwe sejħa futura għall-offerti.
6.Il-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun disponibbli biss għall-entitajiet parteċipanti li jissieħbu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 38 wara li tkun tnediet is-sistema dinamika tax-xiri.
Artikolu 40
Tariffi għall-attivitajiet tal-akkwist
1.Il-kostijiet imġarrba bl-attivitajiet tal-akkwist imwettqa skont dan il-Kapitolu għandhom jiffinanzjawhom b’mod konġunt l-entitajiet parteċipanti b’tariffi imposti mill-Kummissjoni.
2.Il-kostijiet imġarrba fl-istabbiliment tal-attivitajiet tal-akkwist komuni msemmija fl-Artikolu 37, inkluż għall-iżvilupp tal-pjattaforma komuni tal-akkwist, jistgħu inizjalment jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. F’każ bħal dan, dawn għandhom jiġu rimborżati mill-entitajiet parteċipanti fi żmien sa tliet snin mid-data meta l-Unjoni ġġarrab il-kostijiet. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u operazzjonali għar-rimborż mill-entitajiet parteċipanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
3.Id-dħul iġġenerat mit-tariffi għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dak id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri l-kostijiet tal-attivitajiet tal-akkwist imwettqa skont l-Artikolu 37. Id-dħul li jifdal meta jiġu koperti dawk il-kostijiet għandu jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.It-tariffi għandhom jiġu stabbiliti minn qabel, għandhom ikunu proporzjonati mal-kostijiet stmati tal-attivitajiet li għalihom ikunu imponibbli tariffi kif determinat b’mod kosteffettiv, li jirrifletti l-prattiki ta’ oqfsa tal-akkwist komparabbli, u għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru dawk il-kostijiet.
5.5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati għad-determinazzjoni tat-tariffi, li jispeċifikaw dawn li ġejjin:
(a)il-kostijiet stmati attribwibbli għall-attivitajiet tal-akkwist li għalihom ikunu imponibbli tariffi;
(b)l-ammonti individwali tat-tariffi imponibbli;
(c)il-mod u l-kundizzjonijiet kif għandhom jitħallsu t-tariffi;
(d)il-kundizzjonijiet kif għandhom jitħallsu t-tariffi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
Kapitolu V
Sors miftuħ
Artikolu 41
Promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ u prijorità lis-sors miftuħ
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħeġġu lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku jużaw u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid ta’ standards u komponenti miftuħa rilaxxati b’liċenzja ta’ sors miftuħ, huma u jibnu l-ekosistema jew l-istack tagħhom tal-cloud u tal-IA, filwaqt li jqisu l-funzjonalitajiet, inkluż is-sigurtà, il-kost totali, u kriterji oġġettivi rilevanti oħra li jkunu ġustifikati kif xieraq.
Artikolu 42
Kondiviżjoni u użu mill-ġdid tas-software
Meta entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku joħolqu software bi drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jkun disponibbli biex jerġa’ jintuża b’liċenzja ta’ sors miftuħ, dawn għandhom jagħmluh fuq katalgu jew repożitorju li jkun konness mal-Katalgu tal-OSS tal-UE msemmi fl-Artikolu 43 u jsir aċċessibbli minnu.
Artikolu 43
Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ
1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi u żżomm Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ (“Katalgu tal-OSS tal-UE”) bħala katalgu ċentralizzat biex jiġi aċċessat is-software disponibbli għall-użu mill-ġdid mill-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku.
2.Il-Katalgu tal-OSS tal-UE għandu jitqiegħed fuq il-portal Ewropa Interoperabbli msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/903 u għandu jkun aċċessibbli elettronikament mingħajr ħlas.
3.Abbażi ta’ kriterji oġġettivi u rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq it-talba ta’ entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku li jkollhom jew li jżommu katalgu jew repożitorju, biex dak il-katalgu jew repożitorju jkun konness mal-Katalgu tal-OSS tal-UE u jsir aċċessibbli minnu.
Artikolu 44
Network ta’ Uffiċċji għall-Programmi ta’ Sors Miftuħ
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network ta’ Uffiċċji għall-Programmi ta’ Sors Miftuħ (“in-Network tal-OSPO”) biex jiffaċilita l-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont dan il-Kapitolu.
2.L-Uffiċċji għall-Programmi ta’ Sors Miftuħ stabbiliti minn korpi tas-settur pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali ta’ Stat Membru, u dawk stabbiliti mill-entitajiet tal-Unjoni, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jissieħbu fin-Network tal-OSPO.
3.In-Network tal-OSPO għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’mod partikolari billi jiddiskuti sfidi tekniċi, legali u organizzazzjonali komuni, inkluż dawk relatati mal-liċenzjar, is-sigurtà, il-manutenzjoni u l-akkwist tas-software ta’ sors miftuħ;
(b)jippromwovi l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tas-software ta’ sors miftuħ mill-korpi tas-settur pubbliku;
(c)jikkontribwixxi b’mod volontarju u mhux vinkolanti għall-iżvilupp ta’ gwida, mudelli jew rakkomandazzjonijiet dwar il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tas-software ta’ sors miftuħ;
(d)jikkollabora u jiskambja l-proġetti ta’ sors miftuħ li jipprovdu interess komuni għall-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku.
4.Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkoordina n-Network tal-OSPO.
5.Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-membri tan-Network tal-OSPO imqar darbtejn fis-sena u tippresjedi laqgħat. Il-laqgħat tan-Network tal-OSPO jistgħu jiġu organizzati online.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 44
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 20(9), fl-Artikolu 21(1) u fl-Artikolu 31(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(4), 16(2), 20(9), 21(1), u 31(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 21(1), u l-Artikolu 31(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 46
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 47
Rieżami
1.Sa [OP please insert date of entry into force plus 4 years] u mbagħad kull 5 snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.Meta xieraq, mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinhemeż proposta għal emenda ta’ dan ir-Regolament.
3.Hi u twettaq l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta’ korpi jew sorsi rilevanti oħra, u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-intrapriżi żgħar u medji u lill-pożizzjoni tal-kompetituri l-ġodda.
Artikolu 48
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn [OP please insert same day and month as date of entry into force plus 1 year].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29
4.Dimensjonijiet diġitali29
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30
4.2.Data30
4.3.Soluzzjonijiet diġitali31
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex tissaħħaħ l-ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA (l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA).
Titolu fil-qosor: L-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA (CADA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Il-proposta tikkonċerna oqsma ta’ politika marbuta mal-iżvilupp ta’ servizzi tal-cloud computing, b’enfasi fuq l-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel u f’waqtha lejn ekosistemi diġitali ta’ valur għoli, reżiljenti u orjentati lejn il-futur. Għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet regolatorji għal Suq Uniku fis-servizzi tal-cloud computing, billi tinċentiva l-investiment fl-infrastruttura tal-cloud, fir-riċerka u fl-iżvilupp tal-IA u tappoġġa r-rekwiżiti emerġenti li jirriżultaw minn teknoloġiji innovattivi. Bil-modernizzazzjoni tal-oqfsa eżistenti, l-inizjattiva għandha l-għan li tiffaċilita l-investiment effiċjenti, tippromwovi l-kompetizzjoni sostenibbli u tnaqqas id-dipendenzi teknoloġiċi, u b’hekk tappoġġa l-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul tal-UE fil-pajsaġġ globali tal-cloud u tal-IA. Il-proposta għandha wkoll l-għan li tneħħi l-ostakli persistenti għall-forniment transfruntier ta’ servizzi tal-cloud computing u li ttejjeb il-koerenza u l-prevedibbiltà regolatorji madwar l-Istati Membri.
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi tal-cloud computing u li tiżgura l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività u għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1: Iż-żieda fil-kapaċità tal-computing implimentata fl-UE permezz ta’ teknoloġiji innovattivi u sostenibbli. Sal-2030, jenħtieġ li l-UE tal-inqas tittrippla l-kapaċità kurrenti taċ-ċentri tad-data tagħha, filwaqt li tipprijoritizza teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija f’installazzjonijiet ġodda. Waqt li d-domanda tkompli tikber, jenħtieġ li dan jitqies bħala objettiv intermedju sabiex sal-2035, il-kapaċità tal-computing fl-UE jenħtieġ li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha.
Objettiv speċifiku Nru 2: L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet attraenti għall-varar ta’ kapaċità tal-computing sostenibbli u innovattiva. Filwaqt li l-ewwel objettiv huwa mmirat lejn il-varar tal-kapaċità, dan huwa mmirat lejn il-kundizzjonijiet għal tali investiment u varar. Sal-2030, jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu jiksbu l-permessi kollha biex jibnu u jmexxu ċentru tad-data f’inqas minn 18-il xahar madwar l-UE, inklużi l-aċċess għall-art, il-permessi għall-aċċess għall-enerġija, u l-konnettività, li huma punt ta’ attenzjoni ewlieni għall-investituri.
Objettiv speċifiku Nru 3: It-tnaqqis tad-dipendenza ġenerali fuq is-servizzi tal-cloud computing mhux Ewropej. Sal-2035, jenħtieġ li dan l-intervent iżid is-sehem mis-suq tal-fornituri Ewropej ta’ servizzi tal-cloud computing fis-suq Ewropew. It-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni jirrikjedi t-tnaqqis tad-dipendenzi u l-iżgurar li l-utenti Ewropej ikollhom alternattivi Ewropej kredibbli għall-operaturi preeżistenti mhux Ewropej. Bażi ta’ provvista Ewropea aktar b’saħħitha ttejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi b’mod awtonomu u ttejjeb ir-reżiljenza, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista fit-tul.
Objettiv speċifiku Nru 4: Il-kontribut għall-ħarsien tal-ordni pubbliku billi tittejjeb ir-reżiljenza tal-provvista tas-servizzi tal-cloud computing, b’mod partikolari fis-settur pubbliku. Sal-2035, jenħtieġ li każijiet ta’ użu kritiku ħafna fis-settur pubbliku jitħaddmu bl-użu ta’ servizzi sovrani tal-cloud computing u tal-IA biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità tad-data, l-awtonomija operazzjonali u jiġu pprevenuti ħsarat li jistgħu jimminaw l-ordni pubbliku. Każijiet ta’ użu kritiku ħafna huma dawk ta’ importanza sistemika partikolari li jirfdu l-funzjonijiet essenzjali jew li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data sensittiva. L-iżgurar li, għal dawn, id-data tiġi protetta, u l-kontinwità tas-servizz tkun ggarantita, huwa element ewlieni biex tinkiseb awtonomija strateġika. Din hija r-raġuni għaliex dawn il-każijiet ta’ użu huma prijorità għall-bidla lejn servizzi li l-provvista tagħhom ma tkunx tista’ tintlaħaq minn politiki ta’ pajjiżi terzi li tista’ tirriżulta f’aċċess għad-data jew f’interruzzjonijiet għall-kontinwità tas-servizz, jiġifieri servizzi sovrani.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-Att propost dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA huwa mistenni li jkollu impatt rilevanti fuq diversi benefiċjarji, inklużi s-settur pubbliku, l-ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA u ċ-ċittadini. L-inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ l-ekosistema tal-cloud u tal-IA fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tkun pijuniera fl-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi għaċ-ċentri tad-data, tiżviluppa stacks miftuħa Ewropej tal-cloud u tal-IA, u tippromwovi l-adozzjoni ta’ servizzi tal-cloud computing. Dan huwa mistenni li jwassal għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji avvanzati tal-IA u tal-IA pijuniera, għall-aċċellerazzjoni tal-mudelli u tas-sistemi tal-IA industrijali f’setturi strateġiċi, u għall-appoġġ ta’ inizjattivi transsettorjali li jindirizzaw sfidi teknoloġiċi u industrijali ewlenin. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li taċċellera l-varar taċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni, li jittrippla l-kapaċità taċ-ċentri tad-data tal-UE fil-5 sas-7 snin li ġejjin u li tiżgura l-varar ta’ ċentri tad-data effiċjenti fir-riżorsi. L-Att għandu wkoll l-għan li jippromwovi l-awtonomija, inaqqas id-dipendenzi fuq teknoloġiji kritiċi u jżid l-adozzjoni ta’ servizzi tal-cloud computing fis-settur pubbliku kollu, u b’hekk jippermetti lis-setturi kritiċi jużaw servizzi sovrani tal-cloud computing. Barra minn hekk, il-proposta se twassal għall-istabbiliment ta’ federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku, għal attivitajiet ta’ akkwist komuni u għall-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet b’sors miftuħ. B’mod ġenerali, il-proposta tfittex li tagħti s-setgħa lil dawn il-benefiċjarji, filwaqt li trawwem ekosistema Ewropea kompetittiva, innovattiva u awtonoma tal-cloud u tal-IA li tixpruna l-prosperità ekonomika, il-benesseri soċjali u l-awtonomija strateġika. Il-proposta hija prevista li jkollha effetti pożittivi fuq il-kompetittività globali tas-settur Ewropew tal-IA u tal-cloud, u fuq l-attraenza tal-UE għan-negozji u għar-riċerkaturi ta’ pajjiżi terzi.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Objettiv 1: Iż-żieda fil-kapaċità tal-computing fl-UE permezz ta’ teknoloġiji innovattivi u sostenibbli.
(a) Il-kapaċità tal-computing installata (tagħbija tal-IT f’MW) mill-Istati Membri
(b)Komputazzjoni aggregata ta’ skop ġenerali u ddedikata għall-IA, imkejla wkoll f’operazzjonijiet b’punt varjabbli fis-sekonda (FLOPs)
(c)Is-sehem tal-UE tal-kapaċità tal-computing installata globali
(d)Ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-computing tal-UE; miżuri dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (PUE), l-effiċjenza fl-użu tal-ilma (WUE), l-emissjonijiet ibbażati fuq il-post u l-impatt ambjentali relatat taċ-ċentri tad-data
(e)Il-varar ta’ teknoloġiji innovattivi u effiċjenti fl-enerġija (proġetti pilota mnedija u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda)
(f)Is-sehem tal-enerġija nadifa fiċ-ċentri tad-data u l-użu mill-ġdid tas-sħana mormija
(g)L-investiment pubbliku u privat annwali totali fiċ-ċentri tad-data (DCs) ibbażati fl-UE
(h)Is-sehem ta’ kapaċità ġdida taċ-ċentri tad-data varata barra miċ-ċentri eżistenti u f’reġjuni li ma humiex moqdijin biżżejjed
Objettiv 2: L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet attraenti għall-varar ta’ kapaċità tal-computing sostenibbli u innovattiva.
(a)Iż-żmien medju għall-ħruġ ta’ permessi għal proġetti ġodda taċ-ċentri tad-data
(b)Il-piż amministrattiv totali għall-operaturi
(c)Is-sehem tal-proġetti mdewma/ikkanċellati minħabba ostakli regolatorji jew infrastrutturali
(d)Għadd ta’ SM b’oqfsa simplifikati għall-ħruġ ta’ permessi
(e)L-indiċi tal-kompetittività tal-kostijiet
Objettiv 3: It-tnaqqis tad-dipendenza fuq servizzi mhux Ewropej tal-cloud computing u tal-IA.
(a)Is-sehem mit-total tad-dħul mis-servizzi tal-cloud computing tal-UE kopert mill-fornituri Ewropej ta’ servizzi
(b)L-għadd ta’ awtoritajiet tas-settur pubbliku moqdija minn fornituri sovrani għal kull SM
(c)Is-sehem tal-kapaċità installata tad-DCs tal-UE li hija proprjetà tal-fornituri Ewropej
(d)Is-sehem tal-kapaċità mhux użata fost l-iSM
Objettiv 4: Il-kontribut għall-ħarsien tal-ordni pubbliku billi tittejjeb ir-reżiljenza tal-provvista tas-servizzi tal-cloud computing, b’mod partikolari fis-settur pubbliku.
(a)L-għadd ta’ servizzi tal-cloud awditjati skont il-livelli 2, 3, 4
(b)Ir-rata ta’ konformità mill-awtoritajiet kontraenti (%) mal-iskema tas-sovranità
(c)Il-valur annwali tal-akkwist pubbliku tal-UE ta’ servizzi sovrani tal-cloud computing
(d)L-għadd ta’ soluzzjonijiet tas-settur pubbliku rilaxxati bħala sors miftuħ fir-repożitorju, u t-tniżżil tagħhom minn partijiet terzi.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 39
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA se jkun mistenni li jidħol fis-seħħ fi żmien 20 jum mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. Jenħtieġ li d-dħul fis-seħħ ikun fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni tiegħu, b’eċċezzjonijiet notevoli għar-regoli li jirrikjedu perjodu tranżitorju addizzjonali.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
L-iżvilupp tal-kapaċità tal-computing fl-UE bħalissa jseħħ tul linji nazzjonali. Kull Stat Membru jopera skont qafas distint, bi proċessi u b’rekwiżiti differenti għall-varar taċ-ċentri tad-data, li jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. Madankollu, il-politiki nazzjonali għall-aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data jissograw aktar frammentazzjoni u ġirja lejn l-aktar livell baxx fir-rigward tas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, għadd dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet b’latenza baxxa jirrikjedi kapaċità ta’ computing fil-qrib. B’mod aktar ġenerali, l-UE qed tiffaċċja nuqqas ta’ kapaċità tal-computing, problema li tirriskja li taffettwa b’mod negattiv il-kompetittività tagħha u teħtieġ azzjoni fil-livell tal-UE biex jinżamm ambjent regolatorju u ta’ investiment li huwa faċli biex jiġi nnavigat mill-operaturi u mill-investituri taċ-ċentri tad-data, inkluż bejn il-fruntieri.
Biex ixxejjen din il-lakuna tal-kapaċità u tiftaħ il-bibien għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ħalli jużaw il-kapaċità komputazzjonali u jiżguraw is-sostenibbiltà hemm bżonn azzjoni fil-livell tal-UE. Id-dipendenza fuq is-servizzi tal-cloud computing forniti minn fornituri mhux Ewropej għandha l-istess kawżi ewlenin madwar l-UE u taffettwa lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri kollha. Il-fornituri tas-servizzi Ewropej qed isibu bosta ostakli biex jiskalaw madwar l-UE, pereżempju minħabba standards nazzjonali tal-affidabbiltà differenti, b’mod partikolari fl-akkwist pubbliku. Il-prattiki nazzjonali diverġenti tal-akkwist jikkumplikaw is-suq għall-fornituri Ewropej u s-sitwazzjoni sottostanti ta’ informazzjoni imperfetta hi falliment tas-suq li jeħtieġ rispons fil-livell tal-UE. Saru wkoll sejħiet għal azzjoni mill-UE biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi fil-konsultazzjoni pubblika.
L-azzjoni tal-UE hija mistennija li jkollha valur miżjud ċar fl-indirizzar tal-problema ta’ disponibbiltà limitata u ġeografikament ikkonċentrata tal-kapaċità tal-computing. Billi tipprovdi approċċ komuni għall-varar taċ-ċentri tad-data, dan jippermetti l-ippjanar u l-varar koerenti tal-kapaċità tal-computing b’mod ġeografikament bilanċjat, filwaqt li tiġi evitata ġirja lejn l-aktar livell baxx u titnaqqas il-kumplessità regolatorja għall-investituri u għall-operaturi taċ-ċentri tad-data. L-UE tinsab f’pożizzjoni unika biex tiżgura li l-politiki ta’ investiment u ta’ aċċellerazzjoni jirriflettu l-prijoritajiet kollettivi u jevitaw il-frammentazzjoni. Azzjoni fil-livell tal-UE tiżgura li n-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jkunu jistgħu jaċċessaw kapaċità komputazzjonali suffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom u hija prerekwiżit biex l-Ewropa ssir kontinent tal-IA.
Fl-indirizzar tad-dipendenza fuq is-servizzi tal-cloud computing forniti minn fornituri mhux Ewropej, l-azzjoni tal-UE hija mistennija twassal benefiċċji li jaqbżu dak li l-Istati Membri jistgħu jiksbu individwalment, speċjalment fl-indirizzar tal-fallimenti sottostanti tas-suq ta’ informazzjoni imperfetta. Dan itejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jippermetti lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing jikbru lil hinn mis-swieq nazzjonali tagħhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta hija informata mill-esperjenza prattika fl-implimentazzjoni tar-regolamenti eżistenti f’dan il-qasam. L-esperjenza tal-passat uriet li huma meħtieġa salvagwardji legali iżda ma humiex biżżejjed biex tinbidel id-dipendenza fuq fornituri mhux tal-UE. L-infurzar tal-GDPR u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) imbotta lill-korpi u lill-fornituri pubbliċi lejn kontrolli kuntrattwali aktar b’saħħithom u regoli aktar stretti dwar it-trasferimenti internazzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri pproduċew soluzzjonijiet ta’ konformità aktar milli bidliet konkreti. Bl-istess mod, il-ħtieġa ta’ lokalizzazzjoni tad-data jidher li ssolvi biss parzjalment uħud mir-rekwiżiti tas-sovranità meħtieġa għal każijiet tal-użu speċifiċi, speċjalment fis-settur pubbliku. Mill-ħidma preparatorja fuq iċ-ċertifikazzjoni tal-cloud tal-Iskema Ewropea taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għas-Servizzi tal-Cloud (EUCS) jidher ukoll li ċ-ċibersigurtà trid tiġi distinta mir-rekwiżiti tas-sovranità. Ir-regolament jibni wkoll fuq l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 2.0, kif ukoll fuq id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Data, li jiffoka fuq il-kostijiet tal-bdil, l-interoperabbiltà, il-portabbiltà u termini kuntrattwali inġusti, u jikkomplementah. Fl-aħħar nett, il-proposta ġiet informata minn strateġija estensiva ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali peress li primarjament tipprovdi qafas legali ġdid filwaqt li tiddependi fuq strumenti eżistenti jew ippjanati tal-UE għall-finanzjament. Jenħtieġ li s-sinerġiji ta’ finanzjament ewlenin tagħha jkunu mal-Programm Qafas 10 (FP10) u mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (FEK), speċjalment skont it-tieqa ta’ Tmexxija Diġitali. Jenħtieġ li l-FP10 jappoġġa d-dimensjoni upstream tar-riċerka u tal-innovazzjoni skont il-Pilastru I, filwaqt li jenħtieġ li l-FEK iservi bħala l-istrument ewlieni tal-varar, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tisrif tal-outputs tar-riċerka tal-FP10 f’kapaċitajiet operazzjonali. Strumenti oħra jistgħu jkomplu jsaħħu dawn l-isforzi. Il-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) ikomplu jappoġġaw proġetti transfruntiera fuq skala kbira fejn l-infrastruttura tal-cloud, tal-edge, taċ-ċipep, taċ-ċibersigurtà jew tal-IA tirrikjedi koordinazzjoni fost l-Istati Membri u investiment privat. L-EDICs jistgħu jipprovdu veikoli ta’ governanza utli għal gruppi ta’ Stati Membri li jixtiequ joperaw infrastruttura diġitali komuni b’mod konġunt. L-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, eż. il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jikkontribwixxu għall-kompetittività reġjonali, u jappoġġawha, u jindirizzaw id-disparitajiet territorjali permezz tal-kofinanzjament tal-infrastruttura diġitali f’reġjuni inqas żviluppati. Huma mistennija wkoll sinerġiji ma’ InvestEU billi jittejjeb l-ambjent tal-investiment, jiġu appoġġati proġetti bankabbli u jiġu kkomplementati l-istrumenti finanzjarji biex jiġi mmobilizzat l-investiment privat u pubbliku. Fejn rilevanti, il-proposta tibni wkoll fuq ir-riformi u fuq l-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs), inklużi l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. Fl-aħħar nett, twieqi ta’ politika oħra tal-FEK jistgħu jappoġġaw applikazzjonijiet speċifiċi għas-settur.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-valutazzjoni tal-għażliet ta’ finanzjament disponibbli qieset kemm ir-riallokazzjoni fir-riżorsi eżistenti tal-Kummissjoni kif ukoll il-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali. L-implimentazzjoni tar-Regolament hija stmata li tirrikjedi total ta’ 25 ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTE). Minn dawn, tmien FTEs mid-DĠ DIGIT u seba’ FTEs mid-DĠ CNECT huma kkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu tar-riallokazzjoni, li jirriflettu kompiti li jistgħu jiġu koperti permezz tal-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet eżistenti u l-użu tal-għarfien espert tal-politika eżistenti. Dan ifisser li 15 mill-25 FTE stmati jistgħu jiġu koperti permezz ta’ riallokazzjoni. Dawn il-karigi riallokati jappoġġaw prinċipalment attivitajiet qrib il-mandati eżistenti, bħall-koordinazzjoni tal-politika, l-analiżi legali, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-monitoraġġ tas-suq intern, il-ġestjoni tal-programmi, l-appoġġ amministrattiv u l-kooperazzjoni mal-Istati Membri. Għall-kompiti li jifdal, ġew eżaminati għażliet alternattivi ta’ finanzjament. Dawn jinkludu t-tisħiħ immirat tal-linji baġitarji rilevanti u l-użu tal-pakketti tal-programmi eżistenti. Madankollu, minħabba li diversi kompiti jistgħu jinvolvu kostijiet operazzjonali sinifikanti, it-tariffi jiġu introdotti wkoll bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament importanti u biex jiġi limitat l-impatt fuq il-baġit tal-UE. B’mod partikolari, tariffi bħal dawn kienu ġew previsti biex ikopru attivitajiet relatati ma’ attivitajiet komuni tal-akkwist u mal-amministrazzjoni tal-Federazzjoni EuroCloud għall-kondiviżjoni tal-kapaċità mhux użata fost l-Istati Membri interessati.
L-għaxar FTEs li jifdal ikunu jirrikjedu finanzjament addizzjonali peress li jkunu relatati ma’ responsabbiltajiet ġodda jew estiżi sostanzjalment li jmorru lil hinn mis-suppożizzjonijiet kurrenti dwar it-tagħbijiet ta’ xogħol.
B’mod ġenerali, l-approċċ propost jikkombina r-riallokazzjoni, il-finanzjament ibbażat fuq it-tariffi u riżorsi addizzjonali limitati. Ir-riallokazzjoni tiżgura d-dixxiplina baġitarja u l-użu tal-għarfien espert eżistenti tal-Kummissjoni. It-tariffi huma mistennija jnaqqsu l-pressjoni fuq il-baġit tal-UE u jappoġġaw in-newtralità baġitarja għall-biċċa l-kbira tal-kompiti intensivi fir-riżorsi. Għalhekk, approprjazzjonijiet addizzjonali huma riżervati għal funzjonijiet ġodda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta’ tariffi jew riallokazzjoni interna.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
– fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
– impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2028 sal-2030,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Ir-Regolament se jiġi rrieżaminat u evalwat 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni konsistenti u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet tagħhom tkun disponibbli għall-Kummissjoni b’mod f’waqtu.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Ir-Regolament jistabbilixxi qafas ta’ politika ġdid għal regoli armonizzati li jirregolaw l-akkwist ta’ servizzi tal-cloud computing fis-suq intern u l-varar ta’ ċentri tad-data madwar l-UE, filwaqt li jappoġġa l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni dwar il-fiduċja tal-konsumatur, il-kompetittività industrijali, is-sigurtà u r-reżiljenza, u s-sostenibbiltà. L-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA hu maħsub biex jissimplifika u jtejjeb il-koordinazzjoni tal-qafas regolatorju għall-iżvilupp ta’ ċentri tad-data u għall-akkwist ta’ servizzi tal-cloud computing. Dawn l-objettivi jirrikjedu koordinazzjoni u kapaċità operazzjonali msaħħa fil-livell tal-UE, li min-naħa tagħhom jeħtieġu riżorsi baġitarji mmirati u proporzjonati. Il-proposta tintroduċi bidliet proporzjonati, billi tistabbilixxi sistema ta’ governanza b’kompiti ġodda fil-livell tal-UE b’dimensjoni tas-Suq Uniku, filwaqt li tiżgura li t-teħid ta’ deċiżjonijiet jibqa’ fl-aktar livell effiċjenti. Il-mudell ta’ governanza magħżul għandu l-għan li jibni fuq l-istrutturi u fuq il-mandati eżistenti, u b’hekk jillimita l-ħtieġa ta’ entitajiet ġodda u jippermetti li l-baġit jiġi implimentat permezz ta’ arranġamenti amministrattivi u finanzjarji stabbiliti, filwaqt li jiżgura l-kosteffettività u l-prevedibbiltà tan-nefqiet.
Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti l-ġodda, huma meħtieġa riżorsi umani addizzjonali. L-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament huma stmati li jirrikjedu sitt FTEs addizzjonali għad-DĠ CNECT u erba’ FTEs għad-DĠ DIGIT. Il-livelli tal-persunal proposti huma proporzjonati għall-volum u għall-kumplessità tar-responsabbiltajiet il-ġodda u jirriflettu l-aktar għażla kosteffiċjenti, filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni fil-livell nazzjonali.
Il-pagamenti se jsegwu proċeduri baġitarji standard tal-UE, inklużi l-impenji u l-pagamenti li jsiru kull sena, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u fi ħdan il-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali applikabbli. Dan se jiġi appoġġat mill-kontribuzzjonijiet annwali mit-tariffi li jkopru l-kostijiet minn kompiti addizzjonali u kostijiet fit-tul. In-nefqa se tkun soġġetta għall-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, inklużi l-verifiki ex ante, l-awditi ex post, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar. Dan se jitwettaq bl-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, legalità u regolarità tan-nefqa u l-użu effettiv tal-fondi tal-Unjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tar-Regolament.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
L-attivitajiet proposti fl-Att jinvolvu entitajiet differenti tal-Unjoni u xi riskji ta’ eżekuzzjoni li jirrikjedu monitoraġġ, sorveljanza, koordinazzjoni u sforz ta’ gwida għall-mitigazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni se tiddedika persunal biex, fost attivitajiet oħra, jelabora dokumenti ta’ gwida, atti delegati, valutazzjonijiet tad-dipendenza, is-segretarjat tal-komitoloġija, u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva, inkluż il-monitoraġġ tal-progress tagħha kontra l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) u l-objettivi intermedji stabbiliti. Dan jippermetti li jiġu identifikati fil-pront kwistjonijiet u riskji possibbli fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet.
B’mod partikolari għall-attivitajiet tal-akkwist komuni, għandu jiġi stabbilit Kumitat ta’ Tmexxija, magħmul mill-Kummissjoni u rappreżentanti tal-Istati Membri, u jkun responsabbli għas-sorveljanza strateġika tal-attivitajiet tal-akkwist, inkluż l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-aġenda tal-attivitajiet tal-akkwist pubbliku, u l-orjentazzjoni strateġika ta’ kull proċedura tal-akkwist, biex jiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament, u kundizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji biex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jissieħbu. Fil-każ tal-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku, huwa importanti li tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa mill-entitajiet tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà fil-forniment ta’ servizzi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu żgurati l-fattibbiltà, l-effettività u l-kontinwità. Għalhekk, jenħtieġ li tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet, ta’ korpi u ta’ aġenziji volontarji tal-Unjoni, bħala korpi tas-settur pubbliku mill-Istati Membri li lesti jagħmlu interkonnessjoni tal-infrastrutturi tagħhom tal-cloud computing u jimplimentaw servizzi interoperabbli tal-cloud computing madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-kapaċità taċ-ċentri tad-data u tal-cloud computing aċċessibbli għall-membri tagħha. Minħabba l-kritikalità u s-sensittività probabbli tad-data u tal-applikazzjonijiet ospitati f’dik il-kapaċità kondiviża, il-pjattaforma tkun tinkludi servizzi u mekkaniżmi għall-ġestjoni sigura tal-aċċess u tal-inċidenti, inklużi l-ġestjoni kondiviża tal-identità, għodod ta’ awtentikazzjoni reċiproka u għodod għar-rapportar tal-inċidenti, u kapaċitajiet li jappoġġaw l-operat tas-servizzi pprovduti, inklużi l-monitoraġġ tal-forniment tas-servizzi, l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-attivazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-servizz.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kost tal-kontrolli għal din l-inizjattiva ġie stmat fil-livell tal-Kummissjoni. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa s-sistema interna ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Kummissjoni. Il-kostijiet ġew stmati abbażi tal-persunal u tar-riżorsi ddedikati għall-attivitajiet previsti bħala parti minn din l-inizjattiva. Il-kostijiet totali mistennija għal tali kontrolli jistgħu jkunu relattivament għoljin minħabba l-kumplessità tal-attivitajiet proposti u l-ħtieġa ta’ riżorsi dedikati biex jiġu mmitigati r-riskji ta’ eżekuzzjoni. L-intensità tal-kontroll se tiġi adattata għan-natura tan-nefqa, għat-tip ta’ benefiċjarji jew ta’ kuntratturi previsti, għall-ammont ta’ riżorsi finanzjarji kkonċernati, u għal-livell ta’ riskju. Azzjonijiet speċifiċi bħall-akkwist komuni, il-Federazzjoni EuroCloud, il-ġestjoni tal-finanzjament u r-repożitorju tas-servizzi sovrani se jirrikjedu riżorsi u kontrolli speċifiċi, inklużi s-sorveljanza strateġika, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-inċidenti. Il-kost ta’ tali kontrolli ġie stmat biex jiġi żgurat li jibqa’ proporzjonat għall-valur tal-fondi ġestiti, għall-kumplessità ta’ kull attività u għar-riskji identifikati.
F’termini tar-rata ta’ żball mistennija, l-għan huwa li dan jinżamm taħt il-limitu ta’ 2%. Dan se jinkiseb permezz ta’ kontrolli standard ex ante u ex post imsemmija hawn fuq, bħal pereżempju b’verifika tal-eliġibbiltà u tal-legalità tan-nefqa, verifiki tal-akkwisti u tal-ġestjoni tal-kuntratti, monitoraġġ tar-riżultati, kontrolli bbażati fuq ir-riskju, l-awditi, u l-proċeduri tal-irkupru meta meħtieġa. Kwalunkwe devjazzjoni minn dan tkun tirrikjedi approċċ koordinat u tiġi diskussa fuq bażi ta’ każ b’każ.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi applikabbli għall-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali neċessarji għal dan ir-Regolament.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’ nefqa |
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru |
Diff./Mhux diff 40 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 41 |
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 42 |
Minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
L-intestaturi tal-QFP u l-linji baġitarji li għandhom jiġu ddeterminati 43 |
Diff./Mhux diff. |
IVA |
LE |
LE |
LE |
|
|
Dħul mit-tariffi (il-COM se tiġbor it-tariffa) |
Diff./Mhux diff. |
IVA |
LE |
LE |
IVA |
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’ nefqa |
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru |
Diff./Mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
L-ammonti indikati hawn taħt huma proviżorji u jibqgħu soġġetti għall-eżitu finali tan-negozjati tal-QFP tal-2028-2034. Din l-inizjattiva se tiġi ffinanzjata permezz ta’ riallokazzjoni fil-programmi operazzjonali tal-QFP li jmiss, u parzjalment min-nefqa amministrattiva għall-persunal. F’dan l-istadju, ma huwiex possibbli li tiġi indikata l-kontribuzzjoni minn kull intestatura u programm tal-QFP, filwaqt li huwa mistenni li kontribuzzjoni sinifikanti se tiġi minn programmi skont l-intestatura 2 tal-QFP 2028-2034 (eż. il-Fond Ewropew għall-Kompetittività, speċjalment taħt it-tieqa ta’ Tmexxija Diġitali). Dawn l-istimi tħejjew abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa u huma maħsuba biex jipprovdu stimi baġitarji akkurati.
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Numru |
|
DĠ CNECT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
|||||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||||||||||||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
2.386 |
0.727 |
2.118 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
6.941 |
6.941 |
||||||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
1.193 |
1.557 |
1.422 |
1.272 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
6.727 |
0.214 |
6.941 |
||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CNECT |
Impenji |
=1a |
2.386 |
0.727 |
2.118 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
6.941 |
0.000 |
6.941 |
|||||||||||
|
Pagamenti |
=2a |
1.193 |
1.557 |
1.422 |
1.272 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
6.727 |
0.214 |
6.941 |
||||||||||||
|
DĠ DIGIT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
|||||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||||||||||||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
2.382 |
|
|
|
|
|
|
2.382 |
|
2.382 |
|||||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
1.191 |
1.191 |
|
|
|
|
|
2.382 |
|
2.382 |
||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ DIGIT |
Impenji |
=1a |
2.382 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
2.382 |
0.000 |
2.382 |
|||||||||||
|
Pagamenti |
=2a |
1.191 |
1.191 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
2.382 |
0.000 |
2.382 |
||||||||||||
Mill-2029, it-talba għall-VOBU hija l-ammont nett li għalih tnaqqsu t-tariffi previsti tal-federazzjoni tal-cloud u tal-akkwist konġunt.
|
Total (DIGIT + CNECT) |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali |
Impenji |
(4) |
4.768 |
0.727 |
2.118 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
9.323 |
0.000 |
9.323 |
|
Pagamenti |
(5) |
2.384 |
2.748 |
1.422 |
1.272 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
9.109 |
0.214 |
9.323 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Impenji |
=4+6 |
4.768 |
0.727 |
2.118 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
9.323 |
0.000 |
9.323 |
|
Pagamenti |
=5+6 |
2.384 |
2.748 |
1.422 |
1.272 |
0.427 |
0.427 |
0.427 |
9.109 |
0.214 |
9.323 |
|
|
|
4 |
“Nefqa amministrattiva” |
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
DĠ CNECT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
||||||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||||||||||||||||
|
Riżorsi umani |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
12.670 |
||||||||||||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
||||||||||||||
|
TOTAL DĠ CNECT |
Approprjazzjonijiet |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
1.810 |
12.670 |
|||||||||||||
|
DĠ: DIGIT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
||||||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||||||||||||||||
|
Riżorsi umani |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
12.558 |
||||||||||||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
||||||||||||||
|
TOTAL DĠ DIGIT |
Approprjazzjonijiet |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
1.794 |
12.558 |
|||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
25.228 |
|||||||||||||
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
|
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Impenji |
8.372 |
4.331 |
5.722 |
4.031 |
4.031 |
4.031 |
4.031 |
34.551 |
0.000 |
34.551 |
|
Pagamenti |
5.988 |
6.352 |
5.026 |
4.876 |
4.031 |
4.031 |
4.031 |
34.337 |
0.214 |
34.551 |
|
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet koperti mit-tariffi (EuroCloud u Akkwist Konġunt tal-Cloud)
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Numru |
|||||||||||||||||||||||
|
DĠ CNECT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
||||||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||||||||||||||||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali ffinanzjati minn tariffi |
||||||||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
0.000 |
2.940 |
4.410 |
5.880 |
2.570 |
2.570 |
2.570 |
20.939 |
|
20.939 |
||||||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
0.000 |
2.940 |
4.410 |
5.880 |
2.570 |
2.570 |
2.570 |
20.939 |
20.939 |
||||||||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati minn tariffi |
||||||||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
|
(3) |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CNECT |
Impenji |
=1a+3 |
0.000 |
2.940 |
4.410 |
5.880 |
2.570 |
2.570 |
2.570 |
20.939 |
0.000 |
20.939 |
||||||||||||
|
Pagamenti |
=2a+3 |
0.000 |
2.940 |
4.410 |
5.880 |
2.570 |
2.570 |
2.570 |
20.939 |
20.939 |
||||||||||||||
|
DĠ DIGIT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
|||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||||||||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali ffinanzjati minn tariffi |
|||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
0.000 |
3.027 |
4.317 |
6.037 |
6.342 |
6.663 |
7.001 |
33.387 |
33.387 |
||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
0.000 |
3.027 |
4.317 |
6.037 |
6.342 |
6.663 |
7.001 |
33.387 |
33.387 |
|||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati minn tariffi |
|||||||||||||||||||
|
Linja baġitarja |
|
(3) |
|
|
|
|
|
|
|
0 |
0 |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ DIGIT |
Impenji |
=1a+3 |
0.000 |
3.027 |
4.317 |
6.037 |
6.342 |
6.663 |
7.001 |
33.387 |
0.000 |
33.387 |
|||||||
|
Pagamenti |
=2a+3 |
0.000 |
3.027 |
4.317 |
6.037 |
6.342 |
6.663 |
7.001 |
33.387 |
33.387 |
|||||||||
|
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028-2034 |
WARA 2034 |
TOTAL KUMPLESSIV |
||||||||||
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
|||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali |
Impenji |
(4) |
0.000 |
5.967 |
8.727 |
11.917 |
8.912 |
9.233 |
9.570 |
54.326 |
0.000 |
54.326 |
|||||||
|
Pagamenti |
(5) |
0.000 |
5.967 |
8.727 |
11.917 |
8.912 |
9.233 |
9.570 |
54.326 |
54.326 |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
||||||||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Impenji |
=4+6 |
0.000 |
5.967 |
8.727 |
11.917 |
8.912 |
9.233 |
9.570 |
54.326 |
0.000 |
54.326 |
|||||||
|
Pagamenti |
=5+6 |
0.000 |
5.967 |
8.727 |
11.917 |
8.912 |
9.233 |
9.570 |
54.326 |
0.000 |
54.326 |
||||||||
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs |
Sena 2024 |
Sena 2025 |
Sena 2026 |
Sena 2027 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 44 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 45 … |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
– Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL 2028 - 2034 |
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Riżorsi umani |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
25,22Ff8 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
25.228 |
|
Barra mill-INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Riżorsi umani |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
0.000 |
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4 |
||||||||
|
TOTAL |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
3.604 |
25.228 |
L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn qiegħed jiżdied għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors ta’ finanzjament u l-ambitu tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034 u minn hemm ’il quddiem għandhom jiġu ddeterminati bil-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet u l-allokazzjonijiet tal-persunal kollha mill-2028 huma indikattivi.
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern
Mhux applikabbli.
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet
Ara t-tabella hawn fuq.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
– Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
|
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) |
||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
11 |
11 |
11 |
11 |
11 |
11 |
11 |
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
• Persunal estern (f’FTEs) |
||||||||
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”) |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv
|
- fil-Kwartieri Ġenerali |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
TOTAL |
25 |
25 |
25 |
25 |
25 |
25 |
25 |
|
L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn qiegħed jiżdied għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors ta’ finanzjament u l-ambitu tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034 u minn hemm ’il quddiem għandhom jiġu ddeterminati bil-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet u l-allokazzjonijiet tal-persunal kollha mill-2028 huma indikattivi.
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern
Mhux applikabbli.
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni |
Persunal addizzjonali eċċezzjonali* |
|||
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew skont ir-Riċerka |
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA |
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi |
||
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal |
5 |
6 |
N/A |
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT) |
10 |
4 |
||
* L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn huwa indikattiv u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors tal-finanzjament u l-ambitu tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034 u għall-proċedura baġitarja annwali u għall-mekkaniżmu ta’ tmexxija.
B’mod ġenerali, 15-il FTE mitluba għall-inizjattiva diġà huma kollokati u se jiġu riallokati bir-ripatrijazzjoni li ġejja:
–DĠ CNECT: żewġ FTEs f’pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u ħames FTEs f’persunal estern
–DĠ DIGIT: tliet FTEs f’pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u ħames FTEs f’persunal estern
Minbarra dawn ir-riżorsi eżistenti, l-inizjattiva tirrikjedi għaxar FTEs ta’ persunal addizzjonali eċċezzjonali. Dawn jikkonsistu f’sitt uffiċjal u erba’ aġenti kuntrattwali u għandhom il-qasma li ġejja bejn id-DĠ CNECT u d-DĠ DIGIT:
–DĠ CNECT: tliet FTEs f’pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u tliet FTEs f’persunal estern
–DĠ DIGIT: tliet FTEs f’pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u FTE wieħed f’persunal estern
Dawn huma mitluba minbarra l-livelli kurrenti tal-persunal biex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-inizjattiva. Il-kompiti l-ġodda introdotti mill-proposta ma jistgħux jiġu assorbiti mir-riżorsi umani eżistenti tad-DĠ rispettivi. Ir-riżorsi umani addizzjonali meħtieġa għal din il-proposta ma jistgħux jkunu koperti minn riallokazzjonijiet fid-DĠ/fis-servizz jew minn riallokazzjonijiet mill-grupp limitat ta’ riallokazzjonijiet tal-Kummissjoni.
Deskrizzjoni tal-kompiti l-ġodda li għandhom jitwettqu mill-DĠ CNECT u mid-DĠ DIGIT:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Il-persunal uffiċjali u temporanju se jkollu l-kompitu li: 1.Jiddetermina u jimmaniġġja l-Programmi ta’ Ħidma skont il-Pilastru 1 tal-inizjattiva, inkluż l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ proġetti dettaljati, ta’ baġits, ta’ allokazzjoni tar-riżorsi, ta’ KPIs u ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ. 2.Jipproduċi dokumenti ta’ gwida, atti delegati, valutazzjonijiet tad-dipendenza, segretarjat tal-komitoloġija, u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-inizjattiva, inklużi: a.L-iżvilupp ta’ linji gwida, ta’ rakkomandazzjonijiet, ta’ mudelli u ta’ għodod komprensivi biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom fil-Pilastru 2 u fil-Pilastru 3 tal-inizjattiva b.L-iżvilupp ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fejn meħtieġ, eż. dwar ir-rekwiżiti applikabbli għall-membri tal-Federazzjoni EuroCloud u l-proċedura biex tiġi vvalutata l-applikazzjoni tagħhom c.L-abbozzar ta’ rapporti ta’ monitoraġġ tas-suq biex jiġu identifikati s-servizzi tal-cloud computing fejn l-Unjoni għandha livell għoli ta’ dipendenza fuq għadd wieħed jew limitat ta’ entitajiet legali ta’ pajjiżi terzi għal tali servizzi d.L-għoti ta’ servizzi tas-segretarjat inkluż l-iżvilupp ta’ dokumenti u ta’ rapporti, il-koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati e.Il-monitoraġġ tal-progress tal-inizjattiva kontra l-KPIs u l-objettivi intermedji stabbiliti, l-identifikazzjoni tal-kwistjonijiet u tar-riskji possibbli u l-għoti ta’ assistenza teknika u ta’ appoġġ lill-Istati Membri kif meħtieġ f.L-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-għarfien biex jinġabru u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki, it-tagħlimiet meħuda u l-għarfien espert fl-inizjattiva kollha 3.Jabbozza l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti għal fornitur estern biex jibni, jiżviluppa u jżomm ir-repożitorju tas-servizzi sovrani, u jevalwa u jiddetermina l-proċeduri ta’ governanza sussegwenti. Wara l-istabbiliment, jawditja/jivvaluta b’mod regolari kampjun ta’ servizzi ċċertifikati, li huma parti mir-repożitorju, inkluż l-iżvilupp ta’ protokolli tal-awditjar u ta’ metodoloġiji ta’ valutazzjoni u/jew ta’ proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta. 4.Jakkwista l-pjattaforma tal-Federazzjoni EuroCloud u jappoġġa l-istabbiliment tal-federazzjoni. Jimmaniġġja l-mekkaniżmi ta’ governanza tal-federazzjoni, eż. iċ-ċertifikazzjoni tar-rekwiżiti għas-sħubija fil-federazzjoni, l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-Istati Membri u minn korpi oħra tas-settur pubbliku biex jissieħbu fil-federazzjoni, l-iżvilupp u l-infurzar ta’ regoli u ta’ politiki komuni għall-parteċipazzjoni fil-federazzjoni. 5.Jistabbilixxi sistemi li bħalissa mhumiex fis-seħħ, bħala parti mill-qafas tal-akkwist konġunt, inkluż il-ġestjoni tal-kumplessità tal-akkwisti tal-IA, ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti, li jkun żgurat qafas effettiv u effiċjenti. Dan se jinkludi kompiti bħall-istabbiliment u l-ġestjoni tal-proċessi tal-akkwist tal-cloud, software u sistemi tal-IA, il-koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet parteċipanti u mal-fornituri tas-servizzi, il-ġestjoni tal-kuntratti u tal-ftehimiet mal-fornituri tas-servizzi, u l-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti u mal-politiki tal-UE. 6.Jiżviluppa u jżomm relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-industrija, u partijiet rilevanti oħra, biex jiġi żgurat li l-inizjattiva tkun koordinata tajjeb, effettiva, u reattiva għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati tagħha, inkluża l-organizzazzjoni ta’ laqgħat regolari, ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, u ta’ konferenzi biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni. Dan ikun jinkludi wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri investigattivi u ta’ infurzar biex tiġi żgurata l-konformità mat-Titolu IV tal-Att. |
|
Persunal estern |
Il-persunal estern se jkollu l-kompitu li: 1.Jimmaniġġja b’mod regolari l-proġetti mogħtija skont il-programmi ta’ ħidma tal-Pilastru 1, inklużi l-monitoraġġ tal-progress tagħhom, il-koordinazzjoni mal-benefiċjarji, u l-verifika tar-riżultati u tal-objettivi intermedji tal-proġett biex jiġi żgurat li dawn jingħataw fil-ħin, skont il-baġit u bl-istandards tal-kwalità meħtieġa. L-inizjattiva se tiġi implimentata fil-QFP li jmiss u se tibni fuq ir-riżultati tal-proġetti eżistenti diġà approvati skont Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropa Diġitali, eż. is-Simpl u l-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti, inkluż f’koordinazzjoni ma’ Unitajiet oħra. 2.Jistabbilixxi u jħaddem mekkaniżmi ta’ appoġġ li jagħtu gwida lill-Istati Membri għall-varar ta’ żoni ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċentri tad-data, b’mod partikolari tul l-ewwel sentejn tal-inizjattiva. Dan se jinvolvi l-għoti ta’ appoġġ ad hoc lill-Istati Membri waqt li jiżviluppaw u jimplimentaw l-istrateġiji u l-pjanijiet nazzjonali tagħhom. Wara l-perjodu inizjali, dan se jgħaddi minn tranżizzjoni għal rwol ta’ koordinazzjoni aktar ad hoc, b’enfasi fuq l-għoti ta’ appoġġ immirat lill-Istati Membri kif meħtieġ, u l-iżgurar li l-inizjattiva tibqa’ allinjata mal-ħtiġijiet u mal-prijoritajiet tal-partijiet ikkonċernati tagħha. 3.Jistabbilixxi u jimmaniġġja studju kull sena biex tiġi mmonitorjata l-kapaċità tal-computing madwar l-Ewropa, inkluż l-istabbiliment tal-ambitu u tal-metodoloġija tal-istudju, il-verifika tad-data miġbura u r-rieżami tar-riżultati. 4.Jimmaniġġja l-attivitajiet ta’ akkwist konġunt, b’mod partikolari fir-rigward tal-tiftix strateġiku ta’ sorsi ta’ provvista u tat-tiswir tas-suq, jiġifieri l-uffiċċju tal-ġestjoni tal-bejjiegħa u l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet u tar-rekwiżiti tekniċi għas-servizzi tal-cloud, tal-IA u tas-software. 5.Jimmaniġġja r-repożitorju tas-servizzi sovrani fuq bażi annwali, inkluż billi jissorvelja l-attivitajiet tal-kuntrattur relatati mal-operazzjonijiet tar-repożitorju, inkluża l-ġestjoni teknika tal-proġetti, jiġifieri l-iżgurar li l-kuntrattur jagħti r-repożitorju skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-iskedi ta’ żmien, u l-baġit miftiehma, filwaqt li jimmonitorja wkoll il-proċessi tal-kuntrattur biex jiġi żgurat li r-repożitorju jissodisfa l-istandards meħtieġa. 6.Jimmaniġġja l-kuntrattur estern li jkopri l-attivitajiet amministrattivi, tekniċi u operazzjonali tal-pjattaforma tal-Federazzjoni EuroCloud kull sena, kif ukoll l-aspetti tekniċi tal-pjattaforma tal-Federazzjoni EuroCloud, inkluża s-sorveljanza tal-arkitettura teknika u tal-infrastruttura. |
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL QFP 2028 - 2034 |
|
2028 |
2029 |
2030 |
2031 |
2032 |
2033 |
2034 |
||
|
INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Nefqa tal-IT (korporattiva) |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Barra mill-INTESTATURA 4 |
||||||||
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
|
||||||||
|
TOTAL |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
– tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
Mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, l-approprjazzjonijiet allokati lill-attivitajiet relatati mal-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA mill-2028 ’il quddiem se jiġu kkumpensati permezz ta’ riallokazzjonijiet mill-FEK skont il-QFP 2028-2034 u parzjalment mit-tariffi.
– tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
– tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
– ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
– tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
Total |
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
– Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
– Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
– fuq ir-riżorsi proprji
– fuq dħul ieħor
– indika, jekk id-dħul ikun assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 46 |
||||||
|
Sena 2028 |
Sena 2029 |
Sena 2030 |
Sena 2031 |
Sena 2032 |
Sena 2033 |
Sena 2034 |
||
|
Tariffa tas-servizz tal-Akkwist Konġunt tal-Cloud (DĠ DIGIT) |
0.000 |
3.027 |
4.317 |
6.037 |
6.342 |
6.663 |
7.001 |
|
|
Tariffa tal-Federazzjoni tal-Cloud (DĠ CNECT) |
0.000 |
2.940 |
4.410 |
5.880 |
2.570 |
2.570 |
2.570 |
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Tariffa tas-servizz tal-akkwist Konġunt tal-Cloud:
Id-dħul assenjat se jintuża biex ikopri n-nefqa baġitarja marbuta mas-sistema ta’ intermedjazzjoni stabbilita għall-iskema ta’ Akkwist Konġunt. Id-dħul se jiġi allokat biex jappoġġa l-kostijiet operazzjonali tas-sistema, inklużi l-kostijiet tal-persunal estern, tal-għodod u tas-sistemi.
Id-diżaggregazzjoni tad-dħul assenjat se tkun bħala medja kif ġej: madwar 50% se jiġu allokati biex ikopru l-kostijiet operatorji u amministrattivi, eż. studji u riċerka biex jiġu informati d-deċiżjonijiet tal-akkwist, għodod u sistemi għall-ġestjoni tal-komunità li jgħinu għal komunikazzjoni u kollaborazzjoni fost l-organizzazzjonijiet parteċipanti, faċilitaturi tekniċi u integrazzjoni tal-pjattaformi; madwar 30% se jiġu allokati biex ikopru l-kostijiet tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod u s-sistemi meħtieġa, bħal pjattaformi u swieq tal-akkwist, sistemi għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja kuntrattwali, u għodod għall-ġestjoni tal-portafolli u d-domanda; madwar 20% se jiġu allokati biex ikopru l-kostijiet tal-persunal estern speċjalizzat addizzjonali, eż. għall-akkwist tas-software, għall-attivitajiet ta’ protezzjoni tad-data, għall-Back-office, għall-FinOps u għall-ContractOps għall-ġestjoni ta’ aspetti kuntrattwali, u għall-ġestjoni tal-portafolli u d-domanda.
Din l-allokazzjoni għandha l-għan li tiżgura li d-dħul assenjat jintuża biex ikopri biss il-kostijiet operazzjonali tas-sistema u n-nefqa baġitarja marbuta mas-sistema ta’ senserija. Dawn il-kostijiet jiġu allokati abbażi tal-ħtiġijiet effettivi tad-domanda, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti biex jappoġġaw l-iskema ta’ Akkwist Konġunt.
Tariffa tal-Federazzjoni tal-Cloud:
Id-dħul assenjat jintuża biex ikopri n-nefqa baġitarja marbuta mas-servizzi u mal-pjattaforma stabbilita għall-Federazzjoni EuroCloud. Id-dħul se jiġi allokat biex jappoġġa l-kostijiet operazzjonali tas-sistema, inklużi l-kostijiet tal-persunal estern, tal-għodod u tas-sistemi.
In-nefqa meħtieġa għall-finanzjament tal-federazzjoni tikkonsisti f’kostijiet operatorji u relatati mal-iżvilupp. Sehem sinifikanti huwa relatat mal-iżvilupp u mal-manutenzjoni tal-pjattaforma. Il-kostijiet tal-iżvilupp huma mistennija li jkunu l-ogħla matul l-ewwel snin, u jirriflettu l-fażi inizjali tal-varar. Mir-raba’ sena ’l quddiem, il-kostijiet ikopru l-operazzjonijiet li għaddejjin, l-appoġġ tekniku u t-titjib perjodiku. Il-kuntratt tal-manutenzjoni jinkludi l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni mwettqa minn kuntrattur estern, stmati għal madwar 10% tal-valur totali tal-akkwist, abbażi ta’ kuntratti tal-akkwist simili. Il-kostijiet operazzjonali jinkludu l-kost ta’ esperti tekniċi esterni (għaxar profili) minbarra l-FTEs interni li jkunu responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-ġestjoni tal-proġetti (ara hawn fuq taħt id-deskrizzjoni ta’ kompiti ġodda li għandhom jitwettqu mid-DĠ CNECT). L-involviment tagħhom jiżdied progressivament, b’madwar 40% tal-kapaċità fl-ewwel sena, 80% fit-tieni sena, u jilħaq il-kapaċità sħiħa mit-tielet sena ’l quddiem, f’konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali dejjem jiżdiedu tal-federazzjoni. Nefqa ulterjuri tinkludi l-kostijiet tal-infrastruttura tal-IT, bħas-servizzi tal-hosting u l-għodod relatati mas-sigurtà, li huma neċessarji biex jiġu żgurati l-affidabbiltà, l-iskalabbiltà u l-protezzjoni tal-pjattaforma.
Din l-allokazzjoni għandha l-għan li tiżgura li d-dħul assenjat jintuża biex ikopri l-kostijiet operazzjonali tas-sistema u n-nefqa baġitarja marbuta mas-servizzi pprovduti. Dawn il-kostijiet se jiġu allokati abbażi tal-ħtiġijiet effettivi tad-domanda, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti biex jappoġġaw il-Federazzjoni EuroCloud. Il-kostijiet inizjali tal-istabbiliment jistgħu jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jiġu rimborżati mill-awtoritajiet parteċipanti fuq perjodu definit permezz tat-tariffi.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
Tariffa tas-servizz tal-akkwist Konġunt tal-Cloud:
It-tariffa hija maħsuba biex tkopri l-kostijiet operazzjonali għall-attivitajiet tal-akkwist (akkwist interistituzzjonali, akkwist konġunt u attivitajiet tax-xiri ċentrali) u l-attivitajiet tal-akkwist anċillari possibbli.
Il-pagaturi tat-tariffa jkunu l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti. It-tariffa żżid il-prezz għall-awtoritajiet kontraenti. Madankollu, dan jiġi stabbilit b’mod li jkopri biss il-kostijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet tal-akkwist, għax dan l-akkwist komuni jsir bl-objettiv li jkunu jistgħu jiġu negozjati kundizzjonijiet aħjar, prezzijiet orħos għall-awtoritajiet kontraenti kollha u tiġi ffaċilitata l-adozzjoni fuq skala ta’ teknoloġiji li jevolvu b’mod kostanti.
It-tariffi jiġu kkalkolati pro rata għal kull tranżazzjoni jew b’tariffa fissa għal kull kuntratt sussegwenti mogħti, kif speċifikat fid-dokument tal-akkwist. It-tariffi se jiġu kkalkolati abbażi ta’ previżjoni annwali tal-konsum tal-benefiċjarji u se jiġu perċepiti kull sena qabel l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. It-tariffi imposti fuq l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet verifikabbli mġarrba mill-Kummissjoni. Dan għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid kull sena, proporzjonalment mal-volum ta’ xogħol previst u mal-kostijiet imġarrba. Id-data tal-bidu tal-ġbir tat-tariffa tkun l-2029, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-proċess ta’ stabbiliment inizjali. It-tariffa tinġabar permezz ta’ servizzi online eżistenti għall-fatturazzjoni u għall-ġbir ta’ pagamenti mill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti.
Id-dħul annwali previst jiddependi kemm fuq l-għadd ta’ awtoritajiet parteċipanti (benefiċjarji) kif ukoll fuq ix-xiri mistenni medju tagħhom. Id-dħul mit-tariffi se jkollu jilħaq madwar EUR 6 miljun fis-sena biex ikopri l-kostijiet annwali medji mbassra. Abbażi tal-istimi dwar il-parteċipazzjoni, jenħtieġ li dan ikun aċċessibbli b’rata medja annwali tat-tariffi ta’ 2% applikata għall-infiq għal kull awtorità. Jekk l-infiq totali jaqbeż dan il-livell, eż. minħabba li jipparteċipaw aktar awtoritajiet, l-infiq medju għal kull awtorità jkun ogħla, jew it-tnejn li huma, ir-rata tat-tariffa tonqos b’mod proporzjonali. Id-dħul mit-tariffa jintuża biex jiffinanzja l-kostijiet operazzjonali kollha tal-mekkaniżmu tal-akkwist spjegat hawn fuq.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ammont ġenerali tal-kostijiet imġarrba għall-attivitajiet tal-akkwist u l-ammont totali tat-tariffi mitluba.
Tariffa tal-Federazzjoni tal-Cloud:
It-tariffa hija maħsuba biex tkopri l-kostijiet operazzjonali għall-istabbiliment u għall-ġestjoni tal-Federazzjoni EuroCloud, inklużi l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ sħubija u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tas-servizzi taċ-ċentri tad-data u tas-servizzi tal-cloud computing permezz tal-iżvilupp tal-pjattaforma tal-Federazzjoni EuroCloud.
Il-pagaturi tat-tariffa jkunu membri tal-federazzjoni. It-tariffa żżid kemxejn il-kostijiet ġenerali għall-parteċipanti. Madankollu, dan għandu jiġi kkalibrat strettament biex ikopri l-kostijiet amministrattivi u operazzjonali essenzjali tal-operat tal-federazzjoni. Dan huwa mistenni li joħloq effiċjenzi u ffrankar tal-kostijiet. Billi l-membri jkunu jistgħu jiskambjaw il-kapaċità u jagħmlu użu minn riżorsi li kieku ma jkunux qed jintużaw, il-parteċipanti jistgħu jaċċessaw servizzi b’rati aktar favorevoli minn dawk disponibbli fis-suq miftuħ. Dan il-mudell kondiviż jista’ jnaqqas il-ħtieġa għall-akkwisti esterni u jtejjeb l-użu ġenerali tar-riżorsi, speċjalment fi żmien qasir sa medju. Filwaqt li t-tariffa tintroduċi kost marġinali, hija bbilanċjata mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-kollaborazzjoni, mill-użu mtejjeb tal-kapaċità u minn ipprezzar aktar kompetittiv fil-federazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati relatati mad-determinazzjoni tat-tariffi li għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni, li jispeċifikaw il-kostijiet stmati attribwibbli għall-attivitajiet li għalihom huma imponibbli t-tariffi, l-ammonti tat-tariffi individwali imponibbli, kif ukoll il-modi u l-kundizzjonijiet li bihom jenħtieġ li jitħallsu t-tariffi.
It-tariffa tas-sħubija tkun strutturata bħala mekkaniżmu għall-irkupru tal-kostijiet, proporzjonata għall-għadd ta’ entitajiet parteċipanti fil-federazzjoni. L-għan huwa li jiġu koperti l-kostijiet filwaqt li jitnaqqas progressivament il-piż finanzjarju fuq kull membru hekk kif tiżdied il-parteċipazzjoni.
L-adozzjoni hija preżunta li tikber maż-żmien, b’madwar 20% tal-entitajiet possibbli li jingħaqdu fl-ewwel sena, 40% fit-tieni sena, 60% fit-tielet sena, u madwar 80% fir-raba’ sena qabel ma jiksbu parteċipazzjoni sħiħa fil-ħames sena. L-ewwel sena tkun iddedikata għall-istabbiliment tal-federazzjoni u, għalhekk, ma tapplika l-ebda tariffa sħiħa għas-sħubija. Abbażi tal-istimi li saru, mit-tieni sena ’l quddiem, it-tariffa tas-sħubija tista’ tiġi stabbilita għal madwar EUR 75 000 għal kull membru, li tirrifletti l-għadd relattivament baxx ta’ parteċipanti. Hekk kif jingħaqdu aktar entitajiet u l-bażi tal-kostijiet tiġi kondiviża fi grupp akbar, it-tariffa tista’ tonqos gradwalment u tilħaq madwar EUR 30 000 għal kull membru ladarba tinkiseb il-kapaċità sħiħa. L-iskema hija mistennija tilħaq punt ta’ ekwilibriju madwar ir-raba’ sena. F’dak l-istadju, l-istruttura tat-tariffi tistabbilizza f’livell suffiċjenti biex issostni l-operazzjonijiet mingħajr ma tiġġenera surplus konsiderevoli, f’konformità mal-prinċipju tal-irkupru tal-kostijiet.
Id-data tal-bidu tal-ġbir tat-tariffa tkun l-2029, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-proċess ta’ stabbiliment inizjali. It-tariffa tinġabar permezz ta’ servizzi online għall-fatturazzjoni u għall-ġbir ta’ pagamenti mill-awtoritajiet parteċipanti.
Id-dħul annwali stmat ikun jiddependi mill-għadd ta’ membri parteċipanti u mit-tariffa tas-sħubija applikabbli. Abbażi ta’ tariffa medja tas-sħubija ta’ madwar EUR 75 000 għal kull membru, id-dħul annwali jilħaq madwar EUR 4,4 miljun fis-sena biex ikopri l-kostijiet operatorji annwali medji mbassra tal-federazzjoni, inklużi l-kostijiet fissi inizjali. Hekk kif il-parteċipazzjoni tiżdied, il-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-federazzjoni jinfirxu fuq għadd akbar ta’ membri. Konsegwentement, it-tariffa għal kull membru tonqos b’mod proporzjonali, bid-dħul annwali jistabbilizza f’livell aktar baxx, eż. ta’ madwar EUR 2,6 miljun fis-sena.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ammont ġenerali tal-kostijiet imġarrba għall-attivitajiet tal-federazzjoni u l-ammont totali tat-tariffi mitluba. Il-perjodu għar-rapportar għad irid jiġi ddeterminat.
L-użu tad-dħul assenjat għall-akkwist konġunt u għall-Federazzjoni EuroCloud joffri opportunità ta’ politika baġitarja biex jiġi żgurat fluss ta’ finanzjament dedikat u stabbli għal dawn l-inizjattivi. Billi talloka d-dħul mit-tariffa għal skopijiet speċifiċi, il-Kummissjoni tista’ tiggarantixxi li l-fondi jintużaw b’mod effiċjenti u effettiv biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tal-cloud. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas finanzjarju ċar u prevedibbli għaż-żewġ inizjattivi skont is-CADA, li se jippermetti l-ippjanar u l-implimentazzjoni tagħhom b’mod strateġiku u fit-tul.
F’termini ta’ konformità mal-prinċipji baġitarji tal-universalità u tal-unità, l-użu tad-dħul assenjat hu ġġustifikat mill-fatt li dawn l-inizjattivi huma mfassla biex jappoġġaw objettivi ta’ politika speċifiċi u definiti b’mod ċar, jiġifieri l-iżvilupp ta’ ekosistema Ewropea tal-cloud għall-kondiviżjoni tal-kapaċità mhux użata fost l-Istati Membri u l-akkwist konġunt ta’ servizzi tal-cloud biex jinkisbu effiċjenzi u ekonomiji ta’ skala. Id-dħul mit-tariffi se jintuża biex jiffinanzja entrati speċifiċi ta’ nefqa li huma direttament relatati mal-ilħuq ta’ dawn l-objettivi, kif speċifikat hawn fuq fit-taqsimiet rispettivi li jkopru ż-żewġ attivitajiet. Bl-użu tad-dħul assenjat, il-Kummissjoni tista’ tiżgura li l-fondi jintużaw b’mod immirat u effiċjenti, mingħajr ma jiġi affettwat il-bilanċ ġenerali tal-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-użu tad-dħul assenjat huwa konsistenti mal-prinċipju tal-unità, peress li se jippermetti lill-Kummissjoni timplimenta dawn l-inizjattivi b’mod koerenti u koordinat, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u tiżgura li l-fondi jintużaw biex jappoġġaw objettiv Ewropew komuni. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll li l-użu tad-dħul assenjat ikun trasparenti u responsabbli, b’rapportar u b’evalwazzjoni regolari tal-progress u tal-impatt tal-inizjattiva.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqis il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni jew inugwaljanza potenzjali fit-trattament ta’ fornituri differenti ta’ servizzi tal-cloud, u se tiżgura li l-użu tad-dħul assenjat ikun ġust, proporzjonat, u mhux diskriminatorju. Il-Kummissjoni se tikkonsulta wkoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tiżgura li l-inizjattiva tiġi ddisinjata u implimentata b’mod li twieġeb għall-ħtiġijiet u t-tħassib tagħhom.
Huwa importanti li wieħed jinnota li l-kostijiet operazzjonali taż-żewġ inizjattivi biss, kif deskritt hawn fuq, se jibbażaw fuq id-dħul assenjat iġġenerat mit-tariffi. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet amministrattivi mhux se jkunu koperti mid-dħul assenjat.
F’każ li t-tariffi ma jimmaterjalizzawx fl-ammont u fit-twaqqit preżunti, il-Kummissjoni ħadet approċċ prudenti biex timmitiga r-riskji. Fil-każ ta’ akkwist konġunt, jekk it-tariffi ma jimmaterjalizzawx, dan ikun ifisser li ma tiġi stabbilita l-ebda sistema, u l-inizjattiva ma ġġarrab l-ebda kost sinifikanti. Min-naħa l-oħra, il-Federazzjoni EuroCloud tibni fuq studji li kienu jeżistu minn qabel u fuq evidenza kurrenti ta’ interess tal-Istati Membri f’din l-inizjattiva. Barra minn hekk, il-kostijiet ewlenin assoċjati mal-inizjattiva diġà huma koperti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kurrenti skont il-baġit diġà assenjat lill-Kummissjoni, li jnaqqas kompletament dan ir-riskju finanzjarju. B’mod ġenerali, dan l-approċċ se jippermetti lill-Kummissjoni taġġusta l-pjanijiet tagħha, mingħajr ma ġġarrab riskji finanzjarji sinifikanti u tkun aktar flessibbli biex tadatta l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha kif meħtieġ, sabiex tiżgura s-suċċess ta’ dawn l-inizjattivi.
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tar-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali u tal-kategoriji relatati (data, diġitalizzazzjoni & awtomatizzazzjoni tal-proċessi, soluzzjonijiet diġitali u/jew servizzi pubbliċi diġitali).
|
Referenza għar-rekwiżit |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit |
Atturi affettwati jew ikkonċernati bir-rekwiżit |
Proċessi ta’ livell għoli |
Kategoriji |
|
TITOLU II ATTIVITAJIET TAR-RIĊERKA, TAL-IŻVILUPP U TAL-IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-EKOSISTEMA TAL-CLOUD U TAL-IA Artikolu 7 Strateġiji nazzjonali tal-cloud u tal-IA |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istrateġiji nazzjonali tagħhom. |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Notifika |
Data |
|
TITOLU III KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA Artikolu 14 Deżinjazzjoni ta’ proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data |
L-applikazzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta’ proġett strateġiku taċ-ċentri tad-data għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja u rilevanti kollha biex juru li l-proġett jissodisfa l-kriterji rilevanti. |
Operaturi tal-proġett Il-Kummissjoni Ewropea |
Monitoraġġ tal-informazzjoni intuwittiva dwar l-applikazzjoni |
Data |
|
TITOLU III KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA Artikolu 15 Monitoraġġ tad-Diskrepanza fil-Kapaċità |
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kapaċità komputazzjonali disponibbli fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità tal-edge computing; il-volum tad-domanda għall-kapaċità taċ-ċentri tad-data; id-daqs tad-diskrepanza fil-kapaċità. |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Ġbir ta’ data |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Fornitur ta’ servizzi tal-cloud computing li jkollu l-għan li jiġi rikonoxxut bħala li joffri livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, għandu jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment. |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 19 Awtovalutazzjoni tal-konformità |
Il-fornitur ta’ servizzi tal-cloud computing jista’ joħroġ awtovalutazzjoni tal-konformità biex juri l-konformità mal-livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 1. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku. |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Awtoritajiet nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 20 Awditu indipendenti |
Jistabbilixxi l-possibbiltà ta’ awditi indipendenti għal-livelli ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni 2, 3, u 4. Dispożizzjonijiet relatati ma’ aspetti tad-data fil-kuntest ta’ tali awditi. |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Organizzazzjonijiet tal-awditjar Il-Kummissjoni Ewropea |
Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 21 Kontenut u kwalità tal-evidenza tal-awditjar |
Awditi li jridu jkunu bbażati fuq l-Anness II (Kriterji għal-Livelli ta’ Assigurazzjoni tal-Unjoni) u l-Anness III (Evidenza tal-awditjar għall-proċedura tal-awditjar). Għandhom ikunu kompluti u affidabbli biżżejjed. |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Organizzazzjonijiet tal-awditjar Il-Kummissjoni Ewropea |
Kwalità tad-data |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 22 Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm repożitorju dedikat tas-servizzi tal-cloud computing li jkun irċieva rikonoxximent skont livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. L-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ verifika tal-istabbiliment għandha tirreġistra s-servizzi awditjati fir-repożitorju ċentrali. Kwalunkwe revoka ta’ rikonoxximent għandha tiġi ppubblikata, u tibqa’ ppubblikata fir-reġistru ċentrali għal 5 snin. Ir-repożitorju ċentrali għandu jsir disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment fuq sit web dedikat u faċilment aċċessibbli. |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Repożitorju |
Soluzzjoni diġitali Data Servizz pubbliku diġitali |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 23 Obbligi ta’ trasparenza |
Malli jsir jaf b’informazzjoni jew b’xi bidla materjali fiċ-ċirkostanzi dwar is-servizzi tal-cloud computing li jistgħu jaffettwaw ir-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar, il-fornitur tas-servizz għandu jinnotifika minnufih lill-organizzazzjoni tal-awditjar u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment. Jekk ir-riżultati tar-rapport tal-awditu u l-opinjoni tal-awditjar ikunu jeħtieġu emenda jew tħassir, l-organizzazzjoni tal-awditjar għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti u lill-Kummissjoni. Jekk ir-riżultati tar-rikonoxximent jeħtieġ li jiġu emendati jew ikkanċellati, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment għandha tinnotifika mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing Organizzazzjonijiet tal-awditjar Awtoritajiet nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Notifika |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 24 Penali u kumpens |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-regoli dwar il-penali u l-kumpens u kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom mill-aktar fis possibbli. |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Notifika |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 25 Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tal-awtoritajiet. |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 27 Assistenza reċiproka |
Flussi tad-data fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Skambju ta’ data |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 89 Kooperazzjoni transfruntiera |
Il-flussi tad-data fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera. |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Skambju ta’ data |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 29 Valutazzjonijiet tar-Riskju |
L-Istati Membri jridu jwettqu valutazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju, filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-gwida maħruġa mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju lill-Kummissjoni. Għall-finijiet tal-gwida, il-Kummissjoni hija intitolata titlob informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-cloud. |
Stati Membri Il-Kummissjoni Ewropea fornituri tas-servizzi tal-cloud |
Valutazzjoni tar-riskju |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 33 Monitoraġġ tal-akkwist tal-innovazzjoni fil-cloud u fl-IA |
L-Istati Membri għandhom jibagħtu ċerta informazzjoni kull sena lill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-akkwist ta’ servizzi tal-cloud computing u sistemi tal-IA innovattivi. |
Stati Membri Il-Kummissjoni Ewropea |
Rapportar |
Data |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 34 Stabbiliment tal-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-Federazzjoni EuroCloud. |
Il-Kummissjoni Ewropea Entitajiet tal-Unjoni Korpi tas-settur pubbliku |
Rekwiżiti għal soluzzjoni diġitali |
Servizz pubbliku diġitali Soluzzjoni diġitali |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 37 Attivitajiet tal-akkwist tal-Kummissjoni |
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi u timmaniġġja pjattaforma komuni tal-akkwist, inkluż servizzi li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet tal-akkwist skont dan il-Kapitolu. |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Rekwiżiti għal soluzzjoni diġitali |
Soluzzjoni diġitali |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 42 Kondiviżjoni u użu mill-ġdid tas-software |
Meta entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku jagħmlu disponibbli software bi drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex ikun jista’ jerġa’ jintuża b’liċenzja ta’ sors miftuħ, dwn għandhom jagħmlu s-software disponibbli għall-użu mill-ġdid fuq katalgu jew repożitorju li jkun konness mal-Katalgu tal-OSS tal-UE. |
Entitajiet tal-Unjoni Korpi tas-settur pubbliku Il-Kummissjoni Ewropea |
Katalgu |
Soluzzjoni diġitali |
|
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 43 Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi u żżomm Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ bħala katalgu ċentralizzat li jagħti aċċess għas-software disponibbli biex jerġa’ jintuża mill-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku Il-Katalgu tal-OSS tal-UE għandu jitqiegħed fuq il-portal Ewropa Interoperabbli. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba ta’ entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku li jkollhom jew li jżommu katalgu jew repożitorju biex jiġi konness mal-Katalgu tal-OSS tal-UE u jsir aċċessibbli minnu. |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Katalgu |
Soluzzjoni diġitali |
4.2.Data
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tad-data fl-ambitu
|
Tip ta’ data |
Referenza għar-rekwiżit(i) |
Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli) |
|
L-Istrateġiji Nazzjonali tal-Istati Membri |
TITOLU II ATTIVITAJIET TAR-RIĊERKA, TAL-IŻVILUPP U TAL-IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-EKOSISTEMA TAL-CLOUD U TAL-IA Artikolu 7 Strateġiji nazzjonali tal-cloud u tal-IA |
Rekwiżiti minimi tal-kontenut għall-istrateġiji nazzjonali. |
|
Data relatata ma’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala proġett strateġiku |
TITOLU III KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA Artikolu 14 Deżinjazzjoni ta’ proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data |
Ipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja u rilevanti biex turi li l-proġett jissodisfa l-kriterji rilevanti. |
|
L-istatistika u d-data meħtieġa għall-monitoraġġ tad-diskrepanza fil-kapaċità |
TITOLU III KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA Artikolu 15 Monitoraġġ tad-Diskrepanza fil-Kapaċità |
Mhux Applikabbli |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet mill-fornituri tas-servizzi li għandhom l-għan li jiġu rikonoxxuti bħala li joffru livell ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Mhux Applikabbli |
|
Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 19 Awtovalutazzjoni tal-konformità |
Mhux Applikabbli |
|
Rapport tal-awditu ottomess għar-rikonoxximent u l-iskambji relatati |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 20 Awditu indipendenti Artikolu 21 Kontenut u kwalità tal-evidenza tal-awditjar |
Il-kwalità tad-data: kompluta u affidabbli biżżejjed; kontenut minimu għall-awditi. |
|
Data dwar is-servizzi li jirċievu rikonoxximent |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 22 Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
Ir-repożitorju ċentrali għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi tal-cloud computing li jkunu ġew irrikonoxxuti skont livelli speċifiċi ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni |
|
In-notifika li wieħed isir jaf b’informazzjoni jew b’xi materjali fiċ-ċirkostanzi dwar is-servizzi tal-cloud computing li jistgħu jaffettwaw ir-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar jew ir-rikonoxximent u l-flussi tad-data relatati |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 23 Obbligi ta’ trasparenza |
Mhux Applikabbli |
|
Notifika ta’ regoli u ta’ miżuri dwar penali |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 24 Penali u kumpens |
Mhux Applikabbli |
|
Data dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 25 Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Mhux Applikabbli |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 27 Assistenza reċiproka |
Mhux Applikabbli |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 28 Kooperazzjoni transfruntiera |
Mhux Applikabbli |
|
Il-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 29 Valutazzjonijiet tar-Riskju |
Mhux Applikabbli |
|
L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni mill-fornituri għall-gwida |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 29 Valutazzjonijiet tar-Riskju |
Mhux Applikabbli |
|
Data relatata mal-monitoraġġ tal-akkwist ta’ servizzi tal-cloud u sistemi tal-IA innovattivi |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 33 Akkwist tal-innovazzjoni |
Mhux Applikabbli |
Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
Spjegazzjoni ta’ kif ir-rekwiżit(i) huwa/huma allinjat(i) mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
|
Il-proposta hija konsistenti mar-regoli dwar il-bdil bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data introdotti mill-Att dwar id-Data. Billi ppermetta l-bdil u t-tneħħija ta’ sorsi ewlenin tal-intrappolament tal-klijentela, l-Att dwar id-Data jistinka biex jiżgura li l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing fl-UE jikkompetu fuq il-kwalità, l-innovazzjoni u l-prezz. Jistinka biex l-utenti tal-cloud ikunu jistgħu jagħżlu liberament il-fornitur li jaqdi bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tagħhom u jikkombinaw offerti ta’ fornituri differenti f’approċċ b’diversi servizzi tal-cloud. Madankollu, l-Att dwar id-Data ma fihx elementi biex tissawwar offerta aktar kompetittiva ta’ servizzi tal-cloud tal-UE jew biex jitħeġġeġ id-dħul fis-suq ta’ sett aktar varjat ta’ fornituri tas-servizzi tal-cloud. L-Att dwar id-Data jiftaħ it-triq għal tnaqqis possibbli tad-dipendenzi fuq il-fornituri mhux tal-UE iżda ma jibnix it-triq lejn settur tal-cloud computing tal-UE aktar sovran u fdat. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar il-bdil tal-cloud u l-interoperabbiltà jagħmluha possibbli għall-utenti li jħaddnu s-servizzi Ewropej tal-cloud computing b’aktar ħeġġa. Għalhekk, l-Att dwar id-Data hu faċilitatur għall-proposta. |
Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss
Explanation of how the once-only principle has been considered and how the possibility to reuse existing data has been explored
|
Il-prinċipju ta’ darba biss ġie kkunsidrat kif xieraq u se jiġi infurzat b’mod sistematiku kull fejn rilevanti. Dan huwa partikolarment il-każ għal dawn: (a)L-istatistika u d-data meħtieġa għall-monitoraġġ tad-diskrepanza fil-kapaċità (b)Data dwar is-servizzi li jirċievu rikonoxximent (c)L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għall-analiżi tas-suq |
Spjegazzjoni ta’ kif id-data li għadha kif inħolqot hija traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja
|
Se jiġu pprovduti soluzzjonijiet diġitali biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà, u r-riutilizzabbiltà ta’ data maħluqa reċentement. Ir-rekwiżiti minimi tal-kontenut se jippromwovu standards ta’ kwalità għolja għad-data. |
Flussi tad-data
|
Tip ta’ data |
Referenza għar-rekwiżit(i) |
Atturi li jipprovdu d-data |
Atturi li jirċievu d-data |
Skattatur għall-iskambju tad-data |
Frekwenza (jekk applikabbli) |
|
L-Istrateġiji Nazzjonali tal-Istati Membri |
TITOLU II ATTIVITAJIET TAR-RIĊERKA, TAL-IŻVILUPP U TAL-IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-EKOSISTEMA TAL-CLOUD U TAL-IA Artikolu 7 Strateġiji nazzjonali tal-cloud u tal-IA |
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni ta’ strateġija nazzjonali |
Skont l-adozzjoni/ir-reviżjoni |
|
Data relatata ma’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala proġett strateġiku |
TITOLU III KAPAĊITAJIET TAĊ-ĊENTRI TAD-DATA Artikolu 14 Deżinjazzjoni ta’ proġetti strateġiċi taċ-ċentri tad-data |
Applikant għad-deżinjazzjoni ta’ proġett strateġiku |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Applikazzjoni matul sejħiet miftuħa għal espressjoni ta’ interess |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-fornituri rikjedenti ta’ servizzi tal-cloud computing |
L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment tagħhom |
Issir talba biex jiġu pprovduti servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Eżitu tat-talba (miċħuda, tintalab evidenza addizzjonali, jiġi rrikonoxxut is-servizz tal-fornitur) |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Awtorità nazzjonali kompetenti |
Il-fornituri rikjedenti ta’ servizzi tal-cloud computing |
Konklużjoni milħuqa dwar ir-rikonoxximent inizjali |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Distribuzzjoni tal-konklużjoni għar-rieżami |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Awtorità nazzjonali kompetenti |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha |
Il-fornitur ta’ servizzi tal-cloud computing innotifikat dwar rikonoxximent |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Oġġezzjonijiet |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha |
Awtorità nazzjonali kompetenti |
L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha oġġezzjonijiet għal konklużjoni magħmula minn awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Il-każijiet riferiti lill-Kummissjoni |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Il-Kummissjoni Ewropea |
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma jistgħux jilħqu ftehim |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar każ riferit |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Il-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni dwar każ fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma kinux jaqblu |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Talba għall-informazzjoni |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Il-Kummissjoni Ewropea |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiddeċiedu li jużaw id-dritt tagħhom għal talba għal informazzjoni |
// |
|
Data fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tat-talbiet mis-servizzi tal-cloud computing li jixtiequ jipprovdu servizzi lill-entitajiet tal-Unjoni u lill-korpi tas-settur pubbliku: Tweġiba għal talba għal informazzjoni |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 17 Rikonoxximent tal-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti riċevuta |
// |
|
Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 19 Awtovalutazzjoni tal-konformità |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-pubbliku |
Awtovalutazzjoni użata |
// |
|
Rapport tal-awditu sottomess għall-validazzjoni u l-iskambji relatati: informazzjoni meħtieġa għall-awditu |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 20 Awditu indipendenti Artikolu 21 Kontenut u kwalità tal-evidenza tal-awditjar |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
L-organizzazzjoni tal-awditjar |
Ikun qed jitwettaq awditu |
// |
|
Rapport tal-awditu sottomess għall-validazzjoni u l-iskambji relatati: rapporti tal-awditi |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 20 Awditu indipendenti Artikolu 21 Kontenut u kwalità tal-evidenza tal-awditjar |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
L-organizzazzjoni tal-awditjar u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Jintemm l-awditjar |
// |
|
Data dwar is-servizzi li jirċievu rikonoxximent: Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 22 Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
L-awtorità nazzjonali kompetenti li tivverifika |
Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing (il-Kummissjoni Ewropea) |
Għoti tar-rikonoxximent |
// |
|
Data dwar is-servizzi li jirċievu rikonoxximent: Sit web disponibbli għall-pubbliku pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 22 Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtorità nazzjonali kompetenti tal-istabbiliment |
Il-pubbliku |
Għoti tar-rikonoxximent |
// |
|
In-notifika li wieħed isir jaf b’informazzjoni jew b’xi bidla materjali fiċ-ċirkostanzi dwar is-servizzi tal-cloud computing li jistgħu jaffettwaw ir-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar u l-flussi tad-data relatati: Notifika inizjali |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 23 Obbligi ta’ trasparenza |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud computing |
L-organizzazzjoni tal-awditjar L-awtorità nazzjonali kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Jinbidlu l-kundizzjonijiet materjali min-naħa tal-fornitur |
// |
|
In-notifika li wieħed isir jaf b’informazzjoni jew b’xi bidla materjali fiċ-ċirkostanzi dwar is-servizzi tal-cloud computing li jistgħu jaffettwaw ir-rapport tal-awditu jew l-opinjoni tal-awditjar u l-flussi tad-data relatati: In-notifika ta’ bidla fl-eżitu tal-awditjar |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 23 Obbligi ta’ trasparenza |
L-organizzazzjoni tal-awditjar |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (tal-istabbiliment u ta’ Stati Membri oħra) Il-Kummissjoni Ewropea |
Jinbidel l-eżitu tal-awditu |
// |
|
Notifika ta’ regoli u ta’ miżuri dwar penali |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 24 Penali u kumpens |
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
L-Istati Membri jistabbilixxu/jemendaw il-qafas għall-impożizzjoni ta’ penali |
// |
|
Data dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati: In-notifika mill-Istati Membri |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 25 Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura (fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ) |
// |
|
Data dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati: Data fir-reġistru pubbliku tal-awtoritajiet |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 25 Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Il-pubbliku |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati u l-Kummissjoni nnotifikata |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: Skambju tal-Informazzjoni |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 27 Assistenza reċiproka |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Kooperazzjoni (skambju ta’ informazzjoni) bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali meħtieġa |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: Talbiet għall-assistenza (u tweġibiet għal tali talbiet) |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 27 Assistenza reċiproka |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
L-assistenza meqjusa neċessarja |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera: Talba għal valutazzjoni – suspett ta’ nuqqas ta’ konformità |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 28 Kooperazzjoni transfruntiera |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tad-destinazzjoni ta’ servizz |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-oriġini ta’ servizz |
Is-suspetti ta’ nuqqas ta’ konformità li jwasslu għal talba għall-assistenza |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera: Il-Kummissjoni ġiet informata dwar is-suspetti ta’ nuqqas ta’ konformità |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 28 Kooperazzjoni transfruntiera |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tad-destinazzjoni ta’ servizz |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob informazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment biex tivvaluta s-suspetti ta’ nuqqas ta’ konformità |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera: Talba għal valutazzjoni – suspett ta’ nuqqas ta’ konformità (il-Kummissjoni) |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 28 Kooperazzjoni transfruntiera |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-oriġini ta’ servizz |
Il-Kummissjoni Ewropea Awtoritajiet nazzjonali kompetenti |
Suspett ta’ nuqqas ta’ konformità minn awtoritajiet kompetenti oħra jew mill-Kummissjoni |
// |
|
Id-data użata fil-kuntest tal-kooperazzjoni transfruntiera: L-eżitu ta’ talba għal valutazzjoni – suspett ta’ nuqqas ta’ konformità |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 28 Kooperazzjoni transfruntiera |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ oriġini |
Ir-rikjedenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Fi żmien xahrejn minn meta ssir talba |
// |
|
Il-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 29 Valutazzjonijiet tar-Riskju |
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Valutazzjoni tar-riskju li sseħħ fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ |
Darbtejn fis-sena |
|
Informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għal gwida |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 29 Valutazzjonijiet tar-Riskju |
Fornituri tas-servizzi tal-cloud |
Il-Kummissjoni Ewropea |
// |
// |
|
Data relatata mal-monitoraġġ tal-akkwist ta’ servizzi tal-cloud u sistemi tal-IA innovattivi |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 33 Monitoraġġ tal-akkwist tal-innovazzjoni fil-cloud u fl-IA |
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
// |
Annwalment |
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
Repożitorju ta’ servizzi rikonoxxuti tal-cloud computing
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux applikabbli |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Ir-repożitorju se jsegwi l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà tal-Kummissjoni |
|
eIDAS |
Ir-repożitorju se jerġa’ juża l-qafas eIDAS, sa fejn ikun rilevanti |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux applikabbli |
|
Oħrajn (eż., l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) |
Il-ħtieġa ta’ valutazzjoni oħra tal-interoperabbiltà skont l-Att dwar Ewropa Interoperabbli (ir-Regolament UE 2024/903) se tiġi evalwata ladarba d-dettalji operazzjonali għar-repożitorju tas-servizzi rikonoxxuti tal-cloud computing isiru disponibbli. |
Il-pjattaforma EuroCloud
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux applikabbli |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Jenħtieġ li l-pjattaforma tinkludi mekkaniżmi għall-aċċess sigur u għall-ġestjoni tal-inċidenti, bħall-ġestjoni kondiviża tal-identità, għodod ta’ awtentikazzjoni reċiproka, u għodod għar-rapportar tal-inċidenti. Il-pjattaforma se ssegwi l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà tal-Kummissjoni |
|
eIDAS |
Dan se jiġi speċifikat mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux applikabbli |
|
Oħrajn (eż., l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) |
Il-ħtieġa ta’ valutazzjoni oħra tal-interoperabbiltà skont l-Att dwar Ewropa Interoperabbli (ir-Regolament UE 2024/903) se tiġi evalwata ladarba d-dettalji operazzjonali għall-pjattaforma tal-EuroCloud isiru disponibbli. |
Pjattaforma komuni tal-akkwist
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux applikabbli |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Il-pjattaforma se ssegwi l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà tal-Kummissjoni |
|
eIDAS |
Dan se jiġi speċifikat mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux applikabbli |
|
Oħrajn (eż., l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) |
Mhux applikabbli |
Katalgu jew repożitorju tas-software riużabbli li hu konness mal-Katalgu tal-OSS tal-UE
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux applikabbli |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Il-pjattaforma se ssegwi l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà tal-Kummissjoni |
|
eIDAS |
Ir-repożitorju se jerġa’ juża l-qafas eIDAS, sa fejn ikun rilevanti |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux applikabbli |
|
Oħrajn (eż., l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) |
Mhux applikabbli |
Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux applikabbli |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Il-pjattaforma se ssegwi l-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà tal-Kummissjoni |
|
eIDAS |
Il-katalgu jerġa’ juża l-qafas eIDAS, sa fejn ikun rilevanti |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux applikabbli |
|
Oħrajn (eż., l-Att dwar Ewropa Interoperabbli) |
L-Artikolu 4 tal-Att dwar Ewropa Interoperabbli (ir-Regolament UE 2024/903) jagħti mandat għas-sehem u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku. Il-Katalgu tal-UE tas-Soluzzjonijiet ta’ Sors Miftuħ iwettaq dan ir-rekwiżit. |
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali |
Deskrizzjoni |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Soluzzjoni(jiet) ta’ Ewropa Interoperabbli |
Soluzzjoni(jiet) oħra tal-interoperabbiltà |
|
Repożitorju tal-Unjoni ta’ servizzi sovrani rikonoxxuti |
Repożitorju dedikat tal-Unjoni ta’ servizzi tal-cloud computing li jkunu rċivew rikonoxximent. Għandu jiġi stabbilit u jinżamm mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirreġistraw is-servizzi rilevanti f’dan ir-repożitorju. |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 22 Repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-cloud computing |
// |
M/A |
|
Il-Federazzjoni EuroCloud |
L-Artikolu 34 jistabbilixxi l-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku (Federazzjoni EuroCloud). Jenħtieġ li l-Federazzjoni EuroCloud tiġbor flimkien inizjattivi tal-cloud nazzjonali li jipprovdu kapaċitajiet tal-cloud affidabbli u siguri ħafna għas-settur pubbliku u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ tali kapaċitajiet bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku. Jenħtieġ li dan isir permezz ta’ pjattaforma aċċessibbli għall-Membri kollha tal-Federazzjoni – il-Pjattaforma EuroCloud. |
TITOLU IV AWTONOMIJA Artikolu 34 Stabbiliment tal-federazzjoni tal-cloud Ewropea għas-settur pubbliku |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Impatt tar-rekwiżit(i) skont is-servizz pubbliku diġitali fuq l-interoperabbiltà transfruntiera
Repożitorju tal-Unjoni ta’ servizzi sovrani rikonoxxuti
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
L-implimentazzjoni tar-repożitorju tal-Unjoni ta’ servizzi sovrani rikonoxxuti se tqis bis-sħiħ il-politiki eżistenti u l-elementi kostitwenti li jirriżultaw minnhom. |
|
|
Miżuri organizzazzjonali għat-twassil tas-servizzi pubbliċi diġitali transfruntiera bla xkiel Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-kompitu li tistabbilixxi u żżomm ir-repożitorju. L-awtorità nazzjonali ta’ verifika hija responsabbli biex ittella’ d-data rilevanti fir-repożitorju. |
Il-miżuri organizzazzjonali se jkollhom bżonn jiġu dettaljati mill-Kummissjoni, fi stadju aktar tard. |
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Elenka dawk il-miżuri |
Il-miżuri semantiċi se tispeċifikahom il-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
|
|
L-użu ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u standards miftuħa maqbula b’mod komuni Elenka dawn il-miżuri |
Il-miżuri tekniċi se jiġu speċifikati mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
Il-Federazzjoni EuroCloud
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
L-implimentazzjoni tal-federazzjoni EuroCloud se tqis bis-sħiħ il-politiki eżistenti u l-elementi kostitwenti li jirriżultaw minnhom. B’mod partikolari: l-NIS2 għaċ-ċibersigurtà, is-Simpl, l-Ispazji tad-Data. |
Mhux applikabbli |
|
Miżuri organizzazzjonali għat-twassil tas-servizzi pubbliċi diġitali transfruntiera bla xkiel Elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
Il-governanza dettaljata tal-pjattaforma EuroCloud se tiġi indirizzata permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja. |
Mhux applikabbli |
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Elenka dawk il-miżuri |
Il-miżuri semantiċi se jiġu speċifikati mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
Mhux applikabbli |
|
L-użu ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u standards miftuħa maqbula b’mod komuni Elenka dawk il-miżuri |
Il-miżuri tekniċi se jiġu speċifikati mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. |
Mhux applikabbli |
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Deskrizzjoni tal-miżura |
Referenza/i għar-rekwiżiti |
Rwol tal-Kummissjoni |
Atturi li għandhom jiġu involuti |
Skeda taż-żmien mistennija |
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw (i) il-miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzazzjonali u (ii) il-proċedura għall-parteċipazzjoni fil-Federazzjoni EuroCloud kif imsemmi fl-Artikolu 40(2). |
Artikolu 40, Artikolu 41 |
Tabbozza att ta’ implimentazzjoni wieħed jew aktar |
Il-Kummissjoni Ewropea Stati Membri parteċipanti |
Għad trid tiġi deċiża |
- (1) ĠU C , , p. .
- (2) ĠU C , , p. .
- (3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA”, 9.4.2025, COM(2025) 165 final .
- (4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Strateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, 8.10.2025, COM(2025) 723 final .
- (5) Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj ).
- (6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Strateġija tal-Unjoni tad-Data, 19.11.2025, COM(2025) 835 final .
- (7) Kif definiti fit-Titolu I, l-Artikolu 2, tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj ).
- (8) Kif definiti fil-punt 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1099 tal-21 ta’ Mejju 2025 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (ĠU L, 2025/1099, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/1099/oj ).
- (9) The future of European competitiveness. Part A, A competitiveness strategy for Europe (“ir-rapport Draghi”), Settembru 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2872/9356120 .
- (10) Il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE, JOIN(2025) 977 final .
- (11) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività Ewropea fid-Deċennju Diġitali, 5.12.2025, https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-16430-2025-INIT/mt/pdf .
- (12) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj ).
- (13) Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) ( ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj ).
- (14) Ir-referenzi għall-Att dwar iċ-Ċipep 2.0 jiżdiedu ladarba jiġu adottati. Ara l-proposta tal-Kummissjoni [add reference once published]
- (15) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj ).
- (16) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali, (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj ).
- (17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “L-Unjoni tal-Ħiliet”, 5.3.2025, COM(2025) 90 final .
- (18) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj ).
- (19) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1173/oj ).
- (20) Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj ).
- (21) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj ).
- (22) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj ).
- (23) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj ).
- (24) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1364 tal-14 ta’ Marzu 2024 dwar l-ewwel fażi tal-istabbiliment ta’ skema komuni ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni għaċ-ċentri tad-data (ĠU L, 2024/1364, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1364/oj ).
- (25) Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni) (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj ).
- (26) Ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) (ĠU L, 2024/1309, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1309/oj ).
- (27) [Add reference to the Regulation on speeding-up environmental assessments once adopted.] Ara l-proposta tal-Kummissjoni COM(2025) 984 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025PC0984 .
- (28) [Add reference to Regulation on establishing the European Competitiveness Fund once adopted.] Ara l-proposta tal-Kummissjoni COM(2025) 555 final/2, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025PC0555R%2801%29 .
- (29) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
- (30) Id-dikjarazzjoni konġunta, “Building the next generation cloud for businesses and the public sector in the EU”, 15.10.2020, https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/node/362 .
- (31) Id-Dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar Soċjetà Diġitali u Gvern Diġitali Bbażat fuq il-Valuri, 8.12.2020 https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/node/479 .
- (32) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Futur tal-Politika Diġitali tal-UE, 21.5.2024, https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9957-2024-INIT/mt/pdf .
- (33) Ir-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika) (ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj ).
- (34) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj ).
- (35) Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj ).
- (36) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj ).
- (37) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).
- (38) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
- (39) Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
- (40) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
- (41) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
- (42) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
- (43) Il-linji baġitarji għall-QFP il-ġdid għadhom ma humiex magħrufa
- (44) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
- (45) Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”.
- (46) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.6.2026
COM(2026) 502 final
ANNESSI
tar-
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri biex tissaħħaħ l-ekosistema Ewropea tal-cloud u tal-IA (l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA)
{SEC(2026) 502 final} - {SWD(2026) 502 final} - {SWD(2026) 503 final}
ANNESS I
Sfidi Kbar
1. Sfida Kbira 1: Sostenibbiltà ambjentali, prestazzjoni u sigurtà taċ-ċentri tad-data tal-Unjoni
Nittestjaw u nvaraw teknoloġiji għaċ-ċentri tad-data madwar l-Unjoni biex nisbqu l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza fir-riżorsi mill-aktar avvanzati.
Din tinkludi li niksbu inqas Effettività fl-Użu tal-Enerġija (PUE) u niffaċilitaw rati ferm ogħla fl-użu tas-servers. L-eżempji jinkludu:
(1)Inqas Effettività fl-Użu tal-Enerġija (PUE) medja: intejbu s-sostenibbiltà ambjentali u l-prestazzjoni taċ-ċentri tad-data tal-cloud u tal-edge tal-Unjoni għal Effettività fl-Użu tal-Enerġija (PUE) medja ta’ 1.15 madwar l-Unjoni. Fost l-oqsma prijoritarji ewlenin hemm li jinfetħu l-bibien għall-iżvilupp ta’:
(a)teknoloġiji avvanzati tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċentri tad-data bħat-tkessiħ u l-irkupru tas-sħana mormija;
(b)teknoloġiji tal-computing kwantistiku għall-operazzjonijiet tal-cloud u tal-infrastruttura tal-computing;
(c)integrazzjoni tal-grilja u sistemi avvanzati tal-ġestjoni tal-enerġija;
(d)linji pilota għall-validazzjoni tat-teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija tal-ġenerazzjoni li jmiss bi skala operazzjonali.
(2)Inżidu r-rati medji tal-użu tas-servers taċ-ċentri tad-data: inżidu r-rati medji tal-użu tas-servers fiċ-ċentri tad-data tal-Unjoni lejn il-50% billi pereżempju nintegraw teknoloġiji li jaħdmu bl-IA għal ġestjoni dinamika tal-użu tas-servers, ġestjoni u skedar tar-runtime workload jew għal bilanċjar tal-użu, il-kost tal-enerġija, ir-restrizzjonijiet termiċi, u r-rekwiżiti tal-latenza.
(3)Insaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza taċ-ċentri tad-data: insaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-katina tal-valur u tal-provvista taċ-ċentri tad-data billi nintegraw teknoloġiji tas-semikondutturi u teknoloġiji kwantistiċi ddisinjati u manifatturati fl-Unjoni, u billi ntejbu r-reżistenza tagħhom għat-theddid fiżiku u taċ-ċibersigurtà, inkluż l-attakki mmirati.
2. Sfida Kbira 2: Stacks tal-cloud
Nibnu stacks tal-cloud tal-hardware u tas-software minn tarf sa tarf, inkluż għodod tal-IA, infrastruttura, servizzi u saffi tal-ġestjoni biex inaqqsu l-lakuni fil-kapaċità kritika tal-Unjoni.
Din tinkludi li nibnu servers tal-IA li jaħdmu b’semikondutturi u teknoloġiji kwantistiċi ddisinjati u mmanifatturati fl-Unjoni għall-computing distribwit u deċentralizzat tal-cloud u tal-edge għall-IA.
Il-programmi pilota jistgħu jgħinu biex jintwerew il-kapaċitajiet tal-istacks tal-cloud miftuħa Ewropej f’setturi importanti mil-lat strateġiku.
3. Sfida Kbira 3: IA pijuniera
Niżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mudelli u sistemi multimodali tal-IA pijuniera, u nniedu kapaċitajiet ġodda.
L-enfasi se tkun fuq id-disinn arkitettoniku u fuq li niżviluppaw mudelli u sistemi multimodali tal-ġenerazzjoni li jmiss li jwessgħulna l-konfini tal-kapaċitajiet algoritmiċi attwali, ħalli niksbu prestazzjoni superjuri fir-raġunament avvanzat, fil-fehim transmodali u fil-kapaċitajiet aġentiċi; nistħarrġu approċċi ġodda għall-effiċjenza tal-mudelli, l-għall-immudellar konjittiv, u għal strutturi komputazzjonali alternattivi, eċċ.
Fost l-applikazzjonijiet potenzjali hemm ix-xjenza fundamentali bħall-iskoperta xjentifika u l-interpretazzjoni tad-data kumplessa, u l-iżvilupp ta’ mudelli rappreżentattivi għall raġunamenti aħjar, simulazzjoni awtomatizzata tal-ġestjoni, u l-ippjanar.
4. Sfida Kbira 4: IA fiżika
Niżviluppaw mudelli u sistemi fiżiċi avvanzati tal-IA li jaħdmu b’mod awtonomu u sikur għall-forniment ta’ manipulazzjoni u navigazzjoni sodi f’ambjenti mhux strutturati.
L-enfasi tkun fuq li niddisinjaw b’mod konġunt software u l-arkitetturi tal-hardware sottostanti tiegħu, u fuq li nikkombinaw tekniki tal-IA pijuniera ma’ mudelli dinjin li jappoġġaw ir-raġunament fiżiku biex jipprovdu kapaċitajiet sodi ta’ manipulazzjoni, ta’ navigazzjoni u ta’ interazzjoni robusti b’superviżjoni umana minima.
Fost l-applikazzjonijiet potenzjali hemm ir-robots awtonomi, sistemi industrijali u d-droni li jaħdmu f’ambjenti dinamiċi tad-dinja reali.
5. Sfida Kbira 5: IA industrijali
Inħaffu l-iżvilupp u l-varar tal-IA industrijali Ewropew fis-setturi strateġiċi tal-Unjoni.
L-enfasi se tkun fuq li niżviluppaw mudelli u sistemi tal-IA industrijali Ewropej li kapaċi jservu applikazzjonijiet industrijali ta’ valur għoli. Mudelli u sistemi bħal dawn jenħtieġ li jkunu adattabbli għal każijiet tal-użu speċifiċi għas-settur u jippermettu varar sigur.
L-inizjattivi mnedija f’din l-isfida kbira jenħtieġ li jistrieħu fuq riżorsi tal-informatika speċjalizzati u l-faċilitajiet tal-ittestjar meħtieġa biex jivvalidaw is-sistemi tal-IA f’ambjenti tad-dinja reali qabel ma jappoġġaw il-varar u l-adozzjoni tagħhom fuq skala kbira, inkluż fil-livell reġjonali u lokali.
Fis-settur awtomobilistiku, dawk l-inizjattivi jistgħu jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-varar ta’ pjattaformi tas-software u mudelli tal-IA innovattivi għas-sewqan awtomatizzat, u fil-manifattura kapaċi jwasslu għall-ħolqien ta’ mudelli speċjalizzati li jottimizzaw il-proċessi tal-produzzjoni. Fost setturi strateġiċi oħra li jistgħu jibbenefikaw mill-IA industrijali hemm il-kura tas-saħħa, l-enerġija, is-settur agroalimentari u d-difiża.
6. Sfida Kbira 6: Mudelli Industrijali Kooperattivi Ewropej
Niżviluppaw mudelli u sistemi tal-IA industrijali u kooperattivi Ewropej għas-setturi strateġiċi billi niftħu l-bibien għal kollaborazzjoni fuq skala industrijali Ewropea mingħajr ma nesponu d-data sensittiva kummerċjalment bejn il-parteċipanti.
L-enfasi se tkun fuq it-teknoloġiji avvanzati li jħarsu l-kunfidenzjalità. Fost dawk il-mekkaniżmi hemm approċċi tat-taħriġ federati u distribwiti li jressqu l-algoritmi lejn id-data flok ma jittrasferixxu d-data ċentralment; ambjenti siguri tal-eżekuzzjoni, ipproċessar ibbażat fuq il-kriptaġġ, tekniki tal-anonimizzazzjoni u tal-psewdonimizzazzjoni, kompartimentalizzazzjoni tal-aċċess, u protezzjonijiet minn teħid ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjalment mill-mudelli mħarrġa.
Fost is-setturi strateġiċi li jistgħu jibbenefikaw minn mudelli u sistemi tal-IA industrijali u kooperattivi Ewropej hemm l-ajruspazju, il-farmaċewtika, iċ-ċibersigurtà, il-mobbiltà, il-vetturi awtonomi u d-droni, l-enerġija u d-difiża.
7. Sfida Kbira 7: Pjattaforma ta’ Aġenti tal-IA
Niżviluppaw qafas Ewropew għall-orkestrazzjoni tal-aġenti tal-IA, li jipprovdi l-midware essenzjali għall-varar reżiljenti u sigur ta’ aġenti awtonomi fuq skala kbira.
L-enfasi se tkun fuq li (i) nesploraw paradigmi teknoloġiċi innovattivi li jippermettu lil diversi aġenti tal-IA jikkollaboraw b’mod effettiv, u li jaqbżu l-kapaċitajiet tas-sistemi awtonomi mingħajr ma jnaqqsu l-istandards stretti tas-sigurtà; u (ii) noħolqu pjattaformi miftuħa, reżiljenti u bbażati fuq il-cloud, maħsuba apposta għall-immaniġġjar fuq skala kbira tal-aġenti tal-IA.
Fost l-applikazzjonijiet potenzjali hemm il-kura tas-saħħa (bħall-appoġġ għal deċiżjonijiet kliniċi u l-koordinazzjoni tar-riċerka), iċ-ċibersigurtà (bħad-detezzjoni u r-rispons għat-theddid), kif ukoll ix-xjenza fundamentali.
8. Sfida Kbira 8: IA tas-Settur Pubbliku
Niżviluppaw mudelli u sistemi tal-IA ibbażati fuq data ta’ kwalità għolja mis-settur pubbliku, favur oqsma kritiċi (bħall-kura tas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-liġi u l-immaniġġjar tal-kriżijiet, u s-servizzi pubbliċi)
L-enfasi se tkun fuq soluzzjonijiet tas-servizz pubbliku li jkunu mistennija jħallu impatt pożittiv kbir fuq l-aktar servizzi pubbliċi kritiċi u li jinqasmu f’livelli differenti ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku.
Mira partikolari se tkun il-possibbiltà ta’ kondiviżjoni tad-data u l-iżvilupp ta’ mudell pijunier għas-servizzi pubbliċi nazzjonali biex jiżdied l-impatt fuq is-settur pubbliku ġenerali tal-Unjoni, inkluż ukoll f’oqsma li jittrattaw data sensittiva. Oqfsa li jħarsu l-privatezza (bħat-tagħlim federat u l-ġenerazzjoni ta’ data sintetika ta’ fedeltà għolja), li jippermettu t-taħriġ ta’ mudelli mingħajr kompromessi mal-kunfidenzjalità tas-settijiet tad-data sottostanti, u miżuri li jħaffu l-adozzjoni estensiva ta’ dawk il-modems, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, se jgħinu wkoll biex tintlaħaq din il-mira.
ANNESS II
Kriterji għal-Livelli ta’ Assigurazzjoni tal-Unjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kriterji li jridu jissodisfaw il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing u s-servizzi tagħhom tal-cloud computing biex jiġu rikonoxxuti li qed joffru servizzi fil-livelli 1, 2, 3 u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-kriterji skont il-livelli 1, 2, 3 u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, “software” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/2847, l-Artikolu 3, il-punt (4), taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness u l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. “Hardware” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/2847, l-Artikolu 3, il-punt (5), taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni.
Livell 1 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni
1.1.Għal-livell 1 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iridu jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)li l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikun stabbilit fl-Unjoni;
(b)li l-infrastruttura u l-assi tal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing, inkluż dawk tas-sottokuntratturi tiegħu li huma involuti fil-forniment tas-servizz, ikunu jinsabu fl-Unjoni sakemm il-korp tas-settur pubbliku ma jitlobx espliċitament mod ieħor;
(c)li d-data tal-klijenti, inkluż il-metadata u d-data tat-telemetrija, li tiġi pproċessata, maħżuna u trasferita mill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u mis-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, tibqa’ esklużivament fl-Unjoni, sakemm il-korp tas-settur pubbliku ma jitlobx espliċitament mod ieħor u fi kwalunkwe ħin, inkluż qabel, waqt jew wara l-konfigurazzjoni jew l-użu tas-servizz;
(d)li meta l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jesternalizza l-appoġġ jew l-assistenza tekniċi u operazzjonali, inkluż l-arranġamenti sussegwenti ta’ subesternalizzazzjoni, lil fornituri tas-servizzi terzi barra mill-Unjoni, ikun implimenta l-miżuri legali, tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jiżgura t-traċċabbiltà, is-sigurtà u l-governanza ta’ dawk l-operazzjonijiet u li dawk l-operazzjonijiet bl-ebda mod ma jikkompromettu l-awtonomija operazzjonali tal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing;
(e)li l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing juri li s-servizz jikkonforma mal-istandards taċ-ċibersigurtà tal-aħħar żvilupp tekniku;
(f)li l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jipprovdi trasparenza sħiħa dwar l-użu tas-sottokuntratturi. Il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jissoġġetta lis-sottokuntratturi għal diliġenza dovuta, obbligi kuntrattwali u sorveljanza kontinwa biex jissodisfaw l-obbligi legali tal-Unjoni;
(g)Meta l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikun soġġett għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jiggarantixxi li ma jkun hemm l-ebda liġi jew prattika eżistenti f’dak il-pajjiż terz, murija minn sorsi indipendenti, li teżiġi lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jirrapporta informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet tas-software lil awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati.
1.2.Għal-livell 1 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, is-sottokuntratturi msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu sottokuntratturi li jkunu partijiet terzi b’relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u li jikkontribwixxu għall-forniment u t-twassil tas-servizz tal-cloud computing.
Livell 2 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni
1.3.Għal-livell 2 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iridu jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)li l-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu stabbiliti fl-Unjoni;
(b)li l-infrastruttura, l-assi u l-persunal tal-fornitur awditjat, inkluż dawk tas-sottokuntratturi tiegħu li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, ikunu jinsabu fl-Unjoni;
(c)li d-data tal-klijenti, inkluż il-metadata u d-data tat-telemetrija, ipproċessata, maħżuna u trasferita mill-fornitur awditjat u mis-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, tibqa’ esklużivament fl-Unjoni, sakemm il-korp tas-settur pubbliku ma jitlobx espliċitament mod ieħor u fi kwalunkwe ħin, inkluż qabel, waqt jew wara l-konfigurazzjoni jew l-użu tas-servizz;
(d)li jekk il-korp tas-settur pubbliku jiddetermina li jkun hemm bżonn impożizzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ta’ skrinjar tal-persunal u taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, il-fornitur awditjat jiżgura li l-persunal jissodisfa dawk ir-rekwiżiti;
(e)li s-servizz awditjat jikseb ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bi mqar livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri s-servizzi tal-cloud computing li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2019/881, diment li dik l-iskema tkun ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament u tkun disponibbli għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing. Sakemm tiġi stabbilita skema bħal dik, għandhom japplikaw skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jekk ikun hemm. Meta ma tkun teżisti l-ebda skema tal-Unjoni jew nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-fornitur awditjat għandu juri li s-servizz jikkonforma mal-ogħla standards taċ-ċibersigurtà skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni;
(f)id-data ġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat ma tintużax għat-taħriġ jew għall-irfinar ta’ xi sistema tal-IA imħaddma minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, u li fl-ebda każ ma tiġi trasferita barra mill-Unjoni;
(g)jekk il-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat, ikunu soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, dawn juru li jkunu ġew implimentati l-miżuri legali, tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex ikun żgurat li:
i. il-kontroll tal-pajjiż terz jew tal-entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz fuq il-fornitur awditjat ma jiġix eżerċitat b’mod li jirrestrinġi jew jillimita l-kapaċità tal-fornitur li jwettaq u li jagħti s-servizz, b’mod li jimponi limitazzjonijiet fuq l-infrastruttura, l-assi, u l-persunal meħtieġ għall-forniment tas-servizz, jew b’mod li jimmina l-kapaċitajiet u l-istandards meħtieġa biex iwettaq is-servizz awditjat;
ii. ikun evitat l-aċċess għad-data tal-klijent minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
iii. tkun evitata l-possibbiltà ta’ tfixkil tal-kontinwità tas-servizz u/jew ta’ degradazzjoni tal-kwalità tas-servizz minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
iv. il-kontroll tal-pajjiż terz jew tal-entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz fuq il-fornitur awditjat ma jiġix eżerċitat b’mod li jobbliga lill-fornitur awditjat jimplimenta, jinforza, idaħħal fis-seħħ miżuri restrittivi jew jikkonforma ma’ miżuri restrittivi bħal reġimi ta’ sanzjonijiet, embargos, jew xi miżura legali jew amministrattiva ekwivalenti adottata minn pajjiż terz, sakemm dik il-miżura ma tkunx leġittima skont il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni
(h)l-appoġġ jew l-assistenza tekniċi u operazzjonali relatati mas-servizz awditjat, inkluż l-arranġamenti sussegwenti ta’ subesternalizzazzjoni, jinbdew u jitwettqu esklużivament fl-Unjoni;
(i)il-fornitur awditjat juri li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri tal-katina tal-provvista tas-software li ġejjin:
i. lista ta’ materjali tas-software (SBOM) kompluta u aġġornata, kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (39) tar-Regolament (UE) 2024/2847, u lista ta’ dipendenzi identifikati rilevanti għall-forniment tas-servizz ikunu dokumentati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-awditjar;
ii. meta l-komponenti, kif definiti fir-Regolament (UE) 2024/2847, l-Artikolu 3, il-punt 6, jew il-prodotti jiġu pprovduti minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, ikunu proprjeta tagħha, u liċenzjati minnha, il-kontrolli jiġu implimentati u dokumentati biex jibblokkaw kull element remot li jista’ jimmanipula jew ifixkel apparat, sistema, jew software materjalment (inkluż waqt aġġornamenti) u biex ikun żgurat li l-komponenti rilevanti għas-sigurtà mingħand manifatturi tas-software minn pajjiżi terzi, kif definiti fir-Regolament (UE) 2024/2847, l-Artikolu 3, il-punt 13, ikunu soġġetti għal awditi tal-kodiċi sors, u jkollhom pjan ta’ migrazzjoni dokumentat f’każ li l-bejjiegħ ifalli jew xi pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet;
iii. Meta l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikun soġġett għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jiggarantixxi li ma jkun hemm l-ebda liġi jew prattika eżistenti f’dak il-pajjiż terz, murija minn sorsi indipendenti, li teżiġi lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jirrapporta informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet tas-software lil awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati.
(j)meta għall-forniment tas-servizz jintuża software maħruġ b’liċenzja ta’ sors miftuħ, il-fornitur awditjat juri li jkun implimenta u ddokumenta l-kontrolli xierqa biex jevita l-użu ta’ xi element jew mekkaniżmu remoti li jista’ jintuża biex jimmanipula jew ifixkel apparat, sistema, jew software materjalment;
(k)sal-punt li l-fornitur awditjat jipprovdi s-servizzi tiegħu globalment u jżomm sussidjarja f’pajjiż terz, il-fornitur awditjat ikun implimenta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura u jinforza s-separazzjoni legali, teknika u organizzazzjonali effettiva bejn il-kumpanija omm fl-Unjoni u kwalunkwe sussidjarja bħal dik f’pajjiż terz.
1.4.Għal-livell 2 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, is-sottokuntratturi msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu sottokuntratturi li jkunu partijiet terzi b’relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u li jikkontribwixxu għall-forniment u t-twassil tas-servizz tal-cloud computing.
Livell 3 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni
1.5.Għal-livell 3 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iridu jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)li l-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu stabbiliti fl-Unjoni;
(b)li l-infrastruttura, l-assi u l-persunal tal-fornitur awditjat, inkluż dawk tas-sottokuntratturi tiegħu li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, ikunu jinsabu fl-Unjoni;
(c)li d-data tal-klijenti, inkluż il-metadata u d-data tat-telemetrija, ipproċessata, maħżuna u trasferita mill-fornitur awditjat u mis-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, tibqa’ esklużivament fl-Unjoni, sakemm il-korp tas-settur pubbliku ma jitlobx espliċitament mod ieħor, u fi kwalunkwe ħin, inkluż qabel, waqt jew wara l-konfigurazzjoni jew l-użu tas-servizz;
(d)li l-persunal, inkluż il-persunal tas-sottokuntratturi, li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu ċittadini tal-Unjoni u, meta xieraq, il-persunal irid ikollu wkoll l-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali meħtieġa maħruġa minn Stat Membru meta jittratta informazzjoni klassifikata, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2021/697;
(e)li s-servizz awditjat jikseb ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bi mqar livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri s-servizzi tal-cloud computing li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2019/881, diment li dik l-iskema tkun ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament u tkun disponibbli għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing. Sakemm tiġi stabbilita skema bħal dik, għandhom japplikaw skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jekk ikun hemm. Meta ma tkun teżisti l-ebda skema tal-Unjoni jew nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-fornitur awditjat għandu juri li s-servizz jikkonforma mal-ogħla standards taċ-ċibersigurtà skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni;
(f)id-data ġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat ma tintużax għat-taħriġ jew għall-irfinar ta’ xi sistema tal-IA imħaddma minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, u li fl-ebda każ ma tiġi trasferita barra mill-Unjoni;
(g)il-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ma jkunux soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz. B’deroga minn dan il-kriterju, fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u s-sottokuntratturi tiegħu li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat u soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, jistgħu jiġu awditjati għal-livell 3 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 19. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 19, il-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat iridu juru wkoll li implimentaw il-miżuri legali, tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jiżguraw li:
i. il-kontroll tal-pajjiż terz jew tal-entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz fuq il-fornitur awditjat ma jiġix eżerċitat b’mod li jirrestrinġi jew jillimita l-kapaċità tal-fornitur li jwettaq u li jagħti s-servizz, b’mod li jimponi limitazzjonijiet fuq l-infrastruttura, l-assi, u l-persunal meħtieġ għall-forniment tas-servizz, jew b’mod li jimmina l-kapaċitajiet u l-istandards meħtieġa biex iwettaq is-servizz awditjat; Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jippermetti aċċess raġonevoli għall-kodiċi;
ii. ikun evitat l-aċċess għad-data tal-klijent minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
iii. tkun evitata l-possibbiltà ta’ tfixkil tal-kontinwità tas-servizz u/jew ta’ degradazzjoni tal-kwalità tas-servizz minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
iv. il-kontroll tal-pajjiż terz jew tal-entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz fuq il-fornitur awditjat ma jiġix eżerċitat b’mod li jobbliga lill-fornitur awditjat jimplimenta, jinforza, idaħħal fis-seħħ miżuri restrittivi jew jikkonforma ma’ miżuri restrittivi bħal reġimi ta’ sanzjonijiet, embargos, jew xi miżura legali jew amministrattiva ekwivalenti adottata minn pajjiż terz, sakemm dik il-miżura ma tkunx leġittima skont il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni
(h) l-appoġġ jew l-assistenza teknika u operazzjonali relatata mas-servizz awditjat, inkluż l-arranġamenti sussegwenti ta’ subesternalizzazzjoni, jinbdew u jitwettqu esklużivament fl-Unjoni, minn persunal residenti tal-Unjoni, u minn partijiet terzi li ma jkunux soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
(i)il-fornitur awditjat juri li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri tal-katina tal-provvista tas-software li ġejjin:
i. ikun hemm dokumentati SBOM kompluta u aġġornata u lista ta’ dipendenzi identifikati rilevanti għall-forniment tas-servizz, u jsiru disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar;
ii. meta l-komponenti jew il-prodotti tipprovdihom entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, ikunu proprjeta tagħha, u liċenzjati minnha, il-kontrolli jiġu implimentati u dokumentati biex jibblukkaw kull element li jista’ jimmanipula jew ifixkel apparat, sistema, jew software materjalment (inkluż waqt aġġornamenti) u biex ikun żgurat li l-komponenti rilevanti għas-sigurtà mingħand il-manifatturi minn pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal awditi tal-kodiċi sors, u jkollhom pjan ta’ migrazzjoni dokumentat f’każ li l-bejjiegħ ifalli jew xi pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet;
iii. Meta l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ikun soġġett għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jiggarantixxi li ma jkun hemm l-ebda liġi jew prattika eżistenti f’dak il-pajjiż terz, murija minn sorsi indipendenti, li teżiġi lill-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing jirrapporta informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet tas-software lil awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz qabel ma jkun magħruf li dawk il-vulnerabbiltajiet ġew sfruttati.
(j)meta għall-forniment tas-servizz jintuża software maħruġ b’liċenzja ta’ sors miftuħ, il-fornitur awditjat juri li jkun implimenta u ddokumenta l-kontrolli xierqa biex jevita l-użu ta’ xi element jew mekkaniżmu remoti li jista’ jintuża biex jimmanipula jew ifixkel apparat, sistema, jew software materjalment;
(k)sal-punt li l-fornitur awditjat jipprovdi s-servizzi tiegħu barra l-Unjoni u jżomm sussidjarja f’pajjiż terz, il-fornitur awditjat juri li jkun implimenta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura u jinforza s-separazzjoni legali, teknika u organizzazzjonali effettiva bejn il-kumpanija omm fl-Unjoni u kwalunkwe sussidjarja bħal dik f’pajjiż terz.
1.6.Għal-livell 3 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, is-sottokuntratturi msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu sottokuntratturi li jkunu partijiet terzi b’relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u li jikkontribwixxu għall-forniment u t-twassil tas-servizz tal-cloud computing, u li jkunu jistgħu jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata jew sensittiva, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2021/697.
Livell 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni
1.7.Għal-livell 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing iridu jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)li l-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu stabbiliti fl-Unjoni;
(b)li l-infrastruttura, l-assi u l-persunal tal-fornitur awditjat, inkluż is-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz ikunu jinsabu fl-Unjoni;
(c)li d-data tal-klijenti, inkluż il-metadata u d-data tat-telemetrija, li wara valutazzjoni tar-riskju tiġi identifikata bħala sensittiva, u pproċessata, maħżuna u trasferita mill-fornitur awditjat u mis-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz, tibqa’ esklużivament fl-Unjoni u fi kwalunkwe ħin, inkluż qabel, waqt jew wara l-konfigurazzjoni jew l-użu tas-servizz;
(d)li l-persunal inkluż il-persunal tas-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu ċittadini tal-Unjoni u meta xieraq, il-persunal irid ikollu wkoll l-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali meħtieġa maħruġa minn Stat Membru meta jittratta informazzjoni klassifikata;
(e)li s-servizz awditjat jikseb ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà bi mqar livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkopri s-servizzi tal-cloud computing li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2019/881, diment li dik l-iskema tkun ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament u tkun disponibbli għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing. Sakemm tiġi stabbilita skema bħal dik, għandhom japplikaw skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, jekk ikun hemm. Meta ma tkun teżisti l-ebda skema tal-Unjoni jew nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-fornitur awditjat għandu juri li s-servizz jikkonforma mal-ogħla standards taċ-ċibersigurtà skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni;
(f)id-data ġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat ma tintużax għat-taħriġ jew għall-irfinar ta’ xi sistema tal-IA imħaddma minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, u li fl-ebda każ ma tiġi trasferita barra mill-Unjoni;
(g)il-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi li jkunu involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ma jkunux soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz.
(h)l-appoġġ jew l-assistenza teknika u operazzjonali relatata mas-servizz awditjat, inkluż l-arranġamenti sussegwenti ta’ subesternalizzazzjoni, jinbdew u jitwettqu esklużivament fl-Unjoni, minn persunal residenti tal-Unjoni, u minn partijiet terzi li ma jkunux soġġetti għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
(i)il-fornitur awditjat juri li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri tal-katina tal-provvista tas-software li ġejjin:
i. ikun hemm dokumentati SBOM kompluta u aġġornata u lista ta’ dipendenzi identifikati rilevanti għall-forniment tas-servizz, u jsiru disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar;
ii. ikun hemm miżuri fis-seħħ biex jinżamm kontroll effettiv fuq il-komponenti jew il-prodotti tas-software billi jintwera li pajjiż terz jew entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz ma jkollhomx kontroll effettiv jew ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq id-disinn, l-iżvilupp, il-manutenzjoni, u l-evoluzzjoni ta’ dawk il-komponenti jew il-prodotti. Il-kontroll effettiv jinkludi l-kapaċità li jiġu influwenzati materjalment l-evoluzzjoni teknika, il-prijoritajiet tal-manutenzjoni, ir-rimedju tas-sigurtà, u l-kontinwità fit-tul tal-komponent;
(j)meta jintuża software maħruġ b’liċenzja ta’ sors miftuħ, il-fornitur awditjat juri li jkun implimenta u ddokumenta l-kontrolli xierqa biex jevita l-użu ta’ xi element jew mekkaniżmu remoti li jista’ jintuża biex jimmanipula jew ifixkel apparat, sistema, jew software materjalment;
(k)sal-punt li l-fornitur awditjat jipprovdi s-servizzi tiegħu barra l-Unjoni u jżomm sussidjarja f’pajjiż terz, il-fornitur awditjat juri li jkun implimenta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura u jinforza s-separazzjoni legali, teknika u organizzazzjonali effettiva bejn il-kumpanija omm fl-Unjoni u kwalunkwe sussidjarja bħal dik f’pajjiż terz.
1.8.Għal-livell 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni, is-sottokuntratturi msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu sottokuntratturi li jkunu partijiet terzi b’relazzjoni kuntrattwali diretta mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing, li jikkontribwixxu għall-forniment u t-twassil tas-servizz tal-cloud computing, u li jkunu jistgħu jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata jew sensittiva biex iwettqu l-forniment tas-servizz.
ANNESS III
Evidenza għall-Awditjar għall-Proċedura tal-Awditjar
L-organizzazzjonijiet tal-awditjar jenħtieġ li jitolbu l-evidenza għall-awditjar elenkata f’dan l-Anness mingħand il-fornitur awditjat meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità tas-servizz awditjat skont il-kriterji tal-awditjar applikabbli tal-Anness II.
Dan l-Anness hu indikattiv u ma jillimitax l-evidenza li tista’ tintalab jew titqies mill-organizzazzjonijiet tal-awditjar. L-awdituri jistgħu jitolbu l-informazzjoni addizzjonali li jkollhom bżonn biex jiżguraw valutazzjoni komprensiva u akkurata tal-konformità ħalli jwettqu l-awditi. Filwaqt li l-evidenza mitluba tista’ tkun l-istess, l-aspetti li jeħtieġ jiġu analizzati jvarjaw skont il-kriterji tal-livell ta’ assigurazzjoni u r-rigorożità tagħhom.
1.Kriterju tal-awditjar A – Stabbiliment fl-Unjoni
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (a) tal-Anness II abbażi ta’ dawn li ġejjin:
(1)Evidenza li turi li l-fornitur awditjat ikun inkorporat skont il-liġi ta’ Stat Membru fl-Unjoni jew kostitwit mod ieħor skont il-liġi tal-kumpaniji ta’ Stat Membru fl-Unjoni.
(2)Evidenza li turi li l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali, u l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur awditjat ikunu stabbiliti fl-Unjoni.
(3)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika l-qafas legali applikabbli tal-Unjoni tal-fornitur awditjat u tivverifika jekk l-istabbiliment tiegħu jkunx ġenwin u stabbli jew jekk inkella l-fornitur awditjat jikkwalifikax biss bħala fornitur mhux tal-UE li joffri servizzi fl-Unjoni.
(4)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika jekk il-fornitur ikunx legalment inkorporat fi Stat Membru tal-Unjoni. Din l-evidenza tista’ tinkludi, mingħajr limitazzjoni, estratti nazzjonali tal-kumpaniji, dokumentazzjoni tar-residenza tat-taxxa, liċenzji tan-negozju, reġistrazzjoni tal-VAT, verifika ta’ jekk il-fornitur ikunx irreġistrat fis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) u fis-Sistema ta’ Skambju tal-Informazzjoni dwar il-VAT (VIES).
(5)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika l-preżenza stabbli u effettiva fl-Unjoni tal-fornitur awditjat. Għalhekk, l-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika li:
(a)jeżistu uffiċċji fiżiċi jew binjiet operazzjonali fl-UE (pereżempju b’kuntratti ta’ kirjiet, kontijiet tad-dawl jew dokumenti tal-proprjetà);
(b)il-persunal permanenti jinsab fl-Unjoni u li l-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-klijenti jsiru fl-Unjoni (pereżempju b’kuntratti tal-impjieg, rekords tal-pagi, skedi tal-ħin tal-persunal);
(c)l-operazzjonijiet kuntrattwali jiġu ttrattati fl-Unjoni (pereżempju b’rekords tal-ġestjoni tal-attività, rekords tar-rapportar tal-inċidenti);
(d)il-funzjonijiet bankarji u kontabilistiċi jkunu esklużivament fl-Unjoni (pereżempju b’rapporti finanzjarji u rapporti statutorji tal-awditjar).
(6)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika l-preżenza ta’ unitajiet jew fergħat tal-istabbiliment fl-Istati Membri tal-UE (pereżempju b’kuntratti ta’ kirjiet, kontijiet tad-dawl, dokumenti tal-proprjetà, kuntratti tal-impjieg, skedi tal-ħin, rekords tal-pagi jew ordnijiet tax-xiri).
2.Kriterju tal-awditjar B – Il-lokazzjoni fejn jinsabu l-infrastruttura, l-assi u l-persunal
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (b) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Il-lokazzjoni tal-infrastruttura
(a)Lista bid-dettalji rilevanti tal-lokazzjoni tal-infrastruttura u l-lokazzjoni tal-ħażniet tad-data użati fil-forniment tas-servizz awditjat. Din il-lista jenħtieġ li tinkludi l-lokazzjoni preċiża (in-numru, it-triq, il-belt, il-kodiċi postali u l-pajjiż) tal-infrastruttura li turi li l-elementi kollha tal-forniment tas-servizz awditjat jinsabu fl-Unjoni. Din tinkludi l-lokazzjoni tal ħażniet primarji, tal-backup, tal-irkupru minn xi diżastri, u tal-ħżin tal-logs.
(b)Evidenza oħra li l-infrastruttura tal-IT tinsab fl-Unjoni bħal kuntratti ta’ kirjiet, kuntratti ta’ proprjetà, kuntratti ta’ manutenzjoni, kuntratti ta’ servizz, logs tal-aċċess għall-faċilitajiet.
(c)Dijagrammi tan-network u dokumenti tal-arkitettura li juru l-użu esklużiv tal-infrastruttura bbażata fl-Unjoni għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data, inkluż tal-backup u d-data replikata.
(2)Il-lokazzjoni tal-assi
(a)Lista u dettalji rilevanti tal-assi użati fil-forniment tas-servizz awditjat, bħal reġistru tal-assi.
(b)Evidenza li s-servers, it-tagħmir u l-assi operazzjonali jinsabu fl-Unjoni, bħal rekords li jidentifikaw is-server u l-lokazzjoni tiegħu, fatturi tax-xiri, noti ta’ konsenja, kuntratti ta’ liċenzji, kuntratti ta’ abbonamenti, jew fatturi ta’ xiri jew abbonamenti tas-software, fatturi bil-provi tal-konsenja għall-hardware.
(c)Evidenza li l-kapaċitajiet tal-għoti tas-servizzi jkunu bbażati fl-Unjoni, bħal rekords tal-varar, rekords tal-installazzjoni, rapporti tal-istatus tas-servizz, rapporti tal-konfigurazzjoni, eżiti tal-monitoraġġ, u logs amministrattivi li juru l-użu tas-servizz.
(3)Il-lokazzjoni tal-persunal
(a)Lista u dettalji rilevanti tal-persunal involut fil-forniment tas-servizz awditjat.
(b)Evidenza li l-persunal involut fil-forniment tas-servizz awditjat jinsab fl-Unjoni, inkluż kuntratti tal-impjieg, rekords tal-pagi, skedi tal-ħin, rekords tal-attività, u organigrammi li juru l-persunal ibbażat fl-Unjoni b’responsabbiltajiet operazzjonali.
(4)Kunsiderazzjonijiet dwar l-infrastruttura, l-assi u l-persunal
(a)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta wkoll fejn dawk l-infrastruttura, l-assi, jew il-persunal qed:
i. jaħżnu, jittrażmettu, jaċċessaw, jipproċessaw jew jittrattaw mod ieħor id-data tal-klijenti;
ii. jipprovdu, jippermettu, jew jaf jippermettu aċċess amministrattiv, kontroll, konfigurazzjoni, jew viżibbiltà tad-data tal-klijenti;
iii. jekk ikunu kompromessi, ikkonfigurati ħażin, ma jibqgħux disponibbli jew imfixkla, jistgħu jwasslu b’mod raġonevoli għal tfixkil jew waqfien tas-servizz awditjat.
Nota: “Infrastruttura” tfisser infrastruttura fiżika li tinkludi, iżda mhux limitata għal, infrastruttura ta’ ċentru tad-data jew infrastruttura ta’ kolokazzjoni, network, sistemi tat-tkessiħ, u sistemi tal-IT li jippermettu l-ġestjoni taċ-ċentru tad-data.
“Assi” tfisser hardware u software, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, libreriji, in-network intern meħtieġ biex il-komponenti tas-software jikkomunikaw, u l-materjali kriptografiċi li jippermettu l-forniment tas-servizz tal-cloud computing.
“Persunal”, inkluż il-persunal immexxi mis-sottokuntratturi, tfisser individwi li jappoġġaw l-għoti, l-amministrazzjoni, is-sigurtà, id-disponibbiltà, jew it-tħaddim tas-servizz awditjat.
3.Kriterju tal-awditjar C – Lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (c) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Evidenza li turi li d-data tal-klijent tinħażen u tiġi pproċessata esklużivament fl-Unjoni u li l-partijiet terzi jew is-sottokuntratturi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet skont dan l-Anness ma jkunu jistgħu fl-ebda ċirkostanza, teknikament jew operazzjonalment, jaċċessaw, jiksbu, ineħħu d-disponibbiltà, jeqirdu jew jipproċessaw b’mod aktar ġenerali d-data tal-klijenti mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. Eżempji jinkludu logs tal-aċċess, politiki tal-aċċess tal-appoġġ, rekords tal-aċċess privileġġat, il-politika dwar iż-żamma ta’ backups, dijagramma tal-flussi tad-data li turi fejn id-data tal-klijenti tiġi maħżuna, ipproċessata u replikata u l-post tal-backup tagħha. Meta tiġi pproċessata data personali, il-kuntratti mas-sottokuntratturi li juru l-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
(2)Evidenza tal-logs u r-rekords tal-monitoraġġ li juru li d-data kollha tiġi maħżuna u pproċessata esklużivament fl-Unjoni. Eżempji jinkludu ftehimiet ta’ servizzi tal-master, ftehimiet tal-ipproċessar tad-data, ftehimiet kuntrattwali tar-residenza tad-data jew kwalunkwe konfini tad-data fl-UE.
(3)Evidenza (bħal ftehimiet kuntrattwali, logs, u proċeduri offruti lill-korpi tas-settur pubbliku) li turi li l-fornitur awditjat u s-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz awditjat ikunu daħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
(a)l-ebda data tal-klijenti, inkluż data kriptata, ma tiġi trasferita barra mill-Unjoni mingħajr l-approvazzjoni tal-korp tas-settur pubbliku;
(b)l-ebda data ma tiġi trasferita lil xi parti terza li ma tkunx is-sottokuntratturi involuti fil-forniment tas-servizz jew riċevituri awtorizzati b’mod espliċitu mill-korp tas-settur pubbliku.
(4)Dijagramma tal-fluss tad-data li turi l-flussi tad-data bejn il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u d-data tal-klijenti, kif ukoll ma’ servizzi ta’ partijiet terzi u s-sottokuntratturi. Id-dijagramma trid tidentifika b’mod ċar is-sors u d-destinazzjoni tad-data u turi li d-data ma toħroġx mill-Unjoni.
Nota: Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “klijent” tfisser korp tas-settur pubbliku li jkun għamel kuntratt jew ftehim legalment vinkolanti ieħor mal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing għall-fini ta’ aċċess jew użu tas-servizz tal-cloud computing.
“Data tal-klijenti” tista’ tfisser kwalunkwe data fil-kontroll ta’ klijent tas-servizz tal-cloud computing, kemm jekk b’mezzi legali, kuntrattwali, jew b’mezzi oħra, li tkun:
(a)input fis-servizz tal-cloud computing mill-klijent jew f’ismu, inkluż il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni;
(b)iġġenerata mill-klijent waqt l-użu tas-servizz tal-cloud computing.
Id-data tal-klijenti tista’ tinkludi wkoll id-data fil-kontroll tal-fornituri awditjati li tkun derivata b’interazzjoni mas-servizz awditjat mill-klijent tas-servizz tal-cloud. Din tinkludi d-data tal-klijenti u kwalunkwe data miksuba bl-użu tas-servizzi tal-cloud computing (jiġifieri t-telemetrija, il-metadata).
“Data derivata mis-servizzi tal-cloud computing” tinkludi l-porzjon tad-data tal-logs li jkun fiha rekords ta’ min uża s-servizz, il-ħin, il-funzjoni, it-tipi ta’ data involuti u l-bqija. Din tista’ tinkludi wkoll informazzjoni dwar in-numri ta’ utenti awtorizzati u l-identitajiet tagħhom. Tista’ tinkludi wkoll data dwar il-konfigurazzjoni jew il-personalizzazzjoni, meta s-servizz tal-cloud computing ikollu funzjonalitajiet ta’ konfigurazzjoni u ta’ personalizzazzjoni.
4.Kriterju tal-awditjar D – Ċittadinanza tal-Unjoni
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (d) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jagħti evidenza lill-organizzazzjoni tal-awditjar li jkun implimenta l-miżuri biex jiżgura li, jekk korp tas-settur pubbliku kellu jitlob iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, il-persunal involut fil-forniment tas-servizz awditjat ikun ċittadini tal-Unjoni. Dan jista’ jintwera b’dokumenti uffiċjali validi maħruġa mill-gvern (eż. passaport u karta tal-identità nazzjonali validi);
(2)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi organigrammi u deskrizzjonijiet tal-impjiegi biex jikkonfermaw li jista’ jiżgura, meta mitlub, li l-persunal b’ċittadinanza tal-Unjoni biss ikollu aċċess għat-tħaddim, il-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-appoġġ tas-servizz awditjat.
(3)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi dokumenti li juru politiki tal-kontroll tal-aċċess u rekords tal-awditjar li juru li l-persunal awtorizzat li jkun ċittadini tal-Unjoni biss ikun jista’ jaċċessa s-sistemi u d-data tas-servizz.
(4)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li juri li daħħal fis-seħħ proċeduri li jiddeskrivu kif iċ-ċittadinanza tiġi verifikata qabel tingħata u kif tinżamm il-konformità ma’ dan il-kriterju tal-awditjar waqt l-impjieg.
Nota: Il-persunal involut fil-forniment tas-servizz awditjat jista’ jinkludi persunal li jkollu aċċess loġiku jew fiżiku għall-infrastruttura u l-assi użati biex iħaddem is-servizz tal-cloud computing, kif ukoll dawk li jkunu responsabbli għall-appoġġ għall-klijenti, u l-persunal kollu li jkollu kontroll tal-ġestjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing.
5.Kriterji tal-awditjar E – Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament 2019/881
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (e) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Ċertifikat Ewropew validu taċ-ċibersigurtà maħruġ minn korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-konformità li juri li s-servizz awditjat ikun ġie vvalutat u nstab konformi mar-rekwiżiti li jikkorrispondu għal-livelli ta’ assigurazzjoni “bażiċi”, “sostanzjali” jew “għoljin” skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament (UE) 2019/881, diment li tkun ġiet stabbilita skema bħal din;
(2)Rapport taċ-ċertifikazzjoni li jinkludi deskrizzjoni tal-komponenti ewlenin użati għall-iżvilupp u t-tħaddim tas-servizz tal-cloud computing kopert miċ-ċertifikat tal-awditjar.
(3)Sakemm tiġi stabbilita l-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li tkun tkopri s-servizzi tal-cloud computing, il-fornitur awditjat ikun jista’ juri l-konformità b’ċertifikazzjonijiet validi taċ-ċibersigurtà. Dawn jinkludu, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin:
(a)ċertifikat validu maħruġ minn korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-konformità (f’konformità ma’ CEN/CLC/TS 18072:2025) li juri li s-servizz tal-cloud computing ġie vvalutat u nstab konformi mar-rekwiżiti li jikkorrispondu għal-livelli ta’ assigurazzjoni “bażiċi” jew “sostanzjali” jew “għoljin” definiti skont CEN/TS 18026:2024;
(b)Ċertifikat validu maħruġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti li juri li s-servizz tal-cloud computing ġie vvalutat u nstab konformi mar-rekwiżiti skont l-iskema nazzjonali taċ-ċibersigurtà fis-seħħ dakinhar fl-Istat Membru;
(c) fin-nuqqas ta’ skema nazzjonali, evidenza li turi l-osservanza tal-ogħla standards taċ-ċibersigurtà disponibbli fis-suq.
6.Kriterju tal-awditjar F – Sistemi tal-IA imħaddmin minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika ta’ pajjiż terz
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (f) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Klawżoli kuntrattwali li jiddikjaraw li d-data pproċessata jew iġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat, inkluż id-data derivata mill-klijenti, il-logs u t-telemetrija, mhix se tintuża għat-taħriġ jew għall-irfinar ta’ xi mudell jew sistema tal-IA imħaddma minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, u li fl-ebda każ ma tiġi trasferita barra mill-Unjoni.
(2)Klawżoli kuntrattwali li jispeċifikaw li d-data tiġi pproċessata biss għall-għoti tas-servizz awditjat u mhux għal titjib fis-servizz jew għal avvanzi fil-mudell jew is-sistema jew għal xi skop sekondarju ieħor.
(3)Dijagrammi tal-fluss tad-data li jiddokumentaw il-fluss tad-data minn tarf sa tarf, inkluż l-inġestjoni, il-ħżin, l-ipproċessar u t-tħassir tad-data. Id-dijagrammi jenħtieġ li juru wkoll fejn il-pipelines tal-IA jew l-operazzjonijiet tat-tagħlim awtomatiku (MLOps) jikkonnettjaw mad-data tal-klijenti.
(4)Rekords tal-MLOps jew tal-varar li juru li l-lokazzjonijiet tal-bini, tal-ittestjar u tar-rilaxx jinsabu fl-UE.
(5)Kards tal-mudell jew tas-sistema li jkun fihom isem il-mudell jew is-sistema, il-verżjoni, is-sorsi tat-taħriġ u tal-validazzjoni, inkluż dikjarazzjonijiet li d-data ġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat ma toħroġx mill-Unjoni.
(6)Politiki tal-lineaġġ tad-data u dokumentazzjoni relatata tal-implimentazzjoni li turi li l-fornitur iħaddem għodod tal-lineaġġ u tal-provenjenza tad-data u li tista’ turi (għal kull rekord) għal xiex tkun intużat id-data.
(7)Lista tas-sottokuntratturi (inkluż il-pajjiż tal-istabbiliment tagħhom) li jaċċessaw id-data ġġenerata bl-użu tas-servizz awditjat.
7.Kriterju tal-awditjar G – L-ebda kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta’ pajjiż terz
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (g) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tidentifika u tanalizza:
(a)l-azzjonisti diretti u indiretti kollha, sas-sidien aħħarija;
(b)it-tabella tal-limiti massimi li tiddokumenta l-istruttura tas-sjieda tal-kumpanija;
(c)il-korp(i) li għandhom is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi (l-assemblea ġenerali tal-azzjonisti, il-bord superviżorju, il-bord tad-diretturi, eċċ.);
(d)ir-regoli dwar l-appuntar, l-elezzjoni u t-tneħħija tal-korpi tat-tmexxija u l-kompożizzjoni proprja tal-korpi tat-tmexxija (eż. biex jiġi identifikat jekk ikunx hemm xi azzjonist intitolat biex jinnomina rappreżentant fil-bord jew li jkollu maġġoranza tas-siġġijiet fil-bord);
(e)il-kworums u l-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet strateġiċi, biex jiġi identifikat jekk ikunx hemm azzjonist li jista’ jieħu deċiżjoni strateġika (għax ikollu l-maġġoranza meħtieġa biex japprova deċiżjoni bħal dik jew għax ikun jista’ jibblokka deċiżjoni bħal dik b’veto jew bi drittijiet speċifiċi oħra anki jekk ma jkunx jista’ jimponi deċiżjoni bħal dik waħdu, eċċ.);
(f)l-influwenza possibbli fuq deċiżjonijiet strateġiċi minħabba rabtiet kummerċjali, rabtiet finanzjarji jew modi oħra, eċċ.
(2)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jitlob l-informazzjoni kollha ta’ hawn fuq mingħand is-sottokuntratturi tiegħu u jagħmilha disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar.
7.1.Valutazzjoni tas-sjieda u tal-kontroll:
(1)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta mal-kwartieri ġenerali:
(a)il-lokazzjoni u l-indirizz sħiħ tal-kwartieri ġenerali globali u/jew l-uffiċċju prinċipali;
(b)il-lokazzjonijiet tal-istrutturi meniġerjali eżekuttivi.
(2)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta mal-istruttura tas-sjieda u d-drittijiet speċifiċi:
(a)Lista dettaljata li tiddeskrivi kwalunkwe sid li:
i.ikollu, direttament jew indirettament, mqar 5% tal-kapital jew imqar 5% tad-drittijiet tal-vot, inkluż b’xi kontenut, fehim, relazzjoni jew intermedjarju. Din tinkludi ftehimiet dwar il-votazzjoni bejn l-azzjonisti li flimkien jaqbżu l-5% tad-drittijiet tal-vot jew il-5% tal-kapital;
ii.ikollu wieħed jew aktar mid-drittijiet speċifiċi li ġejjin fir-rigward tas-sjieda tiegħu: (a) dritt ta’ veto għal trasferiment ta’ ishma; (b) jeddijiet ta’ prelazzjoni; (c) dritt li jikseb ishma jew investiment addizzjonali soġġetti għal kundizzjonijiet.
(b)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li titlob id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin biex tivvaluta l-elementi fil-paragrafu 2(a):
i.estratti mir-reġistru kummerċjali u l-kotba tal-azzjonisti tal-organizzazzjoni u kull dokument rilevanti ieħor li jindikaw b’mod ċar lill-azzjonisti u d-drittijiet tal-vot tagħhom jew il-persentaġġi ta’ interess;
ii.il-ftehim tal-azzjonisti, il-memorandum ta’ qbil bejn l-azzjonisti, l-istatuti, l-artikoli ta’ assoċjazzjoni jew dokumenti rilevanti oħra rigward il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-entità ġuridika, il-ftehimiet ta’ investiment bejn l-azzjonisti, eċċ.;
iii.għall-azzjonisti li jkunu persuni ġuridiċi bi mqar 5% tal-kapital jew imqar 5% tad-drittijiet tal-vot:
(1)graff li jiddeskrivi s-saffi differenti tas-sjieda/il-katina tal-kontroll sas-sidien finali;
(2)l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, l-avviżi legali jew id-dokumenti kostituzzjonali ekwivalenti;
(3)reġistru tad-diretturi, tal-uffiċjali u tal-firmatarji.
(3)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta mal-governanza korporattiva:
(a)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi deskrizzjoni ta’ dawn lill-organizzazzjoni tal-awditjar:
i.il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, il-kompożizzjoni tagħhom kif ukoll in-nazzjonalità jew il-post tal-istabbiliment tagħhom (meta jkun applikabbli);
ii.ir-regoli dwar l-elezzjoni, l-appuntar, in-nominazzjoni jew it-tul tal-mandat tal-membri tal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet jew ta’ pożizzjonijiet maniġerjali oħra;
iii.il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż informazzjoni dwar il-maġġoranza meħtieġa u/jew il-kworum meħtieġ għad-deċiżjonijiet;
iv.politiki ta’ governanza interna li jiddeskrivu kif jiġu rreġistrati u approvati d-deċiżjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll;
deċiżjonijiet tal-bord u tal-meniġment li jirriflettu l-istruttura tal-kontroll iddikjarata;
minuti tal-bord u r-riżoluzzjonijiet għall-bidliet fil-kontroll.
(b)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn lill-organizzazzjoni tal-awditjar li jistabbilixxu jew jiddeskrivu: il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet u r-regoli dwar l-elezzjoni, l-appuntar, in-nominazzjoni jew it-tul tal-mandati tagħhom, il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, id-drittijiet tal-vot, id-drittijiet ta’ veto, id-drittijiet tal-ħatra, id-drittijiet tal-approvazzjoni fl-entità ġuridika (eż. l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, l-avviżi legali, ir-rapporti dwar il-governanza korporattiva, eċċ.). Id-dokumenti ta’ sostenn u l-informazzjoni jenħtieġ li jiġu pprovduti għal kull entità ġuridika intermedja li direttament jew indirettament ikollha 5% jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, sas-sidien finali tas-saffi kollha involuti.
(4)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta mal-kontroll:
(a)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi lill-organizzazzjoni tal-awditjar l-evidenza tar-rabtiet kummerċjali li jagħtu l-kontroll. Din tinkludi, iżda mhux limitata għal, lista tal-individwi jew tal-entitajiet ġuridiċi li magħhom il-fornituri awditjati (jew is-sidien tal-fornitur awditjat, inkluż is-saffi intermedji sas-sidien finali) ikollhom relazzjoni kummerċjali li (a) twassal għal livell simili ta’ kontroll fuq il-meniġment u fuq ir-riżorsi bħas-sjieda ta’ ishma jew ta’ assi; u (b) tkun għal żmien twil ħafna (eż. ftehimiet ta’ provvista fit-tul importanti ħafna jew krediti pprovduti mill-manifatturi/klijenti tas-software, flimkien ma’ rabtiet strutturali).
(b)Id-dokumenti ta’ sostenn jenħtieġ li jinkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-korp tas-settur pubbliku jew mal-manifatturi tas-software, eċċ.
(5)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta mar-rabtiet finanzjarji li jagħtu kontroll:
(a)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jelenka lill-individwi jew lill-entitajiet ġuridiċi (inkluż l-azzjonisti jew is-sidien ta’ kontroll) li fuqhom il-fornitur awditjat (jew is-sidien) ikun dipendenti finanzjarjament b’mod li jagħtihom il-possibbiltà jiksbu konċessjonijiet f’oqsma strateġiċi tan-negozju.
(b)Id-dokumenti ta’ sostenn jenħtieġ li jinkludu dokumenti ta’ self, avviżi legali, dokumenti li juru r-rabta finanzjarja; eċċ.
(6)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi l-evidenza li ġejja lill-organizzazzjoni tal-awditjar b’rabta ma’ sorsi oħra ta’ kontroll:
(a)Il-fornituri awditjati jenħtieġ li jindikaw lill-organizzazzjoni awditjata jekk ikun hemm xi mezz, proċess jew rabta oħra li fl-aħħar mill-aħħar jagħtu kontroll lil pajjiż terz ieħor jew lil entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz (livell simili ta’ kontroll fuq il-ġestjoni u fuq ir-riżorsi bħas-sjieda ta’ ishma jew ta’ assi, u ta’ perjodu twil taż-żmien).
(b)Id-dokumenti ta’ sostenn jenħtieġ li jipprovdu evidenza ta’ kull kontroll bħal dan jew dikjarazzjoni li m’hemmx kontroll bħal dan (din id-dikjarazzjoni tista’ jagħmilha l-bord tat-tmexxija tal-fornitur tas-servizzi).
Nota: L-elementi li jenħtieġ li jitqiesu waqt il-valutazzjoni tal-kontrolli huma l-istrutturi tas-sjieda u d-drittijiet speċifiċi, il-governanza korporattiva, ir-rabtiet kummerċjali li jagħtu kontroll, ir-rabtiet finanzjarji li jagħtu kontroll u kull sors ieħor ta’ kontroll.
7.2.Passi addizzjonali abbażi tal-konklużjoni tat-test tas-sjieda u tal-kontroll
Jekk l-organizzazzjoni tal-awditjar tiddetermina li l-fornitur awditjat hu soġġett għall-kontroll ta’ pajjiż terz jew ta’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, jenħtieġ li din titlob l-evidenza addizzjonali li ġejja:
(c)Provi li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 19 rigward il-pajjiż terz li għalih il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing hu soġġett għall-kontroll tiegħu;
(d)L-evidenza kollha li turi li l-fornitur awditjat u kull sottokuntrattur involut fil-forniment tas-servizz awditjat implimentaw il-miżuri meħtieġa biex jinfurzaw is-separazzjoni legali, teknika u organizzazzjonali effettiva bejn il-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing u kull pajjiż terz jew entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, filwaqt li jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi tal-cloud computing ma jkunx jista’ jikkonforma, legalment, teknikament jew operazzjonalment, ma’ xi talba għall-aċċess għad-data tal-klijenti, inkluż id-data kriptata, jew li jfixkel il-kontinwità tas-servizz jew li jiddegrada l-kwalità tas-servizz.
(e)L-evidenza kollha li turi li l-korp tas-settur pubbliku se jiġi infurmat dwar kull talba bħal din u konferma li t-talba ġiet miċħuda;
(f)L-evidenza kollha li turi ż-żamma ta’ rekord aġġornat ta’ kull talba għall-aċċess għad-data tal-klijenti, ta’ tfixkil fil-kontinwità tas-servizz jew ta’ degradazzjoni fil-kwalità tas-servizz minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, li jkun fiha mqar it-talba u t-tweġiba għat-talba.
8.Kriterju tal-awditjar H – L-ebda appoġġ tekniku jew operazzjonali barra mill-Unjoni
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (h) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)evidenza li l-fornitur awditjat implimenta klawżoli kuntrattwali vinkolanti li jiddikjaraw li l-attivitajiet kollha ta’ appoġġ, amministrazzjoni, manutenzjoni, monitoraġġ, rispons għall-inċidenti, u operazzjonali jridu jinbdew u jitwettqu esklużivament fl-Unjoni. Din tista’ tinkludi klawżoli kuntrattwali li jeżiġu żvelar avvanzat tas-sottokuntratturi u tal-lokazzjonijiet ta’ appoġġ kollha, approvazzjoni bil-miktub qabel ma jiġu aċċettati sottokuntratturi ġodda, u dritt li jiġu rifjutati kwalunkwe sottokuntratturi li jinsbu barra mill-Unjoni;
(2)evidenza li l-fornitur awditjat iżomm reġistru aġġornat tas-sottokuntratturi;
(3)evidenza li l-fornitur awditjat ma jissottokuntratta u ma jittrasferix tali attivitajiet barra mill-Unjoni;
(4)evidenza li l-fornitur awditjat implimenta l-miżuri legali, tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm l-ebda aċċess remot għal appoġġ tekniku u operazzjonali minn barra l-Unjoni għas-servizz awditjat.
(5)evidenza li s-servizzi tal-helpdesk/appoġġ tal-fornitur awditjat, l-amministrazzjoni tal-infrastruttura, l-operazzjonijiet taċ-ċentru tal-operazzjonijiet tas-sigurtà (SOC) tiegħu jew taċ-ċentru tal-operazzjonijiet tan-network (NOC), l-aċċess privileġġat, l-immaniġġjar tal-backups, u l-operazzjonijiet tal-irkupru minn xi diżastru tas-servizz awditjat jiġu pprovduti esklużivament minn ġol-Unjoni, inkluż il-mogħdija tal-aċċess biex jitħaddem is-servizz;
(6)evidenza li l-fornitur awditjat jiżgura li meta l-persunal iħalli l-kumpanija ma jibqax ikollu aċċess għas-servizz awditjat u jirrevoka l-politiki kollha tal-aċċess;
(7)evidenza li l-fornitur awditjat implimenta l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jiżgura li l-aċċess amministrattiv għas-sistemi użati għat-tħaddim tas-servizz awditjat jiġi pprovdut minn mogħdijiet tal-aċċess li jinsabu fl-Unjoni. Dan jista’ jintwera bl-implimentazzjoni ta’ kontrolli tan-network ġeografikament ristretti, infrastruttura amministrattiva bbażata fl-Unjoni, kontrolli tal-ġestjoni tal-aċċess privileġġat, u mekkaniżmi tal-monitoraġġ;
(8)evidenza li l-fornitur awditjat għandu proċeduri fis-seħħ biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda kontroll effettiv minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz, inkluż għal subesternalizzazzjoni sussegwenti.
9.Kriterju tal-awditjar I - Żgurata t-trasparenza tal-katina tal-provvista tas-software
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (i) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jagħmel disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar lista ta’ materjali tas-software (SBOM) kompluta u aġġornata għall-komponenti kollha tas-software, inkluż għas-software ta’ sors miftuħ (OSS).
(2)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jagħmel lista tad-dipendenzi disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar. Din jenħtieġ li tinkludi:
(a)il-moduli tas-software, il-libreriji jew l-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) kollha użati, kif ukoll l-għodod għall-iżvilupp;
(b)l-oriġini tas-software: fejn (il-pajjiż tal-oriġini) u min iddisinja, żviluppa u għamel manutenzjoni tas-software, il-lokazzjoni u l-ġuriżdizzjoni li tirregola d-distribuzzjoni tas-software, u l-aġġornamenti;
(c)il-grad ta’ dipendenza fuq bejjiegħa, faċilitajiet jew teknoloġiji proprjetarji minn barra l-UE; għal-livell 3, evidenza li jekk l-istack tas-software tiġi pprovduta minn entità stabbilita f’pajjiż terz, ma jkunx hemm fis-seħħ xi restrizzjoni mhux ġustifikata fil-liċenzjar.
(d)il-grad ta’ dipendenza fuq software ta’ sors miftuħ;
(e)viżibbiltà fil-katina kollha tal-manifattur u tas-submanifattur tas-software, inkluż id-drittijiet tal-awditjar.
Nota: Ir-rekwiżiti t’hawn fuq jimplikaw li l-impriżi konġunti magħmula, eż. minn entità tal-Unjoni ma’ entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jikkwalifikaw għal dan il-livell
(3)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi:
(a)evidenza ta’ proċess ibbażat fuq ir-riskju għall-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tad-dipendenzi fuq manifatturi esterni tas-software rilevanti għat-tħaddim tas-servizz tal-cloud computing;
(b)evidenza li jkun identifika soluzzjoni alternattiva waħda jew aktar tas-software, inkluż is-software ta’ sors miftuħ. Jekk ma jkunx jista’ jiġi identifikat software ekwivalenti, trid tiġi identifikata soluzzjoni li tiżgura funzjonalità vijabbli minima. Iridu jsiru testijiet, u jitwettaq pjan ta’ kommutazzjoni li jippermetti l-migrazzjoni lejn dawn is-soluzzjonijiet alternattivi;
(c)evidenza li din tista’ ssirilha migrazzjoni lejn soluzzjoni alternattiva f’każ ta’ xi difett, ifalli l-bejjiegħ jew xi restrizzjonijiet minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz;
(d)tingħata lista ta’ standards miftuħa li jintużaw bħala parti mill-politiki tal-fornituri awditjati fir-rigward tas-servizz awditjat;
(4)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jiżgura t-trasparenza b’aċċess remot u bl-awditabbiltà tal-kodiċi sors billi:
(a)jagħmel disponibbli lista ta’ evidenza għall-organizzazzjoni tal-awditjar biex juri li ma jintuża l-ebda element jew mekkaniżmu remoti li jistgħu jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema, jew software materjalment. Din jenħtieġ li tinkludi:
i. evidenza relatata mal-ittestjar tal-komponent tas-software biex ikun jevita l-użu ta’ xi element jew mekkaniżmu remoti li jistgħu jintużaw biex jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema jew software materjalment (proċedura tat-test, rapporti tat-test, pjan tat-test, eċċ.);
ii.evidenza li l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-bidliet fl-organizzazzjoni jkopru l-bidliet fil-firmware, fil-bios u fl-aġġornamenti tas-software kif ukoll l-integrazzjoni ta’ komponenti ġodda biex ikun evitat l-użu ta’ elementi jew mekkaniżmi remoti;
iii.evidenza li l-proċedura tal-manutenzjoni tiġi aġġornata biex tkun tinkludi l-prevenzjoni li xi element jew mekkaniżmu remoti jintużaw biex jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema jew software materjalment.
(b)Il-fornitur awditjat irid jiżgura li l-awditur indipendenti ta’ parti terza jingħata d-dritt li jaċċessa u jawditja l-kodiċi sors ta’ software bħal dak. Il-fornitur awditjat irid jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni, il-materjal tekniku, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni u l-awditjar tal-kodiċi sors ikunu disponibbli għall-organizzazzjoni tal-awditjar b’format sħiħ, akkurat u aċċessibbli.
10.Kriterju tal-awditjar J – Software ta’ sors miftuħ
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (j) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jiżgura t-trasparenza b’aċċess remot u bl-awditabbiltà tal-kodiċi sors billi:
(a)jagħmel disponibbli lista ta’ evidenza għall-organizzazzjoni tal-awditjar biex juri li ma jintuża l-ebda element jew mekkaniżmu remoti li jistgħu jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema, jew software materjalment. Din jenħtieġ li tinkludi:
i. evidenza relatata mal-ittestjar tal-komponent tas-software biex ikun jevita l-użu ta’ xi element jew mekkaniżmu remoti li jistgħu jintużaw biex jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema jew software materjalment (proċedura tat-test, rapporti tat-test, pjan tat-test, eċċ.);
ii. evidenza li l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-bidliet fl-organizzazzjoni jkopru l-bidliet fil-firmware, fil-bios u fl-aġġornamenti tas-software kif ukoll l-integrazzjoni ta’ komponenti ġodda biex ikun evitat l-użu ta’ elementi jew mekkaniżmi remoti;
iii. evidenza li l-proċedura tal-manutenzjoni tiġi aġġornata biex tkun tinkludi l-prevenzjoni li xi element jew mekkaniżmu remoti jintużaw biex jimmanipulaw jew ifixklu apparat, sistema jew software materjalment.
(2)Il-fornitur awditjat jenħtieġ li jipprovdi:
(a)evidenza ta’ proċess ibbażat fuq ir-riskju li jidentifika u jindirizza: (i) ekosistema dgħajfa u appoġġ komunitarju tal-OSS; (ii) falliment fil-monitoraġġ kontinwu tal-aġġornamenti maħruġa; (iii) l-każijiet meta l-OSS jiġi deprekat jew ma jibqax mantnut.
(b)evidenza li l-fornitur awditjat ikun applika l-OSS aġġornat mingħajr dewmien żejjed;
(c)evidenza li l-fornitur awditjat ikun identifika soluzzjoni alternattiva waħda jew aktar ta’ sors miftuħ. Jekk il-fornitur awditjat ma jkunx jista’ jidentifika software ekwivalenti, irid jidentifika soluzzjoni li tiżgura funzjonalità vijabbli minima. Il-fornitur awditjat irid jagħmel testijiet u jwettaq pjan ta’ kommutazzjoni li jippermetti l-migrazzjoni lejn is-soluzzjonijiet alternattivi.
(3)Meta l-fornitur awditjat juża software maħruġ b’liċenzja ta’ sors miftuħ, il-fornitur awditjat jenħtieġ li jimplimenta mekkaniżmi biex jaqbad, u jipprovdi avviż fil-ħin lill-korp tas-settur pubbliku, jekk is-software jiġi akkwistat minn pajjiż terz jew minn entità ġuridika jew minn fondazzjoni stabbilita f’pajjiż terz, jew ikun fil-kontroll ta’ xi wieħed jew waħda minn dawn.
11.Kriterju tal-awditjar K – Servizzi globali u sussidjarji f’pajjiżi terzi
L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivvaluta l-kriterju tal-awditjar elenkat skont il-livelli 2, 3, u 4 ta’ assigurazzjoni tal-Unjoni tal-paragrafu (k) tal-Anness II abbażi ta’ din l-evidenza:
(1)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika li s-sussidjarja hija indipendenti legalment u operazzjonament mill-fornitur awditjat.
(2)Il-fornitur awditjat irid juri li s-sussidjarja ma jkollha l-ebda aċċess għas-sistemi li jipproċessaw jew jaħżnu d-data tal-klijenti.
(3)Il-fornitur awditjat irid juri li s-sussidjarja ma jkollha l-ebda kont privileġġat fl-ambjenti tal-produzzjoni tal-Unjoni, inkluż fl-amministrazzjoni tal-cloud, il-Ġestjoni tal-Identitajiet u tal-Aċċessi (IAM), il-Ġestjoni tal-Aċċess Privileġġat (PAM), il-monitoraġġ jew il-privileġġi tal-amministrazzjoni tal-bażi tad-data.
(4)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika li l-persunal tas-sussidjarja ma jistax jikseb aċċess għad-data tal-klijenti tal-Unjoni.
(5)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika li s-sussidjarja ma jkollha l-ebda awtorità li tordna lil persunal operazzjonali tal-Unjoni biex jiżvela xi data tal-klijenti jew li jaqbeż il-proċeduri tas-sigurtà.
(6)L-organizzazzjoni tal-awditjar jenħtieġ li tivverifika li t-talbiet kollha mingħand gvernijiet barranin li tirċievi s-sussidjarja jiġu ridirezzjonati formalment lejn l-entità kompetenti tal-Unjoni għal valutazzjoni legali skont il-liġi tal-Unjoni u tal-Istati Membri.