IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.11.2025
COM(2025) 838 final
2025/0358(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju
{SWD(2025) 837 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jakkumpanja l-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju. L-istrument legali għandu l-għan li jipprovdi qafas diġitali armonizzat, fdat u faċli għall-utent għall-operaturi ekonomiċi u għall-korpi tas-settur pubbliku biex jidentifikaw, jawtentikaw u jiskambjaw id-data b’mod sigur b’effett legali sħiħ bejn pajjiż u ieħor fl-UE.
L-iżviluppi teknoloġiċi u soċjetali riċenti jeħtieġu approċċ armonizzat u diġitali ġdid għall-interazzjonijiet bejn in-negozji u l-gvern u bejn negozju u negozju. L-IA, il-cloud computing u l-identità diġitali sigura qed jiżviluppaw b’ritmu liema bħalu, li qed jaffettwa l-mod kif isir in-negozju fl-Ewropa: il-proċessi qalbu minn ibbażati fuq id-dokumenti għal awtomatizzati u xprunati mid-data. Pereżempju, 91 % tal-iscale-ups iqisu li t-teknoloġiji diġitali huma kritiċi għat-tkabbir tagħhom. Dawn l-iżviluppi, flimkien mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE għall-kompetittività, għas-sovranità diġitali, għas-simplifikazzjoni u għas-servizzi pubbliċi diġitali b’mod awtomatiku, joħolqu l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet aġli li jistgħu jappoġġaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fdati fuq skala kbira.
Ir-rapporti ta’ Draghi u ta’ Letta wissew li l-persistenza tal-piżijiet amministrattivi u l-frammentazzjoni tas-Suq Uniku jdgħajfu b’mod sinifikanti l-kompetittività tal-Ewropa, jiskoraġġixxu lid-ditti tal-UE milli jiskalaw, u jżidu d-dipendenza fuq il-fornituri b’riskju għoli. Madankollu, l-infrastruttura diġitali disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku u għall-operaturi ekonomiċi għadha frammentata u l-obbligi tal-konformità u tar-rapportar għadhom kumplessi: il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati enfasizzaw in-nuqqas ta’ interoperabbiltà transfruntiera bħala sors kbir ta’ burokrazija żejda. Madwar l-Unjoni, l-awtoritajiet pubbliċi għadhom joperaw fi ħdan ambjenti diġitali eteroġenji li jillimitaw ir-realizzazzjoni sħiħa tas-servizzi pubbliċi transfruntiera: il-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku tal-2024 turi li filwaqt li 88 % tas-servizzi pubbliċi huma disponibbli online għall-utenti nazzjonali, l-utenti transfruntiera jistgħu jaċċessaw biss 56 % ta’ dawk is-servizzi b’mod diġitali u l-ostakli għall-interoperabbiltà għadhom fost l-akbar ostakli biex ikun hemm gvern elettroniku effiċjenti. Għall-operaturi ekonomiċi attivi f’diversi Stati Membri, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jkun hemm tranżazzjoni bla xkiel, bħar-reġistrazzjoni għat-taxxa, il-liċenzjar jew l-applikazzjonijiet għall-akkwist, biex jibqgħu kompetittivi.
Il-konsegwenzi prattiċi tal-istatus quo huma ta’ piż. Il-partijiet ikkonċernati rrapportaw pereżempju, li jimpjegaw żewġ ħaddiema full-time esklużivament għall-obbligi ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew li jġarrbu kostijiet li jaqbżu l-EUR 100 000 għal konsulenza speċjalizzata f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jistmaw li madwar 20 % tal-ħin tal-persunal jiġi assorbit minn attivitajiet relatati mal-konformità. F’kuntesti transfruntiera, dan spiss jeħtieġ verifika manwali jew ibbażata fuq dokumenti stampati li ddewwem it-tranżazzjonijiet u timmultiplika l-kostijiet amministrattivi. Dawn il-kostijiet huma sproporzjonati b’mod speċjali għall-SMEs, fejn l-obbligi ta’ konformità jiddevjaw ammont sinifikanti ta’ riżorsi minn attivitajiet strateġiċi ta’ valur għoli: il-Bank Ewropew tal-Investiment jistma li l-konformità regolatorja tikkonsma 1,8 % tal-fatturat għad-ditti b’mod ġenerali u 2,5 % għall-kumpaniji iżgħar. Il-proċeduri Kun Af lill-Klijent Tiegħek fis-settur finanzjarju biss jistgħu jieħdu bejn 30 u 50 jum għal kull klijent korporattiv, b’kull fajl jeħtieġ għexieren ta’ sigħat ta’ pproċessar manwali.
Għall-korpi tas-settur pubbliku, l-ostakli strutturali jipprevjenu t-tranżizzjoni sħiħa għal servizzi moderni, diġitali, u aċċessibbli u l-ħolqien ta’ spazju amministrattiv bla xkiel tal-UE. Għalkemm id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi qed turi sinjali ta’ maturità akbar, bir-rati kurrenti ma hijiex se tilħaq il-mira stabbilita fir-Rapport dwar id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa li sal-2030, 100 % tas-servizzi pubbliċi jkunu online. Dan ix-xenarju jillimita l-iskalabbiltà, iżid il-kostijiet amministrattivi, u jnaqqas ir-ritmu tal-forniment tas-servizzi. Id-diġitalizzazzjoni tal-interazzjonijiet tfisser proċeduri amministrattivi aktar effiċjenti, forniment aħjar tas-servizzi u opportunitajiet għall-kwalifikazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi pubbliċi għal kompiti aktar strateġiċi. L-evidenza turi li d-diġitalizzazzjoni fis-settur pubbliku tista’ tagħmel lill-amministrazzjonijiet aktar effettivi, jew billi jespandu s-servizzi mingħajr baġit addizzjonali jew billi jirriallokaw ir-riżorsi umani għal attivitajiet ta’ valur ogħla.
L-assenza ta’ mezz fdat u standardizzat għall-interazzjoni bejn in-negozji u l-gvern u bejn negozju u negozju li jippermetti l-iskambju tal-attributi jimmina t-traċċabbiltà u s-sigurtà. Il-kredenzjali spiss jiġu kondiviżi permezz tal-posta elettronika jew permezz ta’ portali proprjetarji, li joffru garanziji ta’ awtentiċità limitati, ħaġa li żżid l-esponiment għal prattiki frawdolenti, bħal scams bil-fatturi, li diġà jiġġeneraw aktar minn EUR 26 miljun fis-sena fi profitti illeċiti, skont l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). Għalhekk, filwaqt li l-privatezza u d-divulgazzjoni minima huma essenzjali għall-persuni fiżiċi, in-negozji jeħtieġu t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-iskambji biex jappoġġaw il-ġestjoni tar-riskji, il-konformità u l-prevenzjoni tal-frodi. L-UE diġà laħqet stadju importanti maġġuri fl-aġenda tas-simplifikazzjoni tagħha bil-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali - sistema tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li tirrispetta l-privatezza u interoperabbli għall-identifikazzjoni diġitali li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-entitajiet legali biex jikkondividu d-data bejn pajjiż u ieħor b’mod sigur. Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandha l-għan li tikkomplementa l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali billi tintroduċi għodda diġitali xprunata mis-suq imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-tranżazzjonijiet kummerċjali.
L-isforz kurrenti għas-simplifikazzjoni u għad-diġitalizzazzjoni huwa ankrat fl-aġenda politika tal-Unjoni. L-Aġenda Strateġika 2024–2029 tal-UE, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni kollha jissottolinjaw l-urġenza li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b’miri espliċiti ta’ tnaqqis ta’ 25 % fil-piżijiet ġenerali u ta’ 35 % għall-SMEs. Ir-rapporti ta’ Draghi u ta’ Letta jidentifikaw il-frammentazzjoni u l-kumplessità amministrattiva bħala ostakli kbar għall-kompetittività tal-Ewropa, filwaqt li d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2025 tal-President von der Leyen għamilha ċara li l-ostakli interni qegħdin jibqgħu jfixklu lill-operaturi ekonomiċi aktar minn dawk esterni. F’Marzu u f’Ġunju 2025, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa ta’ “sempliċità mid-disinn,” u fil-bidu tal-2025, il-Kummissjoni identifikat b’mod espliċitu l-istabbiliment tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju bħala l-pedament ta’ Ewropa aktar sempliċi u rapida.
F’dan l-isfond ekonomiku u politiku, il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju twieġeb għad-domanda tas-simplifikazzjoni billi tilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
–It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, is-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-konformità, u t-titjib tal-forniment tas-servizzi
–L-iżgurar li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jkollhom aċċess għal identifikazzjoni diġitali sigura u fdata li tmur lil hinn mill-fruntieri, li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u d-domanda
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju tibni fuq l-ekosistema stabbilita taħt il-Qafas Ewropew għall-identità Diġitali (EUDI, European Digital Identity) - ir-Regolament (UE) 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1183. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom l-għan li jikkomplementaw il-Qafas tal-EUDI billi joffru funzjonalitajiet imfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-korpi tas-settur pubbliku u tal-operaturi ekonomiċi, inkluża l-ġestjoni diġitali tad-drittijiet u tal-mandati ta’ rappreżentanza, u mezz sigur għall-iskambju ta’ dokumenti u ta’ attestazzjonijiet uffiċjali appoġġat minn direttorju komuni. Se tkun garantita l-interoperabbiltà sħiħa mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.
Il-proposta tikkomplementa l-acquis tal-UE dwar id-dritt tal-kumpaniji u tuża l-Identifikatur Uniku Ewropew eżistenti li għandhom il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata u s-sħubijiet kummerċjali kollha (kif ukoll il-kumpaniji futuri tat-28 reġim) f’konformità mad-dritt tal-kumpaniji tal-UE. Barra minn hekk, il-proposta hija kompatibbli mas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS, Business Registers Interconnection System), żviluppata f’konformità mad-Direttiva (UE) 2017/1132 dwar id-Dritt tal-Kumpaniji kkodifikata. Fl-aħħar nett, il-proposta hija wkoll konformi mas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja (BORIS, Beneficial Ownership Registers Interconnection System), żviluppata f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus. Dawn l-interkonnessjonijiet jużaw l-Identifikatur Uniku Ewropew (EUID, European Unique Identifier) biex b’mod uniku jidentifikaw il-kumpaniji u entitajiet legali oħra, u l-arranġamenti legali fl-UE, iżda ma jkoprux l-operaturi ekonomiċi jew il-korpi tas-settur pubbliku kollha, bħall-kummerċjanti waħdiena, bħall-ħaddiema b’impjieg indipendenti jew bħall-istituzzjonijiet pubbliċi. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jestendu din l-ekosistema billi joffru mezz fdat u interoperabbli għal dawn l-entitajiet kollha.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija inkorporata fl-aġenda politika usa’ tal-Unjoni biex tagħti spinta lill-kompetittività, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u twassal għal Suq Uniku integrat b’mod diġitali. Tikkontribwixxi b’mod dirett għall-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija għas-Suq Uniku tal-Kummissjoni, li titlob diġitalizzazzjoni aktar effettiva fl-UE biex tippermetti l-funzjonament ottimali tas-Suq Uniku, kif ukoll għall-Aġenda Strateġika 2024–2029 tal-UE, għall-Boxxla għall-Kompetittività, għall-Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali, u għall-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali. Dawn kollha jenfasizzaw il-ħtieġa tas-simplifikazzjoni, tal-interoperabbiltà u tas-servizzi pubbliċi diġitali b’mod awtomatiku. Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju twettaq dawn il-prijoritajiet strateġiċi billi toffri strument konkret biex il-konformità u l-interazzjonijiet transfruntiera jsiru aktar sempliċi, aktar rapidi u aktar affidabbli għall-operaturi ekonomiċi u għall-korpi tas-settur pubbliku.
Barra minn hekk, il-proposta tiżgura l-komplementarjetà ma’ inizjattivi leġiżlattivi ewlenin kif ġej:
–Il-Gateway Diġitali Unika (SDG, Single Digital Gateway) u s-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss” (OOTS, Once-Only Technical System) tiegħu jimplimentaw il-prinċipju ta’ “darba biss”, li jirrikjedi li l-awtoritajiet jużaw mill-ġdid id-data li diġà hija miżmuma fi Stat Membru ieħor mingħajr sottomissjonijiet ripetuti min-negozji. Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se tikkomplementa l-SDG u l-OOTS billi tipprovdi identifikazzjoni u awtentikazzjoni fdati tal-operaturi ekonomiċi u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u saff ta’ skambju sigur li jippermetti lin-negozji u lill-korpi tas-settur pubbliku jikkondividu u jużaw mill-ġdid id-data vverifikata u l-attestazzjonijiet uffiċjali mingħajr xkiel bejn il-fruntieri.
–Il-Passaport Diġitali tal-Prodott (DPP, Digital Product Passport), li huwa ċentrali għall-aġenda tal-ekonomija ċirkolari tal-UE, jiddependi fuq l-aċċess fdat għad-data dwar il-konformità u s-sostenibbiltà. Il-proposta dwar il-Kartieri tan-Negozju tista’ tagħti prova tal-identità legali u ta’ kwalunkwe dritt ta’ aċċess mogħti, tippermetti li d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità jiġu ffirmati u ssiġillati, u tiżgura li d-data fuq il-prodott tiġi skambjata b’mod sigur u verifikabbli bejn il-fruntieri.
–L-Att dwar Ewropa Interoperabbli (IEA, Interoperable Europe Act) jistabbilixxi l-qafas għall-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi. Il-proposta dwar il-Kartieri tan-Negozju se tikkomplementa dan billi sservi bħala infrastruttura fdata li l-amministrazzjonijiet jistgħu jintegrawha fil-forniment ta’ servizzi diġitali b’mod awtomatiku, filwaqt li ttejjeb it-tneħħija tal-ostakli tekniċi u organizzattivi.
–Il-proposta futura dwar il-qafas legali korporattiv tat-28 Reġim se tipprovdi proċeduri sempliċi, flessibbli u rapidi biex il-kumpaniji jistabbilixxu ruħhom u joperaw u jattiraw l-investiment fl-UE permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali. Dan se jiżgura li għodod diġitali bħaċ-Ċertifikat tal-Kumpaniji tal-UE u l-Prokura Diġitali tal-UE jkunu jistgħu jintużaw fil-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
–Il-pakkett dwar il-VAT fl-Era Diġitali (ViDA, VAT in the Digital Age) jimmodernizza r-rapportar tal-VAT, jintroduċi l-fatturazzjoni elettronika obbligatorja bejn il-fruntieri u jsaħħaħ il-prevenzjoni tal-frodi. Il-proposta dwar il-Kartieri tan-Negozju se tippermetti l-ħżin sigur u l-iskambju verifikabbli tal-attestazzjonijiet tal-VAT u tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u b’hekk tappoġġa r-rapportar f’ħin reali u l-fatturazzjoni fdata.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri fil-livell tal-UE jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-suq intern. L-identifikazzjoni sigura, is-servizzi fiduċjarji, u l-iskambju bla xkiel tal-attestazzjonijiet elettroniċi verifikabbli huma essenzjali biex l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jipparteċipaw b’mod effettiv fis-Suq Uniku.
Il-funzjonament tas-suq intern jiddependi fuq l-applikazzjoni ta’ regoli uniformi u konsistenti fil-korpi rilevanti kollha tas-setturi pubbliċi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti jew li jipprovdu servizzi komparabbli. L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni Ewropea (l-entitajiet tal-Unjoni) spiss iwettqu attivitajiet simili għal dawk li jagħmlu l-korpi tas-settur pubbliku nazzjonali u għandhom rwoli superviżorji u regolatorji essenzjali. Għalhekk, huwa neċessarju li jkunu involuti fl-appoġġ għall-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku. L-esklużjoni tagħhom toħloq lakuni regolatorji, frammentazzjoni u applikazzjoni mhux uniformi tar-regoli, u b’hekk timmina l-objettiv tal-Kartiera tan-Negozju li jiġu ssalvagwardjati l-integrità, l-istabbiltà u r-reżiljenza tas-suq intern. Barra minn hekk, is-simplifikazzjoni tibqa’ xprunatur ewlieni tal-impenn tal-UE li tibni Unjoni aktar kuraġġuża, aktar sempliċi u aktar rapida. Suq Uniku kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb jeħtieġ il-parteċipazzjoni attiva kemm tal-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll tal-awtoritajiet fil-livell tal-UE, b’dawn tal-aħħar imexxu bl-eżempju. Għaldaqstant, l-entitajiet tal-Unjoni għandhom jadottaw u jużaw il-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u jestendu s-simplifikazzjoni u l-effiċjenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-operaturi ekonomiċi.
Id-disparitajiet kurrenti fil-mod kif l-Istati Membri jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi, jivverifikaw il-mandati u jiskambjaw id-data u d-dokumentazzjoni uffiċjali f’forma diġitali jistgħu joħolqu riskji ta’ ostakli għal-libertajiet fundamentali jew jikkawżaw distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni. Billi tipprovdi soluzzjoni armonizzata għall-identifikazzjoni sigura tan-negozji u għall-iskambju tad-data b’mod sigur, il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandha l-għan li telimina l-ostakli amministrattivi, tipprevjeni diverġenzi ulterjuri, u tiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu jistgħu jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi fl-UE.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni kollha għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet tal-identità diġitali siguri ħafna u affidabbli, li jinkludu l-portabbiltà tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi li jistgħu jintużaw fis-Suq Uniku kollu b’mod faċli għall-utent u effiċjenti. Dawn il-ħtiġijiet ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod suffiċjenti b’azzjoni individwali mill-Istati Membri, peress li s-soluzzjonijiet nazzjonali għadhom frammentati fil-kamp ta’ applikazzjoni, fl-effett u fid-disinn tekniku.
Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi kollha, kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej, jagħrfu u japplikaw l-istess soluzzjonijiet interoperabbli meta jinteraġixxu mal-operaturi ekonomiċi. Dan jiggarantixxi ambjent regolatorju koerenti u jevita li jkun hemm proċeduri paralleli jew sistemi inkompatibbli li jmorru kontra l-objettivi tas-simplifikazzjoni u tal-funzjonament ottimali tas-suq intern. L-ostakli għal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jirriżultaw minħabba li l-kredenzjali maħruġa b’mod diġitali fi Stat Membru partikolari mhux dejjem ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu invokati fi Stat Membru ieħor.
Barra minn hekk, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jseħħu meta l-operaturi jiffaċċjaw kundizzjonijiet inekwi biss minħabba l-post tal-istabbiliment tagħhom. Fl-Istati Membri fejn il-proċeduri huma kompletament diġitalizzati, il-kumpaniji jistgħu jirreġistraw għall-VAT jew jipprovdu attestazzjonijiet fi ftit jiem b’kost baxx, filwaqt li f’ambjenti domestiċi inqas diġitalizzati, l-istess proċess jista’ jirrikjedi s-servizzi ta’ kurrier, jew verifiki manwali twal, li jieħdu ġimgħat u jiddevjaw lill-persunal minn attivitajiet produttivi. Il-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku tal-2024 tiżvela differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fid-disponibbiltà diġitali u l-faċilità tal-użu tas-servizzi pubbliċi ewlenin: il-punteġġ globali medju tal-10 pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni fl-EU27 huwa ta’ 87 punt, kontra 64 punt għall-10 bl-agħar prestazzjoni - distakk li jenfasizza d-disparitajiet persistenti fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-UE. Dawn id-disparitajiet jissarrfu f’kostijiet ta’ konformità differenti tad-diġitalizzazzjoni li jikkawżaw dannu sproporzjonat lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi, u jdgħajfu l-kapaċità tagħhom li jikkompetu fis-Suq Uniku u jillimita l-parteċipazzjoni tagħhom f’opportunitajiet ekonomiċi bħall-akkwist pubbliku.
L-intervent fil-livell tal-UE huwa l-aktar mod effiċjenti kif jerġgħu jinkisbu kundizzjonijiet ekwi: qafas komuni u armonizzat jiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha, irrispettivament mid-daqs jew mill-post tagħhom, ikunu jistgħu jiddependu fuq għodda unika biex jinteraġixxu mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-sħab madwar l-Unjoni. Bit-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u bil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet uniformi, il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju ssaħħaħ iċ-ċertezza legali, il-fiduċja u l-kompetittività.
Fir-rigward tal-valur miżjud, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jeliminaw id-duplikazzjoni u se jbaxxu l-kostijiet ta’ konformità, se jtejbu l-kwalità u t-trasparenza tad-data, u se jipprovdu lill-korpi tas-settur pubbliku b’informazzjoni aktar affidabbli, u b’hekk itejbu l-forniment tas-servizzi. Għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, dan ifisser li ż-żmien u r-riżorsi ffrankati jistgħu jiġu riallokati għall-innovazzjoni, għat-tkabbir u għall-espansjoni internazzjonali. Fl-istess ħin, l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tipprevjeni d-dipendenza fuq fornituri b’riskju għoli, issaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastrutturi kritiċi, u tikkonsolida s-sovranità diġitali tal-Unjoni. Lil hinn mis-suq intern, l-inizjattiva tista’ wkoll issaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala l-istandard globali li miegħu tqabbel ruħha l-bqija tad-dinja għall-infrastrutturi diġitali affidabbli, biex tappoġġa l-kompetittività Ewropea fil-kummerċ internazzjonali.
•Proporzjonalità
Din l-inizjattiva hija proporzjonata għall-objettivi mfittxija, peress li tillimita l-obbligi għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi żgurat qafas sigur, armonizzat u interoperabbli għall-interazzjonijiet diġitali bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju ma jippreskrivux mudell kummerċjali jew disinn tekniku riġidu uniku iżda pjuttost jistabbilixxu qafas li jgħaqqad l-interoperabbiltà mal-flessibbiltà, biex irawmu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.
Barra minn hekk, l-obbligi għall-korpi tas-settur pubbliku huma bbilanċjati b’arranġamenti tranżizzjonali: perjodi ta’ implimentazzjoni flessibbli jagħtu lill-korpi tas-settur pubbliku biżżejjed żmien biex jadattaw is-sistemi amministrattivi u tal-IT tagħhom u jipprevjenu t-tfixkil. Il-proposta ma toħloqx proċeduri amministrattivi ġodda li jridu jitlestew mill-operaturi ekonomiċi jew mill-korpi tas-settur pubbliku. Minflok, tipprovdi mezz komuni u fdat biex jiġu ssodisfati l-obbligi li diġà jeżistu skont id-dritt tal-Unjoni. Peress li min-natura tagħha ma tappartjeni għall-ebda settur, l-inizjattiva ma taffettwax il-kontenut tal-obbligi kurrenti u sempliċiment tipprovdi mezz għas-simplifikazzjoni tal-konformità mar-regoli Ewropej u nazzjonali eżistenti, filwaqt li tgħin biex jingħelbu l-frammentazzjoni u d-disparitajiet fit-trattament fis-Suq Uniku.
Il-kostijiet tal-adozzjoni u tal-manutenzjoni se jiġġarrbu mill-operaturi ekonomiċi u mill-korpi tas-settur pubbliku. B’mod partikolari, dawn huma relatati mal-onboarding, mat-taħriġ u mal-adattament tal-IT. Madankollu, dawn il-kostijiet huma misbuqa mit-titjib fl-effiċjenza minn proċessi simplifikati, mit-tnaqqis fid-duplikazzjoni, u minn ċertezza legali akbar. Barra minn hekk, il-kostijiet tat-taħriġ, li jikkostitwixxu l-kostijiet ta’ darba l-aktar sostanzjali, jistgħu jiġu parzjalment appoġġati minn inizjattivi eżistenti tal-Unjoni għat-trasformazzjoni diġitali u għall-bini tal-kapaċità, li jistgħu jgħinu biex jittaffew il-kostijiet tat-taħriġ u tal-adattament.
Il-proposta hija wkoll proporzjonata f’termini tal-impatt mistenni tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk tuża l-Identifikatur Uniku Ewropew (EUID) eżistenti, li jevita kostijiet żejda għal 18-il miljun kumpanija. L-SMEs u l-mikrointrapriżi, li jiffaċċjaw l-akbar piż relattiv mill-kumplessità amministrattiva kemm f’termini ta’ kostijiet kif ukoll ta’ żmien għall-persunal, huma mistennija li jibbenefikaw l-aktar mis-simplifikazzjoni u mill-kisbiet fl-effiċjenza li jirriżultaw mill-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan huwa konsistenti bis-sħiħ mal-prijoritajiet politiċi tal-UE, inklużi l-Istrateġija tal-UE għall-kumpaniji Start-up u Scale-up, it-28 reġim futur u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Draghi, li jenfasizzaw il-ħtieġa li titnaqqas il-burokrazija żejda u li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi bħala prerekwiżit għall-kompetittività u għat-tkabbir tal-SMEs.
B’mod partikolari, il-proposta ma timponi l-ebda obbligu fuq l-operaturi ekonomiċi. Din teħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku jippermettu l-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għal xi funzjonalitajiet speċifikati, filwaqt li tiżgura li l-operaturi ekonomiċi bħall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jkollhom l-għażla li jadottaw il-Kartieri tan-Negozju u li jibbenefikaw minn proċeduri simplifikati. Dan l-approċċ huwa allinjat mal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” billi jevita li jpoġġi pressjoni regolatorja bla bżonn fuq l-SMEs. L-individwi b’impjieg indipendenti u l-kummerċjanti waħdiena jistgħu jiddependu wkoll fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali tagħhom biex jaċċessaw is-servizzi fiduċjarji offruti għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur jew il-firem elettroniċi, mingħajr il-ħtieġa li jiksbu Kartiera tan-Negozju sħiħa. Dan jiżgura t-trattament proporzjonat tal-operaturi iż-żgħar billi jipprevjeni l-impożizzjoni ta’ piż żejjed.
Fl-aħħar nett, l-inizjattiva hija wkoll proporzjonata fid-disinn regolatorju tagħha, peress li tiddependi fuq superviżjoni ex post mill-korpi superviżorji speċifikati u fuq proċedura ta’ notifika minflok awtorizzazzjoni minn qabel. Dan l-approċċ jiżgura sorveljanza effettiva u l-obbligu ta’ rendikont tal-fornituri mingħajr ma jintroduċi dewmien jew kostijiet amministrattivi bla bżonn, filwaqt li jżomm livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà.
Flimkien, dawn l-elementi juru li l-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Billi tgħaqqad qafas komuni ċar mal-flessibbiltà għall-innovazzjoni, din tipprovdi l-aktar mod effiċjenti kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti kemm tal-operaturi ekonomiċi kif ukoll tal-korpi tas-settur pubbliku.
•Għażla tal-istrument
L-għażla ta’ regolament bħala l-istrument legali hija ġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi żgurat qafas uniformi ta’ applikazzjoni għall-identifikazzjoni, għall-awtentikazzjoni u għall-iskambju tal-attestazzjonijiet b’mod sigur mill-operaturi ekonomiċi u mill-korpi tas-settur pubbliku fis-Suq Uniku kollu. Huma biss regoli applikabbli direttament li jistgħu jiggarantixxu li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jaħdmu bla xkiel fis-Suq Uniku kollu u li l-effetti legali tagħhom jiġu rikonoxxuti u applikati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, li huwa essenzjali biex jiġu ssalvagwardjati l-libertajiet fundamentali tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi, li bħalissa huma mdgħajfa minn soluzzjonijiet nazzjonali diverġenti u minn proċeduri frammentati.
L-applikabbiltà diretta ta’ regolament, f’konformità mal-Artikolu 288 tat-TFUE, se tipprevjeni frammentazzjoni legali ulterjuri u se tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jkunu jistgħu jiddependu fuq strument komuni bl-istess ċertezza legali madwar l-Unjoni kollha.
Barra minn hekk, sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni konsistenti tal-istrumenti relatati kollha u fid-dawl tal-fatt li l-Qafas tal-EUDI stess huwa stabbilit minn Regolament, bl-istess mod din il-proposta għandha tieħu l-istess forma ġuridika.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Saru konsultazzjonijiet immirati speċifikament għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, li rriflettew il-fokus distint tagħhom fuq l-interazzjonijiet B2G u B2B. Bejn Mejju u Ġunju 2025 kien hemm Sejħa għall-Evidenza u rċeviet kważi 100 kontribut mingħand kumpaniji, assoċjazzjonijiet tan-negozju, reġistri, awtoritajiet pubbliċi u ċittadini minn 17-il Stat Membru u diversi pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni wettqet ukoll stħarriġ, intervisti dettaljati u sensiela ta’ workshops iddedikati mal-Istati Membri, mar-reġistri, mal-SMEs, mar-rappreżentanti tal-industrija u mal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji. Ir-rispons ġie ssupplimentat bil-kontribut minn konferenzi u djalogi ad hoc mal-partijiet ikkonċernati li saru matul l-2025.
L-istrateġija ta’ konsultazzjoni ffukat fuq kwistjonijiet speċifiċi li huma rilevanti għall-operaturi ekonomiċi u għall-korpi tas-settur pubbliku, inklużi r-rekwiżiti operazzjonali, l-integrazzjonijiet tekniċi, l-ottimizzazzjonijiet tal-fluss tax-xogħol, u l-integrazzjoni tal-obbligi tar-rapportar, imfassla biex ikopru r-realtajiet tekniċi u prattiċi li jiffaċċjaw l-utenti professjonali.
Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw li l-għodod u l-mezzi diġitali eżistenti għall-attivitajiet amministrattivi huma frammentati ħafna, b’mod partikolari għall-iskambji transfruntiera, u dan iwassal għal sottomissjonijiet ta’ data ripetittivi u għal piżijiet amministrattivi. Diversi attivitajiet amministrattivi kienu deskritti bħala ta’ piż, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-iskambju tad-dokumenti, il-konformità, u l-verifika bejn l-Istati Membri. Dawn l-attivitajiet spiss jieħdu ħafna ħin, huma ripetittivi, u huma suxxettibbli għal żbalji umani.
Ir-rispondenti antiċipaw li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-kost u l-kumplessità tal-kompiti amministrattivi. Il-benefiċċji ċċitati inkludew servizzi aktar rapidi, akkuratezza aħjar tad-data, u operazzjonijiet transfruntiera mtejba. Ħafna partijiet ikkonċernati esprimew li huma miftuħin għall-fatt li huma jadottaw soluzzjoni bbażata fuq il-cloud bħall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, speċjalment jekk din tissimplifika l-proċessi u tnaqqas il-kostijiet. Madankollu, tqajjem tħassib dwar l-isfidi tal-integrazzjoni u l-ħtieġa ta’ gwida u appoġġ ċari. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati identifikaw każijiet ta’ użu varji u opportunitajiet għall-iffrankar tal-kostijiet, inklużi l-awtomatizzazzjoni tal-verifika tal-identità, is-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-konformità, u l-iffaċilitar ta’ tranżazzjonijiet transfruntiera siguri. Il-benefiċċji potenzjali ġew ikkwantifikati f’termini tal-ħin iffrankat fuq il-kompiti amministrattivi u tat-tnaqqis tal-proċessi manwali.
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni enfasizzaw il-ħtieġa ta’ approċċ armonizzat għall-identità tan-negozju, għar-rappreżentanza, u għall-konformità regolatorja. Ir-rakkomandazzjonijiet inkludew il-ħtieġa ta’ newtralità teknoloġika, billi jiġi żgurat li l-Kartieri jkunu teknoloġikament newtrali, flessibbli u jibqgħu validi għall-futur, u jiddependu fuq standards u protokolli armonizzati. L-interoperabbiltà hija kruċjali, bil-Kartieri integrati mal-oqfsa eżistenti, bħall-Kartiera tal-UE tal-Identità Diġitali, biex jiġu żgurati operazzjonijiet transfruntiera bla xkiel. Il-Kartieri għandhom ikunu bbażati fuq mudelli sostenibbli u xprunati mis-suq, b’linji gwida ċari u b’appoġġ għall-adozzjoni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs, billi jitqiesu l-isfidi tagħhom fl-adozzjoni ta’ għodod diġitali u l-ħtieġa għal każijiet ta’ użu ċari u azzjonabbli.
L-istrateġija ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati pprovdiet għarfien siewi dwar il-ħtiġijiet, l-isfidi u l-aspettattivi tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi tas-settur pubbliku fir-rigward tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Is-sejbiet infurmaw l-iżvilupp tar-regolament, billi żguraw li dan jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti professjonali billi: huwa teknoloġikament newtrali u jibqa’ validu fil-futur; jiffaċilita l-irkupru sigur tad-data minn reġistri kummerċjali u minn sorsi awtentiċi oħra, li jiggarantixxi interazzjoni traċċabbli; jippermetti mudell xprunat mis-suq u fl-aħħar nett, jagħmel l-aċċettazzjoni tal-Kartieri tan-Negozju obbligatorja għall-korpi tas-settur pubbliku biex jiżgura l-adozzjoni konsistenti u effettiva madwar l-UE.
L-inizjattiva tibni wkoll fuq il-konsultazzjoni pubblika estensiva mwettqa fl-2021 fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Regolament eIDAS), li ġabret feedback wiesa’ dwar l-identità diġitali u s-servizzi fiduċjarji. Ir-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni jibqgħu validi biex jinftiehmu l-aspettattivi tal-utenti fir-rigward tal-interoperabbiltà, taċ-ċertezza legali, tal-faċilità tal-użu transfruntier, u tal-fiduċja. Għalhekk, ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni bbażat fuq għarfien espert estern. Lil hinn mill-iskambji regolari mal-esperti, mar-reġistri kummerċjali u mar-rappreżentanti tal-industrija tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qabbdet ditti ta’ konsulenza speċjalizzati biex jappoġġaw il-ġbir u l-analiżi tal-evidenza. Dawn il-kuntratturi wettqu intervisti u stħarriġ immirati mal-partijiet ikkonċernati, ġabru feedback kwalitattiv u kwantitattiv, u wettqu analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. Il-ħidma tagħhom kienet ikkomplementata mill-għarfien espert intern tal-Kummissjoni.
• Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
Għal din il-proposta ngħatat deroga mit-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt peress li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jibnu direttament fuq l-għażla tal-politika għall-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali, li diġà ġiet ivvalutata fl-2021, u jadattawha għall-kuntest speċifiku u għall-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi tas-settur pubbliku. Għalhekk, il-proposta ssegwi l-għażla ppreferuta tal-2021, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas armonizzat għall-kartieri b’effett legali fl-Unjoni kollha, u jippersonalizzaha għall-interazzjonijiet professjonali. Madankollu, tħejja Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li janalizza fid-dettall il-kostijiet u l-benefiċċji mistennija tal-proposta. Id-dokument jipprovdi l-loġika tal-intervent (il-problemi, il-fatturi ewlenin u l-objettivi), jiddeskrivi l-għażla ta’ politika, u jikkwantifika l-impatti ekonomiċi kemm għall-korpi tas-settur pubbliku kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi abbażi tar-riċerka b’metodi mħallta inklużi analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tas-sorsi pubbliċi, data mill-istħarriġ u data mill-intervisti flimkien ma’ sorsi sekondarji (id-dettalji sħaħ dwar il-metodoloġija jingħataw fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal).
Sabiex tissodisfa l-objettivi ta’ simplifikazzjoni, ta’ tnaqqis fil-piż amministrattiv u ta’ interazzjonijiet diġitali transfruntiera siguri, l-inizjattiva tirrikjedi lill-korpi kollha tas-settur pubbliku fl-UE jaċċettaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju fl-interazzjoni tagħhom mal-operaturi ekonomiċi għall-finijiet tal-funzjonalitajiet minimi ewlenin (identifikazzjoni/awtentikazzjoni; iffirmar/issiġillar; is-sottomissjoni u r-riċevuta ta’ dokumenti u ta’ notifiki uffiċjali), li għandhom effett legali ekwivalenti għall-proċessi bil-karti jew li jsiru wiċċ imb wiċċ madwar l-UE. L-istrument huwa teknoloġikament newtrali u xprunat mis-suq: ma jippreskrivix disinn uniku, iħalli lok għal funzjonijiet innovattivi lil hinn mis-saff komuni, u jiżgura l-interoperabbiltà mas-servizzi fiduċjarji tal-eIDAS u ma’ sorsi awtentiċi.
L-impatti tal-għażla ta’ politika huma deskritti fid-dettall fl-Anness 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. L-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tindika li hemm kostijiet diretti annwali kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-korpi tas-settur pubbliku. Dawn jinqasmu f’kostijiet ta’ darba għat-taħriġ u għall-onboarding, għall-attivazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-IT, kostijiet tal-ikkuntrattar/tal-akkwist, u f’kostijiet rikorrenti għat-tariffi tal-liċenzjar u l-kostijiet tal-manutenzjoni. B’mod ġenerali, meta l-Kartieri tan-Negozju jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u r-rata ta’ adozzjoni tilħaq il-100 %, kemm għall-korpi tas-settur pubbliku kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi, il-kostijiet u l-benefiċċji totali stmati jistgħu jilħqu ċ-ċifri li ġejjin:
|
Parti kkonċernata |
Nru fl-UE |
Sena 1 (EUR biljun) |
Sena 2 (EUR biljun) |
||||
|
Benefiċċji |
Kostijiet |
Benefiċċji netti |
Benefiċċji |
Kostijiet |
Benefiċċji netti |
||
|
Korpi tas-settur pubbliku |
95 825 |
19,13 |
7,32 |
11,81 |
19,13 |
1,15 |
17,98 |
|
Operaturi ekonomiċi |
32 721 957 |
205,82 |
60,67 |
145,15 |
205,82 |
27,23 |
178,59 |
|
Total |
224,95 |
67,99 |
156,96 |
224,95 |
28,38 |
196,57 |
|
Fost il-mikrointrapriżi, l-individwi b’impjieg indipendenti u l-kummerċjanti waħdiena jistgħu jużaw il-Kartieri tal-UE tal-Identità Diġitali tagħhom biex jaċċessaw il-mezz ta’ komunikazzjoni introdott reċentement biex jinteraġixxu mal-ekosistema tal-Kartiera tan-Negozju, mingħajr ma jixtru l-Kartiera tan-Negozju sħiħa. Abbażi tal-prezzijiet tas-suq kurrenti madwar l-UE, il-kost rikorrenti annwali stmat għal dan is-servizz huwa ta’ madwar EUR 45, li jissuġġerixxi li dawn l-operaturi jistgħu jikkollegaw mal-ekosistema b’kost relattivament baxx.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din il-proposta tistabbilixxi l-Kartieri Ewropej tan-Negozju bħala għodda unika u armonizzata għall-operaturi ekonomiċi biex jidentifikaw, jiffirmaw, jaħżnu, jissottomettu u jirċievu dokumenti fl-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi. Din se tippermetti li l-proċeduri nazzjonali frammentati jiġu sostitwiti b’soluzzjoni sigura u interoperabbli, u b’hekk titneħħa l-kumplessità amministrattiva u jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità.
Għall-korpi tas-settur pubbliku, tissimplifika l-proċessi ta’ rapportar u ta’ verifika, u tippermetti superviżjoni u żamma tar-rekords aktar effiċjenti. Għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, telimina l-proċeduri duplikati u l-piżijiet sproporzjonati. Dawn tal-aħħar huma l-aktar li se jgawdu, peress li l-piż fuqhom mill-proċeduri amministrattivi frammentati u duplikati huwa sproporzjonat. Il-benefiċċji diretti huma stmati li se jkunu ta’ EUR 4 000 fis-sena fil-livell individwali għall-mikrointrapriżi u EUR 42 250 fis-sena għall-SMEs akbar, iżda l-impatt ma huwiex limitat għall-iffrankar tal-kostijiet: proċeduri transfruntiera ssimplifikati se jippermettu l-istabbiliment aktar malajr f’pajjiżi oħra, aċċess aktar faċli għall-finanzjament, u parteċipazzjoni aktar b’saħħitha fis-swieq tal-akkwist. Billi tiżgura ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni uniformi, il-proposta tippromwovi l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi, filwaqt li fl-istess ħin trawwem l-innovazzjoni, u tagħmilha possibbli li jiffjorixxu l-funzjonijiet immexxija mis-suq.
•Drittijiet fundamentali
Filwaqt li din il-proposta leġiżlattiva tindirizza primarjament lill-persuni ġuridiċi, hija tappoġġa indirettament il-protezzjoni ta’ diversi drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Billi tipprovdi strument armonizzat u fdat għall-interazzjonijiet kummerċjali transfruntiera, l-inizjattiva ssaħħaħ il-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16) billi tneħħi l-ostakli bla bżonn fis-Suq Uniku. Din tiffaċilita wkoll l-eżerċizzju tal-libertà professjonali u dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), peress li n-negozji u l-professjonisti jistgħu jespandu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi oħra aktar faċilment u b’kost aktar baxx.
Fir-rwol tagħhom bħala “gwardjani” tal-proċeduri amministrattivi fi ħdan is-Suq Uniku, il-korpi tas-settur pubbliku se jkunu jistgħu joffru proċeduri aktar trasparenti u effiċjenti, u b’hekk isaħħu indirettament id-dritt għal amministrazzjoni tajba (l-Artikolu 41). Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jikkontribwixxu wkoll biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8) f’konformità mal-liġijiet eżistenti tal-UE, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/67. Pereżempju, il-funzjoni tal-iżvelar selettiv, ispirata mill-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali, isservi wkoll bħala miżura għall-protezzjoni tad-data personali peress li l-utenti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jistgħu jikkontrollaw it-tip u l-ammont ta’ data kkomunikata lil sidien oħra tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u lil partijiet dipendenti. Barra minn hekk, meta titħejja l-implimentazzjoni tad-Direttorju Diġitali Ewropew, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji u l-obbligi rilevanti tal-protezzjoni tad-data, bħall-minimizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku.
Fl-aħħar nett, billi żżid l-akkuratezza u l-affidabbiltà tal-kredenzjali tan-negozju, il-proposta indirettament issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur (l-Artikolu 38) u tikkontribwixxi għall-fiduċja u l-fiduċja ġenerali fid-dinamika tas-Suq Uniku.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-inklużjoni tal-entitajiet tal-Unjoni se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji, li fil-parti l-kbira se jkunu koperti mill-baġit tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034. Dawn il-kostijiet huma prinċipalment assoċjati mal-implimentazzjoni u mal-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mill-entitajiet tal-Unjoni u mal-istabbiliment u ż-żamma tad-Direttorju Diġitali Ewropew fi ħdan il-Kummissjoni.
Tingħata ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-kostijiet involuti fid-“dikjarazzjoni finanzjarja” marbuta ma’ din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
L-impatt tar-Regolament propost se jiġi mmonitorjat u evalwat f’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, li jkopru l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu. L-arranġament tal-monitoraġġ jikkostitwixxi parti importanti mill-proposta. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha bil-ħsieb li tiġġenera l-informazzjoni meħtieġa u rilevanti li se tikkontribwixxi għal evalwazzjoni futura u tipprovdi evidenza soda għat-tfassil tal-politika. B’mod partikolari, se jiġu evalwati u mmonitorjati l-aspetti li ġejjin: 1) it-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-konformità regolatorja u tar-rekwiżiti ta’ rapportar fuq in-negozji permezz ta’ benefiċċji ekonomiċi dimostrabbli; 2) it-titjib fil-forniment tas-servizzi pubbliċi u 3) it-titjib fil-kompetittività bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-Kartieri tan-Negozju.
Minħabba l-firxa orizzontali ta’ dan ir-regolament u meta jitqiesu l-każijiet ta’ użu estensivi li jistgħu jappoġġaw il-Kartieri tan-Negozju f’diversi setturi ekonomiċi, se jkun importanti li tiġi żgurata l-koordinazzjoni effiċjenti u kollaborattiva tal-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, se jiġi stabbilit grupp interservizzi li jkopri partijiet differenti tal-Kummissjoni mmexxi mid-DĠ CONNECT.
Fuq l-applikazzjoni tal-istrument propost, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti se jivvalutaw ukoll: 1) l-iżvilupp ta’ suq għall-identifikazzjoni diġitali sigura u għas-servizzi fiduċjarji bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku; 2) l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-soluzzjonijiet disponibbli u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti kollha biex jiġu pprovduti Kartieri Ewropej tan-Negozju u 3) l-adozzjoni tal-Kartieri tan-Negozju fost setturi differenti.
Erba’ snin wara l-adozzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta kemm il-Kartieri Ewropej tan-Negozju laħqu l-objettivi tagħhom b’mod effettiv. L-evalwazzjoni se teżamina b’mod partikolari l-użu tal-funzjonalitajiet ewlenin minimi tal-kartieri, il-livell tal-konformità tal-fornituri tal-kartieri, il-funzjonament tas-superviżjoni nazzjonali u tal-penali, il-prestazzjoni tas-servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati u l-użu tal-Kartieri tan-Negozju u s-servizz kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat. L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u bl-evidenza meħtieġa għal din il-valutazzjoni (għal analiżi fil-fond tal-aspett tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, ara l-Kapitolu 9 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal).
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Kapitolu I jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta li japplikaw għall-forniment u għall-aċċettazzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan jistabbilixxi wkoll id-definizzjonijiet użati fl-istrument kollu. Id-definizzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju hija wiesgħa u teknoloġikament newtrali apposta biex tippermetti l-flessibbiltà għal soluzzjonijiet varji xprunati mis-suq u għal żviluppi teknoloġiċi futuri, kartiera diġitali li tippermetti lis-sidien jaħżnu, jimmaniġġaw, u jikkondividu data ta’ identifikazzjoni vverifikata u attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, kif ukoll joħorġu u jiddelegaw mandati b’mod legalment rikonoxxut.
Il-Kapitolu II jistabbilixxi l-komponenti ewlenin għall-qafas tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan jistabbilixxi l-prinċipju tal-ekwivalenza legali, li jservi bħala dispożizzjoni li biha l-azzjonijiet imwettqa permezz ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju jitqiesu ugwali għal dawk imwettqa wiċċ imb wiċċ, fuq karta, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz jew proċess ieħor: element essenzjali biex jitneħħew il-frizzjonijiet amministrattivi fl-iskambji kkonċernati. Il-prinċipju ta’ ekwivalenza japplika wkoll għall-użu tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat minn persuni b’impjieg indipendenti u minn kummerċjanti waħdiena. Fl-istess kapitolu, huwa ddefinit sett minimu u interoperabbli ta’ funzjonalitajiet ewlenin, flimkien ma’ servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat bħala servizz awtonomu għall-utenti tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, flimkien mar-rekwiżiti tekniċi, li huwa esplorat ulterjorment fit-tul fl-Anness u li huwa previst li se jiġi kkomplementat b’atti ta’ implimentazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu jindirizzaw ukoll min jista’ jipprovdi Kartieri Ewropej tan-Negozju, ir-rekwiżiti rilevanti li jridu jiġu ssodisfati minn tali persuni ġuridiċi u l-proċess li entità eliġibbli trid tgħaddi minnu fil-livell nazzjonali sabiex tiġi inkluża fil-lista fdata tal-fornituri. Sabiex tiggarantixxi rikonoxximent transfruntier konsistenti, il-proposta tibbaża fuq id-data ta’ identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju maħruġa bħala attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, minn korpi tas-settur pubbliku nazzjonali, jew mill-Kummissjoni għall-entitajiet tal-Unjoni. L-użu ta’ dawn l-attestazzjonijiet jiżgura li kull sid ta’ Kartiera tan-Negozju jkun jista’ jiġi identifikat b’mod affidabbli abbażi ta’ informazzjoni uffiċjali u verifikabbli. Barra minn hekk, jiġi attribwit identifikatur uniku lil kull sid ta’ Kartiera tan-Negozju. Meta jiġi assenjat Identifikatur Uniku Ewropew skont id-Direttiva dwar id-Dritt tal-Kumpaniji (UE) 2017/1132 jew id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, il-Kartieri tan-Negozju jużaw l-Identifikatur Uniku Ewropew bħala l-identifikatur uniku. F’każijiet oħra, l-Istati Membri jiddeżinjaw ir-reġistri nazzjonali eżistenti u n-numri ta’ reġistrazzjoni korrispondenti bħala s-sors awtentiku għall-ġenerazzjoni ta’ identifikatur ekwivalenti. L-istruttura u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dan l-identifikatur, li jiżguraw l-uniċità u l-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha, se jiġu ddefiniti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Sabiex tippermetti komunikazzjoni sempliċi permezz tal-Kartieri tan-Negozju, il-proposta tistabbilixxi wkoll Direttorju Diġitali Ewropew, li se jinħoloq u jinżamm mill-Kummissjoni, u se jippermetti li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jiġu kkuntattjati faċilment, filwaqt li jiġu implimentati miżuri adegwati għall-protezzjoni tad-data personali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tistabbilixxi standards, speċifikazzjonijiet tekniċi u l-kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni għad-Direttorju permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Il-Kapitolu II jistabbilixxi wkoll il-mekkaniżmu ta’ governanza u ta’ superviżjoni. Sabiex timminimizza l-frammentazzjoni u tisfrutta l-għarfien espert eżistenti, il-proposta ssemmi l-korpi superviżorji eżistenti tal-eIDAS biex f’kull Stat Membru jaġixxu bħala l-awtoritajiet superviżorji għall-fornituri tal-Kartieri tan-Negozju stabbiliti fit-territorji rispettivi. Dawn l-awtoritajiet jassistu wkoll lill-fornituri tal-Kartieri tan-Negozju jaċċessaw l-informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ ta’ data ta’ identifikazzjoni tas-sid mill-emittenti tad-data ta’ identifikazzjoni tas-sid abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn sorsi awtentiċi, jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġistri nazzjonali li għandhom data dwar l-operaturi ekonomiċi u dwar il-korpi tas-settur pubbliku. F’dan ir-rigward, ir-Regolament jipprevedi r-rwol u l-kompiti ta’ tali awtoritajiet. Minħabba l-bilanċ istituzzjonali tat-Trattati, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (l-entitajiet tal-Unjoni) ma humiex soġġetti għas-superviżjoni tal-Istati Membri. Il-proposta tipprovdi pjuttost arranġament superviżorju fil-livell tal-Unjoni taħt il-Kummissjoni.
Fil-Kapitolu III huma stabbiliti l-obbligi imposti fuq il-korpi tas-settur pubbliku. Dawn id-dispożizzjonijiet jiżguraw li l-korpi tas-settur pubbliku jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għall-finijiet tal-identifikazzjoni, tal-awtentikazzjoni, tal-iffirmar jew tal-issiġillar, tas-sottomissjoni ta’ dokumenti, u tat-trażmissjoni jew tar-riċeviment ta’ notifiki fi proċeduri amministrattivi jew ta’ rapportar. Għall-iskambju ta’ dokumenti u ta’ notifiki, il-korpi tas-settur pubbliku stess irid ikollhom Kartiera Ewropea tan-Negozju u jridu jużaw il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur. L-obbligi jridu jiġu ssodisfati sal-iskadenzi stabbiliti. Il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jirrikonoxxu wkoll l-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u tal-mezz ta’ komunikazzjoni (għall-kummerċjanti waħdiena u għall-ħaddiema b’impjieg indipendenti) bħala l-uniku mezz għas-sottomissjoni ta’ dokumenti u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi meta meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se tirrieżamina dawn l-obbligi u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom maż-żmien.
Il-Kapitolu IV jistabbilixxi d-dimensjoni internazzjonali tal-qafas tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, li jistabbilixxi l-possibbiltà tar-rikonoxximent ta’ sistemi żviluppati f’pajjiżi terzi li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti għal dawk tal-proposta fejn il-kundizzjonijiet rilevanti jiggarantixxu livell komparabbli ta’ fiduċja, ta’ sigurtà u ta’ interoperabbiltà. Dan l-approċċ jippermetti lill-UE tiffaċilita l-iskambji globali fdati ma’ sħab mhux tal-UE filwaqt li żżomm l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-identità diġitali, għall-awtentikazzjoni u għall-integrità tad-data.
Il-Kapitolu V fih id-dispożizzjonijiet orizzontali u dawk finali. Dan jipprevedi l-evalwazzjoni u r-rieżami tar-regolament propost biex jiġu vvalutati l-effettività tal-implimentazzjoni tiegħu u l-funzjonament tal-qafas superviżorju.
2025/0358 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew( 1 ),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Jannar 2025 “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE”( 2 ), il-Kummissjoni ħabbret li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju, filwaqt li jibnu fuq il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali, se jikkostitwixxu l-pedament biex isir in-negozju b’mod sempliċi u diġitali fl-Unjoni, filwaqt li jipprovdu ambjent bla xkiel għall-kumpaniji biex jinteraġixxu mal-amministrazzjonijiet pubbliċi.
(2)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 3 ) jistabbilixxi l-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali u jintroduċi l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, li jippermettu lill-utenti jaħżnu u jimmaniġġaw b’mod sigur l-identità diġitali u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi tagħhom, u jaċċessaw firxa wiesgħa ta’ servizzi online. Il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali jinkludi servizzi fiduċjarji ġodda, inkluż il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, u b’hekk itejjeb is-sigurtà u l-affidabbiltà tat-tranżazzjonijiet u tal-interazzjonijiet online.
(3)Sabiex titrawwem ekonomija Ewropea kompetittiva u diġitali, u biex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier, huwa neċessarju li jiġi stabbilit ambjent bla xkiel u sigur għall-interazzjoni diġitali bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku f’konfigurazzjonijiet differenti.
(4)Sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni sussegwenti stabbiliti skont dak ir-Regolament kif ukoll l-iżviluppi fit-teknoloġija u fl-istandards u l-ħidma mwettqa abbażi tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/946, u b’mod partikolari l-Arkitettura u l-Qafas ta’ Referenza, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jieħdu preċedenza f’każ ta’ kwalunkwe inkonsistenza.
(5)Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku diġitali, tiġi żgurata l-interoperabbiltà u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u s-sistemi u s-soluzzjonijiet eżistenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali. Kif preskritt mill-Att dwar Ewropa Interoperabbli u biex jittejbu l-iskambji tad-data siguri u effiċjenti madwar l-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, sa fejn possibbli, fejn xieraq u wara analiżi teknika, jenħtieġ li tagħmel użu mill-infrastrutturi diġitali u mill-elementi kostitwenti eżistenti tal-UE, inklużi dawk żviluppati taħt is-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss”, is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali u l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, u b’hekk tiżgura l-komplementarjetà, l-interoperabbiltà, u l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi.
(6)Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju huma għodda diġitali għall-operaturi ekonomiċi biex jinteraġixxu mal-korpi tas-settur pubbliku fil-kuntest tal-issodisfar tal-obbligi ta’ rapportar u tal-issodisfar tal-proċeduri amministrattivi. L-użu tal-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju biex jidentifikaw u jawtentikaw, jiffirmaw jew jissiġillaw, jissottomettu dokumenti u jibagħtu jew jirċievu notifiki jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti proċedurali li jistgħu jkunu parti minn proċedura amministrattiva u li ma jistgħux jiġu ssodisfati mill-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dawn ir-rekwiżiti proċedurali jistgħu jinkludu kwalunkwe salvagwardja jew verifika addizzjonali, bħal kontrolli biex jiġi żgurat l-għarfien jew il-fehim tal-kontenut ta’ dokument jew l-implikazzjonijiet tal-iffirmar ta’ kuntratt, jew azzjonijiet speċifiċi li huma meħtieġa bħala parti minn proċedura amministrattiva u li ma humiex appoġġati mill-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Għalhekk, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jiżguraw li r-rekwiżiti proċedurali rilevanti kollha jiġu ssodisfati, inkluż kwalunkwe azzjoni jew proċess speċifiku li jeħtieġ li jiġi ssodisfat bħala parti minn proċedura amministrattiva u li ma jistax jitwettaq permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(7)Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom il-flessibbiltà li jiddeċiedu kif jiżguraw li jistgħu jaċċettaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju meta titqies id-diversità tal-infrastruttura tal-IT tagħhom u l-ħtiġijiet tagħhom għall-interoperabbiltà. Dan l-approċċ jippermetti lill-korpi tas-settur pubbliku jżommu l-oqfsa operazzjonali eżistenti tagħhom, filwaqt li jibbenefikaw mill-vantaġġi tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(8)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-awtonomija proċedurali, ir-rekwiżiti kostituzzjonali u l-indipendenza ġudizzjarja li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-Istati Membri, kif ukoll għall-qafas, l-integrità u s-salvagwardji proċedurali tal-proċedimenti ġudizzjarji.
(9)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet Statali essenzjali oħrajn, fosthom l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.
(10)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni ġuridiċi li jissottomettu l-informazzjoni lill-korpi tas-settur pubbliku darba biss kif ukoll għad-dritt tal-Istati Membri li jkomplu jużaw sistemi oħrajn għas-sottomissjoni tad-dokumenti u tad-data bejn l-awtoritajiet kompetenti kif stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni, bħal fir-Regolament 2018/1724( 4 ) u fid-Direttiva (UE) 2017/1132 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali.
(11)Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tittejjeb il-kompetittività, l-entitajiet kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, inklużi kumpaniji, organizzazzjonijiet, persuni b’impjieg indipendenti, kummerċjanti waħdiena u kwalunkwe tip ieħor ta’ negozju, irrispettivament mid-daqs, is-settur jew il-forma ġuridika, jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Sabiex jiġi żgurat li n-notifiki legalment validi u d-dokumenti jkunu jistgħu jiġu skambjati, u li l-obbligi ta’ rapportar jiġu ssodisfati permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mezz ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigur li jista’ jintuża mis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi integrat servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat (“QERDS”, qualified electronic registered delivery service) bħala mezz ta’ komunikazzjoni sigur fil-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u jenħtieġ li jippermetti l-iskambju sigur u legalment validu tal-informazzjoni bejn il-partijiet, kif previst fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
(12)Sabiex tiġi pprovduta soluzzjoni mfassla apposta għall-persuni b’impjieg indipendenti u għall-kummerċjanti waħdiena, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali mal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dik l-integrazzjoni jenħtieġ li tippermetti lil dawk il-persuni jawtentikaw permezz tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali tagħhom u jaċċessaw servizzi fiduċjarji offruti għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż il-QERDS stabbilit bħala mezz ta’ komunikazzjoni sigur f’dan ir-Regolament, permezz ta’ dawk il-Kartieri, mingħajr il-ħtieġa li joħolqu identità kummerċjali separata. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jitħallew joffru l-mezz ta’ komunikazzjoni sigur bħala servizz awtonomu lill-persuni b’impjieg indipendenti u lill-kummerċjanti waħdiena li jużaw il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali f’kapaċità kummerċjali, bl-interoperabbiltà żgurata biex jiġi ffaċilitat il-qlib tal-applikazzjonijiet, kif ukoll servizzi fiduċjarji bħall-firem elettroniċi u servizzi ta’ timbri tal-ħin kwalifikati u mhux kwalifikati. Tali aċċess għall-mezz ta’ komunikazzjoni sigur għall-persuni b’impjieg indipendenti u għall-kummerċjanti waħdiena jenħtieġ li jiġi promoss billi tiġi żgurata offerta, bi prezzijiet raġonevoli u affordabbli, li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-użu u tkun akkumpanjata minn termini ta’ użu li ma jimponux piż żejjed fuq dawk il-persuni.
(13)Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju, flimkien mar-Regolament (UE) 2018/1724, jenħtieġ li jappoġġaw it-28 reġim futur( 5 ) billi jipprovdu l-infrastruttura diġitali għal proċeduri kompletament diġitali, li tippermetti lill-istart-ups u lill-iscale-ups iwettqu operazzjonijiet madwar l-UE b’mod rapidu u effiċjenti. Il-Kartieri tan-Negozju jenħtieġ li jipprovdu l-infrastruttura diġitali għall-istrateġija “id-diġitali l-ewwel” tat-28 Reġim, billi jissimplifikaw l-interazzjonijiet transfruntiera u jnaqqsu l-piż amministrattiv, bħall-iffaċilitar tal-ħżin b’mod sigur u tal-iffirmar tal-kuntratti u taċ-ċertifikati jew is-sottomissjoni, ir-riċevuta u l-kondiviżjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ dokumenti elettroniċi. Billi jipprovdu din l-infrastruttura, jenħtieġ li l-Kartieri tan-Negozju jgħinu biex il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” jsir realtà, biex jiġu ffaċilitati t-tkabbir u l-iżvilupp tal-kumpaniji tal-UE u biex tittejjeb il-kompetittività tagħhom.
(14)Minħabba l-objettiv li tinħoloq ekosistema diġitali unifikata għall-identifikazzjoni, għall-awtentikazzjoni, u għall-iskambju elettroniċi ta’ dokumenti, notifiki, u attestazzjonijiet tal-attributi elettroniċi, huwa neċessarju li l-entitajiet tal-Unjoni jiġu inklużi fost il-korpi tas-settur pubbliku koperti minn dan ir-Regolament. Tali inklużjoni jenħtieġ li toħloq qafas koerenti biex is-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jinvolvu ruħhom fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika u b’hekk tnaqqas il-kumplessitajiet amministrattivi u tixprunat l-adozzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(15)Sabiex jiġu żgurati l-ħruġ u l-integrazzjoni xierqa tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju fl-operazzjonijiet u fis-sistemi kollha tal-entitajiet tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament iqis kif xieraq in-natura u l-istruttura speċifiċi ta’ tali istituzzjonijiet, korpi u organi. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-awtonomija amministrattiva u tas-sigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn jitħallew jiksbu l-Kartieri Ewropej tan-Negozju minn fornituri diġà stabbiliti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jew jiżviluppaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju tagħhom stess jew jaġixxu bħala fornitur għall-entitajiet tal-Unjoni huma stess. Meta l-entitajiet tal-Unjoni jaġixxu bħala fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għal qafas superviżorju. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-kompitu li tissorvelja l-forniment tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mill-entitajiet tal-Unjoni.
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 stabbilixxa qafas għall-identifikazzjoni elettronika u għas-servizzi fiduċjarji fis-suq intern. Filwaqt li jibnu fuq l-ekosistema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li joffru lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi tas-settur pubbliku soluzzjoni sigura u affidabbli għall-identifikazzjoni u għall-awtentikazzjoni diġitali, għall-kondiviżjoni tad-data, u għall-konsenja ta’ notifiki legalment validi. Il-qafas ta’ fiduċja għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż l-użu ta’ listi fdati, jenħtieġ li jibni fuq l-istrutturi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014.
(17)Jenħtieġ li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jippermettu lill-individwi mogħtija s-setgħa li jaġixxu f’isem entità f’materji legali, finanzjarji u amministrattivi, jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom billi jiffirmaw kwalunkwe attestazzjoni, dikjarazzjoni, jew dokument eżegwit permezz ta’ firma elettronika legalment valida skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 910/2014, li jistabbilixxi li l-firem elettroniċi għandu jkollhom effett legali ekwivalenti għall-firem bl-idejn.
(18)Sabiex jappoġġaw id-delega tas-setgħat u tal-mandati f’kuntest professjonali, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jinkorporaw sistema ta’ awtorizzazzjoni bbażata fuq il-mandati u fuq ir-rwoli, li tirregola l-aċċess għas-servizzi u għat-tranżazzjonijiet fil-Kartiera Ewropea tan-Negozju b’tali mod li tiġi ppreservata l-integrità tal-identità tas-sid ta’ dik il-Kartiera. Dik is-sistema jenħtieġ li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi tas-settur pubbliku jassenjaw drittijiet lil rappreżentanti awtorizzati permezz ta’ mandati tekniċi definiti b’mod ċar li jippermettu lis-sid ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju speċifika jagħti drittijiet sħaħ biex b’mod ġenerali jużaw is-soluzzjoni u jaġixxu f’ismu, u permezz ta’ mandat amministrattiv, li jippermetti lis-sid ta’ Kartiera tan-Negozju jassenja rwoli u responsabbiltajiet lil diversi utenti tas-soluzzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħu. Din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiżgura l-kompatibbiltà mal-prokura diġitali tal-UE, kif stabbilita bid-Direttiva (UE) 2025/25 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 . Din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li tkun robusta u skalabbli, sabiex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jkunu jistgħu jiddelegaw, bħala s-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, l-awtorità lil diversi utenti, inklużi impjegati jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi awtorizzati oħrajn, u b’hekk jiffaċilitaw il-ġestjoni effiċjenti u sigura tal-attivitajiet interni u jiżguraw li l-aċċess għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-funzjonijiet tagħhom ikun ikkontrollat u verifikabbli. Jenħtieġ li din is-sistema tirregola l-aċċess għas-servizzi u għat-tranżazzjonijiet fil-Kartiera Ewropea tan-Negozju, filwaqt li tippreserva l-integrità tal-identitajiet tas-sidien.
(19)Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera, biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, u biex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku, huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas legali ċar u prevedibbli li jirrikonoxxi l-ekwivalenza legali bejn l-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jew tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom u tal-mezz ta’ komunikazzjoni sigur fejn dan tal-aħħar jintuża minn persuni b’impjieg indipendenti u minn kummerċjanti waħdiena, u ta’ metodi aċċettati oħra biex l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw, jawtentikaw, jissottomettu dokumenti u jirċievu notifiki meta jinteraġixxu mal-korpi tas-settur pubbliku fl-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-użu tal-funzjonalitajiet ewlenin ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju, jew il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur fejn dan tal-aħħar jintuża minn persuni b’impjieg indipendenti u minn kummerċjanti waħdiena, ikollu l-istess effett legali daqslikieku twettaq legalment wiċċ imb wiċċ, fuq karta, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz jew proċess ieħor li kieku jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti legali, amministrattivi, jew proċedurali applikabbli.
(20)Sabiex jiżguraw esperjenza konsistenti għall-utenti u biex jiggarantixxu l-utilità, l-affidabbiltà u l-interoperabbiltà tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju madwar l-Unjoni, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jimplimentaw sett ewlieni ta’ funzjonalitajiet. Jenħtieġ li jibqgħu liberi li joffru karatteristiċi addizzjonali bħala parti mill-offerta kummerċjali tagħhom, biex irawmu l-innovazzjoni u jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-iżvilupp u għall-użu tal-funzjonalitajiet ewlenin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-funzjonament bla xkiel madwar l-Unjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 7 ) u jenħtieġ li jinkludu s-setgħat ta’ definizzjoni tal-istandards u tal-protokolli meħtieġa għall-mezz ta’ komunikazzjoni sigur, filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi.
(21)Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jissimplifikaw l-interazzjonijiet kumplessi bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku, u jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-interazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi nfushom, u jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi f’firxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi. Jenħtieġ li, sabiex irawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jippermettu każijiet ta’ użu speċifiċi għas-settur u jtejbu l-effiċjenzi operazzjonali, filwaqt li jiżguraw il-flessibbiltà u l-adattabilità biex jappoġġaw ir-rekwiżiti uniċi ta’ setturi differenti, inklużi, iżda mhux limitati għal, l-agrikoltura, l-enerġija, l-ambjent, u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.
(22)L-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju f’tali kuntesti jista’ jgħin inaqqas il-kostijiet u jippromwovi firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u ta’ każijiet ta’ użu madwar l-Unjoni, bħas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet, l-applikazzjonijiet għall-finanzjament pubbliku, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni sigura tad-data u tal-aċċess sigur fl-ispazji tad-data, bħas-sottomissjoni ta’ ċertifikati A1 dwar ħaddiema stazzjonati previsti skont ir-Regolament (UE) 883/2004.
(23)L-istabbiliment tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju flimkien mas-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss” huwa mistenni li joħloq sinerġiji b’saħħithom li jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-faċilità tat-tħaddim. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jużaw il-Kartiera Ewropea tan-Negozju biex iżommu u jittrażmettu evidenza miksuba mingħand l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti permezz tas-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss”. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu wkoll jgħaqqdu l-evidenza miżmuma fil-Kartiera Ewropea tan-Negozju ma’ evidenza miksuba permezz tas-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss” fil-kuntest tal-proċeduri pubbliċi. Konsegwentement, billi jipprovdu pjattaforma diġitali sigura għall-ħżin u għall-iskambju ta’ dokumenti kummerċjali, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ tali dokumenti bejn il-korpi tas-settur pubbliku permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt is-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss”.
(24)Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn id-diġitalizzazzjoni kontinwa tal-Unjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-modernizzazzjoni tal-iskambju transfruntier sigur ta’ informazzjoni, u l-ħtieġa li l-operaturi ekonomiċi jiġu pprovduti b’għodod diġitali effiċjenti biex jinteraġixxu mal-awtoritajiet, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas koerenti li jippermetti interazzjoni bla xkiel bejn tali sistemi rilevanti. It-tisħiħ ta’ tali koordinazzjoni se jnaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb iċ-ċertezza legali, u jsaħħaħ l-effettività tal-kooperazzjoni transfruntiera, billi jiżgura li l-kanali ta’ komunikazzjoni użati mill-operaturi ekonomiċi jiffunzjonaw mingħajr xkiel fis-suq diġitali Ewropew. F’dak il-kuntest, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jikkomplementaw is-sistemi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2844 u r-Regolament (UE) 2023/969, fejn jenħtieġ li tinżamm interazzjoni bla xkiel bejn dawn is-sistemi u l-Kartieri tan-Negozju permezz tal-gateway tal-Kartieri tan-Negozju, li tippermetti lill-awtoritajiet rilevanti jżommu dawn is-sistemi filwaqt li tippromwovi s-simplifikazzjoni għall-kumpaniji Ewropej.
(25)Sabiex jiġi ffaċilitat skambju flessibbli u effiċjenti ta’ informazzjoni u ta’ servizzi meta jintużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u biex tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ma’ soluzzjonijiet eżistenti tal-identità diġitali, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jintużaw għall-onboarding u għall-ġestjoni tal-aċċess tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-utenti jisfruttaw l-identitajiet diġitali u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi eżistenti biex jaċċessaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u b’hekk jissimplifikaw il-proċess tal-onboarding u jtejbu l-esperjenza ġenerali tal-utenti. L-użu tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi fil-kuntest tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jindirizza l-ħtiġijiet diversi tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u jista’ jintuża biex jinħarġu attributi ewlenin, bħall-indirizz kurrenti tas-sid, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT, in-numru ta’ referenza tat-taxxa, in-numru tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier), in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI, Economic Operator Registration and Identification) u n-numru tas-sisa, u biex dawn l-attributi ewlenin ikunu jistgħu jiġu vverifikati b’mod sigur u affidabbli. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ każijiet ta’ użu, minn awtentikazzjoni u identifikazzjoni sempliċi sa tranżazzjonijiet u interazzjonijiet aktar kumplessi.
(26)Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur u affidabbli tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jiżguraw li kull Kartiera Ewropea tan-Negozju li jipprovdu tkun ikkonfigurata minn qabel biex tinteraġixxi ma’ ċerti servizzi fiduċjarji, li huma meħtieġa biex jippermettu l-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż il-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati, il-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati, u l-ħruġ u l-validazzjoni tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati u mhux kwalifikati tal-attributi. Sabiex jappoġġaw dawn il-funzjonalitajiet, il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jippermettu l-kondiviżjoni u l-ħżin ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti speċifiċi relatati mas-sid, bħal messaġġi u dokumenti għall-mezz ta’ komunikazzjoni sigur, dokumenti ffirmati u ttimbrati bis-siġill, u settijiet ta’ attributi għal servizzi relatati mal-attestazzjoni.
(27)Sabiex l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi ppreżentati permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti b’mod legali, huwa neċessarju li jkun hemm il-possibbiltà li jinħolqu attestazzjonijiet marbuta u li dawn jiġu vvalidati, fejn attestazzjoni waħda tkun kriptografikament marbuta ma’ oħra b’mod li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità u tal-integrità ta’ kull attestazzjoni individwali, u tal-attestazzjonijiet marbuta kollha b’mod kollettiv. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-infrastruttura tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, permezz tal-użu tal-katina tal-attestazzjonijiet, tippermetti s-sottomissjoni ta’ istanza waħda ta’ attestazzjoni u tiffaċilita l-użu mill-ġdid sussegwenti tagħha fil-proċeduri rilevanti. Tali funzjonalità jenħtieġ li tippermetti lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jittrażmettu referenza għal dokument, fejn xieraq, b’element kriptografiku, bħal kjavi tal-hash għal attestazzjoni bis-siġill maħruġa minn Kartiera Ewropea tan-Negozju, u b’hekk jattestaw l-integrità u l-awtentiċità tas-sottomissjoni oriġinali.
(28)Sabiex jiġi żgurat li l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju jiżguraw l-armonizzazzjoni bejn soluzzjonijiet varji, huwa neċessarju li f’Anness ta’ dan ir-Regolament jiġu ddefiniti l-istandards u l-protokolli għall-funzjonalitajiet ewlenin u r-rekwiżiti tekniċi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju. L-Anness jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Sabiex jiġu żgurati l-vijabbiltà u l-effettività fit-tul tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi u taġġorna l-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet ewlenin, u b’hekk tippermetti l-integrazzjoni ta’ funzjonijiet addizzjonali u ta’ teknoloġiji ġodda li jagħmlu każijiet ta’ użu ġodda possibbli, bħall-IA b’aġenzija jew l-għoti ta’ identità diġitali lil assi tas-sid, u tippermetti li l-Kartiera Ewropea tan-Negozju tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi hekk kif jevolvu u b’mod affidabbli. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jqisu s-soluzzjonijiet tekniċi u l-istandards rilevanti użati mis-sistemi eżistenti tal-ICT mill-operaturi ekonomiċi, sabiex jiffaċilitaw l-allinjament ta’ dawn is-sistemi mal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u jagħmluhom interoperabbli magħha.
(29)Sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp f’waqtu tas-suq għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-funzjonalitajiet ewlenin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jakkumpanjawhom. Fejn xieraq, dawn jenħtieġ li jibnu fuq l-istandards eżistenti, inklużi dawk stabbiliti fl-Arkitettura u fil-Qafas ta’ Referenza previsti fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, biex jappoġġaw l-użu mill-ġdid ta’ standards tekniċi familjari u l-adozzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(30)Sabiex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ fiduċja, ta’ funzjonalità, u ta’ sigurtà tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju meħtieġ għall-forniment transfruntier tas-servizzi tagħhom, u b’mod partikolari biex itaffu r-riskju ta’ frodi, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u obbligi ċari u proporzjonati mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti nazzjonali addizzjonali.
(31)Sabiex jiġu żgurati s-superviżjoni xierqa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-entitajiet li jixtiequ jsiru fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu meħtieġa jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jipprovdu dawn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju lill-korpi superviżorji qabel ma joffru s-servizzi tagħhom. Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-integrità u r-responsabbiltà tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data maħżuna jew skambjata fl-ekosistema tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, jenħtieġ li l-fornituri jkunu stabbiliti fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jiżgura li tali fornituri jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni u s-superviżjoni ta’ korp kompetenti fi Stat Membru, li jippermetti l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament u l-protezzjoni tad-drittijiet u tad-data tal-utenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ma jippreżentawx riskju għas-sigurtà tal-Unjoni, b’mod partikolari billi ma jkunux soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta’ pajjiż terz, biex jiġi żgurat li l-infrastruttura diġitali kritika tal-Unjoni tibqa’ sigura u reżiljenti. F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura l-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà ma’ soluzzjonijiet stabbiliti jew approvati minn sħab tal-Unjoni tal-istess fehma.
(32)L-Unjoni trid tipproteġi l-interess tas-sigurtà tagħha kontra fornituri li jistgħu jirrappreżentaw riskju persistenti għas-sigurtà minħabba l-interferenza potenzjali minn pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li jitnaqqas ir-riskju ta’ dipendenza persistenti fuq il-fornituri b’riskju għoli fis-suq intern, inkluż fil-katina tal-provvista tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, Information and Communication Technologies), peress li jista’ jkollhom impatti negattivi potenzjalment serji fuq is-sigurtà tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi tas-settur pubbliku fl-Unjoni u fuq l-infrastruttura kritika tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-integrità, tal-kunfidenzjalità u tad-disponibbiltà tad-data u tas-servizzi. Kwalunkwe restrizzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju proporzjonata u fuq miżuri ta’ mitigazzjoni korrispondenti kif definiti fil-politiki u fid-dritt tal-Unjoni. Tali limitazzjonijiet jistgħu japplikaw, pereżempju, għal fornituri ta’ riskju għoli, kif identifikati skont id-dritt tal-Unjoni.
(33)Sabiex l-identità tal-operaturi ekonomiċi tiġi stabbilita b’mod sigur u affidabbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-użu ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi biex tinħareġ data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju. L-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi jistgħu jiġu aġġornati jew revokati faċilment. L-użu ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi biex tiġi stabbilita l-identità tal-operaturi ekonomiċi jipprovdi soluzzjoni effiċjenti u sigura adattata għall-ħtiġijiet tal-ekonomija diġitali. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu dawn l-attestazzjonijiet huma regolati skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u huma soġġetti għal rekwiżiti stretti u għal skrutinju, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u ta’ fiduċja fil-proċess tal-ħruġ. Is-sorsi awtentiċi użati għall-verifika tad-data li tinsab fl-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi huma r-reġistri kummerċjali u reġistri oħra, u jenħtieġ li l-użu tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (“BRIS”, Business Registers Interconnection System) u tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja (“BORIS”, Beneficial Ownership Registers Interconnection System) jiġi promoss biex tiġi ffaċilitata l-verifika ta’ din id-data, u b’hekk tiġi żgurata l-akkuratezza u l-affidabbiltà tad-data.
(34)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-funzjonament jew ir-rwol tar-reġistri kummerċjali bħala sorsi awtentiċi u ma għandux jibdel il-mod kif joperaw jew id-data ppreżentata fih iżda pjuttost jenħtieġ li jibni fuq u jikkumplimenta l-infrastruttura eżistenti ta’ identifikazzjoni. F’dan ir-rigward, meta l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jinħarġu minn sors awtentiku, bħal reġistru kummerċjali, jew f’ismu, ir-reġistru jista’ joħroġ id-data rilevanti direttament, li jkompli jtejjeb is-sigurtà u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ identifikazzjoni.
(35)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jirrikjedi lill-Istati Membri jiżguraw li jittieħdu miżuri li jippermettu lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jivverifikaw b’mezzi elettroniċi, fuq talba tal-utent, l-awtentiċità tal-attributi elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, bħall-kwalifiki edukattivi u professjonali, it-titoli u l-liċenzji, is-setgħat u l-mandati biex jirrappreżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-permessi pubbliċi u l-liċenzji u d-data finanzjarja u tal-kumpaniji. Il-qafas tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jenħtieġ li jibni fuq dan ir-rekwiżit eżistenti li jenħtieġ li jkopri d-data uffiċjali kollha li hija rilevanti għall-operaturi ekonomiċi fil-kuntest tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u li jippermetti l-verifika elettronika tal-attributi biex jiffaċilita l-ħruġ ta’ data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi oħrajn.
(36)Peress li jenħtieġ li kull operatur ekonomiku u entità li twettaq attivitajiet ekonomiċi tkun tista’ tuża l-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inklużi l-persuni b’impjieg indipendenti u l-kummerċjanti waħdiena, jenħtieġ li d-data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tiġi pprovduta b’mod li jkun imfassal speċifikament biex jiġu vverifikati l-identità tas-sid u l-attributi attestati f’kuntest ta’ negozju. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-oqfsa eżistenti tal-Unjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà transfruntiera, il-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jenħtieġ li juża l-Identifikatur Uniku Ewropew (EUID, European Unique Identifier) ipprovdut bid-Direttiva dwar id-Dritt tal-Kumpaniji kodifikata (UE) 2017/1132( 8 ) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU)2021/369( 9 ) ) kif ukoll bir-Regolament (UE) 2024/1624 ( 10 ) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/369( 11 ). Il-kumpaniji u l-entitajiet legali l-oħrajn kif ukoll l-arranġamenti bħal trusts huma assenjati Identifikatur Uniku Ewropew biex jagħmilha possibbli li jiġu identifikati b’mod inekwivoku f’sitwazzjonijiet transfruntiera. L-Identifikatur Uniku Ewropew bħalissa huwa magħmul aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-BRIS u jintuża mill-BORIS. Għaldaqstant, il-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jenħtieġ li jibbaża fuq il-proċess tal-ħruġ u tar-reġistrazzjoni tal-Identifikaturi Uniċi Ewropej bħala l-mezz ta’ verifika tal-identità tal-operaturi ekonomiċi li huma pprovduti b’Identifikaturi Uniċi Ewropej f’konformità mad-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jenħtieġ li jibbaża fuq il-proċess tal-ħruġ u tar-reġistrazzjoni tal-Identifikaturi Uniċi Ewropej għal operaturi ekonomiċi oħrajn li jaqgħu taħt id-Direttiva (UE) 2015/849.
(37)Sabiex jiġi żgurat li s-sidien kollha ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod affidabbli u li l-attestazzjoni elettronika tagħhom tal-attributi tkun assoċjata ma’ entità unika, huwa neċessarju wkoll li jiġi assenjat identifikatur uniku lil operaturi ekonomiċi oħrajn u lill-korpi tas-settur pubbliku. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-identifikaturi uniċi, b’mod partikolari l-effettività u l-konsistenza tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti dettaljati għall-identifikaturi uniċi. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Minħabba l-approċċi differenti fost l-Istati Membri fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ xi operaturi ekonomiċi u korpi tas-settur pubbliku, huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċessibbiltà għall-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni s-sorsi awtentiċi li huma rilevanti għall-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(38)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti, sigur u trasparenti tal-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, huwa neċessarju li jiġi stabbilit Direttorju Diġitali Ewropew, li jinkludi data personali tal-operaturi ekonomiċi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi u żżomm dan id-Direttorju, bħala sors fdat ta’ informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi u dwar il-korpi tas-settur pubbliku li jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Id-Direttorju jenħtieġ li jippermetti li s-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jiġu kkuntattjati faċilment biex tiġi promossa ċ-ċertezza legali fir-rigward tan-negozjati bejn in-negozji u fir-rigward ta’ interazzjonijiet ma’ korpi tas-settur pubbliku, b’mod partikolari bl-għan li jiġi promoss il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa biex jappoġġaw il-funzjonament tad-Direttorju Diġitali Ewropew u jikkollaboraw mal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti biex jiżguraw li d-data sottomessa tibqa’ akkurata. Tali azzjonijiet ma għandhomx joħolqu rekwiżit b’mod indirett li l-operaturi ekonomiċi jaġġornaw tali informazzjoni. F’dan ir-rigward, id-Direttorju Diġitali se jibbaża fuq l-informazzjoni magħmula disponibbli mir-reġistri kummerċjali inkluż permezz tal-BRIS filwaqt li jiżgura li tali informazzjoni ma tiġix duplikata.
(39)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-attivitajiet kollha ta’ pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament. Fejn id-Direttorju Diġitali Ewropew jinkludi l-ipproċessar ta’ data personali, dan se jitwettaq f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data, bħall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u bħall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, mal-obbligi, bħall-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, u se jinkludi, fejn xieraq, karatteristiċi ta’ psewdonimizzazzjoni.
(40)Sabiex jiġu evitati piżijiet regolatorji eċċessivi, jenħtieġ li jiġu previsti s-superviżjoni ex post tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom, minflok ma tkun meħtieġa verifika minn qabel tal-konformità għal kull aspett tal-operazzjonijiet tagħhom. Dan l-approċċ jenħtieġ li jippermetti ambjent regolatorju aktar flessibbli u effiċjenti, filwaqt li jżomm is-salvagwardji meħtieġa biex jipproteġi lill-utenti u jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-qafas tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Jenħtieġ li l-proċess ta’ notifika għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkun issimplifikat u effiċjenti, b’rekwiżiti u skedi ta’ żmien ċari għall-applikanti. Jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, li diġà huma soġġetti għal qafas regolatorju robust skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014, jibbenefikaw minn proċess partikolarment ħafif biex ikunu jistgħu jipprovdu l-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
(41)Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-ekosistema tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista disponibbli għall-pubbliku ta’ fornituri notifikati ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju li għandha tinżamm aġġornata mill-Kummissjoni. Dik il-lista jenħtieġ li tinkludi informazzjoni trażmessa mill-korpi superviżorji nazzjonali dwar il-fornituri, inklużi l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, li jkunu lestew il-proċess ta’ notifika. Billi dik l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, l-utenti suppost li jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità u l-affidabbiltà tal-fornituri, u b’hekk jiġi promoss livell għoli ta’ sigurtà u fiduċja fl-ekosistema tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju.
(42)Is-sorveljanza effettiva mill-korpi superviżorji, mogħtija setgħat suffiċjenti u pprovduti b’riżorsi adegwati, hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju magħmula disponibbli fl-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex tali sorveljanza u l-għarfien espert rilevanti jiġu żgurati bl-aħjar mod, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru l-istess korp jew korpi superviżorji kif maħtura skont l-Artikolu 46a(1) u l-Artikolu 46b(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
(43)Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-iżgurar ta’ kooperazzjoni effettiva bejn il-korpi superviżorji maħtura skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 46b tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, u l-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 12 ). Peress li l-awtoritajiet kompetenti huma entitajiet distinti, jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib u fil-ħin, inkluż billi jiskambjaw informazzjoni rilevanti biex jiżguraw is-superviżjoni effettiva u l-konformità tal-fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju mal-obbligi applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u skont id-Direttiva (UE) Nru 2022/2555.
(44)Sabiex jiġi armonizzat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-korpi superviżorji nazzjonali jingħataw is-setgħa li jimponu multi amministrattivi. Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-limitu massimu tal-multi amministrattivi u l-kriterji għad-determinazzjoni tagħhom sabiex jiġi promoss it-trattament ugwali tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju madwar l-Unjoni irrispettivament mill-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom. L-awtorità superviżorja kompetenti jenħtieġ li tivvaluta kull każ individwalment, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi n-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, il-konsegwenzi tiegħu u kwalunkwe miżura meħuda biex tiżgura l-konformità u ttaffi l-ħsara. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli stabbiliti fid-dritt nazzjonali li jippermettu lill-korp superviżorju jimponi penali sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti ta’ dawk ir-regoli.
(45)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex il-Kummissjoni tintervjeni f’każijiet fejn fornitur ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju jinstab li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ma tkun ittieħdet l-ebda miżura effettiva mill-awtorità superviżorja kompetenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-konformità, tikkonsulta mal-Istati Membri kkonċernati u mal-fornitur, u tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tipprevedi miżuri korrettivi jew restrittivi. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida u effettiva biex tindirizza kwalunkwe nonkonformità u biex tiżgura li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jintużaw b’mod sigur u affidabbli.
(46)Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jenħtieġ li jingħata r-responsabbiltà addizzjonali li jikkoordina l-prattiki u l-politiki nazzjonali relatati ma’ dan ir-Regolament u jiffaċilita d-diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti rigward l-applikazzjoni u l-infurzar tar-Regolament, u b’hekk iwettaq l-objettivi tal-istabbiliment tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni u jżomm l-għarfien espert għall-benefiċċju tal-implimentazzjoni tal-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju.
(47)Sabiex jiġu appoġġati l-adozzjoni u l-interoperabbiltà effettivi, jenħtieġ li l-korpi kollha tas-settur pubbliku jkunu meħtieġa jippermettu l-użu tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju fil-proċeduri amministrattivi rilevanti kollha għall-finijiet tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni, tal-iffirmar jew tal-issiġillar ta’ dokumenti, tas-sottomissjoni ta’ dokumenti u tat-trażmissjoni jew tar-riċevuta ta’ notifiki. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-korpi tas-settur pubbliku jiżguraw li l-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mill-operaturi ekonomiċi jkun possibbli u li, fejn huma kkonċernati r-riċevuta jew il-komunikazzjoni ta’ dokumenti jew ta’ notifiki, huma jkunu jistgħu jaċċessaw il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur tal-Kartieri tan-Negozju. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel u interoperabbli ta’ dan ir-Regolament f’dan ir-rigward, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jkollhom Kartiera Ewropea tan-Negozju sabiex jirċievu jew jibagħtu dokumenti u notifiki. Jenħtieġ li l-obbligu tal-korpi tas-settur pubbliku li jaċċettaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju mill-operaturi ekonomiċi ma jaffettwax is-sistemi użati għall-iskambju jew għas-sottomissjoni ta’ dokumenti jew ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti.
(48)Sabiex jiġi evitat tfixkil fl-interazzjonijiet eżistenti bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku, huwa neċessarju li jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, għandu jdaħħal id-data 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Matul dan il-perjodu, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jagħżlu li ma joffrux il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u minflok jappoġġaw soluzzjonijiet alternattivi li diġà huma fis-seħħ li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jikkomunikaw mal-korpi tas-settur pubbliku qabel ma joffru l-mezz ta’ komunikazzjoni sigur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà u interoperabbiltà, kwalunkwe soluzzjoni alternattiva użata matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti għas-Servizz Elettroniċi Kwalifikati ta’ Konsenja Rreġistrati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u toffri gateway għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Il-gateway jenħtieġ li tippermetti lill-utenti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jaċċessaw is-soluzzjonijiet alternattivi użati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Wara dan il-perjodu, il-korpi tas-settur pubbliku jenħtieġ li jappoġġaw il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju biex jiżguraw mezz ta’ komunikazzjoni armonizzat u effiċjenti madwar l-Unjoni, għall-benefiċċji tan-negozji Ewropej.
(49)Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jikkontribwixxu għall-provvediment ta’ servizz pubbliku diġitali transfruntier skont it-tifsira tal-Att dwar Ewropa Interoperabbli (UE) 2024/903. Il-valutazzjoni meħtieġa skont dak ir-Regolament twettqet, u r-rapport li rriżulta se jiġi ppubblikat fuq il-Portal Ewropa Interoperabbli.
(50)Sabiex jiġi żgurat li l-ekosistema tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi tas-settur pubbliku, huwa neċessarju li jiġu vvalutati l-implimentazzjoni u l-impatt tagħha fid-dawl tal-għan ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis ir-riskju ta’ frammentazzjoni legali fis-suq intern fir-rigward tas-sottomissjoni elettronika tad-dokumenti u l-attestazzjonijiet tal-attributi kif ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi u l-progressjoni tas-suq għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għas-servizzi fiduċjarji assoċjati.
(51)Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-korpi tas-settur pubbliku ma jeħtiġux li l-istess informazzjoni jew dokumenti jerġgħu jiġu sottomessi permezz ta’ mezzi fiżiċi jew diġitali alternattivi, jew bil-kontra, ladarba dawn ikunu ġew trażmessi b’mod validu permezz tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jadottawx u lanqas iżommu rekwiżiti nazzjonali addizzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx previst espliċitament fih, peress li dan jaffettwa l-applikazzjoni diretta u uniformi tiegħu.
(52)Sabiex ikun jista’ jkun hemm aċċess effettiv għall-proċeduri u għas-swieq tal-Unjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni fil-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, huwa neċessarju li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ikunu jistgħu joħorġu Kartieri Ewropej tan-Negozju lil tali operaturi, dment li l-identità tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata b’livell għoli ta’ ċertezza. Sabiex jiġu evitati reġistrazzjonijiet duplikati u biex tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-suq intern, jenħtieġ li tali operaturi ma jitħallewx jiksbu aktar minn sett wieħed ta’ data ta’ identifikazzjoni tas-sid ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju u identifikatur uniku wieħed. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw biex itaffu r-riskju ta’ reġistrazzjonijiet duplikati u jiżguraw l-uniċità tar-reġistrazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti barra l-Unjoni.
(53)L-att ta’ implimentazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-identifikatur uniku jenħtieġ li jinkludi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tiegħu lil operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi. B’mod partikolari, jenħtieġ li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jippromwovu l-koordinazzjoni bejn il-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, filwaqt li jiżgura li kull operatur ekonomiku ta’ pajjiż terz jiġi attribwit identifikatur uniku wieħed biss għall-finijiet tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Qabel ma tingħata Kartiera Ewropea tan-Negozju lil operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur rilevanti jenħtieġ li jikkonferma li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-verifika tal-identità tal-operatur ekonomiku. Dan jenħtieġ li jippermetti lil operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju, filwaqt li jippreserva s-sigurtà u l-affidabbiltà tal-ekosistema.
(54)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rikonoxximent u tal-interoperabbiltà tal-kartieri tan-negozju jew ta’ sistemi u ta’ qafas simili minn pajjiżi terzi biex jiġu appoġġati u promossi s-sħubijiet u l-kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom sistemi jew qafas simili bħal dawn jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(55)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 joffri mezz sigur u konvenjenti kif il-persuni fiżiċi, bħaċ-ċittadini u r-residenti, jidentifikaw ruħhom u jaċċessaw is-servizzi online. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu pprovduti Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali lill-persuni ġuridiċi, minkejja nuqqas ta’ ċarezza dwar l-implimentazzjoni teknika speċifika tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-persuni ġuridiċi. Din l-inċertezza dwar l-iskop u l-funzjonament tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-persuni ġuridiċi żżid il-kumplessità legali u teknika għall-Istati Membri. Għalhekk, huwa neċessarju li l-Artikolu 5a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-ħruġ obbligatorju tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jirrigwarda biss lil persuni fiżiċi.
(56)Il-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi infrastruttura diġitali sigura mifruxa mal-Unjoni kollha, u għalhekk jenħtieġ li dan ikun jikkostitwixxi l-istrument prinċipali għal tali finijiet. Sabiex jiġu realizzati bis-sħiħ il-benefiċċji tal-qafas tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-korpi tas-settur pubbliku, huwa neċessarju li jiġi promoss l-użu tal-kartiera bħala l-għodda awtomatika għall-identifikazzjoni, għall-awtentikazzjoni, u għall-iskambju b’mod diġitali u sigur ta’ dokumenti u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.
(57)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti u orizzontali fis-setturi kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi fuq l-operaturi ekonomiċi u tittejjeb l-effiċjenza baġitarja, jenħtieġ li d-dritt tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni, jew l-iskambju elettroniċi ta’ dokumenti, notifiki, jew attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, b’mod partikolari fejn huma stabbiliti rekwiżiti tekniċi, sistemi jew protokolli speċifiċi, jiġi applikat b’mod konsistenti ma’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva futura f’dawn l-oqsma jenħtieġ li tosserva l-prinċipju tal-Kartiera tan-Negozju b’mod Awtomatiku u jenħtieġ li titfassal u tiġi żviluppata biex tibni fuq il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u tippermetti l-użu tagħhom. Meta allinjament bħal dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub, permezz ta’ Valutazzjoni tal-Impatt, li takkumpanja l-inizjattiva rilevanti, li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex ma setgħux jintużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa u tirrieżamina dan ir-Regolament sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data 3 snin wara l-adozzjoni] imbagħad kull 4 snin wara dan u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rieżami huwa essenzjali għall-valutazzjoni tar-rilevanza kontinwa tal-funzjonijiet ewlenin u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti, speċjalment dawk assoċjati mal-QERDS bħala mezz ta’ komunikazzjoni sigur, fil-kuntest tal-aħħar avvanzi teknoloġiċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-proċeduri ta’ notifika għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-effettività tar-regoli dwar il-penali stabbiliti mill-Istati Membri, biex tevalwa l-iżviluppi tas-suq u l-livelli ta’ konformità.
(58)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 13 ), u ta opinjoni fi [daħħal id-data].
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I - Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jippermetti l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni diġitali, il-kondiviżjoni tad-data u n-notifiki legalment validi, inaqqas il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet ta’ konformità, u jappoġġa l-kummerċ transfruntier u l-kompetittività. B’mod partikolari:
(1)jistabbilixxi qafas għall-forniment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(2)jistabbilixxi l-prinċipju ta’ ekwivalenza, li jagħti effett legali ekwivalenti lil azzjonijiet u tranżazzjonijiet imwettqa permezz ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju fir-rigward ta’ azzjonijiet u tranżazzjonijiet imwettqa legalment wiċċ imb wiċċ, fuq karta, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz jew proċess ieħor li kieku jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti legali, amministrattivi jew proċedurali applikabbli;
(3)jistabbilixxi regoli għall-ħruġ ta’ data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi u korpi tas-settur pubbliku;
(4)jistabbilixxi d-Direttorju Diġitali Ewropew;
(5)jaħtar l-identifikatur uniku Ewropew (EUID), kif stabbilit u rregolat mid-Direttiva (UE) 2017/1132, bħala l-identifikatur uniku għas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u jistabbilixxi identifikatur uniku simili għas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li għalihom l-Identifikatur Uniku Ewropew ma huwiex disponibbli;
(6)jistabbilixxi l-mekkaniżmu ta’ notifika li taħtu għandhom jiġu stabbiliti l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(7)jistabbilixxi l-obbligi għall-korpi tas-settur pubbliku dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(8)jipprovdi qafas għas-superviżjoni tal-entitajiet tal-Unjoni, fejn tali korpi tas-settur pubbliku jipprovdu Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(9)jipprovdi qafas għar-rikonoxximent ta’ sistemi ta’ pajjiżi terzi simili għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għall-ħruġ ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju lil operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament japplika għall-forniment u għall-aċċettazzjoni ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju u għall-ħruġ u għall-aċċettazzjoni ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u għall-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju minn operaturi ekonomiċi u minn korpi tas-settur pubbliku.
2.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għas-sistemi u l-proċeduri eżistenti mandati mid-dritt tal-Unjoni li jirregolaw l-iskambju ta’ dokumenti u ta’ data bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser soluzzjoni diġitali li tippermetti lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jaħżnu, jimmaniġġaw u jippreżentaw b’mod sigur id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi lil partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju u lil entitajiet oħra li jużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, għall-finijiet li ġejjin:
(a)biex jawtentikaw u jipprovdu l-provi vverifikati meħtieġa minn parti dipendenti;
(b)biex jaċċessaw u jużaw attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, firem elettroniċi, siġilli elettroniċi, servizzi ta’ konsenja elettroniċi rreġistrati, u timbri tal-ħin elettroniċi;
(c)biex jippermettu l-ħolqien, il-ġestjoni u d-delega ta’ mandati lil rappreżentanti awtorizzati;
u li jistgħu jappoġġaw funzjonalitajiet addizzjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(2)“Data tal-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser sett ta’ data li jippermetti li tiġi stabbilita l-identità ta’ sid ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju u li jinħareġ minn fornitur ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(3)“Fornitur ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju” tfisser fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat jew korp tas-settur pubbliku jew il-Kummissjoni li joħorġu data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(4)“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ tali persuni, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji ta’ intrapriżi, li taġixxi f’kapaċità kummerċjali jew professjonali għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;
(5)“korp tas-settur pubbliku” tfisser entità tal-Unjoni, awtorità reġjonali jew lokali, korp regolat bid-dritt pubbliku jew assoċjazzjoni magħmula minn waħda jew minn bosta minn tali entitajiet jew korpi, jew entità privata mandata minn tal-inqas waħda minn dawn l-entitajiet, l-awtoritajiet, il-korpi jew l-assoċjazzjonijiet biex tipprovdi servizzi pubbliċi, meta taġixxi skont tali mandat;
(6)“entità tal-Unjoni” tfisser istituzzjoni, korp u organu tal-Unjoni stabbilita mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew skonthom;
(7)“sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser operatur ekonomiku jew korp tas-settur pubbliku li għandu Kartiera Ewropea tan-Negozju jew li għandu dritt tal-użu tagħha;
(8)“servizz fiduċjarju” tfisser servizz fiduċjarju kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (16), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(9)“attribut” tfisser attribut kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (43), tad-Direttiva (UE) 910/2014;
(10)“attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi” tfisser attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (44) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(11)“attestazzjoni kwalifikata tal-attributi” tfisser attestazzjoni kwalifikata tal-attributi kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (45) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(12)“Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali” tfisser il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (42) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(13)“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (10) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(14)“firma elettronika kwalifikata” tfisser firma elettronika kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (12) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(15)“siġill elettroniku” tfisser siġill elettroniku kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (25) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(16)“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(17)“timbru elettroniku kwalifikat” tfisser timbru elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (34) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(18)“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isem is-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju fit-twettiq u fit-tħaddim tal-funzjonijiet ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju deżinjata abbażi ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mis-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(19)“mandat” tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn sid ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju lil rappreżentant awtorizzat, li tippermetti lil dak ir-rappreżentant jaġixxi f’isem is-sid fit-twettiq u fit-tħaddim tal-funzjonijiet ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju deżinjata;
(20)“dokument elettroniku” tfisser dokument elettroniku kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (35) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(21)“servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat” tfisser servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (37) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(22)“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew persuna fiżika li tirrappreżenta persuna fiżika jew ġuridika oħra, li tuża l-Kartieri Ewropej tan-Negozju jew il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju pprovduti f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(23)“parti dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser persuna fiżika, operatur ekonomiku jew korp tas-settur pubbliku li jiddependu fuq il-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(24)“attestazzjoni tal-unità tal-kartiera” tfisser oġġett tad-data li jiddeskrivi l-komponenti tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jew li jippermetti l-awtentikazzjoni u l-validazzjoni ta’ dawk il-komponenti;
(25)“unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser konfigurazzjoni unika ta’ soluzzjoni ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju li tinkludi front-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, applikazzjonijiet kriptografiċi siguri tal-kartieri u apparati kriptografiċi siguri tal-kartieri pprovduti minn fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju lil sid speċifiku ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(26)“soluzzjoni tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser kombinament ta’ software, hardware, servizzi, settings, u konfigurazzjonijiet, inklużi l-front-end u l-back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, applikazzjoni kriptografika sigura waħda jew aktar tal-kartiera, u apparat kriptografiku sigur wieħed jew aktar tal-kartiera;
(27)“assi kritiċi” tfisser assi fi ħdan jew b’rabta ma’ unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju li jkollhom importanza tant straordinarja li meta jiġu kompromessi d-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tagħhom, dan iħalli effett debilitanti serju ħafna fuq il-kapaċità li persuna tibbaża fuq dik l-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(28)“applikazzjoni kriptografika sigura tal-kartiera” tfisser applikazzjoni li timmaniġġa l-assi kritiċi billi tkun marbuta mal-funzjonijiet kriptografiċi u mhux kriptografiċi pprovduti mill-apparat kriptografiku sigur tal-kartiera u tużahom;
(29)“apparat kriptografiku sigur tal-kartiera” tfisser apparat reżistenti għat-tbagħbis li jipprovdi ambjent li jkun marbut mal-applikazzjoni kriptografika sigura tal-kartiera u jintuża minnha biex jipproteġi l-assi kritiċi u jipprovdi funzjonijiet kriptografiċi għall-eżekuzzjoni sigura ta’ operazzjonijiet kritiċi;
(30)“fornitur ta’ servizzi fiduċjarji” tfisser fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(31)“fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat” tfisser fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(32)“attestazzjoni elettronika tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku”; tfisser attestazzjoni elettronika tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (46) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(33)“sors awtentiku” tfisser sors awtentiku kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (47) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(34)“skema għall-attestazzjoni” tfisser sett ta’ regoli applikabbli għal tip wieħed jew aktar ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi;
(35)“katalogu tal-iskemi” tfisser repożitorju diġitali li jelenka l-iskemi għall-attestazzjoni tal-attributi rreġistrati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li jinżamm u jiġi ppubblikat online mill-Kummissjoni;
(36)“Identifikatur Uniku Ewropew” tfisser l-Identifikatur Uniku Ewropew imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/1132;
(37)“reġistru nazzjonali” tfisser bażi tad-data jew sistema uffiċjali stabbilita u miżmuma minn gvern nazzjonali jew l-awtorità maħtura tiegħu jew f’isimhom, li tirreġistra, taħżen, u timmaniġġa informazzjoni li tappartjeni għall-entitajiet legali, inkluż iżda mhux limitati għal kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet kif ukoll negozji u persuni fiżiċi bħal kummerċjanti waħdiena u persuni b’impjieg indipendenti jew persuni jew organizzazzjonijiet oħra li jridu jirreġistraw;
(38)“API” jew “Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet” tfisser sett ta’ definizzjonijiet u protokolli għall-bini u għall-integrazzjoni ta’ software tal-applikazzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data;
(39)“sottomissjoni” jew “issottometti” tfisser kwalunkwe trażmissjoni ta’ data, fajls, formoli, jew rekords strutturati jew mhux strutturati bejn korp tas-settur pubbliku u operatur ekonomiku jew bejn operaturi ekonomiċi jew bejn korpi tas-settur pubbliku, fejn tali trażmissjoni hija meħtieġa, mitluba, jew permessa skont id-dritt tal-Unjoni jew skont id-dritt nazzjonali, u hija maħsuba biex tappoġġa skop legali, amministrattiv jew proċedurali;
(40)“notifika” tfisser kwalunkwe trażmissjoni ta’ informazzjoni, deċiżjonijiet, talbiet, jew rikonoxximenti bejn korp tas-settur pubbliku u operatur ekonomiku jew bejn operaturi ekonomiċi jew bejn korpi tas-settur pubbliku, li hija meħtieġa, mitluba, jew permessa skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, u hija maħsuba biex tipproduċi effetti legali jew tinforma lir-riċevitur bid-drittijiet, bl-obbligi, jew bl-iżviluppi proċedurali;
(41)“proċedura amministrattiva” tfisser sekwenza ta’ azzjonijiet, definiti mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali, li jridu jittieħdu minn operaturi ekonomiċi jew korpi tas-settur pubbliku biex jikkonformaw mal-obbligi, jipprovdu informazzjoni, jew jiksbu deċiżjoni, awtorizzazzjoni, jew benefiċċju minn korp tas-settur pubbliku fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi;
(42)“front-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser il-komponent tal-interfaċċa tal-utent, irrispettivament mill-pjattaforma jew mill-fattur tal-forma, li jinteraġixxi mal-utenti li jaġixxu f’isem is-sid, u li huwa parti mill-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(43)“back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju” tfisser il-komponenti fin-naħa tas-server, inklużi s-software, is-servizzi, u l-infrastruttura, li jipprovdu l-funzjonalità u l-appoġġ meħtieġa għall-front-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u li jiffurmaw parti mill-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju.
Kapitolu II – Kartieri Ewropej tan-Negozju
Artikolu 4
Prinċipju ta’ ekwivalenza
Meta sid Kartiera Ewropea tan-Negozju jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet ewlenin ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju msemmija fl-Artikolu 5(1), l-azzjoni li tirriżulta għandu jkollha l-istess effett legali daqslikieku l-azzjoni twettqet legalment wiċċ imb wiċċ, fuq karta, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz jew proċess ieħor li kieku jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti legali, amministrattivi jew proċedurali applikabbli.
Meta persuna b’impjieg indipendenti jew kummerċjant waħdieni jagħmel użu mis-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 5(3), l-azzjoni li tirriżulta għandu jkollha l-istess effett legali daqslikieku l-azzjoni twettqet legalment wiċċ imb wiċċ, fuq karta, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz jew proċess ieħor li kieku jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti legali, amministrattivi jew proċedurali applikabbli.
Artikolu 5
Funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jipprovdu jippermettu lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jagħmlu użu mill-funzjonalitajiet ewlenin li ġejjin:
(a)li joħorġu, jitolbu, jiksbu, jagħżlu, jgħaqqdu, jaħżnu, iħassru, jikkondividu u jippreżentaw b’mod sigur l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi;
(b)li jiżvelaw b’mod selettiv id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attributi li jinsabu fl-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, fil-kuntest tal-funzjonalitajiet elenkati fil-punt a;
(c)li jitolbu u jikkondividu d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’mod sigur bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u mal-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(d)li jiffirmaw permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati u japplikaw siġill permezz ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati, kif applikabbli;
(e)li jorbtu d-data f’forma elettronika ma’ ħin partikolari permezz ta’ timbri tal-ħin elettroniċi kwalifikati;
(f)li joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali;
(g)li joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi permezz tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid, li jippermettu li l-attestazzjoni maħruġa tintrabat ma’ attestazzjonijiet rilevanti oħra li jiffurmaw parti minn katina;
(h)li jippermettu l-użu ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati u mhux kwalifikati tal-attributi biex is-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u r-rappreżentanti awtorizzati tagħhom ikunu jistgħu jawtentikaw ruħhom;
(i)li jittrażmettu u jirċievu dokumenti elettroniċi u data permezz ta’ servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat li kapaċi jappoġġa l-kunfidenzjalità u l-integrità;
(j)li jawtorizzaw lil diversi utenti biex jaċċessaw u joperaw il-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid, u biex is-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jiġġestixxi u jirrevoka tali awtorizzazzjonijiet;
(k)li jawtorizzaw lill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju jitolbu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lis-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u biex is-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jiġġestixxi u jirrevoka tali awtorizzazzjonijiet;
(l)li jesportaw id-data tagħhom, inkluża d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, ir-reġistri tal-komunikazzjoni, u r-rekords tal-interazzjonijiet maħruġa, f’format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni, fuq talba tas-sid jew f’każ ta’ terminazzjoni tas-servizz jew ta’ revoka tan-notifika tal-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(m)li jaċċessaw reġistru tat-tranżazzjonijiet kollha;
(n)li jaċċessaw dashboard komuni għall-aċċess tal-komunikazzjonijiet skambjati u għall-ħżin u għall-verifika tagħhom permezz tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fil-punt (i).
2.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jistgħu joffru funzjonalitajiet addizzjonali lil hinn minn dawk elenkati fil-paragrafu 1 dment li tali funzjonalitajiet ma jinteferux mal-kunfidenzjalità, mad-disponibbiltà, jew mal-integrità tal-funzjonalitajiet ewlenin minimi, u mal-affidabbiltà u mal-interoperabbiltà tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jipprovdu, u lanqas ma jikkompromettuhom.
3.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jippermettu l-forniment tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (i) bħala servizz awtonomu lill-utenti tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.
4.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jimplimentaw il-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.
5.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 6
Karatteristiċi tekniċi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jipprovdu jappoġġaw protokolli u interfaċċi komuni:
(a)għall-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati u mhux kwalifikati tal-attributi u ċertifikati kwalifikati u mhux kwalifikati għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(b)biex il-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju jitolbu u jivvalidaw id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi;
(c)għall-kondiviżjoni u għall-preżentazzjoni lill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, tal-attestazzjoni elettronika tal-attributi u tad-data żvelata b’mod selettiv;
(d)biex jippermettu l-interazzjoni mal-Kartieri Ewropej tan-Negozju b’mod awtomatiku mingħajr intervent manwali jew permezz ta’ azzjoni diretta mill-utenti;
(e)għall-onboarding sigur tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju mill-bogħod permezz ta’ rappreżentant awtorizzat b’mezz ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ dak ir-rappreżentant awtorizzat li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-livelli ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” jew “għoli”;
(f)għall-interazzjoni bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali bl-għan li jirċievu, jivvalidaw u jikkondividu d-data ta’ identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’mod sigur;
(g)għall-awtentikazzjoni tal-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju permezz tal-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni, fejn tkun meħtieġa l-awtentikazzjoni;
(h)biex il-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, fejn tkun meħtieġa l-verifika tal-awtentiċità u tal-validità;
(i)għall-forniment tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (i), inkluża interfaċċa għad-Direttorju Diġitali Ewropew stabbilita skont l-Artikolu 10;
(j)għall-assenjazzjoni lil kull sid ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju, għall-finijiet tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (i) u d-tad-Direttorju Diġitali Ewropew imsemmi fl-Artikolu 10, mill-inqas indirizz diġitali uniku wieħed;
(k)għall-forniment ta’ attestazzjonijiet tal-unitajiet tal-kartiera lill-unitajiet kollha tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, li jkun fihom kjavi pubbliċi u kjavi privati korrispondenti protetti minn apparat kriptografiku sigur tal-kartiera;
(l)għall-ġestjoni ta’ assi kritiċi, għall-użu ta’ mill-inqas applikazzjoni kriptografika sigura tal-kartiera waħda u apparat kriptografiku sigur tal-kartiera wieħed u, fejn l-assi kritiċi jkunu relatati mat-twettiq tal-identifikazzjoni elettronika fil-livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali, biex jiġi żgurat li tali operaturi kriptografiċi jew l-operazzjonijiet l-oħrajn li jipproċessaw l-assi kritiċi jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti għall-karatteristiċi u għad-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika fil-livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502.
2.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom ukoll:
(a)jiżguraw li d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju tkun assoċjata b’mod diġitali mal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid;
(b)jiżguraw li, għall-finijiet tal-funzjonalità msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (j):
–l-immappjar bejn ir-rwoli u l-attributi jkun verifikabbli, jista’ jiġi awditjat, revokabbli u traċċabbli għall-emittenti leġittimi tagħhom;
–il-kunflitti bejn ir-rwoli, id-delega eċċessiva, jew l-awtorizzazzjonijiet skaduti jiġu identifikati u evitati awtomatikament f’ħin reali;
–il-loġika tal-awtorizzazzjoni kollha hija interoperabbli bejn l-Istati Membri.
(c)jiżguraw is-sigurtà mid-disinn;
(d)jipprovdu mekkaniżmi ta’ validazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-awtentiċità u l-validità tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ikunu jistgħu jiġu vverifikati;
(e)jipprovdu mekkaniżmu li jippermetti lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jitolbu faċilment appoġġ tekniku u jirrapportaw problemi tekniċi jew kwalunkwe inċident ieħor li jkollu impatt negattiv fuq l-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(f)jiżguraw li l-validità tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju tkun tista’ tiġi revokata fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
–fuq talba espliċita tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
–fejn is-sigurtà tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tkun ġiet kompromessa;
–mal-waqfien permanenti jew temporanju tal-attività tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
–fejn il-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju ma jkunx inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 12(5).
(g)mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
–il-mekkaniżmu li jippermetti l-validazzjoni tad-data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
–il-mekkaniżmu li bih jiġu vvalidati l-awtentiċità u l-validità tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
3.Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 2, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezz sigur, f’forma ffirmata jew issiġillata elettronikament adatta għall-ipproċessar awtomatizzat.
4.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jimplimentaw il-funzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafi 1 u 2 f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.
5.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għall-funzjonijiet tekniċi tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 7
Rekwiżiti u obbligi għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju li huma inklużi fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 12(5).
2.Minħabba r-rwol tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju fl-infrastruttura diġitali tal-Unjoni, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni, ikollhom il-post prinċipali tan-negozju u l-operazzjonijiet ewlenin tagħhom fl-Unjoni u ma jippreżentawx riskju għas-sigurtà tal-Unjoni. B’mod partikolari ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn xi entità ta’ pajjiż terz.
3.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19a tar-Regolament (UE) 910/2014. Dak l-obbligu ma għandux japplika għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li huma fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati.
4.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha.
5.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà applikabbli stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt nazzjonali, inklużi dawk relatati mal-identifikazzjoni ta’ fornituri b’riskju għoli. Il-fornituri għandhom jiżguraw ukoll li l-fornituri tagħhom tas-software u ta’ soluzzjonijiet tas-sigurtà jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti u jikkonformaw mal-istandards u r-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà.
6.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom:
(a)jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità, l-awtentiċità, l-interoperabbiltà, u d-disponibbiltà tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jipprovdu ma’ Kartieri Ewropej tan-Negozju oħrajn u mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali;
(b)jiżguraw li s-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu infurmati b’mod ċar, faċli għall-utent, konċiż u aċċessibbli dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, inklużi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-limitazzjonijiet tal-funzjonalitajiet ewlenin u addizzjonali, l-istandards taċ-ċibersigurtà, u d-drittijiet tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju fir-rigward tal-portabbiltà tad-data, tar-rimedju, u tat-terminazzjoni tas-servizz;
(c)jiżguraw li r-rappreżentanti awtorizzati tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu infurmati b’mod ċar, faċli għall-utent, konċiż u aċċessibbli, dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tagħhom, b’mod partikolari, id-dritt li jitolbu revoka tal-attestazzjoni tal-unità tal-kartiera tagħhom, permezz tal-mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni previst fil-punt 1 tal-Anness;
(d)jikkooperaw mal-korpi superviżorji kompetenti msemmija fl-Artikolu 13(1), jew mal-Kummissjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13(10) u 14(1) u jwieġbu mingħajr dewmien żejjed għal kwalunkwe talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament;
(e)jinnotifikaw lill-korpi superviżorji nazzjonali rilevanti, jew lill-Kummissjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1), bi kwalunkwe bidla sostantiva fis-servizzi jew fl-istruttura ġenerali tagħhom li jista’ jkollha impatt fuq il-konformità tal-fornitur ma’ dan ir-Regolament;
(f)jinnotifikaw lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju f’każ ta’ sospensjoni, revoka jew terminazzjoni volontarja mill-fornituri tas-servizzi tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u f’każ tat-tneħħija tal-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 12(5), u jiżguraw it-trasferiment jew it-tħassir tad-data tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju f’konformità mal-istruzzjonijiet tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(g)jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, skont l-Artikolu 10(2), tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u li l-informazzjoni inizjalment sottomessa lill-Kummissjoni tinżamm aġġornata u tkun ikkorroborata permezz tal-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li joħorġu l-identifikaturi uniċi msemmija fl-Artikolu 8(5), il-punt (b).
Artikolu 8
Data ta’ identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Il-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom joħorġu d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju lill-Kartieri Ewropej tan-Negozju tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Meta s-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu entitajiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju lill-Kartieri Ewropej tan-Negozju ta’ dawk l-entitajiet tal-Unjoni.
2.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni s-sorsi awtentiċi rilevanti għall-verifika tal-attributi meħtieġa għall-ħruġ tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni, f’format li jinqara mill-magni, lista tas-sorsi awtentiċi rilevanti notifikati.
3.Id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għandha tinħareġ f’format konformi ma’ wieħed mill-istandards elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 u bħala:
(a)attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi, meta jiġu pprovduti minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati;
(b)attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġin minn korp tas-settur pubbliku responsabbli minn sors awtentiku, jew f’ismu, meta jiġu pprovduti minn korpi tas-settur pubbliku responsabbli minn dan;
(c)attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, meta jiġi pprovduti mill-Kummissjoni.
4.Id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju maħruġa mill-Kummissjoni għandu jkollha l-istess effett legali bħall-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi u bħall-attestazzjonijiet tal-attributi maħruġa minn korp tas-settur pubbliku responsabbli minn sors awtentiku, jew f’ismu.
5.Id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandu jkun fiha mill-inqas l-attributi li ġejjin:
(a)l-isem uffiċjali tal-operatur ekonomiku jew tal-korp tas-settur pubbliku, kif irreġistrat fir-reġistru jew fir-rekord uffiċjali rilevanti;
(b)l-identifikatur uniku rilevanti attribwit f’konformità mal-Artikolu 9.
6.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm skema għall-attestazzjoni għad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dik l-iskema għandha tkun elenkata fil-katalogu tal-iskemi għall-attestazzjoni tal-attributi msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1569.
7.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti għad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartiera Ewropej tan-Negozju maħruġa skont dan l-Artikolu, inklużi proċeduri biex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni s-sorsi awtentiċi rilevanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 9
Identifikaturi uniċi
1.Meta operatur ekonomiku jkun ġie attribwit Identifikatur Uniku Ewropew, dak l-identifikatur għandu jintuża bħala l-identifikatur uniku msemmi fl-Artikolu 8(4), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament.
2.Meta operatur ekonomiku jew korp tas-settur pubbliku ma jkunx ġie attribwit Identifikatur Uniku Ewropew, għandu jinħoloq identifikatur uniku f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
3.Meta korp tas-settur pubbliku jkun entità tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha toħloq u tattribwixxi identifikatur uniku lil dik l-entità tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
4.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u proċeduri relatati mal-identifikatur uniku msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiżgura li s-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ma jiġux attribwiti aktar minn identifikatur uniku wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 10
Id-Direttorju Diġitali Ewropew
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, topera u żżomm Direttorju Diġitali Ewropew li għandu jaġixxi bħala s-sors fdat ta’ informazzjoni għas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, u dan għandu jieħu l-forma ta’ applikazzjoni tal-web li tinkludi żewġ interfaċċi:
(a)interfaċċa li tinqara mill-magni esposta permezz ta’ API għall-komunikazzjoni awtomatizzata minn sistema għal sistema;
(b)pjattaforma sigura u bbażata fuq il-web li tipprovdi aċċess għall-utenti awtentikati u awtorizzati u portal online tas-sistema għall-utenti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
2.Għall-finijiet taż-żamma tad-Direttorju Diġitali Ewropew, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom, mal-forniment ta’ Kartiera Ewropea tan-Negozju, jipprovdu lill-Kummissjoni bil-kategoriji ta’ informazzjoni stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6
3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni rilevanti għandha tiġi inkluża fid-Direttorju Diġitali Ewropew.
4.Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-Direttorju Diġitali Ewropew aċċessibbli biss għas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
5.Kwalunkwe modifika jew revoka li tikkonċerna l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien jum tax-xogħol wieħed, tiġi kkomunikata mill-fornituri tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju direttament lill-Kummissjoni bil-għan li jinżamm id-Direttorju Diġitali Ewropew.
6.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-indirizzi diġitali uniċi u l-kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni għall-finijiet tad-Direttorju Diġitali Ewropew. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 11
Notifika tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.L-entitajiet li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jinnotifikaw dik l-intenzjoni flimkien mal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 lill-korp superviżorju kompetenti.
2.In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem ġuridiku tal-entità, kwalunkwe isem kummerċjali użat, il-URL tas-sit web, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon, u l-indirizz fiżiku ta’ kuntatt;
(b)in-numru tar-reġistru tal-entità maħruġ minn reġistru nazzjonali, fejn disponibbli
(c)deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonalitajiet ewlenin, stabbiliti fl-Artikolu 5(1), għandhom jiġu offruti mill-Kartieri Ewropej tan-Negozju li l-entità beħsiebha tipprovdi;
(d)deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjonalità addizzjonali appoġġata mill-Kartieri Ewropej tan-Negozju li l-entità beħsiebha tipprovdi;
(e)dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
3.Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati ma għandhomx ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ rieżami u verifika stabbilita fil-paragrafi 4 sa 6. Meta jissottometti l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, il-korp superviżorju kompetenti għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien jumejn tax-xogħol bil-għan li dak il-fornitur jiżdied mal-lista msemmija fl-Artikolu 12(5), u jista’ joffri l-Kartieri Ewropej tan-Negozju immedjatament.
4.Malli jirċievi notifika, il-korp superviżorju għandu jkollu 30 jum biex jirrieżamina l-informazzjoni sottomessa.
Meta dak ir-rieżami jwassal lill-korp superviżorju biex jikkonkludi li l-informazzjoni hija kompluta u li d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c) tidher li tikkorrispondi għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien jumejn tax-xogħol bil-għan li dak il-fornitur jiżdied mal-lista msemmija fl-Artikolu 12(5).
5.Meta dak ir-rieżami jwassal lill-korp superviżorju biex jikkonkludi li l-informazzjoni ma hijiex kompluta jew li d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c) tidher li ma tikkorrispondix għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jitlob informazzjoni jew spjegazzjonijiet addizzjonali mill-entità notifikanti u jistabbilixxi skadenza raġonevoli, li ma taqbiżx 15-il jum kalendarju, għat-tweġiba. Jekk dik l-informazzjoni jew dawk l-ispjegazzjonijiet jippermettu lill-korp superviżorju jikkonkludi li l-informazzjoni hija kompluta u li d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c) tidher li tikkorrispondi għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien jumejn tax-xogħol bil-għan li dak il-fornitur jiżdied mal-lista msemmija fl-Artikolu 12(5). Jekk le, jew jekk ma tasal l-ebda tweġiba, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-entità notifikanti li ma hijiex se tiżdied mal-lista msemmija fl-Artikolu 12(5).
6.Meta l-korp superviżorju ma jkunx ipprovda lill-entità notifikanti bi tweġiba sostantiva dwar l-eżitu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 4 fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievi n-notifika, l-informazzjoni għandha titqies bħala kompluta u d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c) għandha titqies bħala li tidher li tikkorrispondi għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), u l-korp superviżorju għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien jumejn tax-xogħol bl-għan li dak il-fornitur jiżdied mal-lista msemmija fl-Artikolu 12(5).
7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet notifikanti jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni tal-awtorità superviżorja, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, f’każijiet fejn l-awtorità superviżorja tirrifjuta li telenkahom bħala fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jew ma tieħu l-ebda deċiżjoni fi żmien raġonevoli.
Artikolu 12
Lista tal-fornituri notifikati tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Il-korpi superviżorji għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 11, fi żmien 24 siegħa minn meta jsiru konxji ta’ kwalunkwe bidla.
2.L-informazzjoni pprovduta mill-korpi superviżorji msemmija fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 12(1) għandha tinkludi dan li ġej:
(a)l-għan tas-sottomissjoni, li jista’ jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
–ir-reġistrazzjoni ta’ fornitur notifikat tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li preċedentement ma kienx preżenti fil-lista msemmija fil-paragrafu 5;
–bidla fl-informazzjoni sottomessa preċedentement dwar il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li kurrentament huma preżenti fil-lista msemmija fil-paragrafu 5;
–talba għat-tneħħija ta’ fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mil-lista msemmija fil-paragrafu 5;
(b)l-isem u, fejn applikabbli, l-isem kummerċjali tal-fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(c)l-Istat Membru li l-fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandu l-post prinċipali tal-istabbiliment tiegħu fih;
(d)l-isem tal-korp superviżorju kompetenti;
(e)indikazzjoni dwar jekk il-fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju huwiex fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat.
3.Abbażi tal-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm lista ta’ fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju fuq is-sit web tal-Kummissjoni, f’format li jinqara mill-magni.
Artikolu 13
Governanza u superviżjoni
1.F’kull Stat Membru, il-korpi superviżorji maħtura skont l-Artikolu 46a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom ikunu l-korpi superviżorji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ukoll.
2.Dawk il-korpi superviżorji għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti superviżorji fir-rigward tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jkollhom il-post prinċipali tal-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom is-setgħat meħtieġa u r-riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv, effiċjenti u indipendenti.
4.Ir-rwol tal-korpi superviżorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li:
(a)jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jieħdu azzjoni, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, permezz ta’ attivitajiet ta’ superviżjoni ex post;
(b)jaġixxu bħala l-uffiċċju ewlieni tal-kollegament għall-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, li jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet u mir-reġistri nazzjonali rilevanti, fejn meħtieġ, għall-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u ta’ identifikaturi uniċi.
5.Il-kompiti tal-korpi superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)li jirrieżaminaw u jivvalutaw in-notifiki sottomessi f’konformità mal-Artikolu 11;
(b)li jinvestigaw allegazzjonijiet sostanzjati, b’mod partikolari dawk magħmula mis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, li fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jonqos milli jikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u li jieħdu azzjoni jekk tkun meħtieġa;
(c)li jivverifikaw l-eżistenza u l-applikazzjoni korretta tal-pjanijiet ta’ terminazzjoni fejn fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu, inkluż kif l-informazzjoni tinżamm aċċessibbli;
(d)li jiżguraw li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jirrimedjaw għal kwalunkwe nuqqas li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(e)li jimponu penali f’konformità mal-paragrafi 6 sa 9;
(f)li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istati Membri kkonċernati bi kwalunkwe ksur sinifikanti tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jsir jaf bih fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, fil-każ ta’ ksur sinifikanti tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jikkonċerna Stati Membri oħra, jinformaw lill-punt uniku ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istat Membru kkonċernat u l-punti uniċi ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 46c(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati, u jinformaw lill-pubbliku jew jitolbu lill-fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jagħmel dan meta l-korp superviżorju jiddetermina li l-iżvelar tal-ksur tas-sigurtà jew tat-telf tal-integrità jkun fl-interess pubbliku;
(g)li jikkooperaw mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari, billi jinfurmahom, mingħajr dewmien żejjed, fejn ikun jidher li jkunu nkisru r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u dwar ksur ta’ sigurtà li jidher li jikkostitwixxi ksur ta’ data personali;
(h)li jikkooperaw, kif xieraq, ma’ korpi superviżorji nazzjonali oħrajn;
(i)li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ lmenti li permezz tiegħu jistgħu jitressqu lmenti mill-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju f’konformità mal-Artikolu 11(7), u jiżguraw il-pubbliċità ċara tiegħu;
(j)li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ewlenin tagħhom;
(k)li jirrevokaw l-inklużjoni fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 12(5) ta’ fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jekk il-korp superviżorju jiddetermina li l-fornitur ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew li l-fornitur naqas milli jikkonforma mal-obbligi imposti minn dan ir-Regolament;
(l)li jikkooperaw mal-awtoritajiet superviżorji maħtura skont l-Artikolu 46b tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 mill-Istati Membri, b’mod partikolari, biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni jinħarġilhom sett wieħed biss ta’ data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u identifikatur uniku tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju wieħed biss.
6.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jippermettu lill-korp superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jimponi penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk ir-regoli ma għandhomx jaffettwaw l-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679.
7.Sa [Publications Office, insert the date 12 months after the entry into force of this Regulation], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-regoli stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 6 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti tar-regoli. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment u żżomm reġistru pubbliku faċilment aċċessibbli ta’ dawk ir-regoli.
8.L-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali f’konformità mal-paragrafu 6:
(a)in-natura, il-gravità, l-iskala u d-durata tal-ksur;
(b)kwalunkwe azzjoni meħuda mill-parti li wettqet il-ksur biex ittaffi jew tirrimedja d-dannu kkawżat mill-ksur;
(c)kwalunkwe ksur preċedenti mill-parti li wettqet il-ksur;
(d)il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-parti li wettqet il-ksur minħabba l-ksur, sa fejn tali benefiċċji jew telf jistgħu jiġu stabbiliti b’mod affidabbli;
(e)kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;
(f)il-fatturat annwali tal-parti li wettqet il-ksur fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament imwettaq mill-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju ikun soġġett għal multi amministrattivi ta’ massimu ta’ 2 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti.
9.Meta s-sistema legali ta’ Stat Membru ma tipprevedix l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi mill-awtoritajiet amministrattivi, il-multi mibdija mill-korp superviżorju u imposti mill-qrati nazzjonali kompetenti, li għandhom effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi imposti mill-korpi superviżorji, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet li jadotta skont dan il-paragrafu sa [Publications Office, insert the date 12 months after the entry into force of this Regulation] u għandu jinnotifika, mingħajr dewmien, kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.
10.F’ċirkostanzi li jiġġustifikaw intervent immedjat biex jiġi ppreservat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet suffiċjenti biex tqis li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju fornuti minn fornitur ma humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u ma tkun ittieħdet l-ebda miżura effettiva min-naħa tal-awtoritajiet superviżorja kompetenti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-konformità. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti dwar dan u l-fornitur għandu jikkoopera kif meħtieġ.
11.Abbażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li hija meħtieġa miżura korrettiva jew restrittiva, u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati u lill-fornitur, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina x’azzjoni tkun xierqa li tittieħed. Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura u s-severità tan-nonkonformità, kif ukoll l-impatt potenzjali fuq is-suq intern u d-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi.
12.Abbażi tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tipprevedi miżuri korrettivi jew restrittivi, inkluż li tissospendi temporanjament lill-fornitur mil-lista ta’ fornituri notifikati jew li tirrikjedi lill-fornitur jieħu azzjonijiet speċifiċi biex il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jinġiebu f’konformità mar-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami.
13.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-atti ta’ implimentazzjoni minnufih lill-fornitur u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mingħajr dewmien u jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikabbli għat-tul kollu tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li ġġustifikat l-intervent tal-Kummissjoni, dment li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju ikkonċernati ma jinġibux f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea
Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea stabbilit skont l-Artikolu 46e tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu jkun responsabbli biex jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan għandu jinkludi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, id-diskussjoni ta’ kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali, u l-koordinazzjoni tal-isforzi biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-funzjonament xierqa tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
Artikolu 15
Governanza u superviżjoni tal-entitajiet tal-Unjoni li huma fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Meta entità tal-Unjoni tkun fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, il-Kummissjoni għandha tkun il-korp superviżorju tagħha.
2.Ir-rwol tal-Kummissjoni bħala korp superviżorju f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jkun li timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u tieħu azzjoni, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, permezz ta’ attivitajiet ta’ superviżjoni ex post.
3.Meta taġixxi bħala korp superviżorju f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 13(5), il-punti a, b, c, d, h u k.
Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-attivitajiet ewlenin tagħha f’dan ir-rigward.
Kapitolu III – Aċċettazzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
Artikolu 16
Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku
4.Sa [Publications Office, please insert the date 24 months after the entry into force of this Regulation], il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin billi jużaw il-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1):
(a)jidentifikaw u jawtentikaw;
(b)jiffirmaw jew jissiġillaw;
(c)jissottomettu dokumenti;
(d)jibagħtu jew jirċievu notifiki.
L-azzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom isiru biex jiġi ssodisfat obbligu ta’ rapportar jew biex tiġi ssodisfata proċedura amministrattiva.
5.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), il-korpi tas-settur pubbliku għandu jkollhom Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż is-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (i).
6.B’deroga mill-paragrafu 2 u sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jagħżlu li ma joffrux is-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (i), u li minflok jappoġġaw soluzzjonijiet alternattivi eżistenti oħra li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu l-azzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), dment li dawk is-soluzzjonijiet:
(a)jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għas-servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(b)joffru gateway li jippermetti lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jissottomettu dokumenti u jibagħtu u jirċievu notifiki permezz tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (i).
Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ deroga stabbilit f’dan il-paragrafu, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jkomplu jappoġġaw is-soluzzjonijiet alternattivi msemmija f’dak is-subparagrafu iżda, f’konformità mal-paragrafu 2, għandu jkollhom Kartieri Ewropej tan-Negozju, inkluż is-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5(1), il-punt (i).
Kapitolu IV - Aspetti internazzjonali
Artikolu 17
Kartieri tan-negozju u strumenti u oqfsa simili oħrajn offruti f’pajjiżi terzi
1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li l-kartieri tan-negozju jew is-sistemi li joffru funzjonijiet simili li jinħarġu minn fornituri stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jitqiesu bħala li joffru assigurazzjonijiet li huma ekwivalenti għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dment li tali kartieri tan-negozju jew sistemi jkunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit fir-Regolament (UE) 910/2014 u jippermettu l-appoġġ ta’ mill-inqas funzjonalità ta’ identifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni u l-iskambju tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li l-oqfsa ta’ pajjiżi terzi għal sistemi li joffru funzjonijiet simili bħall-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jitqiesu bħala li joffru assigurazzjonijiet li huma ekwivalenti għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dment li s-sistemi pprovduti taħt dak il-qafas ikunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit fir-Regolament (UE) 910/2014 u jippermettu l-appoġġ ta’ mill-inqas funzjonalità ta’ identifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni u l-iskambju tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19.
3.Qabel l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-assigurazzjonijiet jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.
4.Fejn l-informazzjoni disponibbli tiżvela li dawk l-assigurazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevoka, temenda jew tissospendi, sa fejn ikun meħtieġ, l-att imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.
5.Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ oqfsa, kartieri tan-negozju jew sistemi li joffru funzjonijiet simili li jinħarġu mill-fornituri stabbiliti f’pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 18
Ħruġ ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju lil operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni
1.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jistgħu jipprovdu Kartieri Ewropej tan-Negozju lill-operaturi ekonomiċi stabbiliti f’pajjiż terz bil-kundizzjoni li tali operaturi ekonomiċi jkunu nħarġulhom data ta’ identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u identifikatur uniku f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jitolbu sett wieħed biss ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju minn fornitur wieħed ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
3.Meta operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Unjoni jitlob Kartiera Ewropea tan-Negozju, il-fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandu jinnotifika din it-talba lill-korp superviżorju tal-Istat Membru li fih jiġi nnotifikat il-fornitur.
4.Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jitolbu data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mingħand fornitur tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju f’isem l-operatur ekonomiku stabbilit f’pajjiż terz.
5.Il-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jistgħu joħorġu data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u identifikaturi uniċi skont l-Artikoli 8 u 9 lil operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni, dment li:
(a)l-iċċekkjar u l-verifika tal-identità ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi jissodisfaw wieħed mill-metodi jew, fejn meħtieġ, kombinament ta’ metodi għall-verifika tal-identità kif stabbiliti fl-Artikolu 24(1a) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(b)l-operatur ekonomiku ma jkunx inħariġlu sett ieħor ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju.
6.L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu jistgħu jivverifikaw li operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Unjoni tkun għadha ma nħarġitlux data tal-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju.
Kapitolu V – Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 19
Proċedura ta’ Kumitat
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 910/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 20
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 910/2014
Fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:
(1) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Għall-fini li jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kollha fl-Unjoni jkollhom aċċess transfruntier sigur, affidabbli u mingħajr xkiel għas-servizzi pubbliċi u privati, filwaqt li jkollhom kontroll sħiħ fuq id-data tagħhom, kull Stat Membru għandu jipprovdi mill-inqas Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali waħda fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 23 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5c(6).”
(2) fil-paragrafu 5, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(f) jiżguraw li d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna, li tkun disponibbli mill-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika li skontha tiġi fornuta l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, tirrappreżenta unikament lill-persuna fiżika jew lill-persuna fiżika li tkun qed tirrappreżenta lill-persuna fiżika jew ġuridika, u tkun assoċjata ma’ dik il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;”;
(3) fil-paragrafu 9, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) fil-każ tal-mewt tal-utent.”;
(4) Il-paragrafu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15. L-użu tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandu jkun fuq bażi volontarja. L-aċċess għas-servizzi pubbliċi u privati, l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-libertà ta’ intrapriża ma għandhom bl-ebda mod ikunu limitati jew ikunu żvantaġġużi għall-persuni fiżiċi li ma jużawx il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. Għandu jibqa’ possibbli l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u privati b’mezzi ta’ identifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni eżistenti oħra.”.
Artikolu 21
Evalwazzjoni u rieżami
7.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data – 3 snin wara d-dħul fis-seħħ], għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-iffaċilitar tas-sottomissjoni ta’ dokumenti elettroniċi u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi lill-korpi tas-settur pubbliku, bl-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, kif ukoll bl-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq, u legali. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll jekk huwiex meħtieġ li jiġu mmodifikati l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tiegħu biex jiġi stabbilit obbligu li jintużaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ frammentazzjoni legali.
8.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:
(a)il-funzjonalitajiet ewlenin minimi tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(b)il-livell ta’ konformità tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-proċedura u l-kriterji ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 11;
(c)l-applikazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13;
(d)ir-rekwiżiti dettaljati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt I;
Mhux aktar tard minn sena qabel ma jkun dovut ir-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-preparazzjoni tar-rapporti.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika minn [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jdaħħal id-data – sena wara d-dħul fis-seħħ].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29
4.Dimensjonijiet diġitali29
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30
4.2.Data30
4.3.Soluzzjonijiet diġitali31
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Networks tal-Komunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija
Is-Suq Intern
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern billi tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi tas-settur pubbliku fil-qasam tal-identifikazzjoni diġitali u tas-servizzi fiduċjarji u billi tipprovdilhom strument armonizzat, fdat, u faċli għall-utent għal identifikazzjoni, awtentikazzjoni u skambju tad-data siguri u legalment validi
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, is-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-konformità, u t-titjib tal-forniment tas-servizzi.
Objettiv speċifiku Nru 2
Li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jkollhom aċċess għal identifikazzjoni diġitali sigura u fdata li tmur lil hinn mill-fruntieri, li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u d-domanda tas-suq.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
B’mod ġenerali, l-akbar benefiċjarji ewlenin mistennija tal-inizjattiva huma l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku. Billi tistabbilixxi qafas diġitali armonizzat u affidabbli għall-identifikazzjoni, għall-awtentikazzjoni u għall-iskambju u għall-ħżin tad-dokumenti, l-inizjattiva se tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tal-konformità kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jippermettu lill-kumpaniji jinteraġixxu bla xkiel mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-sħab kummerċjali f’pajjiżi differenti, se jeliminaw is-sottomissjonijiet ripetittivi tad-data u se jaċċelleraw proċessi essenzjali bħar-reġistrazzjoni, il-liċenzjar u r-rapportar. B’mod partikolari, l-SMEs u l-mikrointrapriżi se jibbenefikaw minn mezzi diġitali ssimplifikati, siguri, u interoperabbli, li se jilliberalizzaw ir-riżorsi għall-innovazzjoni, għat-tkabbir, u għall-espansjoni transfruntiera.
Il-korpi tas-settur pubbliku se jiksbu żidiet fl-effiċjenza, fil-kwalità u fl-affidabbiltà tal-forniment tas-servizzi. Il-Kartieri tan-Negozju se jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi billi jippermettu l-awtomatizzazzjoni tal-verifika u tal-immaniġġar tad-dokumenti, u jnaqqsu l-intervent manwali, id-duplikazzjoni, u r-rati ta’ żbalji. Il-mezz ta’ komunikazzjoni sigur se jtejjeb il-kwalità u t-trasparenza tad-data, jappoġġa sorveljanza regolatorja aħjar u jiffaċilita l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi tar-RegTech.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Sabiex jiżgura l-konsistenza u l-proporzjonalità, il-qafas ta’ monitoraġġ jibbaża fuq l-istruttura ta’ tliet pilastri referenzjata fil-valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni tar-Regolament eIDAS, l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, u l-indikaturi kuntestwali, u se jadattaha għall-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Dan jiżgura l-allinjament filwaqt li jevita d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ monitoraġġ u jirrispetta l-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, inklużi l-proporzjonalità u l-użu mill-ġdid tal-flussi tad-data eżistenti. Barra minn hekk, se jiġi sfruttat sett ta’ indikaturi addizzjonali, marbuta speċifikament mal-Objettivi Speċifiċi, biex ir-riżultati tal-inizjattiva jiġu vvalutati permezz ta’ indikaturi rappreżentattivi. Dawn ix-xejriet makroekonomiċi u tal-piż amministrattiv usa’ jibqgħu kuntestwali u se jiġu interpretati flimkien mad-data tal-eIDAS biex jappoġġaw l-inferenza statistika aktar milli jimplikaw kawżalità diretta.
Is-sett il-ġdid ta’ indikaturi marbuta mal-Objettivi Speċifiċi huwa rrapportat hawn taħt:
|
Aspett tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni u objettivi rilevanti |
Indikatur(i) |
Responsabbiltà għall-ġbir |
Sors(i) |
|
SO1: Li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, is-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-konformità, u t-titjib tal-forniment tas-servizzi. |
|||
|
Li jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-konformità regolatorja u tar-rekwiżiti ta’ rapportar fuq in-negozji permezz ta’ benefiċċji ekonomiċi dimostrabbli |
Tnaqqis kwantifikabbli fil-piż tal-indikatur tar-regolamentazzjoni tal-gvern |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku u tal-Kompetittività 14 |
|
Li jittejjeb il-forniment tas-servizzi pubbliċi |
Titjib imkejjel fis-Servizzi Pubbliċi Diġitali għall-indikaturi tan-negozju skont il-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-forniment tas-servizzi online u tas-sinjali tal-interoperabbiltà (indikaturi speċifiċi: disponibbiltà online (transfruntiera); eID (transfruntiera); formoli mimlijin bil-lest; OOTS) |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Studju tal-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku li jikkontribwixxi għall-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali |
|
Li tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea |
Titjib li jista’ jitkejjel fl-esportazzjonijiet tal-merkanzija lejn pajjiżi oħra tal-UE mill-SMEs fis-settur industrijali (% tal-SMEs) |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku u tal-Kompetittività |
|
SO2: Li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku jkollhom aċċess għal identifikazzjoni diġitali sigura u fdata li tmur lil hinn mill-fruntieri, li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u d-domanda tas-suq. |
|||
|
Li jiġi żviluppat suq għall-identifikazzjoni diġitali sigura u għas-servizzi fiduċjarji bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi tas-settur pubbliku |
Għadd ta’ fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju konformi u notifikati, inklużi Fornituri ta’ Servizzi Fiduċjarji Kwalifikati |
Korpi superviżorji |
Data rrapportata lill-Kummissjoni Ewropea Direttorju Diġitali Ewropew |
|
Li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet disponibbli jkunu fdati u siguri u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha biex jiġu pprovduti Kartieri Ewropej tan-Negozju |
L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet irtirati ta’ fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju notifikati, minbarra kwalunkwe fornitur li b’mod volontarju waqqaf il-forniment kummerċjali tiegħu tal-kartieri tan-negozju u ta’ servizzi relatati Għadd u livell ta’ penali imposti fuq il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Korpi superviżorji |
Data rrapportata lill-Kummissjoni Ewropea |
|
Li tiġi stimulata l-adozzjoni tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju fis-setturi kollha tal-ekonomija |
Għadd ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju maħruġa lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi tas-settur pubbliku u rreġistrati fid-Direttorju Diġitali Ewropew 15 |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Direttorju Diġitali Ewropew |
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 16
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-Regolament se jirrikjedi lill-korpi tas-settur pubbliku jaċċettaw il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għall-finijiet ta’ identifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni, ta’ ffirmar jew ta’ ssiġillar ta’ dokumenti, ta’ sottomissjoni ta’ dokumenti, u ta’ trażmissjoni jew ta’ riċevuta ta’ notifiki. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament biex jiżguraw li jkunu jistgħu jaċċettaw il-Kartieri tan-Negozju għal dawn l-għanijiet. Għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ mhux aktar minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ, il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jkomplu jappoġġaw soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni eżistenti oħrajn minflok ma jimplimentaw il-mezz ta’ komunikazzjoni tal-Kartieri tan-Negozju, dment li dawn is-soluzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) 910/2014 u joffru gateway bejn dawn is-soluzzjonijiet eżistenti u l-mezz ta’ komunikazzjoni tal-Kartieri tan-Negozju. Wara dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-korpi tas-settur pubbliku se jkollhom jappoġġaw il-mezz ta’ komunikazzjoni tal-Kartieri tan-Negozju, jew minflok jew soluzzjonijiet oħrajn konformi mal-eIDAS jew flimkien magħhom.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)
L-eżistenza ta’ soluzzjonijiet nazzjonali tal-identità diġitali diverġenti tfixkel il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u timmina l-funzjonament ottimali tas-Suq Uniku. Il-frammentazzjoni kurrenti toħloq duplikazzjoni, dewmien, u kostijiet addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment dawk transfruntiera. Il-livelli mhux uniformi tad-diġitalizzazzjoni tal-korpi tas-settur pubbliku jistgħu wkoll joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, billi jagħtu lill-operaturi ekonomiċi fi Stati Membri aktar avvanzati vantaġġ proċedurali u jdgħajfu l-kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku.
Il-funzjonament tas-suq intern jiddependi fuq l-applikazzjoni ta’ regoli uniformi u konsistenti fil-korpi rilevanti kollha tas-setturi pubbliċi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti jew li jipprovdu servizzi komparabbli. Il-Kummissjoni spiss twettaq attivitajiet simili għal dawk li jagħmlu l-korpi tas-settur pubbliku nazzjonali u għandhom rwoli superviżorji u regolatorji essenzjali. Għalhekk, huwa neċessarju li jkunu involuti fl-appoġġ għall-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku. L-esklużjoni tagħhom toħloq lakuni regolatorji, frammentazzjoni u applikazzjoni mhux uniformi tar-regoli, u b’hekk timmina l-objettiv tal-Kartiera tan-Negozju li jiġu ssalvagwardjati l-integrità, l-istabbiltà u r-reżiljenza tas-suq intern. Barra minn hekk, is-simplifikazzjoni tibqa’ xprunatur ewlieni tal-impenn tal-UE li tibni Unjoni aktar kuraġġuża, aktar sempliċi u aktar rapida, kif deskritt fil-Programm ta’ Ħidma tal-2025. Suq Uniku kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb jeħtieġ il-parteċipazzjoni attiva kemm tal-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll tal-awtoritajiet fil-livell tal-UE, b’dawn tal-aħħar imexxu bl-eżempju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tadotta u tuża l-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u testendi s-simplifikazzjoni u l-effiċjenza għall-interazzjonijiet tagħha mal-operaturi ekonomiċi.
Valur miżjud tal-UE mistenni li jiġi ġġenerat (ex post)
Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jeliminaw id-duplikazzjoni u jbaxxu l-kostijiet ta’ konformità, filwaqt li jtejbu wkoll it-trasparenza u l-kwalità tad-data, u jipprovdu lill-korpi tas-settur pubbliku b’informazzjoni aktar affidabbli, biex itejbu l-forniment tas-servizzi. Fl-istess ħin, l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tipprevjeni d-dipendenza fuq fornituri b’riskju għoli, issaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastrutturi kritiċi, u tikkonsolida s-sovranità diġitali tal-Unjoni. Lil hinn mis-suq intern, l-inizjattiva tista’ wkoll issaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala l-istandard globali li miegħu tqabbel ruħha l-bqija tad-dinja għall-infrastrutturi diġitali affidabbli, biex tappoġġa l-kompetittività Ewropea fil-kummerċ internazzjonali.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju tibni fuq l-ekosistema ta’ fiduċja stabbilita taħt il-Qafas Ewropew għall-identità Diġitali - ir-Regolament (UE) 910/2014, ir-referenza legali fl-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1183. Dan il-qafas - sistema għall-identifikazzjoni diġitali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li tirrispetta l-privatezza u li hija interoperabbli li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-entitajiet legali biex jikkondividu d-data b’mod sigur bejn il-fruntieri - diġà jirrappreżenta stadju importanti ewlieni fl-aġenda tas-simplifikazzjoni tal-UE.
Il-proposta dwar il-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandha l-għan li tikkomplementa l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali billi tintroduċi qafas diġitali xprunat mis-suq imfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, inkluż it-traċċabbiltà, il-ġestjoni diġitali tad-drittijiet u tal-mandati ta’ rappreżentanza, u mezz sigur għall-iskambju ta’ dokumenti u ta’ attestazzjonijiet uffiċjali appoġġat minn direttorju komuni. Dan kollu se jinkiseb filwaqt li tiġi ggarantita l-interoperabbiltà sħiħa mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali
L-iżviluppi teknoloġiċi u soċjetali riċenti jeħtieġu approċċ armonizzat u diġitali ġdid għall-interazzjonijiet bejn in-negozji u l-gvern u bejn negozju u negozju. L-IA, il-cloud computing u l-identità diġitali sigura qed jiżviluppaw b’ritmu liema bħalu, li qed jaffettwa l-mod kif isir in-negozju fl-Ewropa: il-proċessi qalbu minn ibbażati fuq id-dokumenti għal awtomatizzati u xprunati mid-data. Pereżempju, 91 % tal-iscale-ups iqisu li t-teknoloġiji diġitali huma kritiċi għat-tkabbir tagħhom. Dawn l-iżviluppi, flimkien mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE għall-kompetittività, għas-sovranità diġitali, għas-simplifikazzjoni u għas-servizzi pubbliċi diġitali b’mod awtomatiku, joħolqu l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet aġli li jistgħu jappoġġaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fdati fuq skala kbira.
B’konsegwenza ta’ dan, id-domanda għal mezzi biex jiġu identifikati u skambjati u jinħażnu kredenzjali kummerċjali differenti, b’mod sigur u b’effett legali sħiħ bejn il-fruntieri, żdiedet b’mod radikali.
Ir-Regolament jibni wkoll fuq il-kisbiet tad-Direttiva (UE) 2025/25, li introduċiet iċ-Ċertifikat tal-Kumpaniji tal-UE u l-prokura diġitali tal-UE. Dawn l-għodod pijunieri għandhom l-għan li jtaffu l-piżijiet amministrattivi f’operazzjonijiet transfruntiera għall-kumpaniji tal-Unjoni billi jnaqqsu l-frammentazzjoni. Dan ir-regolament jagħmel il-pass li jmiss billi joffri għodda li tippermetti lill-kumpaniji jiskambjaw mingħajr xkiel iċ-Ċertifikati tal-Kumpaniji tal-UE u l-prokuri diġitali permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-inizjattiva tappoġġa l-għanijiet tal-UE tas-simplifikazzjoni u tal-kompetittività billi tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi b’għodod bħall-Kartieri tan-Negozju, li jippermettu l-konformità fdata, sigura, u faċli għall-utent mar-rekwiżiti amministrattivi permezz ta’ identifikazzjoni, ta’ awtentikazzjoni, u ta’ skambju tad-data armonizzati. Għalhekk, din hija kompletament konformi mal-objettivi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
L-inklużjoni tal-Kummissjoni se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji, li fil-parti l-kbira se jkunu koperti mill-baġit tal-UE skont il-QFP 2028-2034. Dawn il-kostijiet huma prinċipalment assoċjati mal-implimentazzjoni u mal-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, mal-istabbiliment u mal-aġġornament tad-Direttorju Diġitali Ewropew fi ħdan il-Kummissjoni, mal-integrazzjoni tagħhom mas-sistemi tal-IT eżistenti u mal-istabbiliment ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal-Kartieri Ewropej tan-Negozju.
Il-kostijiet diretti stmati għall-Kummissjoni bħala utent jammontaw għal madwar EUR 7 miljun matul l-ewwel sena minħabba n-nefqa għall-implimentazzjoni inizjali (il-proċess tal-akkwist), it-tariffa tal-liċenzjar u l-kostijiet tal-manutenzjoni għall-Kartiera Ewropea tan-Negozju. Mit-tieni sena, il-Kummissjoni se ġġarrab EUR 5 miljun addizzjonali f’kostijiet annwali rikorrenti. Għad-Direttorju Diġitali Ewropew, il-kost tal-istabbiliment huwa stmat li se jkun ftit inqas minn EUR 2 miljun, bil-kostijiet annwali tal-manutenzjoni mbassra li se jkunu EUR 1,7 miljun fit-tieni sena u EUR 1,3 miljun fis-snin sussegwenti.
Barra minn hekk, il-kostijiet potenzjali għall-integrazzjoni tal-Kartieri tan-Negozju fis-sistemi tal-IT rilevanti kollha huma stmati li se jkunu EUR 33,8 miljun għall-ewwel sena u EUR 7,5 miljun għat-tieni sena. Peress li s-sistemi diġà qegħdin fis-seħħ, il-kostijiet huma relatati mal-ewwel sentejn peress li hija integrazzjoni u mhux l-iżvilupp ta’ sistema ġdida.
Is-sinerġiji ma’ strumenti oħra huma murija kif ġej:
- Il-Gateway Diġitali Unika (SDG) u s-Sistema Teknika ta’ “Darba Biss” (OOTS) tiegħu jimplimentaw il-prinċipju ta’ “darba biss”, li jirrikjedi li l-awtoritajiet jużaw mill-ġdid id-data li diġà hija miżmuma fi Stat Membru ieħor mingħajr sottomissjonijiet ripetuti min-negozji. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jikkomplementaw l-SDG u l-OOTS billi jipprovdu identifikazzjoni u awtentikazzjoni fdati tal-operaturi ekonomiċi u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u saff ta’ skambju sigur li jippermetti lin-negozji u lill-korpi tas-settur pubbliku jikkondividu u jużaw mill-ġdid id-data vverifikata u l-attestazzjonijiet uffiċjali mingħajr xkiel bejn il-fruntieri.
- Il-Passaport Diġitali tal-Prodott (DPP, Digital Product Passport), li huwa ċentrali għall-aġenda tal-ekonomija ċirkolari tal-UE, jiddependi fuq l-aċċess fdat għad-data dwar il-konformità u s-sostenibbiltà. Il-Kartieri tan-Negozju jistgħu jagħtu prova tal-identità legali u ta’ kwalunkwe dritt ta’ aċċess mogħti, jippermettu li d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità jiġu ffirmati u ssiġillati, u jiżguraw li d-data fuq il-prodott tiġi skambjata b’mod sigur u verifikabbli bejn il-fruntieri.
- L-Att dwar Ewropa Interoperabbli (IEA, Interoperable Europe Act) jistabbilixxi l-qafas għall-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi pubbliċi. Il-Kartieri tan-Negozju se jikkomplementaw dan billi jservu bħala infrastruttura fdata li l-amministrazzjonijiet jistgħu jintegrawha fil-forniment ta’ servizzi diġitali b’mod awtomatiku, filwaqt li jtejbu t-tneħħija tal-ostakli tekniċi u organizzattivi.
- Il-proposta futura dwar il-qafas legali korporattiv tat-28 Reġim se tipprovdi proċeduri sempliċi, flessibbli u rapidi biex il-kumpaniji jistabbilixxu ruħhom u joperaw u jattiraw l-investiment fl-UE permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali. Se tiżgura l-interoperabbiltà mal-kartiera tan-negozju u se tiżgura li għodod diġitali bħaċ-Ċertifikat tal-Kumpaniji tal-UE u l-prokura diġitali tal-UE jkunu kompatibbli mal-Kartiera tan-Negozju sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jużawhom mal-Kartiera tan-Negozju tagħhom.
- Il-pakkett dwar il-VAT fl-Era Diġitali (ViDA, VAT in the Digital Age) jimmodernizza r-rapportar tal-VAT, jintroduċi l-fatturazzjoni elettronika obbligatorja bejn il-fruntieri u jsaħħaħ il-prevenzjoni tal-frodi. Il-Kartieri tan-Negozju se jippermettu l-ħżin sigur u l-iskambju verifikabbli tal-attestazzjonijiet tal-VAT u tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u b’hekk jappoġġaw ir-rapportar f’ħin reali u l-fatturazzjoni fdata.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-persunal mitlub fl-ammont ta’ 20 ewkivalenti għall-full-time (FTE, full-time equivalent) se jiġi riallokat skont l-allokazzjonijiet eżistenti tad-DĠ li huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni jew ta’ servizzi oħrajn tal-Kummissjoni.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
– fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
– impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2028 sal-2029,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–korpi stabbiliti fi Stat Membru, regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Ir-Regolament se jiġi rieżaminat 3 snin wara l-applikazzjoni sħiħa tiegħu. Il-Kummissjoni trid tirrapporta dwar is-sejbiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għall-forniment tal-eID u tal-QERDS lil operaturi ekonomiċi u lil korpi tas-settur pubbliku fis-suq intern filwaqt li jiżgura r-rispett tal-fiduċja u l-kontroll tal-utenti fuq id-data tagħhom stess. Dawn ir-regoli l-ġodda jirrikjedu l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u standards, u s-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Istituzzjonijiet, il-Korpi, l-Uffiċċji u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, hemm ukoll il-ħtieġa li jitqiesu r-riżorsi meħtieġa għall-komunikazzjoni u għall-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar l-interoperabbiltà u l-ekwivalenza tas-soluzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.
Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti, jeħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni jingħataw biżżejjed riżorsi. L-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid huwa stmat li jirrikjedi 20 FTE.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li jwasslu għal nuqqasijiet fil-qafas leġiżlattiv kurrenti hija n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali fil-kuntest ta’ interazzjonijiet bejn in-negozji u l-gvern, li jwassal għal burokrazija żejda u piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari bejn pajjiżi differenti. Sabiex ittaffi din il-kwistjoni, l-inizjattiva tibni fuq l-interazzjoni fi stadju bikri mal-fornituri potenzjali u fuq il-koordinazzjoni ma’ Piloti fuq Skala Kbira li għaddejjin bħalissa biex tiżgura l-prontezza u l-interoperabbiltà teknoloġiċi. B’mod parallel, il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-inizjattivi relatati tal-UE se tgħin biex tiġi evitata frammentazzjoni ulterjuri u se trawwem ekosistema tal-fornituri koerenti, kompetittiva, u fdata fi ħdan is-Suq Uniku.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Għan-nefqa tal-laqgħa tal-grupp ta’ esperti, minħabba l-valur baxx għal kull tranżazzjoni (eż. ir-rifużjoni tal-kostijiet tal-ivvjaġġar għal delegat għal laqgħa jekk il-laqgħa tkun fiżika), il-proċeduri standard ta’ kontroll intern jidhru suffiċjenti.
Anki għall-proġetti pilota, il-proċeduri standard tad-DĠ CNECT għandhom ikunu biżżejjed.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi applikabbli għall-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali meħtieġa għal dan ir-Regolament.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’ nefqa |
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff 17 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 18 |
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 19 |
Minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
L-intestaturi tal-QFP u l-linji baġitarji għad iridu jiġu ddeterminati 20 |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’ nefqa |
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
|
[XX.YY.YY.YY] |
Diff./Mhux diff. |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
–L-ammonti indikati huma strettament indikattivi, sakemm joħroġ l-eżitu finali tan-negozjati tal-QFP 2028-2034.
–Din l-inizjattiva se tiġi ffinanzjata permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-programmi operazzjonali tal-QFP li jmiss, u parzjalment permezz ta’ nefqa amministrattiva. F’dan l-istadju, ma huwiex possibbli li tiġi indikata b’mod akkurat il-kontribuzzjoni minn kull intestatura u programm tal-QFP, filwaqt li huwa mistenni li kontribuzzjoni sinifikanti se tiġi minn programmi taħt l-intestatura 2 tal-QFP 2028-2034 (eż. il-Fond Ewropew għall-Kompetittività).
–
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
L-ewwel sena |
It-tieni sena |
Is-snin ta’ wara (ammont annwali) |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 |
Impenji |
45 442 |
16 867 |
8 929 |
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
45 442 |
16 867 |
8 929 |
Iċ-ċifri kif murija fit-tabella ta’ hawn fuq huma strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati tal-QFP.
|
|
L-ewwel sena |
It-tieni sena |
Is-snin ta’ wara (ammont annwali) |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 |
Impenji |
45 442 |
16 867 |
8 929 |
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
45 442 |
16 867 |
8 929 |
Iċ-ċifri kif murija fit-tabella ta’ hawn fuq huma strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati tal-QFP.
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 21 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 22 … |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
– Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
L-ewwel sena |
It-tieni sena |
Is-snin ta’ wara (ammont annwali) |
|
Riżorsi umani |
2 629 |
2 629 |
2 629 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
pm |
pm |
pm |
|
TOTAL |
2 629 |
2 629 |
2 629 |
Iċ-ċifri fit-tabella ta’ hawn fuq huma kollha strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati tal-QFP.
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
– Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs,)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI |
L-ewwel sena |
It-tieni sena |
Is-snin ta’ wara |
||
|
Ÿ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) |
|||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
7 |
7 |
7 |
||
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
||
|
(Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
||
|
(Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
0 |
0 |
0 |
||
|
• Persunal estern (f’FTEs) |
|||||
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”) |
13 |
13 |
13 |
||
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE) |
0 |
0 |
0 |
||
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ |
-fil-Kwartieri Ġenerali |
0 |
0 |
0 |
|
|
[XX.01.YY.YY] |
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE |
0 |
0 |
0 |
|
|
(AC, END - Riċerka indiretta) |
0 |
0 |
0 |
||
|
(AC, END - Riċerka diretta) |
0 |
0 |
0 |
||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4 |
0 |
0 |
0 |
||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4 |
0 |
0 |
0 |
||
|
TOTAL |
20 |
20 |
20 |
||
Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni ġenerali diffiċli fl-Intestatura 4, kemm f’termini ta’ persunal kif ukoll f’termini tal-livell ta’ approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni.
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni |
Persunal addizzjonali eċċezzjonali * |
|||
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 4 jew skont ir-Riċerka |
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA |
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi |
||
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal |
7 |
M/A |
||
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT) |
13 |
|||
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-uffiċjali u mill-persunal temporanju jikkonċernaw il-fluss tax-xogħol legali, il-fluss tax-xogħol tekniku, il-koordinazzjoni u s-sensibilizzazzjoni internazzjonali u r-rwol superviżorju. |
|
Persunal estern |
Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-persunal estern jikkonċernaw il-fluss tax-xogħol legali, il-fluss tax-xogħol tekniku, il-koordinazzjoni u s-sensibilizzazzjoni internazzjonali u r-rwol superviżorju. |
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT |
L-ewwel sena |
It-tieni sena |
Is-snin ta’ wara |
|
Nefqa fuq l-IT |
42 813 |
14 238 |
6 300 |
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
– tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034 propost
– tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
– tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
– ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
– tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Total |
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
– Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
– fuq ir-riżorsi proprji
– fuq dħul ieħor
– indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 23 |
|||
|
Sena 2024 |
Sena 2025 |
Sena 2026 |
Sena 2027 |
||
|
Artikolu …………. |
|||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
9.4. DIMENSJONIJIET DIĠITALI
4.1. Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
Jekk l-inizjattiva ta’ politika tiġi vvalutata bħala li ma għandha ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali:
Ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ma jistgħux jintużaw mezzi diġitali biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika u għaliex il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku” ma huwiex applikabbli
|
M/A |
Inkella:
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tar-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali u kategoriji relatati (data, diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tal-proċess, soluzzjonijiet diġitali u/jew servizzi pubbliċi diġitali)
|
Referenza għar-rekwiżit |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit |
Atturi affettwati jew ikkonċernati mir-rekwiżit |
Proċessi ta’ Livell Għoli |
Kategoriji |
|
Artikolu 4 |
Prinċipju ta’ ekwivalenza |
Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Persuni b’impjieg indipendenti Kummerċjanti waħdiena Entitajiet tal-Unjoni |
L-użu tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju (EBW, European Business Wallet) u tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat bħala soluzzjonijiet diġitali |
Diġitalizzazzjoni tal-proċessi Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 5(1),(2),(3),(4) |
Funzjonalitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju (EBW) |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Rappreżentanti awtorizzati tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju |
Żvilupp tal-IT (funzjonalitajiet ewlenin) |
Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali Diġitalizzazzjoni tal-proċessi |
|
Artikolu 6(1),(2),(4) |
Karatteristiċi tekniċi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju |
Żvilupp tal-IT (funzjonijiet tekniċi) |
Data Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 6(3) |
Issir disponibbli l-informazzjoni notifikata |
Il-Kummissjoni Ewropea Pubbliku Ġenerali |
Pubblikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ validazzjoni |
Data Awtomatizzazzjoni tal-proċess Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 6(5) |
Stabbiliment ta’ sett ta’ standards u ta’ speċifikazzjonijiet ta’ referenza |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Żvilupp ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 7 |
Rekwiżiti u obbligi għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Rappreżentanti awtorizzati tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Korpi superviżorji kompetenti Il-Kummissjoni Ewropea |
Stabbiliment ta’ rekwiżiti u ta’ obbligi għall-fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Soluzzjonijiet diġitali Data Servizz pubbliku diġitali Diġitalizzazzjoni tal-proċessi |
|
Artikolu 8 |
Data ta’ identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Entitajiet tal-UE Il-Kummissjoni Ewropea |
Ġestjoni tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien li tappartjeni għas-sidien tal-EBW |
Data Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 9 |
Identifikaturi uniċi għas-sidien tal-EBW |
Fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Operaturi ekonomiċi Korpi tas-settur pubbliku Il-Kummissjoni Ewropea |
Allokazzjoni ta’ identifikaturi uniċi lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Data Soluzzjonijiet diġitali Servizzi pubbliċi diġitali |
|
Artikolu 10 |
Direttorju Diġitali Ewropew |
Il-Kummissjoni Ewropea Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Stabbiliment, operat u aġġornament tad-Direttorju Diġitali Ewropew |
Soluzzjonijiet diġitali Data Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 11 |
Notifika tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Korp superviżorju fl-Istat Membru tal-istabbiliment |
Proċedura ta’ notifika għall-fornituri tal-EBW |
Data Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 12 |
Notifika tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea |
L-Istati Membri Il-Kummissjoni Ewropea |
Notifika Pubblikazzjoni |
Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali Data |
|
Artikolu 13 |
Superviżjoni tal-Istati Membri |
Korpi superviżorji f’kull Stat Membru Il-Kummissjoni Ewropea Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Superviżjoni tal-fornituri tal-EBW Notifika tar-reġistri nazzjonali rilevanti |
Data Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 14 |
Estensjoni tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea biex jappoġġa l-EBW |
Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea Il-Kummissjoni Ewropea L-Istati Membri |
Skambju ta’ informazzjoni u koordinazzjoni |
Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 15 |
Governanza u superviżjoni tal-entitajiet tal-Unjoni li huma fornituri ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju (rapporti) |
Data |
||
|
Artikolu 16 |
Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku li jippermettu l-użu tal-EBW u jipprovdu Servizz Elettroniku Kwalifikat ta’ Konsenja Rreġistrat (QERDS) |
Korpi tas-settur pubbliku Sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Identifikazzjoni Awtentikazzjoni Firma u Siġill Sottomissjoni ta’ dokumenti Notifika |
Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali Diġitalizzazzjoni tal-proċessi |
|
Artikolu 17 |
Lista ta’ Kartieri tan-Negozju u strumenti simili oħrajn offruti f’pajjiżi terzi |
Il-Kummissjoni Ewropea Pajjiżi mhux tal-UE |
Pubblikazzjoni ta’ sistemi ekwivalenti minn pajjiżi terzi |
Data Soluzzjonijiet diġitali Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 18 |
Ħruġ ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju lil operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Operaturi ekonomiċi stabbiliti f’pajjiż terz Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fi Stat Membru L-Istati Membri tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati |
Ħruġ ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju Iċċekkjar u verifika tal-identità |
Data Soluzzjoni diġitali Servizz pubbliku diġitali |
|
Artikolu 20 |
Tneħħija tal-persuni ġuridiċi mir-Regolament (UE) 910/2014, minħabba l-obsolexxenza bl-introduzzjoni tal-EBW |
Persuna ġuridika L-Istati Membri |
Identifikazzjoni, awtentikazzjoni u kondiviżjoni tad-data tal-persuni ġuridiċi |
Servizz pubbliku diġitali Soluzzjoni diġitali Data |
4.2. Data
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tad-data fil-kamp ta’ applikazzjoni
|
Tip ta’ data |
Referenza għar-rekwiżit(i) |
Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli) |
|
// |
||
|
Data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-EBW |
Artikolu 8(1) |
Id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-EBW għandha tinħareġ f’format li jkun skont wieħed mill-istandards elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 u bħala: -Attestazzjoni Elettronika Kwalifikata tal-Attributi (QEAA, Qualified Electronic Attestation of Attributes) meta tiġi pprovduta minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati; -Attestazzjoni Elettronika Kwalifikata (EAA, Electronic Attestation of Attributes) meta maħruġa minn korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku jew f’ismu, meta tiġi pprovduta minn korpi tas-settur pubbliku; -EAA meta tiġi pprovduta mill-Kummissjoni. |
|
EAA/QEAA (Attestazzjonijiet Elettroniċi tal-Attributi / Attestazzjonijiet Elettroniċi Kwalifikati tal-Attributi) |
Artikolu 8(1) |
Rekwiżiti tal-emittent: Għall-QEAA, l-emittent irid ikun Fornitur ta’ Servizz Fiduċjarju Kwalifikat, li jissodisfa r-rekwiżiti legali u tekniċi. Standards / formati: L-attestazzjonijiet iridu jsegwu l-iskemi / il-formati preskritti (fi ħdan ARF / sett ta’ għodod) għall-attestazzjonijiet tal-attributi. L-attributi nfushom iridu jkunu akkurati, derivati minn sorsi awtentiċi. Interoperabbiltà, fiduċja/verifika: Jista’ jkun li l-partijiet dipendenti jkunu jistgħu jivverifikawhom, irid ikun hemm mekkaniżmi ta’ revoka/sospensjoni, u l-infrastruttura ta’ fiduċja trid tiżgura l-validità tagħhom. Ir-Regolament (UE) 2024/1183 (eIDAS 2.0) - Anness V; ETSI TS 119 471; ETSI EN 319 412 (serje); ETSI TS 119 182-1; ETSI TS 119 102-1; ETSI TS 119 102-2; ETSI EN 319 401; ETSI EN 319 411-1 / 411-2; ETSI TS 119 461; ETSI TS 119 172-4; CEN/EN 319 521 |
|
Elementi tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-EBW |
Artikolu 8(6) |
Irid ikun fiha mill-inqas l-attributi li ġejjin: l-isem uffiċjali tal-operatur ekonomiku jew tal-korp tas-settur pubbliku, kif irreġistrat fir-reġistru jew fir-rekord uffiċjali rilevanti, l-identifikatur uniku rilevanti attribwit f’konformità mal-Artikolu 9. |
|
Identifikaturi uniċi għas-sidien tal-EBW (EUID) |
Artikolu 9(1) |
L-identifikatur tal-EUID irid jintuża jekk operatur ekonomiku jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 jew tad-Direttiva (UE) 2015/849 |
|
Informazzjoni għall-fini taż-żamma tal-EDD |
Artikolu 10(3)(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti standards u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-EDD fl-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati |
|
Notifika tal-fornituri tal-EBW |
Artikolu 11(2) |
Jelenka l-elementi li għandhom jiġu inklużi fin-notifika |
|
Lista ta’ fornituri notifikati tal-EBW |
Artikolu 12 |
Format li jinqara mill-magni |
|
Lista ta’ korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Artikolu 13(3) |
Elementi tad-data li għandhom jiġu inklużi: ismijiet u indirizzi |
|
Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali li fihom informazzjoni fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq il-korpi tas-settur pubbliku |
Artikolu 13(5)(f) |
Mhux speċifikat |
|
Lista ta’ Kartieri tan-Negozju u strumenti simili oħrajn offruti f’pajjiżi terzi |
Artikolu 17(4) |
Mhux speċifikat |
|
Data tas-sid tal-EBW għall-finijiet tal-portabbiltà |
Anness |
Format miftuħ |
Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
Spjegazzjoni ta’ kif ir-rekwiżit(i) huma allinjati mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
|
Il-proposta tikkonforma mal-Istrateġija Ewropea għad-Data billi timplimenta approċċ xprunat mid-data għall-innovazzjoni u għat-titjib tal-ekonomija diġitali. Dan għandu l-għan li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi, jissimplifika l-proċessi ta’ konformità, u jtejjeb il-forniment tas-servizzi permezz tal-forniment ta’ soluzzjonijiet xprunati mis-suq, filwaqt li jkompli jtejjeb il-kompetittività. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bla xkiel bejn il-fruntieri b’mod trasparenti, affidabbli u sigur. Il-proposta tippromwovi l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà mas-sistemi eżistenti. |
Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss
Spjegazzjoni ta’ kif il-prinċipju ta’ darba biss ġie kkunsidrat u kif il-possibbiltà li d-data eżistenti tintuża mill-ġdid ġiet esplorata
|
Il-proposta tippromwovi l-prinċipju ta’ darba biss billi tirrikjedi li l-awtoritajiet jużaw mill-ġdid id-data li diġà hija miżmuma fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ sottomissjonijiet ripetuti min-negozji. Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jikkomplementaw l-SDG u l-OOTS billi jipprovdu identifikazzjoni u awtentikazzjoni fdati tal-operaturi ekonomiċi u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u saff ta’ skambju sigur li jippermetti lin-negozji u lill-korpi tas-settur pubbliku jikkondividu u jużaw mill-ġdid id-data vverifikata u l-attestazzjonijiet uffiċjali mingħajr xkiel bejn il-fruntieri. Barra minn hekk, filwaqt li l-OOTS tiffoka fuq l-interazzjonijiet bejn il-Korpi tas-Settur Pubbliku (G2G, government-to-government), il-Kartieri Ewropej tan-Negozju qed jiffukaw fuq l-interazzjonijiet bejn il-Korpi tas-Settur Pubbliku u l-operaturi ekonomiċi (B2G, business-to-government) u bejn l-operaturi ekonomiċi (B2B, business-to-business). |
Spjegazzjoni ta’ kif id-data l-ġdida maħluqa tista’ tinstab, hija aċċessibbli, interoperabbli u tista’ terġa’ tintuża, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja
Id-data tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju l-ġdida maħluqa tosserva l-prinċipji FAIR billi tuża standards u speċifikazzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tat-tiftix u l-aċċess sigur. Hija mfassla wkoll biex tintegra mingħajr xkiel ma’ Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali usa’ definit taħt l-eIDAS.
Flussi tad-data
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-flussi tad-data
|
Tip ta’ data |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Atturi li jipprovdu d-data |
Atturi li jirċievu d-data |
Skattatur għall-iskambju tad-data |
Frekwenza (jekk applikabbli) |
|
Informazzjoni fuq il-mekkaniżmi tal-validazzjoni |
Artikolu 6(2)(g) |
Fornituri tal-EBW |
Il-Kummissjoni |
Mingħajr dewmien żejjed |
// |
|
Informazzjoni fuq il-mekkaniżmi tal-validazzjoni
|
Artikolu 6(3) |
Il-Kummissjoni |
Pubbliku ġenerali |
Notifika mill-fornitur tal-EBW |
// |
|
Notifika dwar it-termini, il-kundizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-EBW |
Artikolu 7(6)(b)(c) |
Fornituri tal-EBW |
Sidien tal-EBW/rappreżentanti tas-sidien tal-EBW |
Użu tal-EBW |
// |
|
Notifika dwar bidliet sostantivi fis-servizz tal-EBW |
Artikolu 7(6)(e) |
Fornituri tal-EBW |
Korp superviżorju nazzjonali jew il-Kummissjoni |
// |
// |
|
Notifika dwar is-sospensjoni, ir-revoka jew it-terminazzjoni volontarja tas-servizz tal-EBW |
Artikolu 7(6)(f) |
Fornituri tal-EBW |
Sidien tal-EBW |
// |
// |
|
Informazzjoni dwar is-sidien tal-EBW (u bidliet sussegwenti) |
Artikolu 7(6)(g) |
Fornituri tal-EBW |
Il-Kummissjoni |
// |
// |
|
Data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-EBW |
Artikolu 8(1) |
Fornituri tad-data tal-identifikazzjoni tal-EBW |
Sid tal-EBW |
Talba tas-sid tal-EBW |
darba |
|
EAA/QEAA (Attestazzjonijiet Elettroniċi tal-Attributi / Attestazzjonijiet Elettroniċi Kwalifikati tal-Attributi) |
Artikolu 8 |
(Q)EAA fornituri |
Sid tal-EBW |
Talba tas-sid tal-EBW |
Fuq talba |
|
Notifika dwar ir-reġistri nazzjonali u n-numri ta’ reġistrazzjoni assoċjati |
Artikolu 9(6) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni |
Mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ |
// |
|
Informazzjoni għall-fini taż-żamma tal-EDD |
Artikolu 10(3)(6) |
Fornitur tal-EBW |
Il-Kummissjoni |
Mal-ħruġ tal-EBW (għall-fini tal-aġġornament tal-EDD) |
// |
|
Notifika dwar il-fornituri tal-EBW |
Artikolu 11(1) |
Entità notifikanti |
Korp superviżorju tal-Istat Membru |
// |
// |
|
Notifika dwar il-fornituri tal-EBW |
Artikolu 11(4)(5)(6) |
Korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Entità notifikanti |
Notifika mibgħuta mill-entità notifikanti – 30 jum |
// |
|
Lista ta’ fornituri notifikati tal-EBW |
Artikolu 12 (1)(2)(3) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni |
24 siegħa 4 sigħat wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 11 |
// |
|
Lista ta’ korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Artikolu 13(3) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni |
// |
// |
|
Lista ta’ korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Artikolu 13(3) |
Il-Kummissjoni |
Pubbliku ġenerali |
// |
// |
|
Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali |
Artikolu 13(5)(f) |
Korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Il-Kummissjoni |
// |
// |
|
Obbligi ta’ rapportar dwar l-attivitajiet ewlenin |
Artikolu 13(5)(k) |
Korpi superviżorji tal-Istati Membri |
Il-Kummissjoni |
// |
// |
|
Lista ta’ Kartieri tan-Negozju u strumenti simili oħrajn offruti f’pajjiżi terzi |
Artikolu 17(4) |
Il-Kummissjoni |
Pubbliku ġenerali |
// |
// |
4.3. Soluzzjonijiet diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-soluzzjonijiet diġitali
|
Soluzzjoni diġitali |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Funzjonalitajiet obbligatorji prinċipali |
Korp responsabbli |
Kif tiġi indirizzata l-aċċessibbiltà? |
Kif jitqies l-użu mill-ġdid? |
Użu tat-teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli) |
|
Kartiera Ewropea tan-Negozju |
Artikolu 4 Artikolu 5(1),(3),(5) Artikolu 6(1),(2),(4) Artikolu 7 Artikolu 9 Artikolu 16 Artikolu 17(1),(3) Artikolu 18 Anness |
Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju li jipprovdu jippermettu lis-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, bħala minimu, ikollhom il-kapaċità: (10)li joħorġu, jitolbu, jiksbu, jagħżlu, jgħaqqdu, jaħżnu, iħassru, jikkondividu u jippreżentaw b’mod sigur l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi; (1)li jiżvelaw b’mod selettiv id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attributi li jinsabu fl-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, fil-kuntest tal-funzjonalitajiet elenkati fil-punt a; (2)li jitolbu u jikkondividu d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’mod sigur bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u mal-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju; (3)li jiffirmaw permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati u japplikaw siġill permezz ta’ siġilli elettroniċi kwalifikati, kif applikabbli; (4)li jorbtu d-data f’forma elettronika ma’ ħin partikolari permezz ta’ timbri tal-ħin elettroniċi kwalifikati; (5)li joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali; (6)li joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi permezz tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid, li jippermettu li l-attestazzjoni maħruġa tintrabat ma’ attestazzjonijiet rilevanti oħra li jiffurmaw parti minn katina. (7)li jippermettu l-użu ta’ attestazzjonijiet kwalifikati u mhux kwalifikati tal-attributi biex is-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u r-rappreżentanti legali tagħhom ikunu jistgħu jawtentikaw ruħhom; (8)li jittrażmettu u jirċievu dokumenti elettroniċi u data permezz ta’ servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat li jista’ jappoġġa l-kunfidenzjalità; (9)li jawtorizzaw lil diversi utenti biex jaċċessaw u joperaw il-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid, u biex is-sid tal-Kartiera tan-Negozju jiġġestixxi u jirrevoka tali awtorizzazzjonijiet; (10)li jawtorizzaw lill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju jitolbu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lis-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u biex is-sid tal-Kartiera tan-Negozju jiġġestixxi u jirrevoka tali awtorizzazzjonijiet; (11)li jeżerċitaw id-dritt tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għall-portabbiltà tad-data u li jesportaw id-data tagħhom, inkluża d-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, ir-reġistri tal-komunikazzjoni, u r-rekords tal-interazzjonijiet maħruġa, f’format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni, fuq talba tas-sid jew f’każ ta’ terminazzjoni tas-servizz jew ta’ revoka tan-notifika tal-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju; (12)li jaċċessaw reġistru tat-tranżazzjonijiet kollha; (13)li jaċċessaw dashboard komuni għall-aċċess tal-komunikazzjonijiet skambjati u għall-ħżin u għall-verifika tagħhom permezz tas-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat imsemmi fil-punt (i). |
Fornituri tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju |
L-istandards u l-ispeċifikazzjoni li se jiġu ddefiniti fl-atti ta’ implimentazzjoni se jirreferu għar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà kif kien il-każ għall-EUDIW. Madankollu, huwa importanti li jitqies li l-fornituri tas-soluzzjonijiet se jkunu s-settur privat u għaldaqstant se jkollhom jikkonformaw mad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà 2019/882. |
L-enfasi fuq l-istandards miftuħa, l-interoperabbiltà, u l-portabbiltà tad-data tiżgura li l-Kartieri jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu integrati f’diversi pjattaformi u servizzi mingħajr intrappolament tal-klijentela. Barra minn hekk, il-Kartiera tan-Negozju qed terġa’ tuża l-Qafas tal-UE għall-Identità Diġitali u hija preskritta l-kompatibbiltà mal-EUDIW. |
M/A |
|
Direttorju Diġitali Ewropew |
Artikolu 10 |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, topera u żżomm aġġornat Direttorju Diġitali Ewropew bħala applikazzjoni fuq il-web li tikkonsisti minn żewġ interfaċċi: ·interfaċċa li tinqara mill-magni esposta permezz ta’ API għall-komunikazzjoni awtomatizzata minn sistema għal sistema; ·portal online għall-utenti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, mibni fuq l-API u li jikkomunika magħha, li jiżgura l-konsistenza bejn iż-żewġ interfaċċi. |
Il-Kummissjoni Ewropea |
- |
M/A |
|
|
Applikazzjonijiet għall-ħolqien tal-firem |
Anness |
L-iffirmar jew l-issiġillar tad-data pprovduta mill-utenti tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. L-iffirmar jew l-issiġillar tad-data pprovduta minn partijiet dipendenti. Il-ħolqien ta’ firem jew ta’ siġilli f’konformità tal-inqas mal-format obbligatorju. Il-ħolqien ta’ firem jew siġilli f’konformità mal-format fakultattiv. L-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti tal-Kartiera dwar ir-riżultat tal-proċess tal-ħolqien tal-firem jew tas-siġilli. |
Fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji Partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju |
- |
- |
|
|
Servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati |
Anness |
F’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kartieri tan-Negozju għandhom jintegraw u jappoġġaw l-użu ta’ servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat speċifiku f’konformità mal-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. L-interoperabbiltà bejn il-Kartieri tan-Negozju u s-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat deżinjat għandha tkun obbligatorja. Il-fornituri tal-Kartieri tan-Negozju għandhom jiżguraw l-integrazzjoni teknika f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni. |
Il-Kummissjoni Ewropea |
- |
- |
Għal kull soluzzjoni diġitali, spjegazzjoni ta’ kif is-soluzzjoni diġitali tikkonforma mal-politiki diġitali u mal-promulgazzjonijiet leġiżlattivi applikabbli
Kartiera Ewropea tan-Negozju
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
M/A |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw l-integrità, l-awtentiċità, u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn il-back-end, il-front-end u l-applikazzjonijiet u l-apparat kriptografiċi siguri tal-Kartiera tan-Negozju. Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha. |
|
eIDAS |
Il-Kartiera Ewropea tan-Negozju tibni fuq il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali definit taħt l-eIDAS u tespandih għall-operaturi ekonomiċi u għall-korpi tas-settur pubbliku kollha. L-aċċess għall-Unità tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandu jingħata biss wara li l-utent tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jkun ġie awtentikat b’suċċess kif spjegat fid-dettall fl-Anness I(1)(2). Interoperabbiltà bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali: it-talba u l-kondiviżjoni tad-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi b’mod sigur bejn il-Kartieri Ewropej tan-Negozju u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
M/A |
|
Oħrajn |
M/A |
Direttorju Diġitali Ewropew
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
M/A |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-Direttorju Diġitali Ewropew aċċessibbli biss għas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju u għall-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju. Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-Direttorju Diġitali Ewropew f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data inkluż, fejn xieraq, mal-karatteristiċi tal-psewdonimizzazzjoni. Allinjament mad-Direttiva 2022/2555. |
|
eIDAS |
|
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
|
|
Oħrajn |
Applikazzjoni għall-ħolqien tal-firem
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
M/A |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
- |
|
eIDAS |
Użu ta’ firem u ta’ siġilli elettroniċi. |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
- |
|
Oħrajn |
- |
4.4. Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tas-servizz(i) pubbliku(ċi) diġitali affettwat(i) mir-rekwiżiti
|
Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali |
Deskrizzjoni |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Soluzzjoni(jiet) ta’ Ewropa Interoperabbli (MHUX APPLIKABBLI) |
Soluzzjoni(jiet) oħra tal-interoperabbiltà |
|
Verifika u awtorizzazzjoni tal-identità diġitali, Kartieri Ewropej tan-Negozju (COFOG 01.6 - BT.1 - Servizzi pubbliċi ġenerali) |
Is-servizz pubbliku jiffaċilita t-tranżazzjonijiet transfruntiera siguri billi jipprovdi qafas għall-identità diġitali u għall-awtentikazzjoni għall-operaturi ekonomiċi u għall-korpi tas-settur pubbliku. |
Artikolu 4; Artikolu 5(1), (3), (5); Artikolu 6(1),(2),(4); Artikolu 6(3); Artikolu 6(5); Artikolu 7; Artikolu 8; Artikolu 9; Artikolu 10; Artikolu 11; Artikolu 12; Artikolu 13; Artikolu 18(1),(3); Artikolu 19; Artikolu 21. |
// |
Is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (“BRIS”) u s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tas-Sjieda Benefiċjarja (“BORIS”) SDG Kartiera tad-DPP EDD |
|
Servizzi pubbliċi diġitali fl-Istati Membri li huma obbligati jaċċettaw evidenza permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Is-servizzi pubbliċi diġitali nazzjonali affettwati mill-użu tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju fil-proċeduri amministrattivi fejn il-korpi tas-settur pubbliku huma meħtieġa jaċċettaw l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni, il-firma elettronika jew is-siġill elettroniku, is-sottomissjoni ta’ dokumenti, it-trażmissjoni jew ir-riċevuta ta’ notifiki. |
Artikolu 16(1) (2) |
// |
Impatt tar-rekwiżit(i) skont is-servizz pubbliku diġitali fuq l-interoperabbiltà transfruntiera
Servizz pubbliku diġitali #1: Kartiera Ewropea tan-Negozju
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Jekk jogħġbok elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju se jibnu fuq l-ekosistema ta’ fiduċja stabbilita taħt il-Qafas Ewropew għall-identità Diġitali, stabbilit bir-Regolament (UE) 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1183 (inklużi l-atti ta’ implimentazzjoni adottati), u jestendiha. Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2022/2555 (NIS2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha. Bl-istess mod, id-Direttorju Diġitali Ewropew għandu jiġi operat f’konformità mal-prinċipji stabbiliti skont l-NIS2. L-operaturi kriptografiċi jew operazzjonijiet oħra li jipproċessaw assi kritiċi għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti għall-karatteristiċi u għad-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettroniċi fil-livell tal-assigurazzjoni sostanzjali kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-proposta tantiċipa li l-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jippermettu wkoll l-iskambju ta’ attestazzjonijiet għall-fini tad-delega tal-prokura diġitali, kif stabbilit mid-Direttiva (UE) 2025/25, billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi u lill-korpi tas-settur pubbliku jiskambjaw l-attestazzjonijiet bil-Kartieri tan-Negozju tagħhom biex jiddelegaw l-awtorità lir-rappreżentanti. |
|
|
Miżuri organizzazzjonali għall-forniment transfruntier bla xkiel tas-servizzi pubbliċi diġitali Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
F’kull Stat Membru, il-korpi superviżorji maħtura skont l-Artikolu 46a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom ikunu l-korpi superviżorji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ukoll. Ir-Regolament jipprevedi r-rwol u l-kompiti ta’ tali awtoritajiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 jippossjedu s-setgħat meħtieġa u r-riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv, effiċjenti u indipendenti. Meta entità tal-Unjoni tkun fornitur tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, il-Kummissjoni għandha tkun il-korp superviżorju responsabbli. |
|
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
Id-data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-EBW għandha tinħareġ f’format li jkun skont wieħed mill-istandards elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2979 u bħala QEAA jew EAA skont l-entità emittenti. L-annessi jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ livell għoli li mbagħad se jiġu istanzjati fl-ispeċifikazzjonijiet u fl-istandards fl-att ta’ implimentazzjoni futur biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data. Il-Kartieri tan-Negozju għandhom jappoġġaw l-esportazzjoni u l-portabbiltà siguri tad-data tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tas-sid f’mill-inqas format miftuħ. |
|
|
Użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards tekniċi miftuħa maqbula b’mod komuni Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni għad-definizzjoni ta’ standards ta’ referenza u ta’ speċifikazzjonijiet. |
Servizz pubbliku diġitali #2: Servizzi pubbliċi diġitali fl-Istati Membri li huma obbligati jirċievu evidenza permezz tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
|
Valutazzjoni |
Miżura/i |
Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli) |
|
Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Jekk jogħġbok elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
L-allinjament huwa żgurat għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju, kif spjegat hawn fuq. |
|
|
Miżuri organizzazzjonali għall-forniment transfruntier bla xkiel tas-servizzi pubbliċi diġitali Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
L-Artikolu 15 jobbliga lill-Istati Membri jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jiskambjaw l-informazzjoni ma’ korpi tas-settur pubbliku permezz tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju. |
|
|
Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
||
|
Użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards tekniċi miftuħa maqbula b’mod komuni Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
4.5. Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
Deskrizzjoni ta’ livell għoli ta’ miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Deskrizzjoni tal-miżura |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Ir-rwol tal-Kummissjoni (jekk applikabbli) |
Atturi li għandhom ikunu involuti (jekk applikabbli) |
Skeda ta’ żmien mistennija (jekk applikabbli) |
|
Lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn meħtieġ, ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ proċeduri għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Artikolu 5(3)(5) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
|
Lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn meħtieġ, ta’ speċifikazzjonijiet u ta’ proċeduri għall-karatteristiċi tekniċi tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Artikolu 6(5) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
|
Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ data tal-identifikazzjoni tas-sidien tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Artikolu 8(6) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
|
Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti dettaljati għall-identifikatur uniku |
Artikolu 9(4) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
|
Standards u speċifikazzjonijiet tekniċi għad-Direttorju Diġitali Ewropew |
Artikolu 10(6) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
|
Atti li jistabbilixxu li l-Kartieri tan-Negozju jew is-sistemi li joffru funzjonijiet simili li jinħarġu mill-fornituri stabbiliti f’pajjiżi terzi għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju |
Artikolu 18(1) |
L-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
// |
// |
-
(1)
ĠU C 365, 23.9.2022, p. 18.
- (2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE”, COM(2025) 30 final.
- (3)
- (4) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/1724/oj/mlt)
- (5) Il-Kummissjoni Ewropea, Sejħa għall-Evidenza: 28th regime – a single harmonized set of rules for innovative companies throughout the EU, it-8 ta’ Lulju, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/14674-28th-regime-a-single-harmonized-set-of-rules-for-innovative-companies-throughout-the-EU_mt
- (6) Id-Direttiva (UE) 2025/25 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward ta’ aktar espansjoni u titjib tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji (ĠU L, 2025/25, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/25/oj ).
- (7) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).
- (8) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (ĠU L 169, 30.6.2017, pp. 46–127, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj
-
(9)
Ir-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj)
- (10) Ir-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L …, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj
- (11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/369 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali msemmija fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 2.3.2021, pp. 11–17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/369/oj
- (12) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (ĠU L 333, 27.12.2022, pp. 80–152, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj)
- (13) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data. europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
- (14) Flimkien ma’ kwalunkwe KPI potenzjali dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv wara r-rieżami tal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali
- (15) L-għadd ta’ kartieri ma huwiex neċessarjament ekwivalenti għall-għadd ta’ sidien minħabba li sid wieħed attribwit b’identifikatur uniku wieħed jista’ jkollu aktar minn kartiera waħda rreġistrata f’ismu, iżda se jkun approssimazzjoni tajba biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ użu
- (16) Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
- (17) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
- (18) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
- (19) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
- (20) Il-linji baġitarji għall-QFP il-ġdid għadhom ma humiex magħrufa.
- (21) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
- (22) Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
- (23) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.11.2025
COM(2025) 838 final
ANNESS
ta'
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar l-istabbiliment ta’ Kartieri Ewropej tan-Negozju
{SWD(2025) 837 final}
ANNESS
Rekwiżiti għall-funzjonalitajiet minimi u r-rekwiżiti tekniċi tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju
1.Awtentikazzjoni tal-Unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju
L-aċċess għall-Unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għandu jingħata biss wara li l-utent tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jkun ġie awtentikat b’suċċess permezz ta’ wieħed minn dawn:
(1)mezz ta’ identifikazzjoni elettronika (eID) notifikat f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, li jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti għal livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali kif definit fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament u speċifikat aktar fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502; jew
(2)mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni alternattiv rikonoxxut bħala ekwivalenti u li jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti għal livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u speċifikat aktar fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502.
Sakemm titlesta tali awtentikazzjoni, l-ebda funzjonalità tal-Unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jew ta’ kwalunkwe funzjonalità oħra ma għandha ssir aċċessibbli għall-utent tal-Kartiera.
2.Integrità tal-Unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju
Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom, għal kull unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, jiġġeneraw u jiffirmaw attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5. Iċ-ċertifikat użat biex tiġi ffirmata jew issiġillata l-attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera tan-Negozju għandu jinħareġ skont ċertifikat elenkat fil-lista ta’ fiduċja msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2980.
3.Komunikazzjoni sigura u mmaniġġjar tal-assi kritiċi tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju
(1)Il-back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għandu juża mill-inqas applikazzjoni kriptografika sigura tal-Kartiera waħda u apparat kriptografiku sigur tal-Kartiera għall-immaniġġjar tal-assi kritiċi.
(2)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn il-back-end, il-front-end u l-applikazzjonijiet u l-apparati kriptografiċi siguri tal-Kartiera tan-Negozju.
(3)Meta l-assi kritiċi jkunu relatati mat-twettiq ta’ identifikazzjoni elettronika f’livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali, l-operazzjonijiet kriptografiċi tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jew operazzjonijiet oħra li jipproċessaw assi kritiċi għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti għall-karatteristiċi u d-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika f’livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502.
4.Applikazzjonijiet kriptografiċi siguri tal-Kartiera
(1)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet u l-apparati kriptografiċi siguri tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju:
(a)iwettqu l-operazzjonijiet kriptografiċi tal-Kartiera li jinvolvu assi kritiċi għajr dawk meħtieġa għall-unità tal-Kartiera biex tawtentika lis-sid tal-Kartiera biss meta dawk l-applikazzjonijiet ikunu awtentikaw b’suċċess lill-utenti tal-Kartiera;
(b)meta jawtentikaw lis-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju fil-kuntest tat-twettiq ta’ identifikazzjoni elettronika fil-livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502;
(c)ikunu kapaċi jiġġeneraw kjavijiet kriptografiċi ġodda b’mod sigur;
(d)ikunu kapaċi jwettqu tħassir sigur ta’ assi kritiċi;
(e)ikunu kapaċi jiġġeneraw prova tal-pussess ta’ kjavijiet privati;
(f)jipproteġu l-kjavijiet privati ġġenerati minn dawn l-applikazzjonijiet u l-apparati kriptografiċi siguri tal-Kartiera tul il-perjodu tal-eżistenza tal-kjavijiet;
(g)ikunu konformi mar-rekwiżiti għall-karatteristiċi u d-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika f’livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502.
5.Awtentiċità u validità tal-unitajiet tal-Kartiera
(1)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju msemmija fil-punt 1 ikun fihom kjavijiet pubbliċi u li l-kjavijiet privati korrispondenti jkunu protetti b’apparat kriptografiku sigur tal-Kartiera.
(2)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jipprovdu mekkaniżmi, indipendentement mill-unitajiet tal-Kartiera, għall-identifikazzjoni u għall-awtentikazzjoni siguri tal-utenti tal-Kartiera.
6.Revoka tal-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera
(1)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jistabbilixxu politika disponibbli għall-pubbliku li tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-perjodu taż-żmien għar-revoka tal-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera.
(2)F’konformità mal-Artikolu 6, meta l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jirrevokaw l-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, huma għandhom jinfurmaw lill-utenti tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju affettwati mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 24 siegħa mir-revoka tal-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju tagħhom, inkluża r-raġuni għar-revoka u l-konsegwenzi għall-utent tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod konċiż u faċilment aċċessibbli, u b’lingwaġġ ċar u sempliċi.
(3)Meta l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju jkunu rrevokaw attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, dawn għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-istatus ta’ validità tal-attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju u jiddeskrivu l-post ta’ dik l-informazzjoni fl-attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera tan-Negozju.
7.Reġistru tat-Tranżazzjonijiet
(1)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jipprovdu politika xierqa ta’ reġistrazzjoni li għandha tinkludi, mill-inqas, l-iffirmar elettroniku, l-issiġillar elettroniku, u n-notifiki tat-tranżazzjonijiet kollha ma’ partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju, unitajiet oħra tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, u unitajiet tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjoni titlestiex b’suċċess.
(2)L-informazzjoni rreġistrata għandu jkun fiha mill-inqas:
(a)id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni;
(b)l-isem, id-dettalji tal-kuntatt, u l-identifikatur uniku tal-parti korrispondenti dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju u l-Istat Membru li fih tkun stabbilita dik il-parti dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju, jew fil-każ ta’ unitajiet oħra tal-Kartiera, informazzjoni rilevanti mill-attestazzjoni tal-unità tal-Kartiera;
(c)it-tip jew tipi ta’ data mitluba u ppreżentati fit-tranżazzjoni;
(d)fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux kompluti, ir-raġuni għal dak in-nuqqas.
(3)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rreġistrata.
(4)Il-back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għandu jirreġistra r-rapporti mibgħuta mill-utent tal-Kartiera lill-awtoritajiet kompetenti permezz tal-unità tal-Kartiera, inklużi l-interazzjonijiet relatati man-notifiki, il-konformità regolatorja, il-kondiviżjoni tad-data, jew it-talbiet tal-awditjar.
(5)Ir-reġistri msemmija fis-subpunti 1 u 2 għandhom ikunu aċċessibbli għall-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, fejn ikun meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi tal-Kartiera.
(6)Ir-reġistri msemmija fis-subpunti 1 u 2 għandhom jibqgħu aċċessibbli sakemm ikun meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali.
8.Firem u siġilli elettroniċi kwalifikati
(1)F’konformità mal-Artikolu 6, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-utenti tal-Kartiera jkunu jistgħu jirċievu ċertifikati kwalifikati għal firem jew siġilli elettroniċi kwalifikati li jkunu marbuta ma’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem jew siġilli li jkunu lokali, esterni, jew remoti fir-rigward tal-unità tal-Kartiera.
(2)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju ikunu jistgħu jinterfaċċaw b’mod sigur ma’ wieħed mit-tipi li ġejjin ta’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem jew siġilli: apparati kwalifikati lokali, esterni, jew ġestiti mill-bogħod għall-ħolqien ta’ firem jew siġilli għall-finijiet tal-użu taċ-ċertifikati kwalifikati msemmija fis-subpunt 1.
9.Applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ firem
(1)L-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ firem użati mill-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jistgħu jiġu pprovduti mill-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju, mill-fornituri tas-servizzi fiduċjarji jew mill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju.
(2)L-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ firem għandu jkollhom il-funzjonijiet li ġejjin:
(a)l-iffirmar jew l-issiġillar tad-data pprovduta mill-utenti tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju;
(b)l-iffirmar jew l-issiġillar ta’ data pprovduta minn partijiet dipendenti;
(c)il-ħolqien ta’ firem jew siġilli f’konformità mill-inqas mal-format obbligatorju;
–il-ħolqien ta’ firem jew siġilli f’konformità mal-format fakultattiv;
–l-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti tal-Kartiera dwar ir-riżultat tal-proċess tal-ħolqien ta’ firem jew siġilli.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 li jispeċifikaw l-istandards tekniċi msemmija fis-subpunt 2, l-ittri (c) u (c)(ii).
(3)L-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ firem jistgħu jiġu integrati fil-back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jew ikunu esterni għalihom. Meta l-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ firem jiddependu fuq apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem mill-bogħod u meta jkunu integrati fil-back-end tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, huma għandhom jappoġġaw l-interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet stabbilita fl-atti ta’ implimentazzjoni, li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f’konformità mal-Artikolu 5 sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
10.Esportazzjoni u portabbiltà tad-data
Il-Kartieri tan-Negozju għandhom jappoġġaw l-esportazzjoni u l-portabbiltà siguri tad-data tas-sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju mill-inqas f’format miftuħ. Dan għandu jippermetti lis-sid jemigra d-data tiegħu għal soluzzjoni oħra tal-Kartiera tan-Negozju filwaqt li jiżgura mill-inqas livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali”, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502.
11.Mezz ta’ Komunikazzjoni Sigura Legali għall-Kartiera tan-Negozju
(1)F’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kartieri tan-Negozju għandhom jintegraw u jappoġġaw l-użu ta’ servizz elettroniku speċifiku u kwalifikat ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
(2)Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a)taħtar servizz elettroniku kwalifikat wieħed ta’ konsenja reġistrata li għandu jservi bħala l-mezz ta’ komunikazzjoni sigura legali obbligatorju għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju;
(b)tiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi u tal-interoperabbiltà minimi li tali servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja reġistrata jrid jissodisfa, inkluż l-allinjament mal-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri ta’ referenza stabbiliti skont l-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(c)tiżgura li s-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja reġistrata magħżul ikun ibbażat fuq standards miftuħin, disponibbli għall-pubbliku u mingħajr royalties biex tiġi ggarantita l-interoperabbiltà u jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela;
(d)tiżgura li s-servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja reġistrata magħżul jipprovdi kriptaġġ minn tarf sa tarf biex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità;
(e)tistabbilixxi proċeduri għall-iżgurar ta’ disponibbiltà kontinwa, ta’ ridondanza u ta’ mekkaniżmi ta’ riżerva f’każ ta’ falliment tas-servizz.
(3)L-interoperabbiltà bejn il-Kartieri tan-Negozju u s-servizz elettroniku kkwalifikat ta’ konsenja reġistrata maħtur għandha tkun obbligatorja. Il-fornituri tal-Kartieri tan-Negozju għandhom jiżguraw l-integrazzjoni teknika f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fis-subpunt 2.
12.Mekkaniżmu ta’ Kontroll tal-Aċċess għall-Kartieri Ewropej tan-Negozju
(1)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni skont il-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-aċċess ikunu bbażati fuq wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin, kif xieraq għat-talba għal aċċess speċifika:
(a)l-attestazzjoni elettronika tal-attributi tas-suġġett aġent;
(b)ir-rwol formali tas-suġġetti aġenti fi struttura organizzazzjonali jew operatur ekonomiku rikonoxxuti;
(c)il-kamp ta’ applikazzjoni, il-validità u r-restrizzjonijiet ta’ kwalunkwe mandat, delega, jew prokura;
(d)informazzjoni kuntestwali jew politiki u regoli adottati fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali għall-konformità speċifika għas-settur.
(2)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-aċċess jippermetti riżultati tal-awtorizzazzjoni dettaljati u verifikabbli, filwaqt li jiżguraw li:
(a)il-viżibbiltà tal-kredenzjali u tal-attestazzjonijiet tkun selettiva u tiddependi fuq id-drittijiet ta’ aċċess;
(b)l-aċċess għall-proċessi tan-negozju, għall-proċeduri diġitali jew għall-interfaċċi ta’ sottomissjoni jkun ikkontrollat minn validazzjoni f’ħin reali tar-rwoli u tal-mandati;
(c)l-eventi kollha ta’ aċċess u eżekuzzjoni jkunu rreġistrati, ikollhom kronogramma, u jkunu marbuta ma’ provi ta’ awtorizzazzjoni verifikabbli b’mod kriptografiku, xierqa għall-proċedimenti ta’ awditjar u ġudizzjarji.
(3)Il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li:
(a)l-immappjar bejn ir-rwoli u l-attributi jkun verifikabbli, revokabbli u traċċabbli għall-emittenti leġittimi tagħhom;
(b)il-kunflitti tar-rwoli, id-delega żejda, jew l-awtorizzazzjonijiet skaduti jiġu identifikati u evitati awtomatikament f’ħin reali;
(c)il-loġika kollha tal-awtorizzazzjoni hija interoperabbli madwar l-Istati Membri.
(4)Il-lista tal-istandards ta’ referenza, tal-ispeċifikazzjonijiet u proċeduri tekniċi li għandhom jiġu applikati għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-aċċess għandha tiġi ddefinita fl-atti ta’ implimentazzjoni, li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f’konformità mal-Artikolu 5 sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikopru b’mod partikolari:
(a)il-formati għar-rappreżentazzjoni tar-rwoli u tal-attributi;
(b)il-mekkaniżmi ta’ interoperabbiltà għall-mandati u għad-delegazzjonijiet bejn il-kartieri;
(c)protokolli, lingwaġġ tal-politika u infurzar tar-restrizzjonijiet;
(d)ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni sigura, għall-kronogrammi u għall-awditjar tal-eventi ta’ awtorizzazzjoni.
(5)Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu fejn l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri msemmija fis-subpunt 1 jiġu ssodisfati.
13.Dispożizzjonijiet ġenerali għall-protokolli u għall-interfaċċi
F’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju:
(1)jawtorizzaw talbiet u, fejn applikabbli, jawtentikaw dawk magħmula permezz ta’ ċertifikati ta’ aċċess tal-partijiet dipendenti jew attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera. L-awtentikazzjoni tal-parti dipendenti għandha tkun meħtieġa meta l-attestazzjonijiet ikunu maħsuba għal udjenza ristretta; fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-attestazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe parti li titlobha;
(2)juru lill-utenti tal-Kartiera, l-informazzjoni li hemm fiċ-ċertifikati ta’ aċċess tal-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju jew fl-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera, meta applikabbli;
(3)juru lill-utenti tal-Kartiera, meta applikabbli, l-attributi li l-utenti tal-Kartiera huma mitluba jippreżentaw;
(4)jippreżentaw l-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera tal-unità tal-Kartiera lill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju jew l-unitajiet tal-Kartiera li jitolbuha.
14.Ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi lill-unitajiet tal-Kartiera
(1)F’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-Kartiera tan-Negozju li jitolbu l-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jkunu jistgħu jawtentikaw il-partijiet dipendenti.
(2)Fir-rigward tal-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi lil unità tal-Kartiera, il-fornituri tal-Kartieri għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)meta s-sidien tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju, permezz tal-unità tal-Kartiera tan-Negozju tagħhom, jitolbu mingħand il-fornitur tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju l-ħruġ ta’ data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju jew tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi mill-fornituri tad-data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju jew mill-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi li jippermettu l-ħruġ ta’ data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju jew attestazzjonijiet elettroniċi f’aktar minn format wieħed, l-unità tal-Kartiera għandha titlobha fil-formati kollha msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kartieri tan-Negozju fir-rigward tal-integrità u l-funzjonalitajiet ewlenin tal-Kartieri tan-Negozju;
(b)meta s-sidien tal-Kartiera tan-Negozju jużaw l-unità tal-Kartiera tan-Negozju tagħhom biex jinteraġixxu mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, l-unitajiet tal-Kartiera għandhom jippermettu l-awtentikazzjoni u l-validazzjoni tal-komponenti tal-unità tal-Kartiera billi jippreżentaw l-attestazzjonijiet tal-unità tal-Kartiera lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-fornituri meta jitolbuhomlhom;
(c)is-soluzzjonijiet tal-Kartiera għandhom jappoġġaw mekkaniżmi li jippermettu lill-fornituri tad-Data dwar l-Identifikazzjoni tas-Sid tal-Kartiera tan-Negozju jivverifikaw il-ħruġ, il-konsenja u l-attivazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti ta’ livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 (11);
(d)l-unitajiet tal-Kartiera għandhom jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tad-data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.
15.Preżentazzjoni ta’ attributi lill-partijiet dipendenti fuq il-Kartiera Ewropea tan-Negozju
F’konformità mal-punt (d) u (k) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tan-Negozju għandhom jiżguraw li:
(1)is-soluzzjonijiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jappoġġaw il-protokolli u l-interfaċċi għall-preżentazzjoni ta’ attributi lil partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju f’konformità mal-istandards definiti fl-atti ta’ implimentazzjoni;
(2)Fuq talba tal-utenti, l-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jirrispondu b’suċċess għal talbiet awtentikati u vvalidati minn partijiet dipendenti fuq il-Kartiera tan-Negozju f’konformità mal-istandards definiti fl-atti ta’ implimentazzjoni;
(3)L-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jappoġġaw l-għoti ta’ prova tal-pussess ta’ kjavijiet privati li jikkorrispondu għall-kjavijiet pubbliċi użati fl-irbit kriptografiku.
16.Ħruġ ta’ Data dwar l-Identifikazzjoni tas-Sid tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju lill-unitajiet tal-Kartiera
(1)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju maħruġa lill-unitajiet tal-Kartiera tan-Negozju tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.
(2)L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li d-data dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-Kartiera tan-Negozju li joħorġu tkun marbuta b’mod kriptografiku mal-unità tal-Kartiera li tinħareġ għaliha.
17.Ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi lill-unitajiet tal-Kartiera
(1)L-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lill-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju għandhom jikkonformaw mill-inqas ma’ wieħed mill-istandards fil-lista stabbilita fl-atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
(2)Il-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għandhom jidentifikaw lilhom infushom mal-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju billi jużaw iċ-ċertifikat tal-aċċess għal parti dipendenti fuq kartiera tagħhom.
(3)Il-fornituri tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa lill-unitajiet tal-Kartiera Ewropea tan-Negozju jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa għall-awtentikazzjoni u għall-validazzjoni ta’ dawk l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.