Eureka 52024PC0531 Definitions Sign in

Brussell, 13.11.2024

COM(2024) 531 final

2024/0301(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

{SWD(2024) 258 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi d-dritt tal-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, li fih jistgħu jippostjaw il-ħaddiema tagħhom temporanjament biex jipprovdu dawk is-servizzi hemmhekk. Meta jippostja l-ħaddiema tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi jeħtieġ li jikkonforma ma’ sett ta’ termini u kundizzjonijiet tal-impjieg definiti, kif stabbilit bid-Direttiva 96/71/KE 1 , fl-Istat Membru fejn isseħħ il-postazzjoni. Dan sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni minima tal-ħaddiema ppostjati kkonċernati. L-Istati Membri huma meħtieġa jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib u jipprovdu lil xulxin b’assistenza reċiproka biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg. L-evitar ta’ piż amministrattiv bla bżonn fuq il-fornituri ta’ servizzi, il-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati u l-iżgurar ta’ monitoraġġ effettiv għandhom għalhekk jimxu id f’id u jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Kif stabbilit fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/67/UE 2 , biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi f’dik id-Direttiva u fid-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll li huma meħtieġa għal dak l-iskop, dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati f’konformità mad-dritt tal-UE. F’dan il-kuntest, skont l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligu fuq fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li jagħmel dikjarazzjoni sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol.

Fl-aġġornament tal-istrateġija industrijali l-ġdida tal-2020 3 , il-Kummissjoni ħabbret li se taħdem mal-Istati Membri biex tfassal formola komuni, f’format elettroniku, għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema. Dan ix-xogħol ma għandux jikkomprometti l-qafas legali eżistenti tal-UE għall-postazzjoni tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ħaddiema li dan jiżgura. Il-parteċipazzjoni għandha tkun volontarja.

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni” 4 , il-Kummissjoni ħabbret li se tippromwovi l-implimentazzjoni mifruxa ta’ formola komuni ta’ format elettroniku għad-dikjarazzjonijiet tal-ħaddiema ppostjati, ikkomplementata mill-iżvilupp ta’ portal multilingwi diġitali li permezz tiegħu l-kumpaniji jkunu jistgħu jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn din l-għodda. Dan se jgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

It-tħabbira segwiet it-tqajjim ta’ tħassib fl-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/67/UE. Fir-rapport ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/67/UE 5 il-Kummissjoni kkonkludiet li jista’ jkun meħtieġ titjib f’xi oqsma li partijiet ikkonċernati differenti kienu ġabu għall-attenzjoni tagħha. Dawn jinkludu s-simplifikazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll amministrattiv billi, pereżempju, tiġi introdotta sistema unika ta’ dikjarazzjoni fl-UE kollha.

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għan-negozji u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi minn naħa waħda tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fejn meħtieġ, b’mod faċli għall-utent, mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, u min-naħa l-oħra tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri kif ukoll il-monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligu stabbilit fid-Direttivi 2014/67/UE u 96/71/KE.

Il-proposta se tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex iwettqu spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorju tagħhom, u b’hekk tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati.

L-Istati Membri ilhom minn Jannar 2023 jagħtu pariri lill-Kummissjoni fil-grupp ta’ esperti dwar formola elettronika komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema, b’attenzjoni partikolari għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol. Bil-parir tal-esperti tal-Istati Membri ġiet identifikata lista komuni possibbli ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema. Sadanittant, grupp inizjali ta’ disa’ Stati Membri ddikjaraw l-impenn tagħhom li jadattaw l-informazzjoni li jitolbu mill-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw ħaddiema fit-territorji tagħhom għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni mfassla fil-lista komuni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni 6 .

Interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”, Internal Market Information)

Il-proposta tistabbilixxi interfaċċa pubblika elettronika multilingwi (jiġfieri portal web għall-użu ta’ format elettroniku komuni u li jippermetti t-trasferiment awtomatiku tad-data) konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 (“l-interfaċċa pubblika”) għall-użu volontarju mill-Istati Membri li jirċievu ħaddiema ppostjati (l-“Istat Membru ospitanti”). Dawn l-Istati Membri ospitanti jistgħu jagħżlu li jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra jużaw din l-interfaċċa biex jagħmlu dikjarazzjoni sempliċi tal-ħaddiema ppostjati (“dikjarazzjoni tal-postazzjoni”) lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli tagħhom biex jippermettu kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol. L-IMI hija għodda elettronika multilingwi li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jikkomunikaw malajr u faċilment mal-kontropartijiet tagħhom fl-UE. Repożitorju fl-IMI se jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni sottomessi mill-fornituri ta’ servizzi. L-użu tal-IMI se jagħmilha possibbli li jerġgħu jintużaw is-soluzzjonijiet tal-IT eżistenti, u b’hekk jgħin biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ darba tal-iżvilupp tal-IT.

Il-fornituri ta’ servizzi se jużaw l-interfaċċa pubblika biex jissottomettu dikjarazzjoni tal-postazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Għal dan l-għan, l-interfaċċa se tinkludi formola standard. Din il-formola standard se tipprovdi l-informazzjoni rilevanti li tista’ tkun meħtieġa biex tippermetti kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE. Se jkun fiha informazzjoni relatata mal-fornitur ta’ servizz, il-ħaddiem ppostjati, l-assenjazzjoni tal-postazzjoni, il-persuna ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti u r-riċevitur tas-servizz. Il-kontenut speċifiku tal-formola standard se jiġi stabbilit f’att ta’ implimentazzjoni. Se jitqies il-parir mogħti mill-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri dwar l-informazzjoni rilevanti li għandha tkun inkluża f’tali formola.

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formola standard u tagħmel bidliet sussegwenti fiha. Jekk l-Istati Membri jqisu li għandha tiżdied informazzjoni rilevanti jew li għandha titneħħa informazzjoni mhux rilevanti mill-formola standard, fl-interfaċċa pubblika jew għall-użu tagħha, jistgħu jissottomettu proposti lill-Kummissjoni għall-emendar tal-formola standard u l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni li huma jqisu meħtieġa, sakemm dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati, biex iwettqu kontrolli effettivi fuq il-post tax-xogħol.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti elementi li jinsabu fil-formola standard, li ma jqisuhomx rilevanti fid-dawl tal-kuntest nazzjonali tagħhom u tal-mod kif jorganizzaw il-kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, ma humiex meħtieġa mill-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema fit-territorju tagħhom li jimlew il-formola fuq l-interfaċċa pubblika. F’każ bħal dan huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ elementi li jirriżultaw minn emendi sussegwenti għall-formola standard, dawk l-Istati Membri għalhekk ma jkollhomx bżonn jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex tinkludi tali elementi.

L-istabbiliment tal-interfaċċa pubblika b’formola standard multilingwi għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema u d-disponibbiltà ta’ din l-interfaċċa għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-Kummissjoni Ewropea huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea li tissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

Tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi

Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw b’mod konsistenti li l-obbligu u r-rekwiżiti li jagħmlu dikjarazzjoni tal-postazzjoni jikkostitwixxu rekwiżit ta’ rapportar sinifikanti għan-negozji fis-suq uniku. Dan huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar ostakli amministrattivi sinifikanti għall-forniment transfruntier ta’ servizzi fis-suq intern.

Is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u l-proċedura għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni se tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għan-negozji, inklużi l-SMEs, u se tiffaċilita t-twettiq ta’ spezzjonijiet effettivi u adegwati mill-Istati Membri.

Interfaċċa pubblika multilingwi li tuża formola standard se tippermetti lill-kumpaniji li jistazzjonaw jagħmlu d-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tagħhom f’post wieħed u bl-istess sett ta’ informazzjoni mitluba, fl-Istati Membri parteċipanti kollha, jiġifieri l-Istati Membri li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika, li jistazzjonaw lill-ħaddiema fihom. Se jkunu jistgħu jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-postazzjoni bil-lingwa tagħhom stess, u b’hekk jegħlbu l-ostaklu lingwistiku li l-kumpaniji li jistazzjonaw (il-fornituri ta’ servizzi) jiffaċċjaw regolarment meta jiddikjaraw l-sppostjarfis-sistema ta’ dikjarazzjoni tal-Istat Membru li fih jistazzjonaw il-ħaddiema.

Il-proposta tipprovdi kontribut għall-impenn tal-Kummissjoni li tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ‘Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” 8 , il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ sistema regolatorja li tiżgura li l-objettivi jintlaħqu b’kostijiet minimi. Għalhekk impenjat ruħha għal spinta ġdida biex tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar, bil-għan aħħari li tnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat b’ 25 %, mingħajr ma timmina l-objettivi ta’ politika relatati. Il-pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs 9 kompla jelabora fuq din l-azzjoni u indika l-ħolqien ta’ format elettroniku għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema bħala eżempju għall-użu tat-teknoloġiji diġitali biex jitnaqqas il-piż u tittejjeb ir-reżiljenza.

Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema

Is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni permezz tal-interfaċċa pubblika se tippermetti wkoll l-applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE. L-iffaċilitar tad-dikjarazzjoni u tal-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati huwa element ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jiżgura mobbiltà ġusta.

Peress li l-fornituri ta’ servizzi mhux se jkunu meħtieġa aktar jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali differenti inklużi fl-interfaċċi nazzjonali u fil-formoli ta’ dikjarazzjoni tal-postazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, l-interfaċċa pubblika, bl-użu ta’ formola standard, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-ippostjar. Dan se jwassal ukoll għal aktar trasparenza fl-ippostjar.

F’dan il-kuntest, l-inizjattiva tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex iwettqu spezzjonijiet effettivi, adegwati u mmirati, li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati u għal mobbiltà ġusta b’mod ġenerali.

Barra minn hekk, il-possibbiltà li tintbagħat kopja tad-dikjarazzjoni lill-ħaddiem ppostjati se tagħmel lill-ħaddiema ppostjati atturi infurmati fil-proċedura, u b’hekk tgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Din il-possibbiltà llum ma teżistix fis-sistemi nazzjonali ta’ dikjarazzjoni.

Tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u ffaċilitar tal-kooperazzjoni amministrattiva

Id-Direttiva 2014/67/UE introduċiet regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema. Din il-kooperazzjoni amministrattiva hija implimentata permezz tal-IMI. L-IMI għalhekk għandha rwol ewlieni fl-appoġġ tal-kooperazzjoni amministrattiva msaħħa li tirfed id-Direttiva.

Il-modulu ta’ Talba għall-Postazzjoni tal-Ħaddiema huwa l-modulu ewlieni fl-IMI għall-kooperazzjoni amministrattiva skont id-Direttiva 2014/67/UE u d-Direttiva 96/71/KE. Huwa jappoġġa l-assistenza reċiproka billi jippermetti lil awtorità fi Stat Membru wieħed titlob informazzjoni jew assistenza minn awtorità fi Stat Membru ieħor.

Attwalment, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jfittxu assistenza reċiproka minn Stati Membri oħra jridu jegħlbu piż amministrattiv sinifikanti biex iniedu talba għal informazzjoni fl-IMI. Fil-preżent, l-informazzjoni dwar ppostjar speċifiku li jiskatta talba għal assistenza reċiproka fl-IMI trid tiddaħħal manwalment fl-IMI mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, qabel ma tkun tista’ titnieda t-talba għall-assistenza. Dan għaliex id-dikjarazzjonijiet jaslu fis-sistemi tal-Istati Membri li mhumiex konnessi mal-IMI. Biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u biex jiġu ssimplifikati t-talbiet għal assistenza reċiproka, l-informazzjoni sottomessa fid-dikjarazzjonijiet ta’ ppostjar għandha tkun magħmula disponibbli direttament fl-IMI. Dan huwa l-każ bħalissa għas-settur tat-trasport bit-triq, fejn id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 inkarigat lill-Kummissjoni tiżviluppa interfaċċa pubblika multilingwi, li għaliha l-operaturi għandhom aċċess u li jistgħu jużawha biex jissottomettu u jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-ippostjar u jissottomettu dokumenti rilevanti oħra fl-IMI, kif meħtieġ. L-Istati Membri mbagħad għandhom jiskambjaw data u informazzjoni, jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni amministrattiva u jipprovdu assistenza reċiproka permezz tal-IMI.

L-allinjament tal-proċedura amministrattiva għad-dikjarazzjoni ta’ ħaddiema ppostjati f’setturi oħra, għal każijiet fejn tali obbligu ta’ dikjarazzjoni jkun ġustifikat u proporzjonat, mal-proċedura għall-postazzjoni tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq tnaqqas il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Illum, l-awtoritajiet kompetenti jridu jamministraw u joperaw żewġ sistemi differenti għall-kompiti ta’ monitoraġġ tagħhom, billi jużaw l-IMI għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u s-sistemi ta’ dikjarazzjoni nazzjonali għall-postazzjoni f’setturi oħra. L-allinjament taż-żewġ sistemi jista’ jissimplifika l-użu ta’ bażijiet ta’ data u proċeduri amministrattivi interni għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u b’hekk jipprevedi mekkaniżmu aktar effiċjenti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-konformità mar-regoli applikabbli dwar l-ippostjar.

L-Istati Membri parteċipanti jibbenefikaw mill-iffrankar tal-kostijiet u tal-ħin. Barra minn hekk, l-użu tas-sistema tal-IMI jippermetti lill-Istati Membri jwaqqfu s-sistemi ta’ dikjarazzjoni nazzjonali awtonomi tagħhom jekk jixtiequ jagħmlu dan, u b’hekk jiffrankaw il-kostijiet ta’ tħaddim u manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi. Xi Stati Membri li għadhom ma jużawx soluzzjonijiet diġitali għall-obbligi ta’ dikjarazzjoni tagħhom jistgħu jużaw is-sistema tal-IMI, mingħajr il-ħtieġa li jinvestu ħin u riżorsi fl-iżvilupp ta’ sistema elettronika ta’ dikjarazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri li jżommu l-bażijiet ta’ data nazzjonali tagħhom jibbenefikaw mill-possibbiltà li jikkonnettjawhom mal-interfaċċa pubblika.

Is-sistema tal-IMI tippermetti wkoll il-ġenerazzjoni ta’ statistika, filwaqt li tappoġġa t-tfassil tal-politika nazzjonali u tipprovdi bażi solida għall-ħidma tal-ispettorati tax-xogħol, inkluż għall-analiżi tar-riskju tagħhom.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi hija prinċipju fundamentali tas-suq intern fl-Unjoni Ewropea minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Id-Direttiva 96/71/KE timplimenta dan il-prinċipju fir-rigward tal-postazzjoni tal-ħaddiema bil-għan li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema. L-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE jistabbilixxi sett ewlieni ta’ termini u kundizzjonijiet tal-impjieg definiti b’mod ċar li huwa meħtieġ li jiġu rrispettati mill-fornitur ta’ servizzi fl-Istat Membru li fih iseħħ l-ippostjar biex tiġi żgurata l-protezzjoni minima tal-ħaddiema ppostjati kkonċernati.

Id-Direttiva 2014/67/UE għandha l-għan li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll li tiggarantixxi r-rispett għal livell xieraq ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati għall-forniment transfruntier ta’ servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet ewlenin tal-impjieg li japplikaw fl-Istat Membru fejn is-servizz għandu jiġi pprovdut f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE. F’dan il-kuntest, id-Direttiva 2014/67/UE tistabbilixxi qafas komuni ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa meħtieġa għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli sostantivi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li għandhom jiġu rrispettati fir-rigward ta’ ħaddiema ppostjati, u biex tiġi mmonitorjata l-konformità magħhom, id-Direttiva 2014/67/UE tipprovdi l-possibbiltà lill-Istati Membri li jimponu ċerti rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll fuq il-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi, dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE jippermetti lill-Istati Membri jimponu obbligu fuq fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li jagħmel dikjarazzjoni sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol.

Il-proposta hija konsistenti ma’ dawn id-dispożizzjonijiet peress li ma temendax il-qafas legali għall-postazzjoni tal-ħaddiema, kif stabbilit bid-Direttivi 2014/67/UE u 96/71/KE, u lanqas ma tikkomprometti l-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema li dan jinvolvi. Hija tiffaċilita s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fejn meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) tagħha, u tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u l-monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi fid-Direttiva 2014/67/UE u d-Direttiva 96/71/KE.

Il-proposta tikkomplementa r-regoli dwar l-ippostjar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. Ir-regoli l-ġodda dwar l-ippostjar tax-xufiera fit-trasport bit-triq, kif stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2020/1057, ġew adottati f’Lulju 2021 bħala parti mill-Pakkett dwar il-Mobbiltà u ilhom japplikaw mit-2 ta’ Frar 2022. Il-Kummissjoni qed topera portal multilingwi konness mal-IMI għall-operaturi tat-trasport bit-triq li jridu jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli l-ġodda. Il-portal jippermetti lill-operaturi tat-trasport bit-triq jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni permezz tal-IMI lill-Istat(i) Membru/i fejn se jiġu ppostjati x-xufiera tagħhom. Il-proposta tirrifletti l-proċedura amministrattiva għad-dikjarazzjoni ta’ ħaddiema ppostjati f’setturi oħra bil-proċedura għall-postazzjoni tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkontribwixxi għal tnejn mill-prijoritajiet ta’ din il-Kummissjoni, b’mod partikolari l-ħolqien ta’ “suq intern aktar profond u aktar ġust” u li tingħata spinta lill-“impjiegi, it-tkabbir u l-investiment” permezz tas-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju u r-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar.

Il-proposta tikkomplementa l-isforzi tat-Taskforce għall-Infurzar fis-Suq Uniku (“SMET”, Single Market Enforcement Taskforc) biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-postazzjoni tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jaħdmu flimkien fis-SMET biex jiffaċilitaw ir-rekwiżiti amministrattivi dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema inkluż fir-rigward tal-obbligi ta’ dikjarazzjoni. Se jiġu kkunsidrati l-aħjar prattiki identifikati fis-SMET meta tiġi żviluppata l-interfaċċa pubblika.

F’Ottubru 2023, il-Kunsill Ewropew appella lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha biex javvanzaw il-ħidma sabiex tiġi ssimplifikata r-regolamentazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv bla bżonn 11 . F’April tal-2024, stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv u ta’ konformità fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet nazzjonali bħala parti minn qafas regolatorju aħjar u aktar intelliġenti 12 .

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 dwar l-indirizzar ta’ ostakli nontariffarji u mhux fiskali fis-suq uniku 13 , il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi formola diġitali għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema, li tistabbilixxi formola diġitali sempliċi, faċli għall-utent u interoperabbli li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kumpaniji Ewropej u b’mod partikolari l-SMEs.

Barra minn hekk, il-proposta twieġeb għall-objettiv tal-Att dwar Ewropa Interoperabbli, li għandu l-għan li jsaħħaħ l-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni transfruntiera fis-settur pubbliku madwar l-UE. Biex jipprovdu għall-interoperabbiltà transfruntiera, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tal-interfaċċa pubblika huma soġġetti għal valutazzjoni tal-interoperabbiltà u jikkunsidraw l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet komuni ta’ interoperabbiltà.

Fl-aħħar nett, l-inizjattiva u l-implimentazzjoni tal-formola diġitali għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema fl-UE hija konformi mal-iżviluppi li għaddejjin dwar qafas għall-Identità Diġitali Ewropea u l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali 14 . Il-fornituri tas-servizzi jistgħu pereżempju jużaw il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, ladarba tkun disponibbli, bħala wieħed mill-mezzi biex jidentifikaw lilhom infushom, u l-ħaddiema ppostjati jistgħu jirċievu kopja ta’ dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema fil-kartiera tagħhom.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-bażi legali għall-proposta, kif inhu l-każ għar-Regolament tal-IMI, hija l-Artikolu 114 tat-TFUE. Il-proposta għandha l-għan li tappoġġa l-funzjonament tas-suq intern (l-Artikolu 26 tat-TFUE). Għalkemm l-Istati Membri ma humiex meħtieġa jipprevedu l-użu tal-interfaċċa pubblika stabbilita mill-proposta, l-adozzjoni mill-Istati Membri prevista se tiffavorixxi approssimazzjoni tal-proċedura u tar-rekwiżiti għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema fl-Istati Membri parteċipanti. Barra minn hekk, meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw l-interfaċċa pubblika, se jkunu meħtieġa jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni tal-postazzjoni billi jużaw dik l-interfaċċa komuni. L-interfaċċa pubblika bħala l-portal uniku għad-dikjarazzjonijiet u l-formola standard jistabbilixxu kundizzjonijiet simili għad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fl-Istati Membri li jagħżlu li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ interfaċċa pubblika elettronika multilingwi konnessa mal-IMI biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema fi Stati Membri parteċipanti, filwaqt li jiffaċilita wkoll l-applikazzjoni u l-infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni.

•Proporzjonalità

L-objettiv tal-proposta huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tnaqqas l-ostakli amministrattivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tiffaċilita l-monitoraġġ effettiv mill-Istati Membri tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE mmirata biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati, u tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva relatata bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.

L-azzjoni proposta hija mod xieraq biex jinkiseb l-objettiv. L-istabbiliment ta’ proċeduri simili għad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fl-Istati Membri li jagħżlu li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika jnaqqas il-piż amministrattiv, jiffaċilita l-monitoraġġ effettiv u jappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva relatata. Filwaqt li l-interfaċċa pubblika hija għall-użu volontarju mill-Istati Membri, l-objettiv tagħha għandu jinkiseb permezz tal-adozzjoni mill-Istati Membri prevista, u b’hekk jintwera li l-kisba tal-benefiċċji tas-suq uniku hija responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

Fl-istess ħin, minħabba n-natura volontarja tagħha, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv u ma taffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tal-postazzjoni tal-ħaddiema. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi jużaw din l-interfaċċa biex jagħmlu dikjarazzjoni sempliċi tal-ħaddiema ppostjati lill-awtoritajiet kompetenti.

Peress li l-proposta tirrifletti l-proċedura amministrattiva u teknika li diġà hija stabbilita għall-ippostjar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, il-kostijiet finanzjarji u amministrattivi għall-Unjoni huma limitati u proporzjonati għall-objettiv tal-inizjattiva.

•Għażla tal-istrument

Il-proposta tinkludi emenda għall-Anness tar-Regolament tal-IMI. L-istrument l-aktar xieraq huwa għalhekk Regolament. Is-sottomissjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni fl-interfaċċa pubblika mill-Kummissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ kooperazzjoni amministrattiva effettiva u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri jridu jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandhom jiġu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fir-rapport ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/67/UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm xi oqsma li nġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni minn partijiet ikkonċernati differenti fejn jista’ jkun meħtieġ titjib. Dawn jinkludu s-simplifikazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll amministrattiv billi, pereżempju, tiġi introdotta sistema unika ta’ dikjarazzjoni fl-UE kollha.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija ta’ formola komuni, f’format elettroniku, għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema.

Il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti kkontribwew għall-proċess ta’ konsultazzjoni: l-awtoritajiet nazzjonali, il-korpi tal-infurzar, l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi. B’mod partikolari, ġew ikkonsultati l-imsieħba soċjali Ewropej. Intużaw varjetà ta’ metodi u għodod ta’ konsultazzjoni miftuħa u mmirati fil-kuntest ta’ studju estern, bl-għan, fost l-oħrajn: li jidentifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, il-format, l-istruttura u l-għażliet ta’ implimentazzjoni potenzjali għad-Dikjarazzjoni elettronika u l-konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-kunċett (jiġifieri l-kamp ta’ applikazzjoni, il-format u l-istruttura) u l-għażliet ta’ implimentazzjoni:

–webinar f’kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA, European Labour Authority) fis-17 ta’ Frar 2022 biex jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lis-sħab soċjali dwar il-proġett u biex jiġbor il-feedback tagħhom;

–laqgħat u intervisti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri interessati u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti bejn Frar u April 2022;

–sessjoni ta’ ħidma dwar l-esperjenza tal-utenti fis-27 ta’ April 2022 mal-fornituri ta’ servizzi identifikati mis-sħab soċjali biex tinġabar informazzjoni dwar l-esperjenza amministrattiva fl-ippostjar tal-ħaddiema;

–sessjoni ta’ ħidma teknika mar-rappreżentanti rilevanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-28 ta’ April 2022 biex jiġu diskussi l-għażliet ta’ implimentazzjoni;

–laqgħat mas-sħab soċjali fit-30 ta’ Novembru 2021, fit-8 ta’ Diċembru 2021, fit-8 ta’ Frar 2022, fit-2 ta’ Ġunju 2022 u fil-11 ta’ Mejju 2023;

–stħarriġ tekniku għall-Istati Membri bejn id-9 ta’ Ġunju u s-6 ta’ Lulju 2022

–seduta ta’ smigħ online tas-sħab soċjali fid-29 ta’ April 2024 iddedikata għad-Dikjarazzjoni elettronika għall-postazzjoni tal-ħaddiema.

Il-proġett ta’ Dikjarazzjoni elettronika tal-postazzjoni tal-ħaddiema ġie diskuss ukoll mal-Istati Membri u s-sħab soċjali fil-Forum tal-ELA għall-Postazzjoni tal-Ħaddiema fit-13 ta’ Marzu 2023 u fl-11 ta’ April 2024.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Din il-proposta ġiet identifikata wara proċess ta’ skrutinju intern tal-obbligi ta’ rappurtar eżistenti u bbażata fuq l-esperjenza mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata. Peress li dan huwa pass fil-proċess ta’ valutazzjoni kontinwa tar-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE, l-iskrutinju ta’ tali piżijiet u tal-impatt tagħhom fuq il-partijiet ikkonċernati se jibqa’ għaddej.

Il-Kummissjoni rċeviet kontribut mill-grupp ta’ esperti dwar formola elettronika komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema, li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni konġunti ta’ formola elettronika komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema. Il-ħidma tal-grupp titwettaq b’rispett sħiħ tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE.

•Valutazzjoni tal-impatt – tnaqqis tal-piżijiet

Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt (IA, impact assessment) għal din l-inizjattiva mmirata. Madankollu, il-Kummissjoni wettqet analiżi biex tkejjel il-livell eżistenti tal-piż amministrattiv assoċjat mad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema ppostjati fis-27 Stat Membru tal-UE, li rriżulta fi mmudellar dettaljat tal-kost tal-proċeduri differenti ta’ dikjarazzjoni. L-analiżi, li tinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah, ħarset ukoll lejn l-iffrankar potenzjali f’termini ta’ ħin u riżorsi li jirriżulta mill-introduzzjoni ta’ formola standard għad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema li għandhom jiġu ppostjati skont għażliet ta’ implimentazzjoni differenti, inkluża interfaċċa elettronika multilingwi konnessa mal-IMI, filwaqt li jitqiesu gradi differenti ta’ parteċipazzjoni mill-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, l-analiżi tissuġġerixxi li l-impatt ta’ sistema komuni għad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema ppostjati huwa influwenzat mit-tfassil tas-sistema komuni u mill-volum tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni li se jkunu koperti mis-sistema l-ġdida.

It-tnaqqis medju fil-ħin meħtieġ biex timtela dikjarazzjoni tal-postazzjoni bl-użu tal-formola standard huwa stmat għal madwar 73 % meta mqabbel mal-ħin medju meħtieġ bħalissa fl-UE. It-tnaqqis tal-piż ivarja skont l-użu tal-formola standard mill-Istati Membri.

It-tnaqqis medju tal-piż (il-kost totali) għall-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema fit-territorju tagħhom huwa stmat għal 58 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali, bil-parteċipazzjoni tal-grupp inizjali ta’ disa’ Stati Membri li sa issa indikaw ir-rieda tagħhom. F’każ li s-27 Stat Membru jiddeċiedu li jingħaqdu ma’ din l-inizjattiva, it-tnaqqis tal-piż fil-livell tal-UE jkompli jiżdied għal 81 % meta mqabbel max-xenarju bażi attwali.

Il-proposta tikkonċerna bidliet limitati u mmirati fil-prattika amministrattiva eżistenti, għall-Istati Membri li volontarjament jagħżluha, u fil-leġiżlazzjoni eżistenti, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”). L-objettiv tal-proposta huwa li tipprevedi interfaċċa pubblika elettronika multilingwi konnessa mal-IMI għad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema ppostjati, kif diġà sar fis-settur tat-trasport bit-triq, għal setturi ekonomiċi oħra, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE, li jibqgħu l-istess.

Il-bidliet proposti ma għandhomx impatt fuq il-politika tal-UE, iżda jipprovdu biss raġunijiet għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni teknika volontarja (interfaċċa pubblika) għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħaddiema ppostjati, bl-użu ta’ formola standard, u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ data bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali. L-iskambji u l-evidenza miġbura mill-grupp ta’ esperti dwar formola elettronika komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema kkontribwew għall-abbozzar ta’ din il-proposta. Il-proposta se tiffaċilita t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għan-negozji billi żżid l-aċċessibbiltà u l-iskambju ta’ data dwar il-ħaddiema ppostjati.

Bħala konklużjoni, ma kienx hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt peress li l-emenda hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni, hija limitata u tipprovdi emendi tekniċi għal-leġiżlazzjoni eżistenti.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din hija proposta REFIT, li għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji tal-Istati Membri.

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-postazzjoni tal-ħaddiema jikkonċernaw għadd kbir ta’ kumpaniji. Id-data tal-2022 mill-għodod ta’ dikjarazzjoni preċedenti, l-aktar data reċenti disponibbli, tissuġġerixxi li kien hemm madwar 1,9 miljun ħaddiem ippostjat, 2,3 miljun dikjarazzjoni tal-postazzjoni u 4,7 miljun każ ta’ postazzjoni fl-UE. Meta wieħed iħares lejn l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ każijiet ta’ ppostjar u ħaddiema ppostjati minbarra dawk fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li issa għalih iridu jsiru dikjarazzjonijiet permezz ta’ portal ċentrali tal-UE għall-operaturi tat-trasport bit-triq, id-data disponibbli tissuġġerixxi żieda ta’ 14 % fir-rigward tal-għadd ta’ każijiet ta’ ppostjar iddikjarati bejn l-2021 u l-2022 15 .

Is-27 Stat Membru kollha stabbilew għodda ta’ dikjarazzjoni minn qabel għall-fornituri ta’ servizzi li jippostjaw ħaddiema fi Stat Membru ieħor. Madankollu, is-sistemi tal-Istati Membri jvarjaw fid-disinn u fir-rekwiżiti u ma humiex interkonnessi. Għalhekk, il-konformità mal-proċeduri ta’ dikjarazzjoni amministrattiva meħtieġa tinvolvi piżijiet amministrattivi konsiderevoli għall-kumpaniji tal-postazzjoni. Iż-żieda li tirriżulta fil-kostijiet tat-tranżazzjonijiet tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, timpedixxi jew tirrestrinġi b’mod sinifikanti l-forniment transfruntier ta’ servizzi — speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs, small and medium-sized enterprises).

Stħarriġ tan-negozju dwar l-istat tas-suq uniku li sar fl-2024 sab li 46,1 % ta’ aktar minn 1000 kumpanija mistħarrġa kienu jemmnu li l-problemi/l-inċertezzi fl-ippostjar temporanju tal-ħaddiema f’pajjiż ieħor kienu sinifikanti 16 . L-isforz meħtieġ biex jiġi rreġistrat ppostjar stmat ivarja minn 21 minuta fl-Estonja u fis-Slovakkja għal 87 minuta fil-Greċja. Għall-Italja, il-ħin meħtieġ huwa ta’ 61 minuta. Fi studju reċenti dwar l-influwenza tal-piżijiet amministrattivi fuq l-ippostjar transfruntier tal-impjegati mill-SMEs fir-reġjuni tal-fruntiera, ir-rispondenti kollha identifikaw in-nuqqas ta’ razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali ta’ ppostjar fl-UE bħala wieħed mill-akbar piżijiet 17 .

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jaqdu rwol ewlieni fl-iżgurar tal-infurzar korrett u ta’ monitoraġġ xieraq tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ rapportar jistgħu jimponu wkoll piżijiet sproporzjonati fuq il-partijiet ikkonċernati, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-SMEs u lill-mikrokumpaniji. L-akkumulazzjoni tagħhom maż-żmien tista’ tirriżulta f’obbligi żejda jew duplikati, jew metodi inadegwati ta’ ġbir.

Is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huma għaldaqstant prijorità tal-Kummissjoni. Il-proposta se tirrazzjonalizza l-obbligi ta’ rapportar permezz ta’ taħlita ta’ miżuri:

–Il-konsolidazzjoni tar-rapportar attwalment imwettaq f’sistemi differenti u b’rekwiżiti li jvarjaw;

–Id-diġitalizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-informazzjoni.

•Drittijiet fundamentali

Ir-Regolament propost jikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali. L-ipproċessar ta’ data personali jeħtieġ li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b’mod partikolari d-drittijiet għall-protezzjoni ta’ data personali fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta tqis dawn ir-rekwiżiti legali bis-sħiħ.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji limitati għall-Kummissjoni. Meta jitqies perjodu inizjali ta’ ħames snin ta’ implimentazzjoni u manutenzjoni sħaħ tal-interfaċċa pubblika, l-implikazzjonijiet baġitarji jirriżultaw prinċipalment mix-xogħol li ġej:

–L-iżvilupp tas-soluzzjoni, EUR 1,3 miljun;

–Il-manutenzjoni tas-soluzzjoni, EUR 0,7 miljun,

–Appoġġ, EUR 0,7 miljun,

–Taħriġ, EUR 0,2 miljun,

–Infrastruttura, EUR 0,1 miljun;

Li jammontaw għal madwar EUR 3 miljun għal 5 snin. Il-kostijiet operazzjonali wara l-implimentazzjoni sħiħa huma stmati għal EUR 0,5 miljun fis-sena.

F’termini ta’ ħtiġijiet ta’ persunal, l-implimentazzjoni sħiħa tal-interfaċċa pubblika se teħtieġ 1,5 pożizzjoni ekwivalenti għall-full-time, il-manutenzjoni kostanti 0,5 pożizzjoni ekwivalenti għall-full-time.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

mhux applikabbli

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

mhux applikabbli

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 — Interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

L-Artikolu jipprevedi l-istabbiliment ta’ interfaċċa pubblika multilingwi konnessa mal-IMI għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema (“l-interfaċċa pubblika”).

L-għan ewlieni tal-interfaċċa pubblika hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u n-negozji tal-Istati Membri billi jiġu approssimati l-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali, u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-monitoraġġ tal-konformità ma’ ċerti rekwiżiti amministrattivi applikabbli għall-postazzjoni tal-ħaddiema permezz tal-IMI.

L-interfaċċa pubblika tippermetti lill-fornituri tas-servizzi jikkonformaw ma’ obbligi ġustifikati u proporzjonati li jiddikjaraw il-postazzjoni tal-ħaddiema, f’konformità mal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2014/67/UE, meta l-Istati Membri jagħżlu li jagħmlu użu minn din l-interfaċċa pubblika.

Artikolu 2 – Funzjonalitajiet tal-interfaċċa pubblika

L-Artikolu jelenka l-funzjonalitajiet ewlenin tal-interfaċċa pubblika.

Artikolu 3 – Użu tal-interfaċċa pubblika

L-Artikolu jistabbilixxi l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika.

Artikolu 4 – Formola standard

L-Artikolu jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-informazzjoni rilevanti li tinsab fil-formola standard li l-fornituri ta’ servizzi se jużaw biex jissottomettu dikjarazzjoni tal-postazzjoni permezz tal-interfaċċa pubblika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dan jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-formola standard u tipprovdi proċedura għal emendi possibbli għall-formola standard.

Artikolu 5 – Proċessar u żamma ta’ data personali

L-Artikolu jiddefinixxi l-iskop tal-ipproċessar ta’ data personali kif ukoll il-kategoriji tad-data u s-suġġetti tad-data. Barra minn hekk, jiċċara r-responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta’ data personali sottomessa permezz tal-interfaċċa pubblika.

Artikolu 6 – Proċessar tal-informazzjoni sottomessa permezz tal-IMI

L-Artikolu jistabilixxi kif għandha tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u biex jiġu ssimplifikati t-talbiet għal assistenza reċiproka, l-informazzjoni sottomessa fid-dikjarazzjonijiet ta’ ppostjar għandha tkun magħmula disponibbli direttament fl-IMI għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.

Artikolu 7 – Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

L-Artikolu jelenka l-atti tal-Unjoni li jinkludu l-użu tal-IMI għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-IMI, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-IMI.

Artikolu 8 – Proċedura ta’ kumitat

L-Artikolu jiddefinixxi l-Proċedura ta’ kumitat li għandha tiġi segwita għall-istabbiliment tal-formola standard.

Artikolu 9 – Evalwazzjoni

L-Artikolu jagħti struzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tevalwa r-Regolament ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u biex tirrapporta dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu kif ukoll dwar il-kisba tal-objettivi tiegħu.

2024/0301 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”, Internal Market Information), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , għandha tintuża kemm jista’ jkun għall-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka, inkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri previsti fid-Direttivi 2014/67/UE 20 u 96/71/KE 21 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi. F’konformità mad-Direttiva 2014/67/UE, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, l-Istati Membri għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib u jipprovdu lil xulxin b’assistenza reċiproka mingħajr dewmien żejjed sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar fil-prattika ta’ dik id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE.

(2)Id-Direttiva 2014/67/UE għandha l-għan li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll li tiggarantixxi r-rispett għal livell xieraq ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati għall-forniment transfruntier ta’ servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li japplikaw fl-Istat Membru fejn is-servizz għandu jiġi pprovdut f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE. Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva u fid-Direttiva 96/71/KE u dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Meta dan ikun il-każ, l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE jippermetti lill-Istati Membri jimponu obbligu fuq fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li jagħmel dikjarazzjoni sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol. Tibqa’ r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu, fil-limiti tal-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità, f’liema każijiet jitolbu dikjarazzjoni tal-postazzjoni u liema informazzjoni jrid ikun fiha din id-dikjarazzjoni.

(3)L-Istati Membri kollha użaw il-possibbiltà li jimponu obbligu ta’ dikjarazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi li jippostjaw il-ħaddiema fl-Istat Membru tagħhom, b’sistemi nazzjonali li jvarjaw b’mod sinifikanti fid-disinn, fir-rekwiżiti u fil-funzjonalità. Il-konformità ma’ dawn is-sistemi diverġenti toħloq piż amministrattiv konsiderevoli għall-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw b’mod konsistenti li d-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema tikkostitwixxi obbligu ta’ rapportar sinifikanti u hija fost l-aktar ostakli amministrattivi importanti għall-forniment transfruntier ta’ servizzi fis-suq intern.

(4)Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jaqdu rwol ewlieni biex jiġu żgurati l-monitoraġġ xieraq u l-infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop li għalih kienu maħsuba, u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv. L-obbligi u r-rekwiżiti ta’ rapportar fis-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/67/UE jenħtieġ għalhekk li jiġu ssimplifikati, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” 22 , sabiex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra u li jistazzjonaw il-ħaddiema fl-Istati Membri ospitanti kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(5)It-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti irid jakkumpanja r-rispett għal kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati u l-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema ppostjati. L-iffaċilitar ta’ monitoraġġ effettiv tal-konformità mill-Istati Membri u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka jtejbu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema.

(6)F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jistgħu jiġu pprovduti mezzi tekniċi biex l-atturi esterni jkunu jistgħu jinteraġixxu mal-IMI. Tali interazzjoni għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ interfaċċa pubblika elettronika multilingwi konnessa mal-IMI (“l-interfaċċa pubblika”) li permezz tagħha l-fornituri ta’ servizzi għandhom jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni lill-Istati Membri li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika (“Stati Membri parteċipanti”). Dawn l-Istati Membri għandhom imbagħad, jekk ikun meħtieġ, jużaw l-informazzjoni li jirċievu permezz tal-IMI biex jagħmlu talbiet motivati fil-moduli tal-postazzjoni tal-IMI f’konformità mal-obbligu li jipprovdu kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka msemmija fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE.

(7)Is-simplifikazzjoni tal-proċess li jintbagħtu u jiġu aġġornati d-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni li jirriżultaw mill-ħolqien ta’ tali interfaċċa pubblika għandha tnaqqas l-ostakli amministrattivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, inkluż għad-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor bil-ħaddiema tagħhom stess.

(8)Is-simplifikazzjoni tal-proċess li permezz tiegħu jintbagħtu u jiġu aġġornati d-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni għandha tiffaċilita l-applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE kif ukoll l-infurzar tagħha fil-prattika, filwaqt li jitnaqqsu l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-ippostjar minħabba l-proċeduri differenti għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni. Dan se jiffaċilita t-twettiq ta’ spezzjonijiet effettivi u adegwati mill-Istati Membri, filwaqt li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati.

(9)Is-simplifikazzjoni tal-proċess li permezz tiegħu jintbagħtu u jiġu aġġornati d-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni għandha tnaqqas il-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jfittxu assistenza reċiproka minn Stati Membri oħra. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli jkunu jistgħu jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin mingħajr dewmien żejjed u biex jiġu ssimplifikati t-talbiet għal assistenza reċiproka, l-informazzjoni sottomessa fid-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli direttament fl-IMI, u b’hekk tiffaċilita l-applikazzjoni fil-prattika tad-Direttiva 2014/67/UE u tad-Direttiva 96/71/KE u tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva relatata bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(10)Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi interfaċċa pubblika għall-użu volontarju mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi jużaw l-interfaċċa pubblika elettronika biex jagħmlu dikjarazzjoni tal-postazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli tagħhom, sabiex jikkonformaw mal-obbligi ġustifikati u proporzjonati imposti minn dawn l-Istati Membri biex jiddikjaraw il-postazzjoni tal-ħaddiema. Din l-interfaċċa pubblika għandha tappoġġa lill-Istati Membri fil-kompitu tagħhom li jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet relatati mal-postazzjoni tal-ħaddiema jkunu jistgħu jitlestew b’mod faċli għall-utent mill-impriżi, mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, filwaqt li jiffaċilitaw is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fejn meħtieġ.

(11)Għandhom jintużaw soluzzjonijiet interoperabbli u riutilizzabbli, bħal dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali 23 , peress li jistgħu jiffaċilitaw kif il-fornituri tas-servizzi jidentifikaw lilhom infushom. Ladarba jkunu disponibbli, il-ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jirċievu notifiki dwar id-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni li jikkonċernawhom permezz tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali 24 .

(12)L-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI hija mezz tekniku magħmul disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea għall-użu volontarju mill-Istati Membri. Qabel ma l-fornituri ta’ servizzi jintalbu jiddikjaraw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ dik l-interfaċċa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali rekwiżit ikun previst fil-liġi nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat użu bla xkiel tal-interfaċċa pubblika, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-interess tagħhom li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika elettronika multilingwi, fi kwalunkwe ħin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(13)Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità li għaliha l-Unjoni u l-Istati Membri kollha huma partijiet, għandha tiżgura l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità tal-interfaċċa pubblika u l-kontenut tagħha filwaqt li tqis sa fejn rilevanti r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà kif stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 25 .

(14)Il-fornituri ta’ servizzi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni tal-postazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru parteċipanti li fih jiġi ippostjat ħaddiem, jiġifieri l-Istat Membru ospitanti, bl-użu ta’ formola standard multilingwi ta’ dik l-interfaċċa pubblika.

(15)Il-Kummissjoni rċeviet kontribut mill-grupp ta’ esperti dwar formola elettronika komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema dwar ir-rekwiżiti u s-sistemi ta’ dikjarazzjoni nazzjonali kif ukoll dwar l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol. Il-Kummissjoni rċeviet parir mill-grupp ta’ esperti dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li tqis xieraq li jiġu inklużi f’forma komuni għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema. Filwaqt li jitqies dan il-parir u sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, il-formola standard użata mill-interfaċċa pubblika elettronika għandha tikkonsisti f’informazzjoni relatata mal-fornitur tas-servizz, il-ħaddiem ippostjat, l-assenjazzjoni tal-postazzjoni, il-persuna ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti u r-riċevitur tas-servizz. Il-formola standard għandha tkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti elementi li jinsabu fil-formola standard, li ma jqisuhomx rilevanti fid-dawl tal-kuntest nazzjonali tagħhom u tal-mod kif jorganizzaw il-kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, ma humiex meħtieġa mill-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema fit-territorju tagħhom li jimlew il-formola fuq l-interfaċċa pubblika elettronika.

(16)Fir-rigward tal-istabbiliment tal-formola standard, u l-bidliet sussegwenti għaliha, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . L-Istati Membri li jħossu li ċerta informazzjoni għanha tiżdied jew titneħħa mill-formola standard, jew li l-formola standard għandha tiġi modifikata mod ieħor, għandhom jitħallew jitolbu lill-Kummissjoni temenda l-formola standard kif xieraq.

(17)L-użu tal-interfaċċa pubblika, bil-formola standard tagħha, li tikkonsisti f’sett komuni u eżawrjenti ta’ informazzjoni rilevanti li tista’ tkun meħtieġa għal kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, se jnaqqas id-diverġenzi fir-regoli u r-regolamenti applikabbli tal-Istati Membri. Għandu jkun biżżejjed għall-fornituri ta’ servizzi li jikkonformaw mal-obbligi tad-dikjarazzjoni fl-Istati Membri li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika. M’għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit ta’ informazzjonia jkun hemm l-ebda rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali impost fil-livell nazzjonali f’dawn l-Istati Membri. L-istabbiliment tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI bil-formola standard tagħha u t-tqegħid ta’ din l-interfaċċa għad-dispożizzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma strumentali u anċillari għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li jiġi jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern.

(18)L-istabbiliment ta’ interfaċċa pubblika jipprovdi qafas simplifikat għad-dikjarazzjonijiet ta’ ppostjar li joffri inċentivi sinifikanti biex jipparteċipaw l-Istati Membri. Hija tallinja mal-interess proprju tal-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva, fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema. Meta l-interfaċċa pubblika tiġi stabbilita u turi l-utilità u l-benefiċċji tagħha, l-Istati Membri kollha għandhom jikkunsidraw li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika. Aktar ma l-Istati Membri jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika, aktar ikun għoli t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-fornituri tas-servizzi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u aktar ma jkun kbir l-ambitu għal kooperazzjoni amministrattiva effettiva għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema.

(19)Sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fattwali fuq il-post tax-xogħol, l-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta fid-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema tista’ tinkludi, fost ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-kuntest tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE, ċerta data personali. L-ipproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbilit fir-Regolamenti (UE) 2016/679 27 u (UE) 2018/1725 28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sabiex tiġi ċċarata r-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data personali sottomessa permezz tal-interfaċċa pubblika, dan ir-Regolament għandu jindika min għandu jitqies bħala l-kontrollur tad-data personali. Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali tal-awtoritajiet kompetenti fl-IMI.

(20)L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni għandha tinżamm fl-interfaċċa pubblika għall-fini li terġa’ tintuża f’dikjarazzjonijiet ta’ ppostjar sussegwenti għal perjodu massimu ta’ 36 xahar wara d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ ppostjar.

(21)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-5 ta’ Settembru 2024.

(22)Meta s-sħab soċjali jkollhom rwol fil-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli dwar l-ippostjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jipprovdu lis-sħab soċjali nazzjonali bl-informazzjoni rilevanti li tkun ġiet kondiviża permezz tal-IMI, għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar l-ippostjar filwaqt li jiġi rrispettat ir-Regolament (UE) 2016/679. L-informazzjoni rilevanti għandha tiġi pprovduta lill-imsieħba soċjali permezz ta’ mezzi oħra għajr l-IMI.

(23)L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (“ELA”, European Labour Authority) għandha tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-użu tal-interfaċċa pubblika f’konformità mal-mandat tagħha skont ir-Regolament (UE) 2019/1149 29 .

(24)Dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u d-Direttiva 96/71/KE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

1.Sabiex tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tnaqqas l-ostakli amministrattivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li tiffaċilita l-monitoraġġ effettiv mill-Istati Membri tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE mmirata biex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati, u tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva relatata bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi interfaċċa pubblika multilingwi konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema (“l-interfaċċa pubblika”).

2.L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu minn din l-interfaċċa pubblika.

3.Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi li l-fornituri ta’ servizzi jiddikjaraw il-postazzjoni tal-ħaddiema, f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/67/UE, billi jissottomettu dikjarazzjoni bbażata fuq formola standard multilingwi permezz tal-interfaċċa pubblika. Meta Stat Membru jipprevedi l-użu tal-interfaċċa pubblika, dik id-dikjarazzjoni għandha tissostitwixxi kwalunkwe waħda preeżistenti meħtieġa skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 2
Funzjonalitajiet tal-interfaċċa pubblika

1.L-interfaċċa pubblika għandha tipprovdi funzjonalità biex:

(a)jinħoloq kont għal aċċess sigur għaż-żona riżervata tal-fornitur tas-servizzi;

(b)jiġi żgurat illoggjar xieraq tal-attività tal-utent;

(c)jinħolqu, jiġu sottomessi u jiġu ġestiti d-dikjarazzjonijiet tal-ħaddiema ppostjati;

(d)tiġi trażmessa kopja tad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni lill-ħaddiem ippostjat;

(e)l-informazzjoni sottomessa fl-IMI titqiegħed għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli tal-Istat Membru ospitanti għall-kooperazzjoni amministrattiva skont il-punti 6 u 7 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

(f)jiġi permess li awtorità nazzjonali waħda jew aktar tal-Istat Membru ospitanti li jkunu awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/67/UE, jirċievu wkoll dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni direttament fis-sistema back-end nazzjonali fuq talba ta’ dak l-Istat Membru.

2.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-interfaċċa pubblika.

3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità tal-interfaċċa pubblika u l-kontenut tagħha.

Artikolu 3
Użu tal-interfaċċa pubblika mill-Istati Membri

1.Stat Membru li jagħżel li jagħmel użu mill-interfaċċa pubblika għandu jinforma lill-Kummissjoni 6 xhur qabel id-data minn meta jkun beħsiebu juża l-interfaċċa pubblika. 

2.Stat Membru li jagħżel li jagħmel użu mill-interfaċċa pubblika għandu jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jippermetti l-użu tal-interfaċċa pubblika mill-fornituri ta’ servizzi li jistazzjonaw il-ħaddiema f’dak l-Istat Membru u biex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-interfaċċa pubblika u tal-formola standard tad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema fi żmien debitu qabel tali użu.

3.L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika ma għandhom jimponu l-ebda dikjarazzjoni jew rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-fornituri ta’ servizzi li jissottomettu d-dikjarazzjoni tal-postazzjoni permezz tal-interfaċċa pubblika.

4.Il-lista tal-Istati Membri li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni fuq l-interfaċċa pubblika.

5.Stat Membru jista’ ma jkomplix jagħmel użu mill-interfaċċa pubblika. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sitt xhur qabel id-data tat-tmiem maħsuba għall-użu tal-interfaċċa pubblika.

Artikolu 4
Formola standard

1.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-formola standard għandha tikkonsisti f’informazzjoni relatata ma’:

(a)il-fornitur ta’ servizzi;

(b)il-ħaddiem ippostjat;

(c)l-assenjazzjoni tal-postazzjoni;

(d)il-persuna ta’ kuntatt li għandha tikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti;

(e)il-benefiċjarju tas-servizz.

2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formola standard imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).

3.Stat Membru li jagħżel li jagħmel użu mill-interfaċċa pubblika jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx l-informazzjoni kollha li tinsab fil-formola standard u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

4.L-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni suġġerimenti għal emenda/i għall-formola standard. Il-Kummissjoni għandha teżamina tali suġġerimenti bil-ħsieb li temenda, fejn xieraq, il-formola standard.

5.Il-Kummissjoni tista’, abbażi ta’ suġġeriment minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipproponi emenda tal-formola standard, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5
Proċessar u żamma ta’ data personali

1.Għall-fini li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, id-data personali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tista’ tiġi pproċessata mill-interfaċċa pubblika.

2.Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur f’konformità mal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta’:

(a)L-iżgurar tas-sigurtà u d-disponibbiltà tal-interfaċċa pubblika;

(b)L-ipproċessar tal-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema,

3.Il-fornitur ta’ servizzi għandu jitqies bħala kontrollur f’konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-ipproċessar:

(a)l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur ta’ servizzi;

(b)l-identità ta’ ħaddiem ippostjat;

(c)l-indirizz elettroniku ta’ notifika, bħal indirizz tal-posta, ta’ ħaddiem ippostjat biex il-ħaddiem ippostjat jiġi infurmat li ġiet ippreżentata dikjarazzjoni għal dak il-ħaddiem;

(d)l-indirizz tal-post tax-xogħol tal-ħaddiem ippostjat;

(e)l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ta’ kuntatt tal-fornitur ta’ servizzi.

4.Meta Stat Membru jirċievi dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni addizzjonali permezz tal-interfaċċa pubblika fis-sistema back-end nazzjonali tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha titqies bħala kontrollur f’konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tinsab f’dawn id-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni.

5.L-interfaċċa pubblika għandha tiżgura t-tħassir awtomatiku tal-informazzjoni relatata ma’ ppostjar li tkun ġiet sottomessa permezz ta’ dik l-interfaċċa pubblika 36 xahar wara d-data tat-tmiem tal-perjodu tal-postazzjoni.

6.L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti t-tħassir tad-data personali kollha maħżuna hemmhekk u fil-kontijiet tal-fornituri ta’ servizzi meta dik id-data ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabret u ġiet ipproċessata.

7. L-interfaċċa pubblika għandha tippermetti li tintbagħat tfakkira lill-fornitur ta’ servizzi biex jirrieżamina u jħassar, meta jkun meħtieġ, kwalunkwe data personali f’konformità mal-paragrafu 6.

8.Stat Membru jista’ jippermetti lill-awtorità nazzjonali kompetenti tipprovdi lis-sħab soċjali nazzjonali b’mezzi oħra minbarra l-IMI l-informazzjoni rilevanti disponibbli fl-IMI sa fejn ikun meħtieġ u esklużivament għall-fini ta’ verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-ippostjar u f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, dment li l-informazzjoni tkun relatata ma’ ppostjar fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6
Proċessar ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-IMI 

L-informazzjoni sottomessa permezz tal-interfaċċa pubblika għandha tkun magħmula disponibbli fl-IMI għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli tal-Istat Membru ospitanti biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.

Artikolu 7
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, jiżdied il-punt (17) il-ġdid li ġej:

“17. Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.”

Artikolu 8
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9
Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. B’mod partikolari r-rapport għandu jeżamina sa liema punt dan ir-Regolament irnexxielu jnaqqas l-ostakli amministrattivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jiffaċilita l-monitoraġġ effettiv mill-Istati Membri tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE mmirata biex jiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema ppostjati u jappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva relatata bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.

Artikolu 10
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 3 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Suq Intern, Moviment liberu tas-servizzi, Kompetittività, SME, Impjiegi, Protezzjoni Soċjali

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 30  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-estensjoni tal-użu b’suċċess ta’ interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI għall-fini tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq għal setturi ekonomiċi oħra

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

–Li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema, billi jitnaqqsu l-kostijiet medji ta’ konformità għall-kumpaniji li jistazzjonaw ħaddiema fi Stati Membri li b’mod volontarju qed jużaw l-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI b’mill-inqas 50 % sa tmiem l-2026.

–Li tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri li jirrikjedu dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tal-ħaddiema, billi tippermetti s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tal-ħaddiema lill-Istati Membri parteċipanti permezz tal-interfaċċa pubblika u l-importazzjoni awtomatizzata ta’ data amministrattiva dwar il-ħaddiema ppostjati fl-IMI sa tmiem l-2025.

–Li tippermetti lill-Istati Membri jiffrankaw il-kostijiet għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-portali ta’ dikjarazzjoni nazzjonali, billi l-Istat Membru interessat jagħmel użu volontarju mill-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI sa tmiem l-2026.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Għall-amministrazzjoni pubblika u l-ispettorati tax-xogħol fl-Istati Membri parteċipanti:

–Tnaqqas il-kostijiet għall-użu tal-IMI, peress li d-dħul manwali ta’ data dwar l-ippostjar ma għadux meħtieġ.

–Tnaqqas il-kostijiet għall-manutenzjoni kontinwa, peress li ma għadux meħtieġ li jinżammu komponenti tal-IT nazzjonali bl-istess funzjonalità bħal tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.

–Tikseb konformità aħjar, jiġifieri, informazzjoni aktar kompluta u preċiża dwar l-ippostjar li tippermetti monitoraġġ u kontroll effettivi.

Għall-fornituri ta’ servizzi:

–Tnaqqas il-kostijiet tal-konformità billi tistabbilixxi portal u proċess komuni għad-dikjarazzjonijiet lill-Istati Membri parteċipanti, billi tnaqqas id-differenzi bejn l-oqsma ta’ informazzjoni meħtieġa meta jiġu ppostjati l-ħaddiema f’diversi Stati Membri parteċipanti, billi tnaqqas il-kostijiet tat-traduzzjoni permezz tal-użu ta’ interfaċċa pubblika multilingwi konnessa mal-IMI.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

–L-operazzjoni ta’ interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI sa tmiem l-2025.

–Mill-inqas 9 Stati Membri li jkopru mill-inqas terz tal-ħaddiema ppostjati kollha tal-UE li jkunu pajjiżi riċeventi li jiddeċiedu li jagħmlu użu volontarju mill-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI sa tmiem l-2026.

–Mill-inqas terz tad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni fl-UE ppreżentati permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI, u l-kostijiet tal-konformità għad-dikjarazzjonijiet sottomessi permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI mnaqqsa b’mill-inqas 50 %.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Sal-ħarifa tal-2025: Il-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formola standard tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.

Sal-aħħar tal-2025: Il-Kummissjoni tagħmel l-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI disponibbli online.

Sa nofs l-2026: Grupp inizjali ta’ Stati Membri jieħdu deċiżjoni volontarja li jagħmlu użu mill-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI u jadattaw is-sistemi ta’ dikjarazzjoni tagħhom u l-liġi nazzjonali kif xieraq fejn meħtieġ.

Mill-2026: Il-Kummissjoni żżomm u ttejjeb kontinwament l-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku b’mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante):

–Il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

–It-titjib fl-effiċjenza tal-implimentazzjoni fil-livell tal-UE ta’ interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI, minflok l-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ komponenti tal-IT nazzjonali separati bl-istess funzjonalità

–L-użu ta’ formola komuni mill-Istati Membri parteċipanti permezz ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE

Il-valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

–Protezzjoni aktar effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema minħabba kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri permezz tal-IMI

–L-iffrankar tal-kostijiet għall-Istati Membri

–It-tnaqqis fil-kostijiet tal-konformità għall-kumpaniji, li jnaqqas l-ostakli fis-Suq Uniku għas-Servizzi

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

–Tagħlimiet meħuda mill-esperjenza mill-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni ta’ ħaddiem tat-trasport bit-triq:

–Uriet il-fattibbiltà ta’ interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI għall-ħolqien, is-sottomissjoni u l-ġestjoni tal-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tal-ħaddiema.

–Uriet l-iffaċilitar tas-sottomissjoni tal-informazzjoni dwar l-ippostjar lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-potenzjal għal tnaqqis tal-piż amministrattiv.

–Tipprovdi pjan dettaljat għall-implimentazzjoni tal-proġetti, u soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jerġgħu jintużaw.

–Uriet il-potenzjal għal konformità aħjar mal-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-inizjattiva hija ffinanzjata permezz tal-Programm tas-Suq Uniku, li jibda taħt il-QFP attwali.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

–Il-finanzjament tal-inizjattiva kien diġà ġie previst, kif tħabbar fl-aġġornament tal-2020 tal-Istrateġija Industrijali, u ġie msaħħaħ fil-Komunikazzjoni dwar “It-30 sena mis-Suq Uniku.” Għalhekk, taħt il-Programm tas-Suq Uniku diġà ġie ppjanat finanzjament għall-2024 u l-2025.

–Ma huwiex meħtieġ baġit addizzjonali permezz ta’ riallokazzjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

–    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–    Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2024 sal-2025,

–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 31   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

– lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

– lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jiġu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;

– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proġett se jsegwi verżjoni mfassla apposta tal-Metodoloġija PM². Kumitat ta’ tmexxija tal-proġett li jinkludi d-DĠs ewlenin tal-proġett se jissorvelja l-implimentazzjoni. Il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar Formola Elettronika Komuni għad-Dikjarazzjoni tal-Postazzjoni tal-Ħaddiema se jinżamm infurmat, u se jagħti pariri lill-Kummissjoni matul l-implimentazzjoni.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-ġestjoni diretta għall-implimentazzjoni tal-baġit, u l-għażla tal-Metodoloġija PM² għall-implimentazzjoni tal-proġett intgħażlu għar-raġunijiet li ġejjin:

–il-proġett se jirrikjedi l-iżvilupp, l-użu mill-ġdid u l-adattament/il-konfigurazzjoni ta’ sistemi tal-IT eżistenti tal-Kummissjoni li huma żviluppati internament;

–L-użu tal-metodoloġija PM² jallinja mal-politika korporattiva dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-IT, u huwa għażla solida għal proġetti ta’ dan il-livell ta’ kumplessità.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji ewlenin identifikati, u s-sistemi ta’ kontroll għall-mitigazzjoni tagħhom:

–Riskju: Bidliet fir-rekwiżiti tard fil-proġett jistgħu jdewmu l-implimentazzjoni tal-proġett u jżidu l-kostijiet.
Mitigazzjoni: L-implimentazzjoni ta’ fluss tax-xogħol għal talbiet għal bidla filwaqt li jiġu żgurati l-valutazzjoni u l-approvazzjoni tan-negozju; l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni f’approċċ gradwali segwita minn titjib kontinwu.

–Riskju: Għadd baxx ta’ Stati Membri li jipparteċipaw fil-proġett, li jnaqqas il-benefiċċji mistennija.
Mitigazzjoni: Il-kokreazzjoni mal-Istati Membri u konsultazzjoni kontinwa tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar Formola Elettronika Komuni għad-Dikjarazzjoni tal-Postazzjoni tal-Ħaddiema biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-proġett jissodisfaw l-aspettattivi ta’ ħafna Stati Membri.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Miżuri standard għall-prevenzjoni tal-frodi applikati mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 32

mill-pajjiżi tal-EFTA 33

minn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali 34

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali 

03.02.01.01

Diff.

IVA

IVA

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

M/A

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali

DĠ: GROW

Sena
2024 35

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

03.02.01.01 36

Impenji

(1a)

1 000

0 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

Pagamenti

(2a)

-

1 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

-

-

-

-

-

…

Pagamenti

(2b)

-

-

-

-

-

…

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi 37  

Linja baġitarja

(3)

-

-

-

-

-

…

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ GROW

Impenji

=1a+1b +3

1 000

0 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

Pagamenti

=2a+2b

+3

-

1 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000





□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1 000

0 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

Pagamenti

(5)

-

1 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

-

-

-

-

-

…

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA Suq uniku, innovazzjoni u diġitali
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

1 000

0 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000

Pagamenti

=5+ 6

-

1 500

0 500

0 500

0 500

…

3 000



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2024

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 38

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 39 : It-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi għad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni

L-iżvilupp tal-IT tal-interfaċċa pubblika

IT Dev

0 800

0 200

1 000

Appoġġ tal-IT għall-manutenzjoni (interfaċċa pubblika

IT S&M

0 100

0 300

0 300

0 300

…

…

1 000

Infrastruttura tal-IT (ospitar, eċċ.)

IT Infrastr

0 015

0 015

0 015

0 015

…

…

0 060

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2: L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

L-iżvilupp tal-IT ta’ interfaċċi mal-Istati Membri

IT Dev

0 200

0 100

0 300

Appoġġ tal-IT għall-manutenzjoni (interfaċċi mal-Istati Membri)

IT S&M

0 025

0 125

0 125

0 125

…

…

0 400

Infrastruttura tal-IT (ospitar, eċċ.)

IT Infrastr

0 010

0 010

0 010

0 010

…

…

0 040

Taħriġ lill-Istati Membri

Taħriġ

0 050

0 050

0 050

0 050

…

…

0 200

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3: L-Istati Membri jiffrankaw l-ispejjeż billi jużaw l-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI minflok il-portal tad-dikjarazzjoni tagħhom stess

M/A

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

0

0

0

0

0

…

…

TOTALI

1 000

0 500

0 500

0 500

0 500

…

…

3 000

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

EUR 0,267 miljun

EUR 0,267 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

…

…

EUR 0,801 miljun

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

0

…

…

0

Subtotal INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

EUR 0,267 miljun

EUR 0,267 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

…

…

EUR 0,801 miljun

Barra mill-INTESTATURA 7 40
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0

0

0

0

0

…

…

0

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

0

0

0

0

0

…

…

0

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

0

0

0

0

…

…

0

TOTAL

EUR 0,267 miljun

EUR 0,267 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

EUR 0,089 miljun

…

…

EUR 0,801 miljun

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2024

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1,5

1,5

0,5

0,5

0,5

…

…

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

-

-

-

-

-

…

…

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

-

-

-

-

-

…

…

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

-

-

-

-

-

…

…

Linji baġitarji oħra (speċifika)

-

-

-

-

-

…

…

□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 41

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

-

-

-

-

-

…

…

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

-

-

-

-

-

…

…

XX 01 xx yy zz   42

- fil-Kwartieri Ġenerali

-

-

-

-

-

…

…

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

…

…

01 01 01 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)

-

-

-

-

-

…

…

01 01 01 12 (AC, END u INT - Riċerka diretta)

-

-

-

-

-

…

…

Linji baġitarji oħra (speċifika)

-

-

-

-

-

…

…

TOTAL

1,5

1,5

0,5

0,5

0,5

…

…

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

-Ġestjoni u sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI

-Involviment mal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar Formola Elettronika Komuni għad-Dikjarazzjoni tal-Postazzjoni tal-Ħaddiema

-Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni

-Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

-Ġestjoni tal-att legali

Persunal estern

-

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).

Il-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-formola elettronika komuni għad-dikjarazzjonijiet tal-postazzjoni tal-ħaddiema diġà ġie pprogrammat minħabba l-impenn tal-Kummissjoni fl-aġġornament tal-2020 tal-Istrateġija Industrijali.

–    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif ddefiniti fir-Regolament QFP.

-

–    teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

-

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 43

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 44

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/71/oj).
(2)    Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/67/oj).
(3)    COM(2021) 350 final.
(4)    COM(2024) 131 final.
(5)    COM(2019) 426 final.
(6)    Id-dikjarazzjoni ġiet ippreżentata fil-Kunsill Kompetittività tal-24 ta’ Mejju 2024 (https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10061-2024-INIT/en/pdf.)
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1024/oj).
(8)    COM(2023) 168 final.
(9)    COM(2023) 535 final.
(10)    Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-ippostjar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/1057/oj).
(11)    EUCO 14/23.
(12)    EUCO 12/24.
(13)    2021/2043(INI).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew dwar l-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(15)    De Wispelaere, F., De Smedt L., & Pacolet, J. (2023), Posting of workers: Collection of data from the prior declaration tools - Reference year 2022, Network Statistics FMSSFE, f’isem il-Kummissjoni Ewropea. 24 Stat Membru pprovdew data (parzjali) dwar l-impriżi ta’ ppostjar li deħlin u l-ħaddiema ppostjati għall-ġbir ta’ din id-data, intużat data disponibbli għall-pubbliku ngħal Stat Membru ieħor.
(16)    2024 Single Market Survey: Overcoming Obstacles, Developing Solutions, Eurochambres, 2024
(17)    “Influence of administrative burdens on the cross-border posting of employees by SMEs in border regions”, Michael Holz, Annette Icks, IfM-Materialien Nru 299, 2023.
(18)    ĠU C , , p. . .
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1024/oj).
(20)    Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/67/oj).
(21)    Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar il-postazzjoni tal-ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/71/oj).
(22)    COM(2023) 168 final.
(23)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew dwar l-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew dwar l-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(25)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(28)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera) (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1149/oj)
(30)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(31)    Id-dettalji tal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(32)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(33)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(34)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Punent tal-Balkani.
(35)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(36)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(37)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(38)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(39)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(40)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(41)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(42)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(43)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(44)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…