Eureka 52026PC0074 Definitions Sign in

Brussell, 17.2.2026

COM(2026) 74 final

2026/0045(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni, ditti ta'l-investiment, kumpanniji tal-immaniġġjar tal-assi u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv f'konglomerat finanzjarju (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anki f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura aċċelerata għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill’ ta’ d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 . Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha 4  ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss dawk l-adattazzjonijiet formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fil‑lingwi uffiċjali kollha, tad-Direttiva 2002/87/EK u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in‑numri qodma u dawk ġodda tidher f’tabella stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata.

🡻 2002/87/EK (adattat)

2026/0045 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni jew ⌦ ta’ riassigurazzjoni ⌫, ditti ta'l-investiment, ⌦ kumpanniji tal-immaniġġjar tal-assi u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv ⌫ f'konglomerat finanzjarju (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat ⌦ dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ⌫, u b’mod partikolari l-Artikolu ⌦ 53(1) ⌫ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 

(1)Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 ġiet emendata kemm-il darba 7 b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata.

🡻 2002/87/EK il-premessa 5 (adattat)

(2)Sabiex tkun effettiva, is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, ⌦ impriżi ta' assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni⌫, ditti ta' investiment, ⌦ kumpanniji tal-immaniġġjar tal-assi u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (entitajiet regolati) ⌫ f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi applikata għal dawk il-konglomerati, li l-attivitajiet finanzjarji rappreżentattivi tagħhom huma sinjifikanti, li huwa l-każ meta jintlaħqu ċerti limiti, tkun xi tkun l-istruttura tagħhom. Is-superviżjoni supplementari jenħtieġ li tkopri l-attivitajiet finanzjarji kollha identifikati bil-leġislazzjoni finanzjarja settorjali u l-entitajiet prinċipali kollha li jwettqu dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu nklużi fil-kamp ta' l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari.

🡻 2011/89/UE il-premessa 1 (adattat)

(3)Id-Direttiva 2002/87/KE ⌦ipprovdiet ⌫ lill-awtoritajiet kompetenti fis-settur finanzjarju b’setgħat u strumenti supplimentari għas-superviżjoni ta’ gruppi komposti minn bosta entitajiet regolati, li huma attivi f’setturi differenti tas-swieq finanzjarji. Tali gruppi (konglomerati finanzjarji) huma esposti għal riskji (riskji tal-grupp) li jinkludu: ir-riskju ta’ kontaġju, fejn ir-riskji huma mifruxa minn tarf ta’ grupp għal ieħor; il-konċentrazzjoni tar-riskju, fejn l-istess tip ta’ riskju jimmaterjalizza f’partijiet varji tal-grupp fl-istess ħin; il-kumplessità tal-ġestjoni ta’ bosta entitajiet legali differenti; kunflitti ta’ interess potenzjali; u l-isfida tal-allokazzjoni ta’ kapital regolatorju lill-entitajiet regolati li jagħmlu parti mill-konglomerat finanzjarju, u b’hekk jiġi evitat l-użu multiplu tal-kapital. Il-konglomerati finanzjarji, għalhekk, għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni supplimentari fuq bażi individwali, ikkonsolidata jew fuq bażi ta’ grupp, mingħajr ma jiġi dupplikat jew effettwat il-grupp, u irrispettivament mill-istruttura legali tal-grupp.

🡻 2011/89/UE il-premessa 3 (adattat)

(4)Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, abbażi ta’ linji gwida komuni li jiġu maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 (EBA), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 (AEAPX) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 (AETS) f’konformita’ mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ⌦ rispettivament, ⌫ permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Konġunt”) Huwa importanti wkoll li r-rekwiżiti fir-rigward tar-rinunzja tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari jiġu applikati b’mod ibbażat fuq ir-riskju skont dawn il-linji gwida. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati finanzjarji akbar, li joperaw internazzjonalment.

🡻 2002/87/EK il-premessa 6 (adattat)

(5)Deċiżjonijiet li ma tiġix inkluża entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ⌦ jenħtieġ li ⌫ jittieħdu, waqt li wieħed iqis fost ħwejjeġ oħra jekk entità bħal dik tkunx inkluża jew le fis-superviżjoni wiesgħa tal-grupp taħt regoli settorjali

🡻 2002/87/EK il-premessa 7 (adattat)

(6)L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jagħmlu stima fuq livell wiesgħa tal-grupp tas-sitwazzjoni finanzjarja ta', ⌦ entitajiet regolati ⌫ li huma parti ta' konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari fir-rigward ta' tsolvenzà (inkluża l-eliminazzjoni ta' ingranaġġ multipliċi ta' strumenti ta' fondi tagħhom stess), konċentrazzjoni tar-riskju u transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp.

🡻 2002/87/EK il-premessa 8 (adattat)

(7)Konglomerati finanzjarji huma ta' spiss immaniġġati fuq bażi ta' linja tan-negozju li ma tikkoinċidix ⌦ kompletament ⌫ ma' l-istrutturi legali tal-konglomerati.

🡻 2002/87/EK il-premessa 9 (adattat)

(8)Il-konglomerati finanzjarji kollha suġġetti għas-superviżjoni supplementari ⌦ jenħtieġ li ⌫ jkollhom kordinatur maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti involuti.

🡻 2002/87/EK il-premessa 10 (adattat)

(9)Il-kompiti tal-kordinatur ⌦ jenħtieġ li ma jaffetwawx ⌫ il-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorjali

🡻 2002/87/EK il-premessa 11 (adattat)

(10)L-awtoritajiet kompetenti involuti, u speċjalment il-kordinatur, ⌦ jenħtieġ li ⌫ jkollhom il-mezzi sabiex jiksbu mill-entitajiet ⌦ regolati ⌫ fi ħdan konglomerat finanzjarju, jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, l-informazzjoni meħtieġa għat-twettieq tas-superviżjoni supplementari tagħhom.

🡻 2011/89/UE il-premessa 4 (adattat)

(11)Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ tali gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati finanzjarji li joperaw internazzjonalment bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat finanzjarju. Il-kulleġġi tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerati finanzjarji għandhom jaġixxu skont in-natura supplimentari ⌦ ta’din ⌫ id-Direttiva, u bħala tali m’għandhomx jidduplikawhom jew jissostitwixuhom iżda pjuttost iżidu l-valur għall-attivitajiet ta’ kulleġġi eżistenti relevanti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni f’dawk il-konglomerati finanzjarji. Kulleġġ għal konglomerat finanzjarju għandu biss ikun ikkostitwit fejn la kulleġġ settorjali bankarju u lanqas ta’ assigurazzjoni ma jkun stabbilit.

🡻 2002/87/EK il-premessa 12 (adattat)

(12)Hemm ħtieġa għal kollaborazzjoni bejn awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' ⌦ entitajiet regolati ⌫, inkluż l-iżvilupp ta' arranġamenti ad hoc ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni ta' entitajiet li huma parti mill-istess konglomerat finanzjarju.

🡻 2011/89/UE il-premessa 5 (adattat)

(13)Sabiex tiġi żgurata superviżjoni regolatorja xierqa, huwa neċessarju li l-istruttura legali u l-istruttura ta’ governanza u ta’ organizzazzjoni, inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti tal-banek, l-impriżi ta’ assigurazzjoni ⌦ jew riassigurazzjoni ⌫ u l-konglomerati finanzjarji b’attivitajiet transkonfinali, jiġu mmonitorjati mill-ABE, l-AEAPX, l-AETS (flimkien imsejħa “l-ESAs”) u l-Kumitat Konġunt, kif inhu xieraq, u li tkun magħmula disponibbli informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

🡻 2011/89/UE il-premessa 6

(14)Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplementari effettiva tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari fejn l-uffiċċju prinċipali ta’ waħda mis-sussidjarji jinsab f’pajjiż terz, l-impriżi li għalihom din id-Direttiva tapplika għandhom jinkludu kwalunkwe impriża, partikolarment istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni.

🡻 2011/89/UE il-premessa 7 (adattat)

(15)Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji li għandhom jiġu applikati għal dawk il-konglomerati finanzjarji. L-ESAs għandhom joħorġu, skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ⌦ rispettivament ⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt linji gwida komuni għal dawn l-approċċi superviżorji komuni, u b’hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-għodda u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-Direttivi bankarji, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtajiet u tal-kongolmerazzjonijiet finanzjarji. Il-linji gwida li huma previsti ⌦ f’din ⌫ id-Direttiva għandhom jirriflettu n-natura supplimentari tas-superviżjoni kif previst skont din id-Direttivau jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 2009/138/KE 11 , 2011/61/UE 12 , 2013/36/UE 13 u 2014/65/UE 14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

🡻 2011/89/UE il-premessa 8 (adattat)

(16)Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat finanzjarju u li joħorġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpanniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti minn din id-Direttiva jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja ⌦ jenħtieġ li ⌫ tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-ESAs permezz tal-Kumitat Konġunt. Jekk il-parteċipazzjoni tkun l-uniku element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw il-ħtieġa għas-superviżjoni supplimentari.

🡻 2011/89/UE il-premessa 11 (adattat)

(17)Filwaqt li l-ittestjar tal-istress għandu jsir regolarment għas-sottogruppi tal-qasam bankarju u tal-assigurazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, huwa r-rwol tal-koordinatur maħtur f’konformita’ ma’ ⌦ din ⌫ id-Direttiva li jiddeċiedi l-adegwatezza u l-paramenti u meta għandu jsir it-test tal-istress għal konglomerat finanzjarju individwali b’mod ġenerali. Għal testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, imwettqa mill-ESAs f’kuntest speċifiku għas-settur, ir-rwol tal-Kumitat Konġunt għandu jkun li jiżgura li tali testijiet tal-istress isiru b’mod konsistenti tul is-setturi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, jenħtieġ li ikunu kapaċi jiżviluppaw parametri supplementari għat-testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, u jkopru r-riskji tal-grupp speċifiċi li tipikament jimmaterjalizzaw f’konglomerati finanzjarji u jenħtieġ li jkunu jistgħu jippubblikaw ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet fejn il-leġislazzjoni settorjali tippermetti dan. L-esperjenza minn testijiet tal-istress preċedenti madwar l-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata. Pereżempju, it-testijiet tal-istress jenħtieġ li jqisu l-likwidità u r-riskji ta’ solvenza tal-konglomerati finanzjarji.

🡻 2002/87/EK il-premessa 13 (adattat)

(18)⌦ Entitajiet regolati ⌫ li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom ⌦ fl-Unjoni ⌫ jistgħu ikunu parti minn konglomerat finanzjarju, li l-kap tagħhom ikun barra ⌦ mill-Unjoni ⌫. Dawn l-entitajiet regolati jenħtieġ ukoll li jkunu s-suġġett ta' arranġamenti supplementari ekwivalenti u adattati li jiksbu objettivi u riżultati simili għal dawk imfittxija mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, trasparenza tar-regoli u skambju ta' informazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar iċ-ċirkostanzi kollha relevanti huma ta' importanza kbira.

🡻 2002/87/EK il-premessa 14

(19)Arranġamenti supplementari ta' superviżjoni ekwivalenti u adattati jistgħu biss jiġu preżunti li jeżistu jekk l-awtoritajiet ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi jkunu ftehmu li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti konċernati dwar il-mezzi u l-objettivi ta' l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati ta' konglomerat finanzjarju.

🡻 2002/87/EK il-premessa 15 (adattat)

(20)Din id-Direttiva ma teħtieġx ⌦ id-divulgazzjoni ⌫ mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kumitat ta’ Konglomerati Finanzjarji ta' informazzjoni li hija suġġetta għal obbligazzjoni ta' kunfidenzjalità skont din id-Direttiva jew Direttivi settorjali oħra.

🡻 2011/89/UE il-premessa 15 (adattat)

(21)Sabiex tittejjeb is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ adattazzjonijiet tekniċi li għandhom isiru ⌦ f’din ⌫ id-Direttiva rigward id-definizzjonijiet, l-allinjament tat-terminoloġija u l-metodi ta’ kalkolu stabbiliti ⌦ hawnhekk ⌫. ⌦ Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 15 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. ⌫

🡻 2002/87/EK il-premessa 16 (adattat)

(22)Minħabba li l-objettiv ta' ⌦ din id-Direttiva ⌫, jiġifieri ⌦ l-istabbilment ⌫ ta' regoli dwar is-superviżjoni supplemenatri ta' ⌦ entitajiet regolati ⌫ f'konglomerat finanzjarju, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri ⌦ iżda pjuttost jista' ⌫, minħabba l-iskala ⌦ jew ⌫ l-effetti ta' l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫, din tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb ⌦ dak ⌫ l-objettiv. Minħabba li din id-Direttiva tiddefinixxi standards minimi, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli aktar stretti.

🡻 2002/87/EK il-premessa 17

(23)Din id-Direttiva tirrispetta d-Drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

🡻 

(24)Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal‑limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad‑Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness III,

🡻 2002/87/EK (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

⌦ SUĠĠETT ⌫ U DEFINIZZJONIJIET

🡻 2011/89/UE (adattat)

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE jew l-Artikoli 6 sa 11 tad-Direttiva 2011/61/UE, u li huma parti minn konglomerat finanzjarju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ⌦japplikaw id-defizzjonijiet segwenti ⌫:

(1)“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-⌦ Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17  ⌫;

(2)“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni ⌦ kif definit ⌫ fl-Artikolu 13, il-punti(1) (2) jew (3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3)“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tad-Direttiva 2014/65/UE, ⌦ inkluż ditta tal-investiment rikonoxxuta ta’ pajjiż terz kif definit ⌫ fl-Artikolu 4(1), il-punt (25) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab f’pajjiż terz u li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE jekk l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

(4)“entità regolata” tfisser istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassikurazzjoni, ditta ta’ investiment, kumpannija tal-immaniġġjar tal-assi jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv;

(5)“kumpannija li timmaniġja l-assi” tfisser kumpannija tal-immaniġjar ⌦ kif definit ⌫ fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva jekk l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

(6)“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi ⌦ kif definit ⌫ fl-Artikolu 4(1), il-punti (b),(l) u (ab) tad-Direttiva 2011/61/KE jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

(7)“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni ⌦ kif definit ⌫ -fl-Artikolu 13, il-punti (4), (5) jew (6) tad-Direttiva 2009/138/KE jew strument b’għan speċjali ⌦ kif definit ⌫ fl-Artikolu 13, il-punt (26) tad-Direttiva 2009/138/KE;

🡻 2019/2034 Art.59

(8)“regoli settorjali” tfisser atti legali tal-Unjoni relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill 18 , id-Direttivi 2009/138/KE, 2013/36/UE u 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 ;

🡻 2011/89/UE Art. 2(1) (adattat)

(9)“settur finanzjarju” tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:

(a)istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari ⌦ kif definiti rispettivament ⌫ fl-Artikolu 4(1), il-punti (1), (26) jew (18) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ( imsemmija kolletivament bħala “s-settur bankarju”);

(b)impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew ⌦ kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni ⌫ aa ⌦ kif definit rispettivament ⌫ skontfl-Artikoli 13, il-punti (1), (2), (4) jew (5) jew fl-Artikolu 212(1) punt (f) tad-Direttiva 2009/138/KE ( imsemmija kollettivament bħala “is-settur tal-assigurazzjoni”);

(c)ditta tal-investiment ⌦ kif definita ⌫ fl--Artikolu 4(1), il-punt (2) ⌦ tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ⌫ (msejħa kollettivament “is-settur tas-servizzi tal-investiment”);

(10)“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20  jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;

(11)“impriża sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2013/34/UE jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita fuqha influwenza dominanti jew is-sussidjarji kollha ta’ tali impriżi sussidjarji;

(12)“parteċipazzjoni” tfisser ⌦ interess ta’ ⌫ parteċipazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2013/34/UE 21 , jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(13)“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, jew impriżi marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni ⌦ skont kif imsemmija fl-Artikolu 22(7) ⌫ tad-Direttiva 2013/34/UE, u jinkludi kwalunkwe sottogrupp tiegħu;

(14)“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(15)“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta’ kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma permanentement marbuta mal-istess persuna, permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;

(16)“konglomerat finanzjarju” tfisser grupp jew sottogrupp, fejn entità regolata tkun tmexxi l-grupp jew sottogrupp, jew fejn tal-anqas waħda mis-sussidjarji f’dak il-grupp jew sottogrupp tkun entità regolata, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)fejn ikun hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

(i)dik l-entità tkun impriża prinċipali ta’ entità fis-settur finanzjarju, entità li jkollha parteċipazzjoni f’entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma’ entità fis-settur finanzjarju permezz ta’ relazzjoni t ⌦ kif msemmi -fl- ⌫ Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE,

(ii)mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment,

(iii)l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont ⌦ kif msemmi ⌫ fl-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva;

(b)fejn ma jkunx hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

(i)l-attivitajiet tal-grupp jew sottogrupp iseħħu prinċipalment fis-settur finanzjarju ⌦ kif msemmi ⌫ -fl-Artikolu 3(1),

(ii)mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment,

(iii)l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti ⌦ kif msemmi ⌫ fl-Artikolu 3(2) jew (3);

(17)“kumpannija azzjonarjafinanzjarja mħallta” tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

(18)“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew regolamentazzjoni sabiex jissorveljaw ⌦ entitajiet regolati ⌫ sew fuq bażi individwali jew ta’ grupp;

(19)“awtoritajiet rilevanti kompetenti” tfisser:

(a)l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni settorjali tal-grupp kollu ta’ kwalunkwe entità regolata f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari tal-impriża prinċipali finali ta’ settur;

(b)il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 12 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija il-punt (a);

(c)fejn xieraq, awtoritajiet kompetenti oħra konċernati rilevanti għall-opinjoni tal-awtoritajiet imsemmija il-punti (a) u (b);

(20)“tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp” tfisser it-tranżazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istess grupp jew fuq kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika marbuta mal-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta’ rabtiet mill-qrib, għat-twettiq ta’ obbligu, sew jekk kuntrattwali kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le;

(21)“konċentrazzjoni tar-riskju” tfisser l-esponimenti kollha għal riskji b’potenzjal ta’ telf li jkun kbir biżżejjed biex jhedded is-solvenza jew il-pożizzjoni finanzjarja b’mod ġenerali tal-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; kemm jekk tali esponimenti huma kkawżati minn riskju tal-kontroparti/riskju tal-kreditu, riskju tal-investiment, riskju tal-assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b’kombinazzjoni jew interazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

Sakemm jidħol fis-seħħ kull standard tekniku regolatorju adottat f’konformita’ mal-Artikolu 26(1),il-punt (b), l-opinjoni msemmija fil-punt (19)(c) għandha, b’mod partikolari, tieħu kont tas-sehem mis-suq tal-entitajiet regolati tal-konglomerat finanzjarju fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari jekk teċċedi l-5 %, u l-importanza fil-konglomerat finanzjarju ta’ kwalunkwe entità regolata stabbilita fi Stat Membru ieħor.

🡻 2002/87/KE

Artikolu 3

Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

🡻 2011/89/UE Art. 2 punt 2(a) (adattat)

1.    Għall-għanjijet tal-istabbiliment dwar jekk l-attivitajiet ta’ grupp iseħħux prinċipalment fis-settur finanzjarju, kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (16)(b)(i), il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu irid jeċċedi l-40 %.

2.    Għall-għanijiet tal-istabbiliment dwar jekk attivitajiet f’setturi finanzjarji differenti humiex sinjifikanti ⌦ kif definit fl- ⌫ Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (16)(a)(iii) jew (16)(b)(iii), għal kull settur finanzjarju il-medja tal-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ dak is-settur finanzjarju mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp u l-proporzjon tal- ħtiġiet tas-solvenza tal-istess settur finanzjarju mal-ħtiġiet totali tas-’-solvenza tal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp ⌦ irid ⌫ jeċċedi l-10 %.

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-iżgħar settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju ⌦ ghandu jkun ⌫ is-settur bl-iżgħar medja u l-aktar settur finanzjarju importanti f’konglomerat finanzjarju ⌦ ghandu jkun ⌫ is-settur bl-ogħla medja. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-medja u għall-kejl tal-iżgħar u l-aktar settur finanzjarju importanti, is-settur bankarju u s-settur tas-servizzi ta’ investiment għandhom jitqiesu flimkien.

Il-kumpanniji li jimmaniġjaw l-assi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp. Jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

Il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp. Jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

3.    L-attivitajiet transsettorjali għandhom ukoll jiġu preżunti li huma sinifikanti ⌦ kif definiti ⌫ fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punti (16)(a)(iii) jew (16)(b)(iii) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ tal-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jaqbeż EUR 6 biljun.

Jekk il-grupp ma jilħaqx il-limitu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati ⌦ u ⌫, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti

4.    Jekk il-grupp jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 , iżda l-iżgħar settur ma jaqbiżx EUR 6 biljun, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti.

🡻 2002/87/KE

5.    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni:

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 2(b)

(a)jeskludu entità meta jikkalkolaw il-proporzjonijiet, fil-każi msemmija fl-Artikolu 6(5), sakemm l-entità ma tkunx iċċaqalqet minn Stat Membru għal pajjiż terz jew sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-entità bidlet is-sit tagħha biex tevita r-regolamentazzjoni;

🡻 2002/87/KE

(b)jagħtu kont tal-konformita ma' l-għatbiet maħsuba fil-paragrafi 1 u 2 għal tlett snin konsekuttivi, sabiex jevitaw xejriet f'daqqa tar-reġim, u jinjoraw dik il-konformità jekk ikun hemm bidliet sinjifikanti fl-istruttura tal-grupp;

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 2(b)

(c)jeskludu parteċipazzjoni waħda jew aktar fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjonijiet huma determinanti għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, u huma kollettivament ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni supplimentari.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Meta konglomerat finanzjarju jkun ġie identifikat skont il-paragrafi 1, 2, u 3, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' proposta magħmula mill-kordinatur ta' dak il-konglomerat finanzjarju.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 2(c) (adattat)

6.    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ ⌦ b’wieħed jew aktar mill-parametri ⌫ li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawk il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi totali mmaniġġati.

🡻 2002/87/KE (adattat)

7.    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, jekk il-proporzjonijiet imsemmija f'dawk il-paragrafi jaqgħu taħt l-40 % u l-10 % rispettivament għal konglomerati li jkun diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, proporzjon aktar baxx ta' 35 % u 8 % rispettivament għandu japplika għat-tlett snin li jiġu wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

Bl-istess mod, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3, jekk it-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jinżel taħt l-EUR 6 biljuni għal konglomerati li jkunu diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, figura aktar baxxa ta' EUR 5 biljuni għandha tapplika għat-tlett snin ta' wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

Matul il-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu, il-kordinatur jista', bi qbil ma’ l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, jiddeċiedi li l-proporzjonijiet aktar baxxi jew l-ammont aktar baxx imsemmi f'dan il-paragrafu għandhom jieqfu milli japplikaw.

8.    Il-kalkolazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-karta tal-bilanċ għandhom isiru fuq il-bażi tat-total aggregat tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tal-grupp, skont il-kontijiet annwali tagħhom. Għall-għanijiet ta' ⌦ dik ⌫ il-kalkolazzjoni, ⌦ għandhom jitqiesu ⌫ impriżi li fihom hija miżmuma parteċipazzjoni fir-rigward ta' l-ammont tat-total tal-karta tagħhom tal-bilanċ li jikkorrispondi mas-sehem proporzjonali aggregat miżmum mill-grupp. Iżda, meta kontijiet konsolidati huma disponibbli, ⌦ dawn għandom ⌫ jintużaw minflok il-kontijiet aggregati.

Il-ħtiġiet ta' solvenzà imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu kalkolati skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti settorjali

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 2(d) (adattat)

9.    L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (“ABE”), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 (“AEAPX”) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (“AETS”) (flimkien imsejħa “l-ESAs”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ESAs ⌦ Awtoritajiet Superviżorja Ewropea ⌫ (“Kumitat Konġunt”), joħroġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

10.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jerġgħu jivvalutaw il-konċessjonijiet tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari u għandhom jirrieżaminaw l-indikaturi kwantitattivi stabbiliti f’dan l-Artikolu u valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju applikati għall-gruppi finanzjarji.

🡻 2002/87/KE

Artikolu 4

Identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

1.    L-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati għandhom, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 2, 3 u 5, jidentifikaw kull grupp li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 3(a)

Għal dak il-għan:

(a)awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib;

(b)jekk awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li entità regolata awtorizzata minn dik l-awtorità kompetenti tkun membru ta’ grupp li jista’ jkun konglomerat finanzjarju, u li ma kienx diġà identifikat skont din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti kkonċernati u lill-Kumitat Konġunt.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 1(a) (adattat)

2.    Il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 12 għandu jinforma lill-impriża prinċipali li tmexxi grupp jew, fin-nuqqas ta’ impriża prinċipali, ⌦ l-entità ⌫ irregolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fl-aktar settur finanzjarju importanti fil-grupp, li l-grupp ikun ġie identifikat bħala konglomerat finanzjarju u bil-ħatra tal-koordinatur.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 3(b)

Il-kordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-Kumitat Konġunt.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 3(c)

3.    Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt lista tal-konglomerati finanzjarji definiti skont l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (16). Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink fuq kull waħda mill-websajts tal-ESAs.

L-isem ta’ kull entità regolata msemmija fl-Artikolu 1, li hija parti minn konglomerat finanzjarju, għandha tiddaħħal f’lista li l-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u jżomm aġġornata fuq il-websajt tiegħu.

🡻 2002/87/KE (adattat)

IL-KAPITOLU II

SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI

TAQSIMA 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 5

Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1

1.    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni li jinsabu fir-regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1, sal-limitu u bil-mod ⌦ stabbilit ⌫ f'din id-Direttiva.

2.    L-entitajiet regolati li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għas-superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju skont l-Artikoli 6 sa 21:

(a)kull entità regolata li tkun tmexxi konglomerat finanzjarju;

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 4(a) (adattat)

(b)kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija ⌦ kumpannija azzjonarja finanzjarja ⌫ mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;

🡻 2002/87/KE (adattat)

(ċ)kull entità regolata marbuta ma' settur ieħor finanzjarju permezz ta' relazzjoni ⌦ kif definita ⌫ fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE.

Fejn konglomerat finanzjarju jkun sub-grupp ta' konglomerat finanzjarju ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 6 sa 21 għall-entitajiet regolati fi ħdan il-grupp imsemmi l-aħħar biss u kull referenza f’din-Direttiva għat-termini grupp u konglomerat finanzjarju għandha allura tiftiehem bħala li tirreferi għal dan il-grupp isemmi l-aħħar.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 4(b) (adattat)

3.    Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skont il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, għandha tkun suġġetta għal superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod ⌦ previst ⌫ fl-Artikolu 22.

🡻 2002/87/KE (adattat)

4.    Meta persuni jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali f'entità regolata waħda jew aktar, jew jeżerċitaw influwenza sinjifikanti fuq entitajiet bħal dawk mingħajr ma jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali, ħlief fil-każi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom, bi ftehim komuni u b'konformità mal-liġi nazzjonali, jistabbilixxu jekk u sa liema limitu superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati għandha titwettaq, daqslikieku ⌦ kienu ⌫ jikkostitwixxu konglomerat finanzjarju.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 4(c)

Sabiex tiġi applikata superviżjoni supplementari bħal dik, tal-anqas waħda mill-entitajiet għandha tkun entità regolata kif imsemmija fl-Artikolu 1 u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, fl-ewwel paragrafu, il-punti (16)(a)(ii) jew (16)(b)(ii) u l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu fil-punti (16)(a)(iii) jew (16)(b)(iii) għandhom ikunu mħarsa. L-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, waqt li jagħtu kont tal-objettivi tas-superviżjoni supplementari kif provdut f’din id-Direttiva.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għal “gruppi koperattivi”, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ⌦ jieħdu ⌫ kont ⌦ tal-impenn ⌫ pubbliku finanzjarju ta' ⌦ dawk ⌫ il-gruppi fir-rigward ta' entitajiet finanzjarji oħra.

5.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju m'għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni f'relazzjoni ma' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, entitajiet regolati ta' pajjiżi terzi f'konglomerat finanzjarju jew entitajiet mhux regolati f'konglomerat finanzjarju, fuq bażi ta' każ b'każ.

TAQSIMA 2

POSIZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 6

Adegwatezza ta' kapital

1.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali, superviżjoni supplementari ta' adegwatezza ta' kapital ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tkun eżerċitata skont ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (5), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'l-Anness I.

2.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jassiguraw li fondi proprji ikunu disponibbli fil-livell tal-konglomerat finanzjarju li jkunu dejjem ugwali għal ta' l-anqas il-ħtiġiet ta' l-adegwezza tal-kapital kif kalkolati skont l-Anness I.

L-Istati Membri għandhom ukoll jeħtieġu li l-entitajiet regolati jkollhom politika adegwata ta' adegwatezz ta' kapital fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

Il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni mill-kordinatur skont it-Taqsima 3.

Il-kordinatur għandu jassigura li l-kalkolazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu titwettaq ta' l-anqas darba fis-sena, jew mill-entitajiet regolati jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra.

Ir-riżultati tal-kalkolazzjoni u ⌦ d-data ⌫ relevanti għall-kalkolazzjoni għandhom jintbagħtu lill-kordinatur mill-entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju, jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat finanzjarju identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 5

3.    Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta’ adegwatezza tal-kapital imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari f’konformita’ mal-Anness I:

(a)istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari;

(b)impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża azzjonarja tal-assigurazzjoni;

(c)kumpannija tal-investiment;

(d)kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

4.    Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I għal din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti dwar il-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra l-proporzjon tal-kapital sottoskritt miżmum direttament jew indirettament mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp.

🡻 2002/87/KE (adattat)

5.    Il-kordinatur jista' jiddeċiedi li ma jinkludix entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni meta jikkalkola l-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplimentari fil-każijiet li ġejjin:

(a)jekk l-entità tkun tinsab f'pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta' l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali li jirrigwardaw l-obbligu ta' l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom ma jitħalliex isir;

(b)jekk l-entità tkun ta' interess negliġibbli fir-rigward ta' l-objettivi tas-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju;

(ċ)jekk l-inklużjoni ta' l-entità ma tkunx tixraq jew tiżgwida fir-rigward ta' l-objettivi ta' superviżjoni supplementari.

Iżda, jekk diversi entitajiet għandhom jiġu esklużi skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom madankollu jkunu nklużi meta kollettivament ikun ta' interess mhux negliġibbli.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (ċ), il-kordinatur għandu, ħlief f'każi ta' urġenza, jikkonsulta ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti qabel ma jieħu deċiżjoni.

Meta kordinatur ma jinkludix entità regolata fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' wieħed mill-każi kif hemm ⌦ msemmi ⌫ fl-ewwel subparagrafu fil-punti (b) u (ċ) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab l-entità jistgħu jitolbu l-entità li tkun tmexxi il-konglomerat finanzjarju għall-informazzjoni li tista' tiffaċilita is-superviżjoni tagħhom ta' l-entità regolata.

Artikolu 7

Konċentrazzjoni ta' riskju

1.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali, superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skont ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu u f'L-Anness II.

2.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur kull konċentrazzjoni ta' riskju sinjifikanti fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, skont ir-regoli preskritti f'dan l-Artikolu u fl-Anness II. L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat ⌦ finanzjarju ⌫ identifikat mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

⌦ Dawk ⌫ il-konċentrazzjonijiet ta' riskju għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni mill-kordinatur skont it-Taqsima 3.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 6(a)

3.    Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi, jew jadottaw miżuri oħra superviżorji li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ kull konċentrazzjoni ta’ riskju fil-livell ta’ konglomerat finanzjarju.

🡻 2002/87/KE

4.    Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, ir-regoli settorjali fir-rigward ta' konċentrazzjoni ta' riskju tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju, jekk ikun hemm, għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 6(b) (adattat)

5.    ⌦L-ESAs ⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikoli 389 sa 396 u 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-Artikolu 244 tad-Direttiva 2009/138/KE,. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2) ta’ din id-Direttiva.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Artikolu 8

Transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp

1.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali, supreviżjoni supplementari ta' transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u fl-Anness II.

2.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur it-transazzjonijiet kollha sinifikanti fi ħdan l-istess grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju, skont ir-regoli preskritti f'dan l-artikolu u fl-Anness II. Sakemm ma tkunx tħejjiet definizzjoniji ta' l-għatbiet imsemmija fl-aħħar sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Anness II, transazzjoni fi ħdan l-istess grupp għandha tiġi preżunta li tkun sinifikanti jekk l-ammont tagħha jeċċedi ta' l-anqas 5 % ta' l-ammont totali tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skont it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat finanzjarju identifikat mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

⌦Dawk ⌫ it-transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni mill-kordinatur.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 7(a) (adattat)

3.    Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi u rekwiżiti kwalitattivi, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi jew rekwiżiti kwalitattivi, jew ⌦ jadottaw ⌫ miżuri oħra ta’ superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp ta’ entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.

🡻 2002/87/KE (adattat)

4.    Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorjali li jirrigwardaw transazzjonijiet ⌦ fi ħdan l-istess ⌫ grupp ta' l-aktar settur finnzjarju importanti fil-konglomerat finanzjarju għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 7(b) (adattat)

5.    ⌦ L-ESAs ⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji, kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2) ta’ din id-Direttiva.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Artikolu 9

Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju

1.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jkollhom ⌦ stabbiliti, ⌫ fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, proċessi adegwati ta' maniġġar tar-riskju u mekkaniżmi interni ta' kontroll, inkluż proċeduri sodi ta' amministrazzjoni u ⌦ kontabilità ⌫.

2.    Il-proċessi ta' l-immaniġġar tar-riskju għandhom jinkludu:

(a)governanza sod u mmaniġġar bl-approvazzjoni u reviżjoni perjodika ta' l-istrateġiji u l-politika minn entitajiet adattati li jirregolaw fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward tar-riskji kollha li jassumu;

(b)politika adegwata ta' adegwatezza ta' kapital sabiex jantiċipaw l-impatt fuq l-istrateġija tagħhom tan-negozju dwar profil tar-riskju u ħtiġiet ta' kapital kif sttabbilit skont l-Artikolu 6 u l-Anness I;

(ċ)proċeduri adegwati li jassiguraw li s-sistemi tagħhom ta' sorveljanza tar-riskju huma integrati sew fl-organizzazzjoni taghom li jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li s-sistemi implimentati fl-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari huma konsistenti sabiex ir-riskji jistgħu jitkejjlu, sorveljati u kontrollati fil-livell tal-konglomerat finanzjarju;

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 2 (adattat)

(d)arranġamenti fis-seħħ għall-kontribut u l-iżvilupp, jekk ikun meħtieġ, ta’ arranġamenti u pjanijiet adegwati ta’ rkupru u riżoluzzjoni.

⌦ L-arranġamenti msemmija fil-punt (d) ⌫ għandhom jiġu aġġornati regolarment.

🡻 2002/87/KE

3.    Il-mekkaniżmi interni ta' kontroll għandhom jinkludu:

(a)mekkaniżmi adegwati fir-rigward ta' adegwatezza ta' kapital biex jiġu identifikati u mkejjla ir-riskji kollha materjali li jidħlu għalihom u li jirrelataw fondi proprji għar-riskji kif jixraq;

(b)proċeduri ta' rapportar sod u ta' kontijiet li jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw it-transazzjonijiet fi ħdan l-istess-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 8(a) (adattat)

4.    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fl-impriżi kollha, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari bis-saħħa tal-Artikolu 5, hemm mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati għall-produzzjoni ta’ kull data u informazzjoni li jistgħu jkunu relevanti għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu mill-entitajiet regolati, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, li jipprovdu regolarment lill-awtorità kompetenti tagħhom dettalji dwar l-istruttura legali u l-goveranza u l-istruttura organizzattiva tagħhom inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali u l-governanza u l-istruttura organizzattiva tagħhom.

🡻 2002/87/KE

5.    Il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni mill-kordinatur.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 8(b) (adattat)

6.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, ⌦ l-ESAs ⌫ għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2) ta’ din id-Direttiva.

🡻 2002/87/KE

TAQSIMA 3

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 3

MIŻURI BIEX TIĠI FFAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI U S-SETGĦAT TAL-KUMITAT KONĠUNT

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 4

Artikolu 10

Rwol tal-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt għandu, f’konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, jiżgura s-sorveljanza transsettorjali u transkonfinali koerenti u l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 9 (adattat)

Artikolu 11

Ittestjar tal-istress

1.    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-koordinatur jiżgura l-ittestjar tal-isrtess xieraq u regolari tal-konglomerati finanzjarji. Huma għandhom jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jikkooperaw totalment mal-koordinatur.

2.    Għall-finijiet tal-ittestjar tal-istress fuq skala tal-Unjoni, ⌦ l-ESAs⌫ jistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżviluppaw parametri supplementari li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-konglomerati finanzjarji, skont ⌦ ir-Regolamenti ⌫ (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. Il-kordinatur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ittestjar tal-istress lill-Kumitat Konġunt.

🡻 2002/87/KE

Artikolu 12

Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 5

1.    Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari adegwata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi dawk tal-Istat Membru li fih il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-identità tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-Kumitat Konġunt.

🡻 2002/87/KE

2.    Il-ħatra għandha tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jkun eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorjali;

(b)fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti identifikata skont il-prinċipji li ġejjin:

(i)fejn l-prinċipali ta' entità regolata tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorjali;

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 10(a)

(ii)fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru;

🡻 2002/87/KE (adattat)

fejn aktar minn entità regolata waħda, li tkun attiva f'setturi finanzjarji differenti, ⌦ tkunu awtorizzata ⌫ fl-Istat Membru li fih il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata attiva fl-aktar settur finanzjarju importanti;

fejn il-konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn aktar minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta waħda b'uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm entità regolata f'kull wieħed minn dawn l-Istati ⌦ Membri ⌫, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorià kompetenti ta' l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jekk dawn l-entitajiet huma fl-istess settur finanzjarju, jew mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 10(b)

(iii)fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

🡻 2002/87/KE (adattat)

(iv)fejn il-konglomerat finanzjarju huwa grupp mingħajr impriża prinċipali fil-quċċata, jew f'kull każ ieħor, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti.

3.    F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jwarrbu l-kriterji ⌦ stabbiliti ⌫ fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, waqt li jingħata kont ta' l-istruttura tal-konglomerat u l-importanza relattiva ta' l-attivitajiet tiegħu f'pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti bħala kordinatur. F'dawn il-każi, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-konglomerat l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

Artikolu 13

Kompiti tal-kordinatur

1.    Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kordinatur fir-rigward ta' superviżjoni supplementari għandhom jinkludu:

(a)il-kordinament tal-ġbir u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti jew essenzjali f'negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li hija importanti għall-kompitu ta' superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti skont ir-regoli settorjali;

(b)superviżjoni u stima tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' konglomerat finanzjarju;

(ċ)stima ta' konformità mar-regoli dwar l-adegwetezza ta' kapital u konċentrazzjoni ta' riskju u transazzjonijiet ⌦ fi ħdan il-grupp ⌫ kif ⌦ ipprovdut ⌫ fl-Artikoli 6, 7 u 8;

(d)stima ta' l-istruttura tal-konglomerat finanzjarju, l-organizzazzjoni u s-sistema interna ta' kontroll kif ⌦ ipprovdut ⌫ fl-Artikolu 9;

(e)ippjanar u kordinament ta' attivitajiet superviżorji f'negozji vijabbli kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti involuti;

(f)kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lill-kordinatur b'din id-Direttiva jew li joħorġu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 6 (adattat)

Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa’, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u, fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 20 u 22, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti.

F’konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura ⌦ stabbilita ⌫ fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, ⌦ l-ESAs ⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.

🡻 2002/87/KE (adattat)

2.    Il-kordinatur għandu, meta jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti oħra skont ir-regoli settorjali, jikkuntattja lil dik l-awtorità kull fejn possibbli sabiex jipprevjeni duplikazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet varji involuti fis-superviżjoni.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 11(a)

3.    Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fl-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-preżenza ta’ koordinatur fdat b’kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju ma għandhiex teffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorjali

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 11(b)

4.    Il-kooperazzjoni meħtieġa skont din it-Taqsima u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 14 u, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-koordinament u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorja rilevanti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq, għandha titwettaq permezz tal-kulleġġi stabbiliti skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

L-arranġamenti ta’ koordinament imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għandhom jiġu riflessi b’mod separat fl-arranġamenti miktuba ta’ koordinament eżistenti skont l-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Il-koordinatur, bħala President ta’ kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti oħra jipparteċipaw f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dan il-kulleġġ.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Artikolu 14

Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1.    L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju u l-awtorità kompetenti maħtura bħala kordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorjali, ⌦ dawk ⌫ l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra skont ir-regoli settorjali u din id-Direttiva. ⌦ F'dak ⌫ ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti u l-kordinatur għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.

⌦ Dik ⌫ il-koperazzjoni għandha ta' l-anqas tipprovdi għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-elementii li ġejjin:

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 12

(a)l-identifikazzjoni tal-istruttura legali tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, id-detenturi ta’ azzjonarji kwalifikanti fil-livell prinċipali aħħari, kif ukoll fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;

🡻 2002/87/KE

(b)il-politika strateġika tal-konglomerat finanzjarju;

(ċ)is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari dwar l-adegwatezza ta' kapital, transazzjonijiet fi ħdan il-gruppi, konċentrazzjoni ta' riskju u profitabilità;

(d)id-detenturi prinċipali ta' l-ishma tal-konglomerat finanzjarju u l-amministrazzjoni;

(e)l-organizzazzjoni, l-immaniġġar tar-riskju u s-sistemi interni ta' kontroll fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

(f)proċeduri għal ġbir ta' informazzjoni mill-entitajiet f'konglomerat finanzjarju, u l-verifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;

(g)żviluppi kuntrarji f'entitajiet regolati jew f'entitajiet oħra ta' konglomerat finanzjarju li jistgħu jaffettwaw serjament l-entitajiet regolati;

(h)sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regoli settorjali jew din id-Direttiva.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 7 (adattat)

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll, ⌦ skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ⌫ jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

🡻 2002/87/KE

2.    Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorjali, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, qabel id-deċiżjoni tagħhom, jikkonsultaw ma' xulxin fir-rigward tal-partiti li ġejjin, fejn dawn id-deċiżjonijiet huma ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:

(a)bidliet fid-detenturi ta' l-ishma, struttura ta' organizzazzjoni jew amministrattiva ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li jeħtieġu approvazzjoni jew awtorizzazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti;

(b)sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tikkonsultax f'każi ta' urġenza jew fejn dik il-konsultazzjoni tista' tipperikola l-effettività tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

3.    Il-kordinatur jista' jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-impriża prinċipali ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u li huma stess ma jeżerċitawx is-superviżjoni supplementari bis-saħħa ta' L-artikolu 12, li jistaqsu lill-impriża prinċipali għal kull informazzjoni li tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom ta' kordinament kif preskritti fl-Artikolu 13, u li jittrasmettu dik l-informazzjoni lill-kordinatur.

Fejn l-informazzjoni msemmija fl-artikolu 18(2) tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti skont ir-regoli settorjali, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari jistgħu japplikaw ma’ l-awtorità imsemmija l-ewwel biex jiksbu l-informazzjoni.

4.    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u awtoritajiet oħra, kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-kollezzjoni jew pussess ta' informazzjoni fir-rigward ta' entità fi ħdan konglomerat finanzjarju li mhux entità regolata m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni ma' dawn l-entitajiet fuq bażi skont il-każ.

Informazzjoni riċevuta fil-qafas ta' superviżjoni supplementari, u b'mod partikolari kull skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u bejn awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħra kif hemm provdut f'din id-Direttiva, għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali preskritta fir-regoli settorjali

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 8 (adattat)

Artikolu 15

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-Kumitat Konġunt

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kumitat Konġunt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità ⌦ mar-Regolamenti ⌫ (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

2.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu f’konformità mal-Artikoli 35 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 13

3.    Il-koordinaturi għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni rigward l-istrutturi legali, l-istrutturi ta’ governanza u organizzattivi ta’ konglomerati finanzjarji.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 14 (adattat)

Artikolu 16

Linji gwida komuni

1.    ⌦ L-ESAs ⌫ għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw linji gwida komuni dwar kif għandhom jitwettqu mill-awtorità kompententi l-valutazzjonijiet tal-konglomerati finanzjarji bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom, partikolarment, jiggarantixxu li l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji jinkludu l-istrumenti xierqa sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-gruppi maħluqa għall-konglomerati finanzjarji.

2.    ⌦ L-ESAs ⌫ għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati għall-iżvilupp tal-prattiki superviżorji li jippermettu superviżjoni supplementari tal-kumpanniji azzjonarja finanzjarji mħallta biex jikkomplementaw b’mod xieraq is-superviżjoni tal-gruppi skont id-Direttiva 2009/138/KE jew, kif xieraq, is-superviżjoni konsolidata skont id-Direttiva 2013/36/UE. Dawk il-linji gwida għandhom jippermettu r-riskji rilevanti kollha jiġu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jiġu eliminati s-sovrapożizzjonijiet superviżorji u prudenzjali potenzjali.

🡻 2002/87/KE

Artikolu 17

Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji azzjonarja finanzjarji mħallta

L-Istati membri jistgħu jeħtieġu li persuni li effettivament jidderieġu in-negozju ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni suffiċjentement tajba u li jkollhom esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-doveri.

Artikolu 18

Aċċess għal informazzjoni

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 9 (adattat)

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprevjenu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi fil--kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari, sew jekk ikunu korp regolat jew le, milli jiskambjaw ma’ xulxin informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni supplimentari u milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u ⌦ mal-ESAs, ⌫ f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, fejn meħtieġ permezz tal-Kumitat Konġunt.

🡻 2002/87/KE

2.    L-Istati membri għandhom jipprovdu li, meta javviċinaw entitajiet f'konglomerat finanzjarju, sew jekk entità regolata jew le, jew direttament jew indirettamen, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari għandu jkollhom aċċess għal kull informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari.

Artikolu 19

Verifika

Fejn, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, awtoritajiet kompetenti jixtiequ f'każi speċifiċi li jivverifikaw l-informazzjoni dwar entità, sew jekk regolata jew le, li hija parti ta' konglomerat finanzjarju u li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li jġiegħlu li titwettaq il-verifikazzjoni.

L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifikazzjoni huma stess, jew billi jippermettu li awditur jew espert iwettaqha, jew billi jippermettu lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaqha hi stess.

L-awtorita kompetenti li tkun għamlet it-talba tista', jekk hekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifikazzjoni meta ma twettaqx il-verifikazzjoni hi stess.

Artikolu 20

Miżuri ta' infurzar

Jekk l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija fl-Artikoli 6 sa 9 jew fejn il-ħtiġiet jitħarsu iżda s-solvenza tista' madanakollu tiġi perikolata jew fejn it-transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp jew il-konċentrazzjoni ta' riskji huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja ta' l-entitajiet regolati, il-miżuri neċessarji huma meħtieġa sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli:

(a)mill-kordinatur fir-rigward ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tamministra,

(b)mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' entitajiet regolati; għal dak il-għan, il-kordinatur għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet kompetenti bis-sejbiet tiegħu.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt.10 (adattat)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kumpanniji azzjonarja finanzjarji mħallta. F’konformità mal-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, ⌦ l-ESAs ⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt, jistgħu jiżviluppaw linji gwida għal miżuri fir-rigward ta’ kumpanniji azzjonarja finanzjarji mħallta.

🡻 2002/87/KE

L-awtoritajiet kompetenti involuti, inkluż il-kordinatur, għandhom fejn xieraq jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni.

Artikolu 21

Setgħat addizzjonali ta' l-awtoritajiet kompetenti

1.    Sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni bejn ir-regoli settorjali, l-Istati membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ikollhom is-setgħa li jieħdu kull miżura ta' superviżjoni meqjusa meħtieġa sabiex tiġi evitata jew tiġi ttrattata ċ-ċirkumvenzjoni ta' regoli settorjali minn entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li penalitajiet jew miżuri mmirati li jtemmu ksur osservat jew il-kawżi ta' dak il-ksur jistgħu jiġu imposti fuq kumpanniji azzjonarja finanzjarji mħallta, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi mgħoddija għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. F'ċerti każi, dawk il-miżuri jistgħu jeħtieġu l-intervent tal-qrati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw fil-qrib biex jassiguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa.

TAQSIMA 4

PAJJIŻI TERZI

Artikolu 22

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 15(a)

Impriżi prinċipali f’pajjiż terz

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 11(a)

1.    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali, fejn japplika l-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista minn din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 12(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra, u għandha tagħmel kull sforz biex tikkonforma ma’ kwalunkwe linji gwida ppreparati permezz tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 11(b) (adattat)

2.    Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mad-deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ⌦ relevanti ⌫ oħra skont il-paragrafu 1 ⌦ ta’ dan l-Artikolu ⌫, għandu japplika l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2002/87/KE (adattat)

3.    Fin-nuqqas ta' superviżjoni ekwivalenti imsemmija fil-paragrafu 1 ⌦ ta’ dan l-Artikolu ⌫, l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-entitajiet regolati, b’mod analogu, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Bħala alternattiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw wieħed mill-metodistipulat fil-paragrafu 4 ⌦ ta’ dan l-Artikolu. ⌫

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 15(b)

4.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw metodi oħra li jassiguraw superviżjoni supplementari adattata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju. Dawk il-metodi għandhom jiġi miftiehma mill-koordinatur, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompententi rilevanti l-oħra. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw din id-Direttiva għall-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju mmexxi minn dik il-kumpannija azzjonarja. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li dawk il-metodi jiksbu l-għan tas-superviżjoni supplementary skont din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw dan lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti u lill-Kummissjoni.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 16 (adattat)

Artikolu 23

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

L-Artikolu 48(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE, u l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz jew aktar fir-rigward tal-mezzi tal-eżerċizzju tas-superviżjoni supplementari tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.

🡻 2002/87/KE

IL-KAPITOLU III

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 17

ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 18 (adattat)

Artikolu 24

Setgħat konferiti lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ⌦ għandha ⌫ s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 28, dwar l-adattamenti tekniċi li għandhom isiru lid-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fi swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadrament ta’ definizzjonijiet f’din d-Direttiva skont atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;

(c)definizzjoni aktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness I sabiex jingħata kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u teknika ta’ prudenza;

Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħa delegata u konferita lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 26.

🡻 2002/87/KE (adattat)

Artikolu 25

Kumitat ta’ ⌦ Konglomerati Finanzjarj ⌫

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 14(a) (adattat)

2.    ⌦ L-ESAs⌫, permezz tal-Kumitat Konġunt, jista’ jipprovdi linji gwida ⌦ komuni ⌫ dwar jekk l-arranġamenti ta’ superviżjoni supplementari tal- awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi x’aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif definiti f’din id-Direttiva, fir-rigward tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’pajjiż terz. Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm dawn il-linji gwida taħt reviżjoni u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

🡻 2002/87/KE (adattat)

3.    Il- Kumitat ⌦ tal-Konglomerat Finanzjarju ⌫ għandu jinżamm infurmat mill-Istati Membri bil-prinċipji li japplikaw dwar is-superviżjoni ta' transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp u konċentrazzjoni tar-riskju.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 15 (adattat)

Artikolu 26

Standards tekniċi

1.    Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, ⌦ l-ESAs ⌫, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, jistgħu jiżviluppaw standard tekniċi regolatorji fir-rigward ta’:

(a)l-Artikolu 2, fl-ewwel paragrafu, il-punt (12), sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 2, il-punt 2 tad-Direttiva 2013/34/UE fil-kuntest ta’ din id-Direttiva;

(b)l-Artikolu 2, fl-ewwel paragrafu, il-punt (19), sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri jew jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ “awtoritajiet kompetenti rilevanti”;

(ċ)l-Artikolu 3(4), sabiex jiġu speċifikati l-parametri alternattivi għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju;

🡻 2011/89/UE

(d)l-Artikolu 6(2), sabiex jiġi garantitit format uniformi (bl-istruzzjonijiet) għal, u tiġi determinata il-frekwenza ta’, u fejn xieraq, id-dati għar-rapportar.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 16 (adattat)

Il-Kummissjoni ⌦ tingħata s-setgħa ⌫ biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel ⌦ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont ⌫ l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 20(b) (adattat)

2.    Bil-għan li tiġi garantita l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 2, 7 u 8 u l-Anness II, ⌦ l-ESAs ⌫ għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji biex jistabbilixxu formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jikkoordinaw id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II.

Il-Kummissjoni ⌦ tingħata s-setgħa ⌫ biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ⌦ ta’ dan il-paragrafu ⌫ skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2010/78/UE Art. 2, pt. 15 (adattat)

3.    Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, ⌦ l-ESAs ⌫, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’:

(a)l-Artikolu 7(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni tal-“konċentrazzjonijiet tar-riskju” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu;

(b)l-Artikolu 8(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni tal-“transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fl-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu.

Il-Kummissjoni ⌦ għandha ⌫ tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ⌦ ta’ dan il-paragrafu ⌫. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2013/36/UE Art. 150, pt. (b) (adattat)

4.    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness I ta' din id-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva, l-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni ⌦ tingħata s-setgħa ⌫ li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ⌦ ta’ dan il-paragrafu ⌫ skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 21 (adattat)

Artikolu 27

Linji Gwida Komuni

⌦ L-ESAs ⌫ għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(9), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 25(2) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mid-9 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa ⌦ mhux aktar tard minn ⌫ sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.    ⌦ Qabel ma’ tadotta att delegat, il il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ⌫.

5.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż t bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

🡻 2002/87/KE (adattat)

IL-KAPITOLU IV

KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI ⌦ , MANIĠERS TA’ FONDI TA’ INVESTIMENT ALTERNATTIV U L-AĊĊESSIBILITA TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PUNT TA’ AĊĊESS UNIKU EWROPEW ⌫

Artikolu 29

Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 22 (adattat)

1.    Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta’ kumpanniji li jimmaniġġaw assi:

(a)fil-kamp ta’ applikazzjoni ta ‘superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

(b)fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva,

(c)fil-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).

🡻 2002/87/KE (adattat)

2.    Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur ta' assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta' investiment) il-kumpanniji ta' immaniġġar ta' assi għandhom jiġu nklużi fis-superviżjoni konsolidata jew supplementari msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a). Għall-għanijiet ta' ⌦ dan il-paragrafu ⌫, ir-regoli settorjali relevanti li jirrigwardaw il-forma u l-limitu ta' l-inklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment) u impriżi ta' riassikurazzjoni (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), il-kumpannija li timmaniġġa assi għandha tiġi ttrattata bħala parti ta' skont liema settur tiġi nkluża fih bis-saħħa tal-paragrafu 1, il-punt (a).

Fejn kumpannija li timmaniġġa assi tkun parti minn konglomerat finanzjarju, kull referenza għall-idea ta' entità regolata u kull referenza għall-idea ta' awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet relevanti kompetenti għandha għalhekk, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, tiftiehem bħalali tinkludi, rispettivament, kumpanniji li jimmaniġġaw assi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' gruppi msemmija fl paragrafu 1, il-punt (a).

🡻 2011/89/UE Art. 2 pt. 23 (adattat)

Artikolu 30

Maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi

1.    Sakemm ikun hemm aktar koordinament ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-inklużjoni ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi:

(a)fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

(b)fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva;

(c)fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).

2.    Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata jew supplementari msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a). Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-regoli settorjali fir-rigward tal-forma u l-portata tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-finijiet ta’ superviżjoni supplementari msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti ta’ dak is-settur li fih ikun ġie inkluż permezz tal-paragrafu 1, il-punt (a).

F’każ li l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, ir-riferimenti għall-entitajiet regolati, u għall-awtoritajiet kompetenti u rilevanti għandhom għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jitqiesu li jinkludu, rispettivament, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ gruppi kif msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a).

🡻 2023/2864/UE Art.1

Artikolu 31

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew

1.    Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet regolati jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAPs) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b)tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-entità regolata li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-entità regolata, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)id-daqs tal-entità regolata skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.    Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

4.    Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:

(a)kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.    Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

🡻 2002/87/KE (adattat)

IL-KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIETFINALI

Artikolu 32

Rapport mill-Kummissjoni

🡻 2025/2/UE Art. 3

Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-funzjonament ta' din id-Direttiva u d-Direttiva 2009/138/KE dwar l-aspetti elenkati hawn taħt, b'mod partikolari b'kont meħud tat-trattament prudenzjali ta' sjieda transettorjali ta' parteċipazzjoni taħt regoli settorjali, f'termini ta' kundizzjonijiet ekwi:

(a)jekk il-fatt li hemm impriżi ta' servizzi finanzjarji li huma soġġetti għal superviżjoni finanzjarja skont regoli settorjali, iżda li mhumiex elenkati f'xi wieħed mis-setturi finanzjarji identifikati f'din id-Direttiva, joħloqx kundizzjonijiet mhux ekwi fost il-konglomerati finanzjarji;

(b)jekk il-konglomerati finanzjarji kollha jimplimentawx regoli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali, inkluż dawk stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 23 , b'mod konsistenti, u jekk dawk ir-regoli jimponux rekwiżiti kwantitattivi ġenerali komparabbli għall-konglomerati finanzjarji, irrispettivament minn jekk is-settur finanzjarju ewlieni tal-konglomerat finanzjarju huwiex is-settur bankarju, is-settur tal-assigurazzjoni jew is-settur tas-servizzi tal-investiment;

(c)jekk il-proċessi ta’ rieżami superviżorju, u l-allokazzjoni tal-mandati u s-setgħat ta' infurzar bejn il-koordinaturi u s-superviżuri settorjali, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali, humiex ċari u armonizzati biżżejjed biex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali jiġu infurzati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha, irrispettivament mis-settur finanzjarju ewlieni li fih jopera konglomerat finanzjarju;

(d)jekk in-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' impriża li fl-aħħar mill-aħħar hija responsabbli għall-konformità ma' din id-Direttiva joħloqx kwistjonijiet fir-rigward tal-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi.

Artikolu 33

Tħassir

Id-Direttiva 2002/87/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness III, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mall-limiti ta’ żmien għat‑traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness III.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

🡻 2002/87/EK (adattat)

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

⌦ Destinatarji ⌫

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(87) 868 PV.
(2)    Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
(3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2025.
(4)    Ara Parti A tal=-Anness III ta’ din il-proposta.
(5)    ĠU C […].
(6)    Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2002/87/oj ).
(7)    Ara Parti A tal-Anness III.
(8)    Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj ).
(9)    Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj ).
(10)    Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj ).
(11)    Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj ).
(12)    Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj ).
(13)    Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj ).
(14)    Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj ).
(15)    ĠU L 123, 12.5.2016, p.1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj .
(16)    Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj ).
(17)    Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj ).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2033/oj ).
(19)    Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2034/oj ).
(20)    Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj ).
(21)    Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1092/oj ).
(22)    Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj ).
(23)    Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (ĠU L 100, 3.4.2014, p.1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/342/oj ).

Brussell, 17.2.2026

COM(2026) 74 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni, ditti ta'l-investiment, kumpanniji tal-immaniġġjar tal-assi u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv f'konglomerat finanzjarju (kodifikazzjoni)



🡻 2002/87/KE (adattat)

ANNESS I

ADEGWATEZZA TA' KAPITAL

Il-kalkolazzjoni għar--rekwiżiti ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6(1) għandha titwettaq skond il-prinċipji tekniċi u wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jassumu r-rwol ta' kordinatur fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju partikolari, li jiddeċiedu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra u l-konglomerat innifsu, liema metodu għandu jiġi applikat minn dak il-konglomerat finanzjarju.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kalkolazzjoni titwettaq skond metodu wieħed partikolari minn fost dawk deskritti f'dan l-Anness jekk konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata li tkun ġiet awtorizzata f'dak l-Istat Membru. Fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' xi wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti huma lokati fl-istess Stat Membru, f'liema każ dak l-Istat Membru jista' jeħtieġ l-applikazzjoni ta' wieħed ⌦ minn dawk il-metodi. ⌫

I.Prinċipji tekniċi

1.Limitu u forma tal-kalkolazzjoni tar-rekwiżiti ta' adegwatezza ta' kapital supplementari

Jintuża liema metodu jintuża, meta l-entità tkun impriża sussidjarja u jkollha defiċit ta' solvenza, jew, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, defiċit spekulattiv ta' solvenza, id-defiċit totali ta' solvenza tas-sussidjarja għandu jittieħed in kunsiderazzjoni Fejn f'dan il-każ, fl-opinjoni tal-kordinatur, ir-responsabbiltà ta' l-impriża prinċipali li tkun proprjetarja ta' sehem mill-kapital tkun strettament u mingħajr ambigwità limitata għal dak is-sehem tal-kapital, il-kordinatur jista' jagħti permess li d-defiċit ta' solvenzà ta' l-impriża sussidjarja jingħata kont tiegħu fuq bażi proporzjonali.

Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn entitajiet f'konglomerat finanzjarju, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra, għandhu jistabbilixxi liema proporzjon tas-sehem għandu jingħata kont tiegħu, waqt li jżomm f'moħħu l-obbligazzjoni li għaliha r-relazzjoni eżistenti tagħti lok.

2.Prinċipji tekniċi oħra

Ikun x'ikun il-metodu wżat għall-kalkolazzjoni tar-rekwiżiti ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju kif preskritti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness, il-kordinatur, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, għandu jassigura li l-prinċipji li ġejjin huma applikati:

(i)l-użu multipliku ta' elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju (gearing multipliku) kif ukoll xi ħolqien mhux adattat bejn il-gruppi ta' fondi proprji jenħtieġ li għandhom jiġu eliminati; sabiex tiġi assigurata l-eliminazzjoni ta' gearing multipliku u l-ħolqien bejn il-grupp ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw b'analoġija il-prinċipji relevanti preskritti fir-regoli settorjali relevanti;

(ii)sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli settorjali, ir-rekwiżiti ta' solvenza għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat f'konglomerat finanzjarju għandhom ikunu koperti b'elementi ta' fondi proprji skond ir-regoli settorjali li jikkorrispondu; fejn ikun hemm defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, huma biss elementi ta' fondi proprji li huma eliġibbli skond kull waħda mir-regoli settorjali (kapital bejn is-setturi) għandhom jikkwalifikaw għall-verifikazzjoni ta' konformità mal-rekwiżiti addizzjonali ta' solvenza;

Fejn regoli settorjali jipprovdu għal limiti dwar l-eliġibilità ta' ċerti strumenti ta' fondi proprji, li kienu jikkwalifikaw bħala kapital bejn is-setturi, ⌦ dawk ⌫ il-limiti għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir il-kalkolazzjoini tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

Meta ssir il-kalkolazzjoni ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jieħdu in kunsiderazzjoni l-effettività tat-trasferibilità u d-disponibilità tal-fondi proprji bejn l-entitajiet legali differenti fil-grupp, fid-dawl ta’ l-objettivi tar-regoli ta' adegwatezza ta' kapital;

Fejn, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju ⌦ , rekwiżit ta’ solvenza nozzjonali ⌫ hija kalkolata skond it-Taqsima II ta' dan l-Anness, ⌦ rekwiżit ta’ solvenza nozzjonali ⌫ ⌦ għandha tfisser ⌫ il-ħtieġa tal-kapital li biha dik l-entità kien ikollha tikkonforma mar-regoli settorjali relevanti daqs li kieku kienet entità regolata ta' dak is-settur finanzjarju partikolari; fil-każ ta' kumpanniji li jimaniġġaw assi, il-ħtieġa ta' solvenza ⌦ għandha tfisser ⌫ il-ħtieġa tal-kapital stipulat fl-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 2009/65/KE ⌦ ; rekwiżit tas-solvenza nozzjonali ⌫ ata' kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tiġi kalkolata skond ir-regoli settorjali tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju.

II.Metodi tekniċi ta' ⌦ alkulazzjoni ⌫

Metodu 1:Metodu ta' ⌦ “konsolidament kontabilistiku” ⌫

Il-kalkolazzjoni tar-rekwiżit ta' adegwatezza kapitali supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kontijiet konsolidati.

Ir-rekwiżiti ta' adegwatezza kapitali supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i)il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju kalkolati fuq il-bażi tal-pożizzjoni konsolidata tal-grupp; l-elementi eliġibbli ⌦ għandhom ikunu ⌫ dawk li jikwalifikaw skond ir-regoli settorjali relevanti;

u

(ii)is-somma tar-rekwiżiti ta' solvenza għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat fil-grupp; ir-rekwiżiti ta' solvenza għal kull settur finanzjarju differenti ⌦ għandhom ikunu ⌫ kalkolati skond ir-regoli settorjali li jikkorrispondu.

Ir-regoli settorjali li hemm referenza għalihom huma b'mod partikolari ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Ewwel Parti, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2, fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, id-Direttiva 2009/138/KE fir-rigward ta' impriżi ta' assigurazzjoni, u d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment.

Fil-każ ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati li m'humiex inklużi fil-kalkolazzjonijiet tar-rekwiżiti settorjali ta' solvenza, ⌦ msemmija fit-tieni paragrafu ⌫, ir-rekwiżit ta’ solvenza nozzjonali għandu jkun ikkalkolat.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 2:Metodu ta' “Tnaqqis u aggregazzjoni”

Il-kalkolazzjoni ta' rekwiżiti ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

Ir-rekwiżiti ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i)is-somma tal-fondi proprji ta' kull entita' fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli ⌦ għandhom ikunu ⌫ dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorjali relevanti;

u

(ii)is-somma ta':

–ir-rekwiżiti ta' solvenza għal kull entità fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata ⌦ fil-grupp ⌫, ir-rekwiżiti ta’ solvenza għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli settorjali relevanti, u

–il-valur skond il-kotba tal-parteċipazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra tal-grupp.

Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, rekwiżit ta' solvenza nozzjonali għandu jiġi kkalkolat. Fondi proprji u rekwiżiti ta' solvenza għandhom jitqiesu għas-sehem proporzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

🡻 2011/89/UE Art. 2, pt. 24 u Anness II (adattat)

Metodu 3:“Metodu ta’ kombinazzjoni”

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni ⌦ tal-metodi 1 u 2- ⌫.

_____________

🡻 2002/87/KE (adattat)

ANNESS II


APPLIKAZZJONI TEKNIKA TAD-DISPOSIZZJONIJIETDWAR TRANSAZZJONIJIET BEJN IL-GRUPP U KONĊENTRAZZJONITA' RISKJU

Il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, għandu jidentifika t-tip ta' transazzjonijiet ⌦ u riskji li ⌫entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju partikolari għandu jirrapporta skond l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) dwar ir-rapportar ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni ta' riskju. Meta jiddefinixxu jew jagħtu l-opinjoni tagħhom dawr it-tip ta' transazzjonijiet u riskji, il-kordinatur u l-awtoritajiet kompetenti relevanti għandhom iqiesu l-istruttura tal-grupp speċifiku u ta' l-immaniġġar tar-riskju tal-konglomerat finanzjarju. Sabiex jidentifika transazzjonijiet sinjifikanti bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju li għandhom jiġu rapportati skond l-Artikoli 7 u 8, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra u l-konglomerat innifsu, għandu jiddefinixxi għatbiet adattati bbażati fuq fondi proprji regolatorji u/jew dispożizzjonijiet tekniċi.

Meta jiġu sorveljati it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjonijiet ta' riskju, il-kordinatur għandu b'mod partikolari jissorvelja r-riskju possibbli ta' kontaġju fil-konglomerat finanzjarju, ir-riskju ta' konflitt ta' interessi, ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' regoli settorjali, u l-livell jew volum tar-riskji.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw fil-livell ta' konglomerat finanzjarju d-dispożizzjonijiet tar-regoli settorjali fuq transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari biex tiġi evitata ċirkomvenzjoni tar-regoli settorjali.

_____________

🡹

ANNESS III

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 32)

Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill
(ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2002/87/oj )

Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2005/1/oj )

L-Artikolu 11 biss

Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2008/25/oj )

Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2010/78/oj )

L-Artikolu 2 biss

Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2011/89/oj )

L-Artikolu 2 biss

Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj )

L-Artikolu 150 biss

Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2034/oj )

L-Artikolu 59 biss

Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L 2023/2864, 20.12.2023, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj )

L-Artikolu 1 biss

Direttiva (UE) 2025/2 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill

(ĠU L, 2025/2, 8.1.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2/oj )

L-Artikolu 3 biss

Parti B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data/i tal-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 32)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat‑traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

2002/87/KE

11 ta’ Awissu 2004

2005/1/KE

13 ta’ Mejju 2005

2010/78/UE

31 ta’ Diċembru 2011 fir-rigward ta’ l-Artikolu 2, punt (1)(a), l-Artikolu 2, il-punti (2), (5), (7) u (9), u l-Artikolu 2, il-punt (11)(b)

2011/89/UE

10 ta’ Ġunju 2013 fir-rigward tal-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, il-punt (23), kif ukoll l-Artikolu 2, il-punt (1), u l-Artikolu 2, il-punt (2)(a), sakemm dawk id-disposizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punti (4), (5a) u (16) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttivi 2002/87/KE fir-rigward ta’ maniġers ta’ fondi alternattivi ta’ investiment

22 ta’ Lulju 2013 fir-rigward ta’ l-Artikolu 2, il-punt (23), kif ukoll l-Artikolu 2, il-punt (1), u l-Artikolu 2, il-punt (2)(a), sakemm dawk id-disposizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punti (4), (5a) u (16) u Artikolu 3(2) tad- Direttiva 2002/87/KE with regard to maniġers ta’ fondi alternattivi ta’ investiment

2013/36/UE

31 ta’ Diċembru 2013

31 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal- Artikolu 150

(UE) 2019/2034

26 ta’ Ġunju 2021

26 ta’ Ġunju 2021 fir-rigward tal- Articolu 59

(UE) 2023/2864

10 ta’ Jannar 2026

(UE) 2025/2

29 ta’ Jannar 2027

30 ta’ Jannar 2027

ANNESS IV

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 2002/87/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

–

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, kliem introduttorju

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, kliem introduttorju

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punti (1) sa (5)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punti (1) sa (5)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (5a)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (7)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (7)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (8)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (8)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (9)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (9)

Artikolu 2, l-ewwelparagrafu, punt (10)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (10)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (11)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (11)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (12)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (12)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (13)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (12a)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (14)

Artikolu 2, l-ewwel parafu, il-punt (13)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (15)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (14)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (16)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (15)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (17)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (16)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (18)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (17)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (19)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (18)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (20)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (19)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (21)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), (2) u (3)

Artikolu 3(1), (2) u (3)

Artikolu 3(3a)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(10)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiżt

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 5 sa 8

Artikolu 5 sa 8

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2), kliem introduttorju

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 9(2), punti (a), (b) u (ċ)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 9 (2), punt (d), l-ewwel sentenza

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (d)

Artikolu 9(2), punt (d), it-tieni sentenza

Artikolu 9 (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9 (3) sa (6)

Artikolu 9 (3) sa (6)

Artikolu 9a

Artikolu 10

Artikolu 9b

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 12a

Artikolu 15

Artikolu 12b

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Article 15

Artikolu 19

Artikolu 16, l- ewwel paragrafu, kliem introduttorju

Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, kliem introduttorju

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiżt

Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiżt

Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 16, it-tieni u t-tielet paragrafis

Artikolu 20, it-tieni u t-tielet paragrafi

Artikolu 17

Artikolu 21

Artikolu 18(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 18(1a)

Artikolu 22(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 21(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 21(4)

Artikolu 25(2)

Artikolu 21(6)

Artikolu 25(3)

Artikolu 21a(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 21a(1a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 26(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21a(1a), it-tieni paragrafu

–

Artikolu 21a(1a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 26(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21a(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 26(3), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 21a(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 26(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 21a(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)

Artikolu 26(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 21a(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21a(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 26(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21a (3), it-tieni subparagrafu

–

Artikolu 21a(3), it-tielet subparagarfu

Artikolu 26(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21b

Artikolu 27

Artikolu 21c(1), (2) u (3)

Artikolu 28(1), (2) u (3)

–

Artikolu 28(4)

Artikolu 21c(4)

Artikolu 28(5)

Artikolu 21c(5)

Artikolu 28(6)

Artikolu 23

–

Artikolu 25, 26 u 27

–

Artikolu 29

–

Artikolu 30, l-ewwel paragrafu

Artikolu 29 (1)

Artikolu 30, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikolu 30a

Artikolu 29(2)

Artikolu 30

Artikolu 30b

Artikolu 31

Artikolu 31(1) u (2)

–

Artikolu 31(3)

Artikolu 32–

Artikolu 32

–

Artikolu 33

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 35

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

–

Anness III

–

Anness IV

_____________

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…