Eureka Reader Definitions Sign in

Definitions › Finanzi (Malti)

impenn

Defined in 1 EU act of the Finanzi group: CRR First

In English: commitment

CRR, Article 5(10) First adopted 2013-06-26, amended 2026-06-26

kwalunkwe arranġament kuntrattwali li istituzzjoni toffri lil klijent, u li jkun aċċettat minn dak il-klijent, għall-estensjoni ta’ kreditu, għax-xiri ta’ assi jew għall-ħruġ ta’ sostituti tal-kreditu; u kwalunkwe tali arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mingħajr kundizzjoni minn istituzzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lil debitur jew kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat minn istituzzjoni meta debitur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-faċilità, inkluż il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mid-debitur qabel kwalunkwe ġbid ta' kreditu inizjali jew sussegwenti skont l-arranġament, sakemm l-arranġamenti kuntrattwali jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha: (a) arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni ma tirċievi l-ebda tariffa jew kummissjoni sabiex tistabbilixxi jew iżżomm dawk l-arranġamenti kuntrattwali; (b) arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom il-klijent ikun meħtieġ japplika mal-istituzzjoni għall-ġbid ta' kreditu inizjali u għal kull ġbid ta' kreditu sussegwenti skont dawk l-arranġamenti kuntrattwali; (c) arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni jkollha awtorità sħiħa, irrispettivament mill-issodisfar mill-klijent tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-arranġament kuntrattwali, fuq l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu; (d) l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu lill-istituzzjoni tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-klijent immedjatament qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu u l-istituzzjoni tkun implimentat u tapplika proċeduri interni li jiżguraw li tali valutazzjoni ssir qabel l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu; (e) arranġamenti kuntrattwali li jiġu offruti lil entità korporattiva, inkluża SME, li tkun immonitorjata mill-qrib fuq bażi kontinwa

Every term of the Finanzi group · Other groups