Eureka Reader Definitions Sign in

Definitions › Finanzi (Malti)

assi tradizzjonali

Defined in 1 EU act of the Finanzi group: CRR First

In English: traditional asset

CRR, Article 5a(4) First adopted 2013-06-26, amended 2026-06-26

Own text citing PSD2, Article 4(25).

(a) strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (50), ta' dan ir-Regolament; (b) fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; (c) depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , inkluż depożiti strutturati; (d) pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-kuntest ta' titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402; (e) prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE jew kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f'dik id-Direttiva; (f) prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji; (g) skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew tad-Direttiva 2009/138/KE; (h) prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni; (i) prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (j) l-iskemi tas-sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Every term of the Finanzi group · Other groups